L-Ikla
ta’ l-Ghid
Ir-rit tal-Liturgija Lhudija
Rev. Michael Bugeja |
MICHAEL BUGEJA
twieled fi-1965 u qatta tfulitu f’Marsaxlokk. Dahal is-seminarju fl-1984 u
ghamel !-itstudji tieghu fl-Università ta’
|
|
Introduzzjoni |
Gwanni Abela ofm |
|
Is-sena Lhudija kienet marbuta ma’ celebrazzjonijiet
kbar, jew ahjar festi f’isem il-Mulej. Uhud minnhom kienu jahbtu proprju
mal-bdil ta’ l-istaguni u ghalhekk kienu jfakkru lill-poplu fil-provvidenza
kontinwa ta’ Alla lejhom. Dawn il-festi kienu mezz sabiex permezz tagnhom
il-poplu jrodd lill-Alla, b’gest simboliku, |
|
Ma kienx bizzejjed li dawn
il-festi jigu mharsa biss |
L-GHID |
jew |
IL-FESTA TA’
l-Azzmi (Pesah) |
|
It-tradizzjoni Lhudija kienet tahseb li Alla halaq id-dinja fix-xahar ta’ Nisan u kien ghalhekk li l-kalendarju liturgiku kellu jibda proprju f’dan ix-xahar permezz tal-festa ta’ l-Ghid. Din il-festa ta’ l-Ghid tal-Lhud hija r-rizultat ta’ zewg festi (Ez 23,15) maghquda flimkien: l-ewwel kienet dik li r-rghajja kienujiccelebraw fir-rebbiegha u fiha jaghmlu d-debha tal-haruf; l-ohra dik li fiha kienet issir l-offerta ta’ l-ewwel gbir tar-raba. Dawn iz-zewg elementi baqghu hajjin fl-istess riti: fil-haruf u fil-hobz azzmu. Kien aktar tard li din il-festa hadet sinifikat gdid. Maz-zmien iffurmaw celebrazzjoni wahda u rit wiehed (ara Dewt 16,l-8). Kienet festa li ddum gimgha shiha. |
|
Nhar l-10 tax-xahar ta’ Nisan kienu jintghazlu l-hrief jew il-gidien ghas-sagrificcju li kellhom ikunu bla tebgha. Dawn il-vittmi tas-sagrificcju (hrief jew gidien) kienu jigu maqtula ma’ nzul ix-xemx ta’ l-14 tax-xahar ta’ Nisan (Ez 12) mill-kap tal-familja u mbaghad id-demm jigi mraxxax mal-blata tal-bieb. Din il-festa fil-fatt kellha origini kompletament familjari. Kien biss meta kien hemm ic-centralizzazzjoni tal-kult fit-tempju ta’ Gerusalemm fi zmien Gozija li kellu jsir xi tibdil f’dawn it-riti. Wara dan iz-zmien il-qtil tal-hrief u l-gidien kellu jsir fit-Tempju ta’ Gerusalemm. Kull Lhudi kien joqtol il-vittma tieghu b’idejh stess imma issa huwa s-sacerdot li kien jigbor id-demm u bih iraxxax l-artal (Dewt 16,5-7; 2Kr 35,11). |
|
L-ikla ta’ l-Ghid baqghet issir
fid-djar. Kienet issir meta jidhol il-lejl, fil-familji jew gruppi talinqas
ta’ 10 |
|
