Siltiet minn -

 

Luqa (hawn)

Gwanni

Salmi 58-74

Nisga

 

L-Evangelju

skond Luqa

 

Prologu

 

1      1, 1-4   Dan il-prologu, bi kliem maghzul u b’waqfien mirqum, jixbah lil dak ta’ l-istorici ta’ l-epoka ellenista.

 

            1, 1      Bosta:  kelma qawwija.  Hawn irridu nifhmu “x’uhud”.  Dawn ir-rakkonti kienu maghrufa u gew uzati minn Lq (ara introduzzjoni).

 

            1, 2      Atti 1, 8+

 

            1, 4      dwar kull ma tghallimt:  jew, x’aktarx, “mit-taghrif li wasallek”.  F’dan il-kaz, Teofilu ma kienx xi nisrani li ried jissahhah fil-fidi, izda impjegat ta’ grad gholi li kellu jinzamm mgharraf.

 

I.   TWELID U HAJJA MISTOHBIJA

TA’ GWANNI L-BATTISTA U TA’ GESU`

 

 

            1, 5 - 2, 52       Sa kap 3,Lq juza l-grieg-semitiku tas-LXX.  Huma bosta r-riferenzi u t-tifkiriet biblici.  Ix-xoghol kollu ghandu toghma ta’ qedem.  Lq jibni mill-gdid l-atmosfera ta’ l-ambjent tal-“fqajrin” (ara Sof 2, 3+), fejn kienu jghixu l-persunaggi tieghu u mnejn huwa x’aktarx gabar l-aktar taghrif siewi ghalih.

 

Thabbira tat-twelid ta’ Gwanni l-Battista  (1, 5-25)       

 

            1, 8      taqsima:  kull “taqsima” kienet twettaq is-servizz ghal gimgha shiha (ara 1 Kron 24, 19;  2 Kron 23, 8). 

 

            1, 9      halli jahraq l-incens:  dan ix-xoghol kien jikkonsisti fit-tlestija ta’ l-imsiebah u l-fwejjah fuq l-artal ta’ l-incens li kien jinsab quddiem il-Post il-Qaddis (ara Ez 30, 6-8).  L-offerta ta’ l-incens kienet issir qabel is-sagrificcju ta’ filghodu u wara dak ta’ filghaxija.

 

            1, 11    Mt 1, 20+

 

            1, 12    Lq ghandu habta jinnota l-wiri ta’ biza’ religjuz:  1, 29w.65;  2, 9w;  4, 36;  5, 8-10.26;  7, 16;  8, 25.35-37. 56;  9, 34.43;  24, 37;  Atti 2, 43;  3, 10;  5, 5.11;  10, 4;  19, 17.  Ara Ez 20, 20+;  Dt 6, 2+;  Prov 1, 7+. 

 

            1, 13    Gwanni:  isem li jfisser “lil Jahwe` joghgbu”.

 

            1, 14    Il-kapitli 1-2 qeghdin f’dehwa ta’ ghaxqa w hena (1,28.46.58;  2, 10.  Ara 10, 17.20w;  13, 17;  15, 7.32;  19, 6.37;  24, 41.52;  Atti 2, 46+;  Fil 1, 4+).

 

            1, 15    ma jkun jixrob ebda inbid jew xorb qawwi:  dawn il-kliem jitnebbhu minn diversi siltiet tat-TQ, l-aktar in-normi ta’ nazir (ara Num 6, 1+).  -  jimtela bi spirtu qaddis:  f’Lq dawn il-kelmiet ma jfissrux il-milja tal-grazzja santifikanti, izda don profetiku li bih wiehed ilissen kliem imnebbah (1, 41.67;  Atti 2, 4;  4, 8.31;  7, 55;  9, 17;  13, 9).  Dan l-istess don juri ruhu f’Gwanni b’qabza profetika f’guf ommu.

 

            1, 17    Mt 17, 10-13+

 

            1, 17    Elija:  skond Mal 3, 23 kienu jahsbu li r-ritorn ta’ Elija kellu jsehh qabel u jhejji z-zmien messjaniku.  Gwanni l-Battista se jkun “Elija li ghandu jigi”, ara Mt 17, 10-13;  Lq 9, 30.

 

            1, 18    Kif inkun zgur minn dan?:  Zakkarija qed jitlob “sinjal” (ara Gen 15, 8;  Mh 6, 17;  Is 7, 11;  38, 7), madankollu jibqa’ xettiku.

 

            1, 19    Mk 1, 1+

 

            1, 19    nwassallek din il-bxara t-tajba:  Tr. “inhabbarlek din il-bxara tajba”.  Hawn tidher ghall-ewwel darba kelma ghaziza ghal Lq:  ghal ghaxar darbiet fil-Vangelu u hmistax-il darba fl-Atti, l-iktar ghar-rigward tal-bxara t-tajba jew il-“vangelu” tas-saltna (ara Mk 1, 1+;  Atti 5, 42+;  Gal 1, 6+).

 

            1, 20    Mt 8, 10+

           

            1, 22    ma setax ikellimhom:  jigifieri biex ilissen il-barka ritwali.

 

            1, 25    l-ghajb:  l-isterilita` kienet meqjusa bhala dizunur (Gen 30, 23;  1 Sam 1, 5-8) kif ukoll kastig (2 Sam 6, 23;  Hos 9, 11). 

 

It-thabbira ta’ l-anglu  (1, 26-38)

 

            1, 26-38   Lq jqieghed bhal f’xi registru l-grajjiet dwar it-twelid ta’ Gwanni u dawk dwar it-twelid u tfulija ta’ Gesu`.  Huwa jirrakkonthom skond kif tarahom u tifhimhom Marija, filwaqt li Mt jirrakkonthom skond kif jarahom u jifhimhom Guzeppi.

 

            1, 26    fis-sitt xahar:  minn meta gie koncepit Gwanni.

 

            1, 28    Sliem ghalik:  Tr. “ifrah”.  Stedina ghall-ferh messjaniku, eku ta’ l-istedina li l-profeti ghamlu lil bint Sijon li kien ukoll imnebbah mill-migja ta’ Alla f’nofs il-poplu tieghu (ara Is 12, 6;  Sof 3, 14w; Goel 2, 21-27;  Zak 2, 14;  9, 9).  -  mimlija bil-grazzja:  litt.   “int li kont u tibqa’ mfawwra bl-ghozza divina”.  -  Wara mieghek, hemm min izid ukoll:  “inti mbierka fost in-nisa”, bhal f’1, 42.

 

            1, 30-33   Kliem l-anglu jnebbahna b’diversi siltiet messjanici tat-TQ.

 

            1, 31    Is 7, 14+          Mt 1, 21+

 

            1, 33    2 Sam 7, 1+     Mt 9, 27+

 

            1, 34    Il-“vergni” Marija hi biss “mgharrsa” (ara v 27; tr. “gharusa”) u ma ghandha ebda rabta ta’ zwieg (fis-sens semitiku li “taghraf”, ara Gen 4, 1, ecc).  -  Dan il-fatt, li jidher bil-maqlub tat-tahbira fil-vv 31-33, jintroduci t-tifsira ghal v 35.  Skond x’uhud, ebda haga fit-test ma timponi l-idea ta’ xi vot ta’ verginita`.  Ohrajn, min-naha l-ohra, jahsbu f’vot ta’ verginita`, kif jixraq ahjar fil-kuntest kollu tar-rakkont.

 

            1, 35    Mk 1, 24+       Atti 3, 14+      Mt 4, 3+

 

            1, 35    tixhet id-dell taghha:  Tr. “tiehdok taht id-dell taghha”.  Dawn il-kelmiet jfakkru sew fis-shaba li tiddi, sinjal tal-prezenza ta’ Jahwe` (ara Ez 13, 22+;  19, 16+;  24, 16+), sew fil-gwenhajn ta’ l-ghasfur, simbolu tal-qawwa protettrici (S 17, 8;  57, 2;  140, 8) u hallieqa (Gen 1, 2) ta’ Alla.  Qabbel Lq 9, 34p.  Fit-tnissil ta’ Gesu`, kollox gej mill-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu.

 

Iz-zjara lil Elizabetta  (1, 39-45)

 

            1, 39    f’belt tal-Lhudija:  illum iktar identifikata ma’ Ghajn-Karim, 6 km. fil-punent ta’ Gerusalemm.

 

            1, 43    Mulej:  titolu divin ta’ Gesu` mqajjem mill-mewt (Atti 2, 36+, Fil 2, 11+), li Lq jattribwih sa minn qabel matul il-hajja fuq din l-art iktar milli jaghmlu Mt u Mk (7, 13;  10, 1.39.41;  11, 39, ecc).

 

            1, 45    l-Mulej:  Alla.  -  Jew inkella:  “Hienja int li emmint, ghax se jitwettaq dak li gie mwieghed lilek mill-Mulej”.

 

Magnificat  (1, 46-56)

 

            1, 46    Marija:  mhux “Elizabetta” (varjanti minghajr hafna appogg:  Irinew, ecc).  -  Il-kantiku ta’ Marija hu mnebbah mill-kantiku ta’ Anna (1 Sam 1, 1-10) u minn bosta siltiet ohra tat-TQ.  Minbarra l-access litterarju ewlieni enfasizzat mir-riferenzi marginali, ninnotaw iz-zeg temi l-kbar:  1.  tal-fqar u taz-zghar mghejjunin bis-sahha ta’ l-ghonja u tas-setghana (Sof 2, 3+, ara Mt 5, 3+);  2.  ta’ Izrael li jgawdi l-ghozza divina (ara Dt 7, 6+, ecc), wara l-weghda li saret lil Abraham (Gen 15, 1+;  17, 1+).  Lq kellu jsib dan il-kantiku fl-ambjent tal-“fqajrin”, fejn x’aktarx gie asttribwit ghal bint Sijon:  huwa kien jara bhala konvenjenti iqeghdu fuq xofftejn Marija, billi jdahhlu fir-rakkont tieghu bil-proza.

 

            1, 56    Marija x’aktarx li li baqghet qrib Elizabetta sat-twelid u c-cirkoncizjoni ta’ Gwanni.  Lq jibqa’ ghaddej fuq din it-tema qabel ma jghaddi ghal ohra (ara 1, 64-67;  3, 19w;  8, 37w).

 

It-twelid ta’ Gwanni l-Battista u z-zjajjar tal-qraba  (1, 57-58)

 

            1, 58    Lq 1, 14+

 

Ic-cirkoncizjoni ta’ Gwanni l-Battista  (1, 59-66)

 

            1, 59    Gen 17, 10+

 

            1, 59    Skond ma kien isir, isem it-tarbija kien jinghatalha fl-okkazjoni tac-cirkoncizjoni (ara 2, 21). 

 

            1, 62    Li tkun trux hafna drabi kien ifisser li tkun ukoll mutu u l-istess kelma grg. kofos tista’ tfisser sew “trux” (7, 22) sew “mutu” (11, 14).

 

            1, 64    Lq 2, 20+        Lq 1, 12+

 

            1, 66    Lq 1, 10+

 

            1, 66    id il-Mulej kienet mieghu:  jigifieri kienet tipprotegih:  kelmiet biblici (1 Kron 4, 10;  Atti 11, 21).  

 

Benedictus  (1, 67-79)

 

            1, 67-79           Bhal fil-Magnificat, il-kantiku tal-Benedictus hu xoghol poetiku li Lq silet minn band’ohra u qieghed fuq xofftejn Zakkarija biz-zjieda tal-vv 76-77 biex jadattah ghac-cirkostanza.  Huwa ma dahhlux fir-rakkont bil-proza (v 64), izda fi tmiemu.