Originarjament jidher li l-offerta tal-hrief kienet speci ta’ konsagrazzjoni tal-merhliet lil Jahweh. Kien aktar tard, proprju wara l-Egittu li din il-festa hadet tifsira ta’ helsien u fl-istess hin ta’ tifkira (Ez 12,14). Tifkira li kienet iggieghlhom jghixu mill-gdid l-esperjenza tal-helsien li kienu ghamlu missirijethom mill-Egittu. L-istruttura tac-celebrazzjoni kienet maghmula b’mod li l-istess celebrazzjoni kienet minnha nnifisha katekezi. Ic-celebrazzjoni familjari kienet tibda b’barka fuq tazza nbid. Jingiebu mbaghad fuq il-mejda l-hobz azzmu flimkien ma tahlita ta’ speci ta’ zalza li fiha jigi miblul il-hobz. |
|
It-tifel il-kbir mbaghad kien jistaqsi lill-kap tal-familja: x’hemm differenti f’dan il-lejl mill-iljieli l-ohra? Hawnhekk il-kap tal-familja kien jirrakkonta l-grajja tal-helsien mill-Egittu (Dewt 26,5ss). Imbaghad kienet tigi ipprezentata l-vittma ta’ l-Ghid mixwija bin-nar. Tittiekel minghajr ma tinkisrilha ebda ghadma (Ez 12,46) flimkien ma’ l-azzmi u haxix morr u fl-istess hin tigi mghoddija t-tieni tazza nbid waqt li tinghad il-Hallel (Salmi 113-114). Mat-tielet tazza nbid tinghad talba ta’ radd il-hajr u mbaghad tinghad l-ahhar bicca tal-Hallel (Salmi 115-118) u bhala gheluq issir barka fuq ir-raba’ tazza nbid. |
|
Il-festa ta’ l-Ghid kisbet
il-valur ta’ Patt ta’ hbiberija bejn il-poplu u Alla (Ghan 18,6). Tant hu
hekk li kienu jistghu jiccelebraw il-festa ta’ l-Ghid dawk biss li jkunu
dahlu jaghmlu parti |
|
Gesu wkoll iccelebra l-festa ta’ l-Ghid. U kien proprju waqt ic-celebrazzjoni ta’ din il-festa li waqqaf l-Ewkaristija (ara Lq 22, 7-13; ara wkoll 1 Kor 11,24ss). Fil-Vangeli nsibu li s-Sinottici jqieghdu l-ahhar ikla ta’ Gesu fl-14 ta’ Nisan, proprju fil-festa ta’ l-Ghid filwaqt li San Gwann ipoggiha fit-13 ta’ Nisan sabiex mbaghad nhar l-14 ta’ Nisan iqieghed il-mewt fuq is-salib biex igibha tahbat mal-waqt tal-qtil tal-hrief tas-sagrificcju fit-Tempju ta’ Gerusalemm. Gesù, fi kliem San Pawl, sar l-Ghid taghna (1 Kor 5,7). Il-paragun ta’ Gesu mal-haruf huwa komuni fil-Gdid Testment u dan biex juri l-karattru sagrifikali tal-mewt tieghu. San Pawl iqabbel ukoll il-hajja tal-komunità nisranija mal-hobz azzmu. Fil-fatt San Pawl jghid li l-hmira tixbah dak kollu li hu hazin filwaqt li l-azzmi juru l-valur tas-sewwa, tal-gdid, tal-awtenticità (1 Kor 5,7-8). Hekk, min jikkonverti kien bhall-azzmi. Huwa fdan is-sens li nifhmu ahjar xi tfisser meta Gesù jistieden sabiex il-poplu joqghod attent mill-hmira tal-Farizej, tas-Sadducej u tal-Erodjani. Hekk San Pietru jfakkar li l-insara jridu jorbtu l-qadd ta’ mohhom u jghixu fil-biza z-zmien tal-pellegrinagg ghaliex gew mifdija bid-demm ghaziz ta’ Kristu, il-haruf bla ebda tebgha u nuqqas (1 Pt 1,13-21). Il-komunità nisranija baqghet ticcelebra l-festa ta’ l-Ghid imma f’dawl gdid. Mhux aktar fl-istennija tal-Messija mwieghed imma fl-istennija tat-tieni migja tieghu u ta’ l-ahhar taz-zminijiet; mhux aktar il-helsien mill-jasar ta’ l-Egittu imma l-helsien permezz ta’ Kristu mir-rabta tal-hazin; mhux aktar l-ikla tal-haruf imma l-vgili ta’ l-Ghid li jintemm bil-Qsim tal-Hobz. |