 

            1, 67    beda jhabbar:  fis-sens shih tal-kelma;  billi jekk l-ewwel parti (vv 68-75) hi innu ta’ radd il-hajr, it-tieni (vv 76-79) hi dehra tal-gejjieni.

 

            1, 68    gie jzur:  bhal ta’ sikwit fit-TQ (Ez 3, 16+), iz-zjara ta’ Alla, fit-TG, tiftiehem f’sens favorevoli (1, 78;  7, 16;  19, 44;  1 Pt 2, 12).

 

            1, 69    qawwa ta’ salvazzjoni:  Tr. “salvazzjoni qawwija”:  litt. “qarn ta’ salvazzjoni” (ara S 75, 5+).

 

            1, 76    Mt 16, 14+

 

            1, 76    Mulej:  jigifieri Alla, bhal f’1, 16-17, mhux il-Messija.

 

            1, 77    Lq jiddeskrivi r-rwol tal-prekursur li jsejjes fuq it-test li kienu tradizzjonalment applikati ghalih (ara 3, 4p;  7, 27p) u l-messagg tieghu skond dak ta’ l-appostli fl-Atti  (ara Atti 2, 38;  5, 31;  10, 43;  13, 38;  26, 18).

 

            1, 78    Mal 3, 20+      Gw 8, 12+

 

            1, 78    mill-qalb hanina:  litt. “mill-gewwieni ta’ hniena” (ara Kol 3, 12).  -  jigi jzurna:  Tr. “gie jzurna”.  -  bhax-xemx tielgha:  anatole;  tr. “bhall-kewkba”;  it-titolu tal-Messija, kewkba li ggib maghha d-dawl (ara Num 24, 17;  Mal 3, 20;  Is 60, 1) u rimja li tohrog minn gherq David (ara Ger 23, 5;  33, 15;  Zak 3, 8;  6, 12).

 

            1, 79    Ger 6, 14+       Is 11, 6+

 

Il-hajja mohbija ta’ Gwanni l-Battista  (1, 80)

 

            1, 80    It-tifel kiber u ssahhah f’ruhu:  tip ta’ ritornell (2, 40.52; ara 1, 66);  qabbel ma’ Atti 2, 41+; 6, 7+.

 

It-twelid ta’ Gesu` u z-zjara tar-rghajja  (2, 1-20)

 

2      2, 1      Cesari Awgustu:  imperatur ruman mis-sena 30 QK sas-sena 14 WK.

 

            2, 2      Dan kien l-ewwel censiment:  jissejjah hekk ghax warajh gew ohrajn.  It-traduzzjoni li xi daqqiet tigi proposta:  “Dan ic-censiment gie qabel dak li ghamel Kirinu meta kien gvernatur tas-Sirja”, ftit triegi f’dik li hi grammatika.  Ic-cirkostanzi storici xejn m’huma cari.  Il-bicca l-kbira tal-kritici jqeghdu c-censiment ta’ Kirinu fis-sena 6 WK, billi pero` jserrhu fuq l-awtorita` ta’ Guzeppi Flavju, li hawn nittrattaw b’hafna kawtela (ara Atti, 5, 37+).  Huwa iktar verosimili li dan ic-censiment (imniedi minhabba fit-tqassim mill-gdid tat-territorju ghall-gbir tat-taxxi) kien sar qrib is-snin 8-6 QK, b’rabta ma’ censiment generali ta’ l-imperu u li kien gie organizzat fil-Palestina minn Kirinu, imqabbad ghaldaqstant b’missjoni specjali. Billi huwa x’aktarx li kien gvernatur tas-Sirja bejn is-snin 4 u 1 QK, kliem Lq jitfissru bhala fil-qrib hafna ta’ dan kollu.  Gesu` zgur li twieled qabel mewt Erodi (4 QK), x’aktarx daqshekk kmieni sa mis-snin 8-6.  L-“era kristjana”, kif stabbilita minn Dijonigi z-Zghir (VI seklu), hi msejsa fuq kalkolu zbaljat (ara 3, 1+).   

 

            2, 7      l-ewwel iben:  jew “primogenitu”, kelma bil-grg. bibliku li ma twassalx tabilfors ghall-hsieb li kien hemm tfal ohra li twieldu wara, izda biss tishaq fuq id-dinjita` u d-drittijiet tat-tfajjel.  -  lukanda:  tr.  “ghorfa, kamra”:  iktar minn lukanda (pandocheion, Lq 10, 34), il-kelma grg. katalyma tista’ tfisser kamra (1 Sam 1, 18;  ; 9, 22;  Lq 22, 11p), fejn giet alloggata l-familja ta’ Guzeppi.  Jekk huwa kellu d-domicilju tieghu f’Betlehem, nifhmu ahjar ghaliex huwa rega’ lura hemmhekk ghac-censiment kif ukoll ghaliex kellu jiehu hemm mieghu lil martu zaghzugha u tqila.  In-nieqa tat-tarbija, li kienet il-maxtura tal-bhejjem, x’aktarx li kienet mhaffra gol-hajt ta’ dak l-imkien fqajjar, li kien daqshekk mimli li ma setax jinsab post ahjar fejn setghet tintmedd it-tarbija.  Hemm leggenda twajba li poggiet qrib il-maxtura zewg bhejjem (ara  Hab 3, 2+;  Is 1, 3).   

 

            2, 9      Mt 1, 20+        Tob 5, 4+        Ez 24, 16+

 

            2, 10    Lq 1, 12+        Lq 1, 14+

 

            2, 11    li hu l-Messija, l-Mulej:  tr. “Kristu l-Mulej”:  huwa ghalhekk il-Messija l-mistenni;  izda hu se jkun “Mulej”, titolu riservat b’ghira mit-TQ ghal Alla.  Waslet biex tibda era gdida.  Ara  1, 43+.

 

            2, 12    Lq 1, 18+        Is 9, 5+

 

            2, 14    sliem... lill-bnedmin li joghgbu lilu:  Tr.  “sliem... lill-bnedmin li huwa jhobb”.  Kif tr. bhalissa, “sliem lill-bnedmin ta’ rieda tajba”, imsejsa fuq il-vulg., ma jaghtix it-tifsira tas-soltu tal-kelma grg.  -  Tr. b’mod inqas zgur,“sliem fl-art u, ghall-bnedmin, benevolenza divina”.

 

            2, 20    isebbhu u jfahhru lil Alla:  tema ghaziza ghal Lq (1, 64;  2, 28.38;  5, 25w;  7, 16;  13, 13;  17, 15.18;  18, 43;  19, 37;  23, 47;  24, 53.  Ara Atti 2, 47+).

 

Cirkoncizjoni ta’ Gesu`  (2, 21)

 

            2, 21    Lq 1, 59+        Mt 1, 21+

 

Prezentazzjoni ta’ Gesu` fit-tempju  (2, 22-28)

 

            2, 22    ghall-purifikazzjoni taghhom skond il-Ligi ta’ Mose`:  it-tisfija kellha biss issir mill-omm, filwaqt li t-tarbija kellha tigi mifdija.  Lq jinnota b’ghozza li l-genituri ta’ Gesu`, bhal dawk ta’ Gwanni,  josservaw il-preskrizzjonijiet kollha tal-Ligi.  Il-prezentazzjoni tat-tarbija fit-tempju ma kienetx ordnata li ssir, izda haga possibbli (Num 18, 15) u mid-dehra konvenjenti ghal genituri devoti (ara 1 Sam 1, 24-28).  Lq jikkoncentra r-rakkont tieghu fuq l-ewwel att kultwali ta’ Gesu`, fil-belt qaddisa li maghha huwa jorbot importanza kbira bhala l-belt fejn sehhet il-grajja ta’ l-Ghid u punt ta’ tluq tal-missjoni nisranija (ara 2, 38+;  Atti 1, 4+). 

 

            2, 23    Ez 13, 11+

 

            2, 24    par gamiem jew zewg bciecen:  din kienet l-offerta tal-fqar.

 

            2, 25    Is 40, 1+

 

            2, 26    Ez 30, 22+

 

            2, 26    l-Messija tal-Mulej:  Tr. “Kristu tal-Mulej”:  huwa dak li Alla dilek biz-zejt (ara Ez 30, 22+), jigifieri kkonsagra ghal missjoni ta’ salvazzjoni:  ghalhekk, is-sultan ta’ Izrael, jew princep maghzul minn Jahwe`, u fl-ahhar, b’titolu eminenti, il-Messija li se jwaqqaf is-saltna ta’ Alla.

 

            2, 28    Lq 2, 20+

 

Nunc Dimittis  (2, 29-32)

 

            2, 29-32   In-Nunc Dimittis, b’differenza mill-Magnificat u l-Benedictus, jidher li nkiteb minn Luqa nnifsu, b’ghajnuna partikolari mit-testi ta’ Isaija.  Wara l-ewwel tliet vv li jirrigwardaw lil Xmun u l-mewt tieghu li qeghda dejjem toqrob, it-tliet vv l-ohra jiddeskrivu s-salvazzjoni universali li jgib mieghu l-Messija Gesu`:  tidwil ghad-dinja pagana li beda sa minn zmien il-poplu l-maghzul u jerga’ lura ghall-glorja tieghu.

 

            2, 32    Gw 8, 12+

 

Il-profezija ta’ Xmun  (2, 33-35)

 

            2, 34    sinjal li jmeruh: ghal Gesu`, il-missjoni ta’ dawl fid-dinja pagana se tkun imsiehba b’ostilita` u persekuzzjonijiet min-naha tal-poplu tieghu (ara Mt 2, 1+).

 

            2, 35    Bint Sijon tassew, Marija se ggorr f’hajjitha id-destin doloruz tal-poplu taghha.  Flimkien ma’ binha se tkun fic-centru ta’ din il-kontradizzjoni li fiha l-qlub iridu tabilfors juru ruhhom favur jew kontra Gesu`.  Is-simbolu tax-xabla x’aktarx li hu mnebbah minn Ezek 14, 17, jew, ghal xi ohrajn, minn Zak 12, 10.

 

Il-profezija ta’ Anna  (2, 36-38)

 

            2, 36    profetissa:  mara kkonsagrata lil Alla li tfisser kull amar tieghu (ara Ez 15, 20;  Mh 4, 4;  2 Slat 22, 14).  -  wara xbubitha:  Tr. “minn zmien tfulitha”.

           

            2, 38    Lq 2, 20+

 

            2, 38    il-fidwa ta’ Gerusalemm:  Tr. “il-helsien ta’ Gerusalemm”:  jigifieri l-helsien messjaniku tal-poplu l-maghzul (1, 68;  24, 21) kien jinteressa fuqkollox lill-belt kapitali tieghu (ara Is 40, 2;  52, 9;  ara wkoll 2 Sam 5, 9+).  Gerusalemm ghal Lq tfisser ic-centru predestinat fejn sejra ssehh l-opra ta’ salvazzjoni (9, 31.51.53;  13, 22w;  17, 11;  18, 31;  19, 11;  24, 47-49.52;  Atti 1, 8+). 

 

Il-hajja mohbija ta’ Gesu` f’Nazaret  (2, 39-40)

 

            2, 40    Lq 1, 80+

 

Gesu` f’nofs l-ghalliema  (2, 41-50)

 

            2, 41    Ez 12, 1+

 

            2, 42    skond id-drawwa ta’ dik il-festa:  skond l-original grg. u vulg.

 

            2, 46    Wara tlitt ijiem:  Gesu` “misjub mill-gdid” “wara tlitt ijiem” “f’dar Missieru”, huma tantiehor sinjali li jipprefiguraw il-grajja ta’ l-Ghid.