DAHLA –
IT-THEJJIJA |
|
F’kull dar Lhudija fejn il-ligijiet jigu osservati sa l-anqas dettal, il-firda bejn l-Ghid u l-bqija tas-sena hija iktar qawwija mill-firda li tezisti bejn is-Sibt u l-bqija tal-gimgha. Ghall-Ghid, il-familja kollha tigi msoffija. Id-dar tinbidel vera f’koxer ghall-Pesah. |
|
Dar bhal din tkun armata bi
platti u b’dak kollu li hu mehtieg ghall-ikel li jintuza fl-ikla ta’ l-Ghid
biss. L-ebda wiehed |
|
Minhabba li s-simbolu
principali ta’ l-Ghid huwa l-ikel tal-hobz tat-tbatija jew mazzott catt,
matul il-vaganza kollha l-Lhud kienu ankè jaslu biex jghassu l-ghelieqi
tal-qamh li minnu jkun se jinhadem dan il-hobz, li l-qamh ma jiffermentax
ruhu bil-moffa. Il-hobz catt ta’ l-Ezodu, kien mohmi b’ghaggla kbira |
|
Wahda mill-ahhar cerimonji li jsiru, hija t-tfittxija fid-dar ghall-fdalijiet ta’ hobz mahdum bil-hmira. Din it-tfittxija ssir fl-ahhar lejl ta’ qabel ma jigi iccelebrat is-Seder. L-ewwel, in-nisa jnaddfu d-djar bhal ma jsir f’hafna postijiet fir-Rebbiegha, izda jithallew apposta ftit frak ta’ hobz mohmi bil-hmira mxerrdin mad-dar. Mbaghad issir purcissjoni mad-dar kollha immexxija mill-missier b’xemgha f’idu. Il-frak tal-hobz imholli ‘l hawn u ‘1 hinn jinkines b’rixa go pala ta’ l-injam. Mbaghad jinharaq kollox; frak, rixa u l-pala b’kollox. |
|
Illum, fejn hafna mir-regoli u
drawwiet ma ghadhomx jigu osservati, il-festa ta’ l-Ghid tigi iccelebrata
b’inqas skruplu. Hafna |
|
L-ewwel u l-iktar importanti
huwa l-mazzott. Dan huwa l-hobz catt li l-antiki kienu jindukraw b’tant
skruplu sa |
|
Mbaghad, jithejja l-platt ta’ l-Ghid, li fuqu jitpoggew hames tipi ta’ ikel simbolici. Jista’ jintuza platt ordinarju, izda l-ahjar jekk ikun platt kbir specjali, tal-fidda, jew xaqquf mzejjen b’taqsimiet ghal kull tip ta’ ikel. |
|
It-tipi ta’ ikel ghandhom jithejjew f’din l-ordni: |
|
·
Haxix
frisk tar-Rebbiegha. Ghandhom jintuzaw tursin, hass u karfus. |
· Bajda mixwija. Din trid tintrefa’ fil-gholi biex kulhadd ikun jista’ jaraha. |
·
Ghadma
tal-haruf mnaddfa u mixwija. Din l-ghadma bla laham, tittiehed mill-Haruf
li jkun se jittiekel u titqieghed biex tidher |
·
Il-hxejjex
morri. Din it-tahlita ta’ hxejjex morri titqieghed ukoll fil-platt
principali, izda matul l-ikla dan ser jittiekel |
·
Haroxet.