 

            2, 49    ghandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri:  Tr. “ghandi noqghod f’dar Missieri”.  Hu kif inhu, Gesu` jrid jafferma, fil-prezenza ta’ Guzeppi (v 48), li ghandu lil Alla bhala Missier (ara 10, 22;  22, 29;  Gw 20, 17) u jassumi rabtiet mieghu li jmorru ’l hinn minn dawk tal-familja umana (ara Gw 2, 4).  Din hi l-ewwel wirja ta’ l-gharfien tieghu li huwa “l-Iben” (ara Mt 4, 3+).

 

Tkompli l-hajja mohbija f’Nazaret  (2, 51-52)

 

            2, 52    Lq 1, 80+

 

II.   THEJJIJA TAL-MINISTERU TA’ GESU`

 

Il-predikazzjoni ta’ Gwanni l-Battista  (3, 1-18)

 

3      3, 1      Fis-sena hmistax tal-hakma ta’ Tiberju Cesari:  bhal f’1, 5 u 2, 1-3, Lq jistabbilixxi sinkronizmu (taghqid taz-zmien) bejn l-istorja profana u l-grajja tas-salvazzjoni.  Tiberju kien is-successur ta’ Awgustu (2, 1) fid-19 ta’ Awissu tas-sena 14 WK.  Is-sena hmistax ghalhekk tghodd mid-19 ta’ Awissu tas-sena 28 sad-19 ta’ Awissu tas-sena 29, jew, skond il-mod kif jinghaddu s-snin tas-saltna li kien isehh fis-Sirja, minn Settembru-Ottubru tas-sena 27 sa Settembru-Ottubru tas-sena 28.  Gesu` ghandu ghalhekk mill-anqas 33 sena, jista’ jkun ukoll 35 jew 36.  L-indikazzjoni tal-v 23 hi wahda approssimattiva u x’aktarx tishaq li Gesu` ghandu l-eta` mehtiega biex jibda jwettaq missjoni pubblika.  L-“era kristjana” (stabbilita minn Dijonigi z-Zghir fis-VI seklu) gejja mill-fatt li l-ghadd ta’ 30 sena ttiehed f’sens dejjaq:  id-29 sena li Gesu` kellu, mnaqqsin mis-sena 782 ta’ Ruma (il-XV il-sena ta’ Tiberju), taw is-sena 753 bhala l-bidu ta’ l-era taghna.  -  Ponzju Pilatu:  prokuratur tal-Lhudija (u ta’ l-Idumija u tas-Samarija) mis-sena 26 sa 36 WK.  -  Erodi:  Erodi Antipa, bin Erodi l-Kbir u Maltace, tetrarka tal-Galilija (u tal-Perija) mis-sena 4 QK sas-sena 39 WK.  -  Filippu, bin Erodi l-Kbir u Kleopatra, tetrarka mis-sena 4 QK sas-sena 34 WK.  -  Lisanja:  maghruf minn zewg iskrizzjonijiet.  -  Abileni kienet tinsab fl-Antilibanu.

 

            3, 2      Anna u Kajfa:  il-qassis il-kbir li kien jokkupa l-post kien jismu Guzeppi, maghruf ukoll bhala Kajfa, li kellu l-pontifikat mis-sena 18 sa 36 u kellu rwol fejn il-fehma tieghu kienet teghleb sew ’l dik  ta’ l-ohrajn fil-kumplott kontra Gesu` (ara Mt 26, 3;  Gw 11, 49;  18, 14).  Anna, li kien hatnu, u li kien il-qassis il-kbir ben is-sena 6 (?) u 15, huwa assocjat mieghu u barra minn hekk jinsab fl-ewwel post  (ara Atti 4, 6 u Gw 18, 13.24) bhal wiehed li kien igawdi daqstant prestigju li kien hu nnifsu fil-fatt il-qassis il-kbir. 

 

            3, 3      Mt 3, 2+

 

            3, 4-6   Lq jtawwal iktar minn Mt u Mk is-silta mehuda minn Isaija biex jasal sat-thabbira tas-salvazzjoni tal-gnus kollha.

 

            3, 10-14   Dawn il-vv, li kiteb proprju Lq, jishqu fuq l-element pozittiv u uman tal-messagg ta’ Gwanni.  Ebda bniedem mhu se jithalla barra mis-salvazzjoni minhabba xoghlu;  li hu mehtieg hu li wiehed jimxi b’mod gust u juri mhabba lejn l-ohrajn.

 

            3, 11    Lq 12, 33+

 

            3, 12    Mt 5, 46+

 

            3, 18    Lq hawn itemm dak li jirrigwarda l-ministeru ta’ Gwanni, qabel ma jghaddi ghal Gesu` (ara 1, 56+).  Wara dan, huwa jaghmel biss riferenza qasira ghall-mewt tal-prekursur (9, 7-9).

 

Gwanni l-Battista fil-habs  (3, 19-20)

 

Il-maghmudija ta’ Gesu`  (3, 21-22)

 

            3, 21    waqt li kien qieghed jitlob:  it-talb ta’ Gesu` hu tema ghaziza ghal Lq (ara 5, 16;  6, 12;  9, 18.28w;  11, 1;  22, 41;  ara Mt 14, 23+). 

 

            3, 22    Inti Ibni l-ghaziz:  fik sibt l-ghaxqa tieghi:  il-varjanti “l-ghaziz:  fik sibt l-ghaxqa tieghi” (ara Mt 3, 17) mindaqqiet imhollija barra, hi mahsuba bhala li qieghda hemm f’armonizzazzjoni ma’ Mt u Mk.  Wara “Ibni” hemm min jippreferi jdahhal: “int, jien illum nissiltek” (ara S 2, 7, il-kodici Beza u bosta Patres).  Wisq probabbli li l-kontenut originali tal-lehen gej mis-sema li hemm f’Lq ma jirriferix ghal Is 42 bhalma jaghmel f’Mt u Mk, izda ghas-S 2, 7:  iktar milli jaghraf f’Gesu` lill-“qaddej”, jipprezentah bhala s-Sultan-Messija tas-salm, li gie insedjat fuq it-tron tieghu fil-maghmudija biex hekk jistabbilixxi s-saltna ta’ Alla fid-dinja.

 

Nisel Gesu`  (3, 23-38)

 

            3, 23-28  Il-genealogija skond Lq li tmur iktar lura minn Abraham u titla’ sa Adam, taghti bixra iktar universalista minn dik skond Mt.  Gesu`, nisel Adam u bhalu minghajr missier fuq din l-art (1, 35), iniedi razza umana gdida;  x’aktarx li Lq, bhala dixxiplu ta’ Pawlu, kien qed jahseb f’Adam il-gdid (Rum 5, 12+).  Dwar ir-rabtiet mal-genealogija ta’ Mt, ara Mt 1, 1+.   

 

It-tigrib fid-dezert  (4, 1-12)

 

4      4, 1-13 Lq jghaqqad fir-rakkont tieghu t-taghrif ta’ Mk (erbghin jum ta’ tigrib) ma’ dawk ta’ Mt (tliet tentazzjonijiet fi tmiem erbghin jum sawm).  Jibdel l-ordni li hemm f’Mt hekk li jispicca b’Gerusalemm (ara Lq 2, 38+).  Dwar l-ghamla ta’ din it-tentazzjoni, ara Mt 4, 1+.   

 

            4, 1      bl-Ispirtu s-Santu:  l-interess partikolari li Luqa ghandu ghall-Ispirtu s-Santu ma jurix ruhu biss fl-ewwel zewg kapitli (1, 15.35.41.67.80;  2, 25.26.27), izda wkoll fil-kumplament ta’ l-Evangelju tieghu, fejn isemmih iktar drabi mis-Sinottici l-ohra (4, 1.14.18;  10, 21;  11, 13).  Huwa jitkellem ta’ spiss dwaru wkoll fl-Atti ta’ l-Appostli (Atti 1, 8+.  Ara Mt 4, 1+).

 

            4, 6      Meta x-xitan dahhal fid-dinja d-dnub u l-mewt, bhala konsegwenza tieghu (Gherf 2, 24+; Rum 5, 12+), huwa ghamel lill-bniedem ilsir tat-tirannija tieghu (Mt 8, 29+;  Gal 4, 3+;  Kol 2, 8+);  huwa waqqaf fid-dinja, u sar il-“princep” taghha (Gw 12, 31+), saltna li Gesu` gie jeqred permezz tal-“fidwa” (Mt 20, 28+;  Rum 3, 24+;  6, 15+; Kol 1, 13-14;  2, 15+.  Ara iktar Efes 2, 1-6;  6, 12+;  Gw 3, 35+;  1 Gw 2, 14;  Apk 13, 1-18;  19, 19-21).

 

III.   IL-MINISTERU TA’ GESU` FIL-GALILIJA

 

Gesu` jniedi l-predikazzjoni  (4, 14-15)

 

        4, 14    Mt 3, 16+

 

            4, 14    l-fama tieghu xterdet ma’ dawk l-inhawi kollha:  ritornell ta’ Luqa (4, 37;  5, 15;  7, 17;  ara r-ritornelli simili f’Atti 2, 41+;  6, 7;  Lq 1, 80+).

 

            4, 15    fost it-tifhir ta’ kulhadd:  Gesu` li jigi ammirat u mfahhar minn kulhadd hi tema ohra ghaziza ghal Luqa (4, 22;  8, 25;  9, 43;  11, 27;  13, 17;  19, 48), marbuta mar-ritornell ta’ qabel (4, 14+) u mat-temi tat-tifhir lill-Alla (2, 20+) u tal-biza’ religjuz (1, 12+).

 

Gesu` f’Nazaret  (4, 16-30)

 

        4, 16-30  Dan ir-rakkont jahsadna ghall-mod ta’ l-ghageb li bih daret il-gemgha, li ghaddiet mill-istghagib (v 22a) ghall-korla (v 22b, 28w).  Din l-anomalija x’aktarx li tohrog minn evoluzzjoni litterarja.  L-ewwel silta kienet tirrakkonta z-zjara f’sinagoga bi predikazzjoni li ghandha bhala kuruna s-success, fil-bidu tal-ministeru (ara Mk 1, 21w) f’Nazaret (ara Mt 4, 13 fejn hemm Nazara` bhal f’Lq 4, 16).  Wara li dan ir-rakkont rega’ insilet u zdiedu mieghu hwejjeg ohra, rega’ iktar tard tqieghed fil-hajja ta’ Gesu` (Mt 13, 53-58;  Mk 6, 1-6), biex jishaq fuq kemm il-poplu ma fehmhux u cahdu wara li qabel kien laqghhu u accettah.  Luqa kien jaf jislet, minn dan it-test kompless, silta ta’ l-ghageb li huwa zamm ghall-bidu tal-ministeru bhala xena tal-ftuh li fiha jpingi, f’gabra simbolika, il-missjoni ta’ grazzja ta’ Gesu` u c-chid tal-poplu tieghu. 

 

            4, 16    Nazaret:  Hemm min igib “Nazara”, li hi ghamla mhux komuni kif jinkiteb l-isem “Nazaret” (ara Mt 4, 13).  -  qam biex jaqra:  kull lhudi adult seta’, bl-awtorizzazzjoni tal-kap tas-sinagoga, jaqra pubblikament it-test sagru.

 

            4, 18    Mt 3, 16+        Sof 2, 3+

 

            4, 18    nhabbar il-helsien lill-imjassrin:  xi kodicijiet izidu:  “ndewwi l-qalb miksura” (ara Is 61, 1;  diversi kodicijiet tar-recenzjoni antijokena;  Irinew, ecc).