Din it-tahlita specjali ta’ l-Ghid hija zalza maghquda maghmula |
|
Ma’ dan l-ikel fuq il-platt
principali, ikun hemm ukoll fi skutelli, ilma bil-melh, biex fih jitbillu
il-hxejjex friski. Jekk il-grupp ikun zghir, il-kap tas-Seder jista’ jbill hu
il-hxejjex u jghaddihom lill-membri tal-familja, izda jekk ikunu hafna dawk
li se jieklu, jkun hemm l-ilma bil-melh fejn jista’ jintlahaq |
|
Jitpogga fuq il-mejda wkoll, il-platt bil-haruf fih. Il-haruf irid ikun mixwi u shin, mzejjen b’xi haxix frisk. |
|
Fl-ahhar jitlestew kwantità ta’ mazzott u fliexken mimlija bl-inbid, bizzejjed biex kulhadd ikun jista’ jixrob erba` darbiet. Hija drawwa fost il-Lhud, li f’xi mkejjen fil-kamra jinhbew xi helu jew rigali, biex fl-ahhar ta’ l-ikla, it-tfal joqghodu jiehdu gost ifittxuhom u jsibuhom. |
|
L-ikla Seder, fi zminijiet
Biblici, kienet maghmula biss |
|
IL-MEJDA |
|
Ghal dawn il-festi, il-mejda tintrema bl-ahjar u bl-isbah armar li jkollha l-familja. Il-mejda tinkesa’ bi tvalji bojod silg, jitpoggew l-imsiebah jew il-gandlieri bix-xemgha, lesti biex jitbierku u biex jinxteghlu. Il-mejda tizzejjen ukoll bi blanzuni u bi fjuri li jfakkru fir-Rebbiegha. Il-platti bil-mazzott, il-haruf ta’ l-Ghid, il-fliexken bl-inbid, l-iskutelli bil-frott, il-lewz u z-zbib isebbhu l-mejda u jaghtu dehra ta’ festa. Hdejn kull post jitqieghed il-Haggadah. |
|
F’post li jkun jidher sew, jitpogga l-kalci ta’ l-inbid ghal Elija. Quddiem il-kap tas-Seder jitpogga l-platt cerimonjali bil-hames tipi ta’ ikel fih; il-hxejjex friski, il-bajda mixwija,1-ghadma mnaddfa tal-haruf, it-tahlita tal-hxejjex morri, u l-haroxet. |
|
Fuq il-lemin tal-platt principali, jitqieghed il-mazzott mghotti. It-tifsira ta’ kull haga tinghata waqt is-Seder stess. |
|
Il-maghqad li jpoggi bil-qieghda fuqu l-kap tal-familja, issoltu jkun pultruna li fuqha jkun hemm imhaded, biex turi d-drawwa qadima li kellhom ir-Rumani hielsa, meta kienu jieklu mimduda fuq genbhom. Kull min jienu sehem fis-Seder jista’ juza l-imhaded. |
|
F’xi mkien qrib il-mejda, jixraq li titpogga l-Menorah; kandelabru b’seba` frieghi, li jinxteghlu mill-Omm fil-bidu ta’ l-ikla. |
|
IS-SEDER |
|
Dawk kollha li se jiehdu sehem fl-ikla jsibu posthom mal-mejda. Timtela’ l-ewwel tazza bl-inbid. L-Omm tixghel ix-xemghat. |
|
Omm |
|
Mbierek Int, Alla taghna ta’ dejjem, Sultan tal-holqien kollu, li qaddistna bil-Kmandamenti tieghek, u kkmandajtna biex nixghelu x-xemgha tal-festa. |
|
Missier |
|
Flimkien ma’ hutna Lhud imxerrda ma’ kullimkien, il-lejla niccelebraw l-istorja twila tal-poplu Lhudi, marbuta b’mod specjali mat-tbatija spiritwali tal-bniedem ghall-gustizzja u l-helsien. |
|
Illum, f din il-festa
tal-helsien li naghmlu kull sena, inroddu hajr lill-Etern talli zamm haj
l-ispirtu taghna u ghaddih |
|
Il-Missier, jgholli quddiemu t-tazza mimlija bl-inbid. |
|
Kummentatur |
|
Se nixorbu l-ewwel mill-erba’ tazzi tas-Seder ta’ l-Ghid. Bis-sahha tal-helsien. Nibdew l-ewwel billi nqaddsu din il-gurnata ta’ festa,billi flimkien nghidu l-barka. |
|
Flimkien |
|
Mbierek int, Alla taghna |
|
Kummentatur |
|
Qabel kull tazza nbid li nixorbu, nghidu l-barka fuq l-inbid. |
|
Kulhadd jgholli t-tazza bl-inbid. |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Alla taghna,
|
|
Missier |
|
U issa nghidu l-barka li
tfakkarna li |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Alla taghna |
|
Kulhadd jixrob l-ewwel tazza. |
|
Missier |
|
Sa |
|
Bhall-popli kollha, il-poplu taghna sa mill-qedem, meta kienu ghadhom jirghu il-merhliet, iccelebraw il-helsien ta’ l-art mid-dlamijiet tax-Xitwa, u ferhu ghat-twelid mill-gdid tan-natura, kif isir kull sena. Hekk insibu fi kliem mill-isbah u mirqum fl-Ghanja ta’ l-Ghanjiet li kiteb Salamun: |
|
Omm |
|
Ghax ara, ix-xitwa ghaddiet, |
Ix-xita m’ghadhiex u telqet; |
Il-fjuri nibtu mill-hamrija; |
Wasal zmien-il |
U f’artna jinstema l-lehen tal-gamiema; |
It-tina qed tohrog it-tin, |
U d-dielja mimlija blanzuni, |
Ixxerred ir-riha tfuh taghha. |
|
Il-Missier iqassam il-bicciet mill-haxix frisk, u kulhadd ibill sehmu fl-ilma bil-melh. Mbaghad flimkien jghidu l-barka. |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Alla taghna,
|
|
Il-Missier jikxef il-mazzott |
|
Missier |
|
Hawn quddiemi, hawn tlitt
mazzott. Jinghad li jfissru;l-ewwel il-Qassisin fit-Tempju, il-Kohanim,
it-tieni, l-ghannejja u l-qaddejja tat-tempju, il-Levijim, u fl-ahhar |
|
Kummentatur |
|
Mela, minhabba li l-qdusija ta’ l-Ghid, ma baqghetx aktar possibli wara li t-Tempju gie meqrud, mazzah iehor zdied ma’ l-ghadma biex ifisser il-haruf, ghax dan il-mazzah iktar ‘il quddiem se naqsmuh bejnietna biex nikluh. Id-drawwa hi li l-ewwel naqsmu l-mazzah fi tnejn. |
|
Il-Missier jaqsam fi tnejn il-mazzah tan-nofs, u jerga’ jqieghed nofsu taht il ghata. |
|
Missier |
|
Bicca nzommu hawn, u l-bicca
l-ohra nahbuha waqt li wliedna jaghlqu ghajnejhom. Dan jissejjah afikomen,
mill-Grieg li jfisser dezerta. Wara l-ikla, it-tfal iridu jfittxuha u min
isibha jiehu l-premju misthoqq. |
|
L-ulied jaghlqu ghajnejhom. L-afikomen jinheba’. Il-Missier issa jgholli l-platt bil-mazzott mikxuf. |
|
Missier |
|
Ejjew issa ntennu ma’ Missirijietna is-sejha ta’ l-Ghid. |
|
Flimkien |
|
Dan hu l-hobz tat-tbatija li Missijietna kielu fl-art ta’ l-Egittu. |
Ejjew intom ilkoll li intom bil-guh, ejjew u kulu maghna. Intom ii tinsabu fil-bzonn, ejjew u ifirhu maghna, iccelebraw maghna l-Festa ta’ l-Ghid. |
Illum hawn, is-sena
d-diehla nkunu fl-art ta’ |
Illum imjassra, s-sena d-diehla nkunu ulied-il helsien. |
|
Il-Missier ipogg l-platt bil-mazzott. It-tazzi jergghu jimtlew bl-inbid ghat-tieni darba. |
|
Missier |
|
Ankè l-izghar wiehed fostna jinduna li llum ghandna l-hobz catt fuq il-mejda ghas-Seder. Dan huwa l-hobz bla hmira. Uliedi, l-izghar li ghandi, staqsu l-erba` mistoqsijiet, dwar dak li jaghmel dan il-lejl differenti mill-iljieli l-ohra. |