 

            4, 22    Gw 4, 15+

 

            4, 23    dak kollu li smajna li gara f’Kafarnahum:  fil-fatt, madankollu, dawn il-mirakli se jigu biss rakkuntati wara z-zjara f’Nazaret (v 33, ecc).  Ara wkoll in-nota ghal 4, 16-30. 

 

Gesu` jghallem f’Kafarnahum u jfejjaq wiehed imxajtan  (4, 31-37)

 

        4, 34    Mt 8, 29+        Mt 2, 23+

 

            4, 35    Mk 1, 24+       Atti 3, 14+

 

            4, 36    Lq 1, 12+        Mt 8, 29+

 

            4, 37    Lq 4, 14+

 

Fejqan omm il-mara ta’ Xmun  (4, 38-39)

 

Bosta fejqan  (4, 40-41)

 

        4, 40    1 Tim 4, 14+

 

            4, 41    Mt 8, 29+        Mt 4, 3+          Mc 1, 34+

 

Gesu` jitlaq bil-mohbi minn Kafarnahum u jterraq il-Lhudija  (4, 42-44)

 

        4, 44    Mk 1, 38+

 

            4, 44    Lhudija:  Mk igib “Galilija”, filwaqt li Lq igib “Lhudija” fis-sens ta’ Izrael.  Hekk ukoll f’7, 17;  23, 5 (?);  Atti 10, 37;  28, 21.

 

Is-sejha ta’ l-ewwel erba’ dixxipli  (5, 1-11)

 

5      5, 1-11 Luqa gabar flimkien f’dan ir-rakkont:  1. deskrizzjoni tal-postijiet u predikazzjoni ta’ Gesu` (vv 1-3) li jfakkru Mk 4, 1-2 u 1, 16.19;  2. il-grajja ta’ sajda mirakoluza (vv 4-10a) li tixbah dik ta’ Gw 21, 4-11;  3. is-sejha ta’ Xmun (vv 10b-11), li tixbah hafna lil Mk 1, 17.20.  Meta Lq jirrakkonta s-sejha ta’ l-ewwel dixxipli wara zmien ta’ taghlim u ta’ mirakli, ried jaghmel iktar verosimili it-twegiba li huma taw minnufih ghal dik is-sejha.   

 

            5, 5      Mt 8, 10+

 

            5, 6      Mt 8, 3+

 

            5, 8      Xmun Pietru:  attwalment hu biss iktar tard li Gesu` se jzid ma’ isem Xmun dak ta’ Pietru (6, 14).  Ghaldaqstant hawn ghandna anticipazzjoni litterarja u ta’ xehta skond Gwanni (bhas-sajda mirakoluza?), billi l-kliem “Xmun Pietru”, hlief f’dan il-kaz ta’ Lq u ta’ Mt 16, 16, ma nsibuhx hlief f’Gw (17 il-darba;  ara 1, 40;  6, 8.68, ecc;  21, 2.3.7.11).

 

            5, 9      Ez 33, 20+       Lq 1, 12+

 

            5, 10    shab Xmun:  “shabhom” tal-v. 7.  Jekk Indri` hawn ma jissemmiex, dak ghaliex ikun qieghed fuq id-dghajsa ta’ Xmun (ara l-plural uzat fil-vv 5.6.7), li Luqa jitfa’ l-attenzjoni tieghu kollha fuqu.           

 

            5, 11    Lq 12, 33+

 

Fejqan ta’ wiehed lebbruz  (5, 12-16)

 

        5, 14    Mk 1, 34+

 

            5, 15    Lq 4, 14+

 

            5, 16    Lq 3, 21+

 

Fejqan ta’ wiehed miflug  (5, 17-26)

 

        5, 17    kien qieghed jghallem:  skond grg.;  skond vulg. “kien bilqeghda jghallem”.  -  Il-qawwa tal-Mulej:  jigifieri ta’ Alla (ara Atti 2, 22;  10, 38).

 

            5, 19    telghu fuq il-bejt, u nizzluh bil-mitrah b’kollox minn bejn ix-xorok:  is-saqaf ta’ ghamla kif tintuza fil-Palestina skond Mk 2, 4 jsir f’Luqa il-bejt ta’ dar griega-rumana.

 

            5, 20    Mt 8, 10+

 

            5, 21    Mt 2, 4+          Mt 3, 7+

 

            5, 21    qabdu jahsbu u jghidu bejnhom u bejn ruhhom:  Tr. “bdew jahsbu” u “bdew jiddiskutu u jghidu”.

 

            5, 26    Lq 2, 20+        Lq 1, 12+

 

            5, 26    hwejjeg ta’ l-ghageb:  Tr. “affarijiet kurjuzi”.

 

Is-sejha ta’ Levi  (5, 27-28)

 

        5, 28    Lq 12, 33+

 

Ikla mal-midinbin ghand Levi  (5, 29-32)

 

        5, 29    Mt 5, 46+       

 

            5, 30    Mt 3, 7+          Mt 2, 4+          Mt 9, 10+

 

Tahdita fuq is-sawm  (5, 33-39)

 

        5, 34    lill-hbieb ta’ l-gharus:  Tr. “lill-mistednin ghat-tieg”;  grg. u vulg. igibu “lil ulied l-gharus”.

 

            5, 39    L-inbid gdid li Gesu` joffri ma jintghogobx minn min ikun xorob l-inbid qadim tal-Ligi.  Din l-ahhar silta, li jgib Lq wahdu, x’aktarx tirrifletti l-esperjenza ta’ l-istess Lq, dixxiplu ta’ Pawlu, li jaf x’inhuma d-diffikultajiet tal-missjoni fost il-lhud (ara Atti 13, 5+).

 

Is-sbul maqtugh  (6, 1-5)

 

6      6, 4      Ez 25, 23+

 

            6, 5      Hemm ms. li hawnhekk izid kitba interessanti, ghalkemm din x’aktarx li mhix wahda awtentika:  “L-istess jum, meta ra lil xi hadd jahdem is-Sibt, qallu:  Habiba, imbierek int jekk taf x’inti taghmel, izda jekk ma tafx, mishut int u qed tikser il-Ligi” (test occidentali;  ara Mk 2, 27+). 

 

Fejqan tar-ragel b’idu niexfa  (6, 6-11)

 

        6, 8      Gw 1, 48+

 

            6, 8      Dak qam u hareg fin-nofs:  Tr. “Ir-ragel, wara li qam, qaghad fejn qalulu” u “Dak qam u qaghad bilwieqfa”.

 

            6, 11    Lq 11, 53+

 

L-ghazla tat-Tnax  (6, 12-16)

 

        6, 12    Lq 3, 21+

 

            6, 13    appostli:  appostlu jfisser “mibghut” jew “baxxar”.  Diga` maghruf fid-dinja griega u fid-dinja ebrajka (xeliah), din il-kelma dahlet fil-lingwagg nisrani biex tfisser il-missjunarji, “mibghutin” (ara Atti 22, 21+) bhala xhieda ta’ Kristu, ta’ hajtu, mewtu u l-qawmien tieghu (Atti 1, 8+);  ghal-ewwel kien ifisser it-Tnax (Mk 3, 14+;  din il-kelma hi wahda riservata ghalihom ukoll fl-Atti), izda mbaghad iggebdet sakemm giet tinkludi wkoll cirku iktar wiesgha ta’ dixxipli (ara Rum 1, 1+), li jidhru fl-ewwel post fl-elenki tal-karizmi (ara 1 Kor 12, 28;  Efes 4, 11).  -  Jidher li l-isem  ta’ appostlu ma nghatax lill-missjunarji hlief mill-komunita` ewlenija;  izda jibqa’ veru l-fatt li kien Gesu` nnifsu li baghat lid-dixxipli tieghu fuq missjoni, l-ewwel fl-irhula tal-Galilija (9, 6) u mbaghad, wara l-qawmien tieghu mill-imwiet, fid-dinja kollha (24, 47;  Atti 1, 8;  ara Gw 3, 1;  4, 34+).    

 

            6, 16    Guda ta’ Gakbu, jew “wild Gakbu”, izda li tista’ tiftiehem ukoll:  “hu Gakbu” (ara Mt 10, 2+).

 

Il-folol li jimxu wara Gesu`  (6, 17-19)

 

        6, 19    Mk 5, 30+

 

Kliem ta’ tnedija.  Il-Beatitudnijiet  (6, 20-23)

 

        6, 20-23  L-ghamla ta’ dan id-diskors hu aqsar milli f’Mt, billi Luqa m’ghamilx fih l-istess zjidiet li ghamel Mt;  anzi jnehhi dak li hu ta’ bixra lhudija hafna biex hekk ikun ta’ interess ghall-qarrejja tieghu wkoll (ara Mt 5, 1+).  Mt ghandu tmien beatitudnijiet, filwaqt li Lq ghandu erba’ beatitudnijiet u erba’ sahtiet.  Dawk ta’ Mt (Mt 5, 3-12+) jiddelinejaw programm ta’ hajja tajba b’weghda ta’ hlas lura fis-sema;  dawk ta’ Lq jhabbru l-qlib ta’ taht fuq tas-sitwazzjonijiet li nsibu minn din il-hajja ghal dik tal-gejjieni (ara 16, 25).  F’Mt Gesu` juza t-tielet persuna - li l-aktar tintuza fil-kotba ta’ l-Gherf - f’Lq jindirizza direttament lil min ikun qed jisimghu.  

 

Is-sahtiet  (6, 24-26)

 

L-imhabba lejn l-ghadu  (6, 27-35)

 

        6, 30    Lq 12, 33+

 

            6, 32    il-midinbin ukoll ihobbu lil min ihobbhom:  Tr. “il-midinbin ukoll jaghmlu l-istess”.

 

            6, 35    bla ma tistennew xi haga lura:  test difficli u traduzzjoni kif wiehed jobsor.  Hemm ukoll dawn il-varjanti:  “minghajr ma hadd jitlef it-tama (jew: ma titlef it-tama dwar hadd)”;  “minghajr qatt ma titlef it-tama”.

 

Hniena u l-ghemil tajjeb  (6, 36-38)

 

            6, 38    f’hogorkom:  fit-tixmiriet tal-libsa jew tal-mantell, mghollija ’l fuq mill-qadd, li kienu jservu ta’ but jew horga fejn jghabbu l-provvisti (ara Rt 3, 15).

 

Kif ghandu jintwera z-zelu  (6, 39-45)

 

        6, 39    Lq japplika ghad-dixxipli dak li Mt 15, 14 kien jghid dwar il-Farizej.  L-istess osservazzjoni ghall-vv. 43-45.

 

            6, 42    halli mbaghad tara sewwa kif tnehhi:  Tr. “halli mbaghad tkun tista’ tara sew meta tkun qed tnehhi”.

 

Htiega li nwettqu dak li nisimghu  (6, 46-49)

 

        6, 47    Kull min jigi ghandi:  kliem li juza Gwanni (ara Gw 6, 35+).

 

Fejqan tal-qaddej tac-centurjun  (7, 1-10)

 

7      7, 3      xi whud mix-xjuh  tal-Lhud:  nies maghrufin fil-lokal, li ma nfixkluhomx ma’ l-anzjani ta’ Gerusalemm, membri tas-Sinedriju.

 

            7, 5      Lq 12, 33+

 

            7, 5      ... jghozz il-gens taghna:  kien forsi, bhal Kornelju (Atti 10, 1-2+), pagan li jhoss haga wahda mal-gudajizmu.

 

            7, 7      u l-qaddej tieghi jfiq: skond vulg. u ohrajn;  tr. “u l-qaddej tieghi jkun imfejjaq”.

 

            7, 9      Mt 8, 10+

 

(s’issa s’hawn)

 

Nisga