|
Iben |
|
Missier, x’jaghmel dan il-lejl, differenti mill-iljieli l-ohra? |
Ghaliex fl-iljieli l-ohra kollha nistghu nieklu hobz bil-hmira u mazzott, izda f’dan il-lejl mazzott biss? |
Ghaliex fl-iljieli l-ohra
kollha nistghu nieklu |
Ghaliex fl-iljieli l-ohra kollha qatt ma nbillu, izda f’-lejl, nbillu darbtejn? |
Ghaliex fl-iljieli l-ohra kollha nieklu bil-qieghda jew mimduda fuq genbejna, izda f’dan il-lejl nieklu mimduda? |
|
Missier |
|
Uliedi, ghax konna lsira fl-Egittu. |
|
Flimkien |
|
Ghaliex konna lsira
tal-Farawni fl-Egittu, u Min hu |
|
Omm |
|
Li kieku l-Qaddis, mbierek ismu, ma harigx lil Missirijietna mill-Egittu, kieku ahna, uliedna w ulied uliedna, ghadna mjassra fl-Egittu. |
|
Missier |
Ghadna kif smajna erba’ mistoqsijiet, u hemm erba’ min-nies li jistaqsuhom; dak li ma jaghtix kaz, l-iblah, dak li ma jridx jifhem u l-gharef. It-tifel li ma jaghtix kaz jistaqsi: “X’inhi din ic-celebrazzjoni taghkom?”, daqs li kieku hu mhux wiehed minna, ma ghandux x’jaqsam maghna. It-tifel l-iblah jistaqsi biss x’gara, minghajr ma jimpurtah xi jfisser. Dak li ma jridx jifhem, lanqas biss jindenja ruhu jistaqsi ghax jghid li m’hemmx ghalfejn. Izda ibni l-gharef jistaqsi: “X’tifsira ghandha, kull haga li naghmlu?” |
|
Flimkien |
|
Mela ejjew inkunu ulied gharfa. Ghax kull ma naghmlu llejla f’din il-ikla, ghandu tifsira kbira ghalina. Ukoll li kieku konna mfawra bl-gherf, ghorrief miqjuma, ukoll li kieku ahna mghallma tat-Torah, minkejja dan kollu, ukoll ikun jixraq li ntennu b’qima l-hrug taghna mill-Egittu u nistaqsu t-tifsira ta’ kull kelma. |
|
Il-Missier iqabbad skond kif imisshom lil dawk li jwiegbu l-mistoqsijiet. |
|
L-Ewwel |
|
Int staqsejt ghaliex f’din il-lejla ahna nieklu biss mazzott. |
|
Avadim hajinu - Konna lsiera.
Konna lsiera fl-art ta’ l-Egittu. Missirijietna, huma w jaharbu |
|
It-Tieni |
|
Int staqsejt, ghaliex f’dan il-lejl nieklu l-hxejjex morri. |
|
Avadim hajinu - Konna lsiera. Illum nieklu l-hxejjex morri ghaliex l-Egizzjani, ghamlu hajjet Missirijietna morri. Il-Kotba Qaddisa jistqarrulna: “Aghmlulhom hajjithom mirra, bl-irbit iebes fit-tajn u l-hagar, u b’kull xorta ta’ hidma iebsa fl-ghelieqi, u l-jasar taghhom kien mill-iktar ahrax.” |
|
It-Tielet |
|
Int staqsejt ghal-liema raguni nbillu darbtejn. |
|
Avadim hajinu - Konna lsiera. L-ewwel darba, billejna l-hxejjex taghna biex induqu s-salmura tal-jasar. Izda issa nbillu wkoll biex niftakru fil-hajja u t-tkabbir, ta’ l-art u l-bahar, maghqudin ghall-hniena ta’ Alla biex jaghtuna n-nifs u jghajxuna. |
|
It-tieni darba nbillu fil-Haroxet, biex niftakru fit-tajn li Missirijietna hadmu bhala lsiera ghall-Farawni fl-Egittu. Izda l-Haroxet taghna huwa tahlita ta’ tuffieh helu, lewz, zbib u nbid biex nuru li fiz-zmien morr tal-jasar taghhom, Missirijietna ittamaw dejjem fil-hlewwa tal-helsien. |
|
Ir-Raba’ |
|
Int staqsejt ghaliex illum nimteddu bil-kumdità kollha waqt din l-ikla. |
|
Avadim Hajinu - Konna lsiera. Illum nimteddu daqshekk komdi biex niftakru li bhal Missirijietna ahna wkoll nistghu nirbhu l-jasar u l-irbit, ghaliex kull wiehed minna huwa lsir tieghu innifsu u kull wiehed minna huwa hieles biex isir is-Sid tieghu innifsu. |
|
Il-Missier jgholli l-bajda mixwija ‘il fuq mill-Platt ta’ l-Ghid. |
|
Missier |
|
Wara l-harba mill-Egittu, il-Lhud waslu fl-Art Mwieghda; u bnew it-Tempju f’Gerusalemm. Lejn it-Tempju gabu offerti ta’ radd il-hajr, ghal dak li raddet l-art u frott-il guf tal-merhliet taghhom. Din il-bajda tfakkarna fil-hajja, fit-tkabbir u fil-benna tal-frott. |
|
Il-Missier izomm fil-gholi l-ghadma mnaddfa u mixwija tal-haruf. |
|
Missier |
|
Din il-Ghadma tfakkarna fil-Haruf ta’ l-Ghid li l-kmandament ta’ l-Gholi lill-Israelin fl-Egittu, ried li joffru b’sagrificcju, u biex b’demmu jhazzu fuq il-koxxa ta’ bibien djarhom. Dan kellu jkun is-sinjal ghall-Anglu tal-Mewt qerriedi, biex jibqa’ ghaddej u joqtol biss lill-Egizzjani, biex igieghlhom jitilqu mill-jasar taghhom. Nergghu nistaqsu lilna nfusna. X’kienet ir-raguni biex sirna lsiera ta’ l-Egittu? |
|
Il-Missier jerga’ juri lil kull min imissu biex jirrakkonta parti mill-grajja. |
|
|
IR-RAKKONT |
|
L-Ewwel |
|
Il-Kotba Qaddisa
jghidulna li fi zmien-il qedem, Missirijietna kien jghixu; “fuq in-naha
l-ohra tax-xmara l-kbira f’nofs nies li jaduraw allat foloz.” Gewwa l-belt
ta’ |
|
It-Tieni |
|
Il-Kotba Qaddisa jghidulna:
“Jien hadt lil Missierek Abraham min-naha l-ohra tax-xmara l-kbira u mexxejtu
sa l-art ta’ Kanaan.” U jkomplu jghidu: “U l-Mulej qal lil Abraham, ‘Din
l-art kollha li qed |
|
It-Tielet |
|
Il-merhliet ta’ Abraham
kibru u simnu fl-art, u Alla tah lil Izakk. U iben Izakk, Gakobb, nissel
hafna wlied, izda l-fessudu kien Guzeppi, li gie mibjugh |
|
Ir-Raba’ |
|
Guzeppi qam u sar Ministru tal-Farawni fuq l-Egittu kollu. Mela’ l-imhazen bil-qmuh u meta mbaghad gie l-ghaks fuq dawk in-nahiet kollha, hut Guzeppi marru l-Egittu jixtru x’jieklu. Hu gharafhom u gieghlhom igibu maghhom go l-Egittu l-familji taghhom. Hemm, il-Lhud ghexu u kibru hafna. |
|
Il-Hames |
|
Izda qam Sultan gdid fuq
l-Egittu, li ma kienx jaf lil Guzeppi. U qal lill-poplu tieghu, “Araw, ulied |
|
Is-Sitt |
|
U biex jeqred il-poplu kollu, il-Farawni ordna lil-Lhud biex “kull tifel li jitweldilkom, titfghuh intom fix-xmara”. |
|
Is-Seba’ |
|
Wahda mara mit-tribù ta’ Levi, qieghdet lil binha
tarbija go arka tal-qasab ma’ xatt-ix xmara. It-tifel instab |
|
It-Tmien |
|
Oht it-tifel kienet tghasses u offriet li ommha
taghmilha ta’ mraddgha ghalih. B’hekk Mosè, trabba’ |
|
Id-Disa’ |
|
|
|
L-Ghaxar |
|
Mela darba wahda, huwa w
jghasses il-merhliet, sema’ l-lehen ta’ Min kien |
|
Il-Hdax |
|
Ghal darba, tnejn u izjed, Mosè waqaf quddiem il-Farawni jordnalu; “Halli l-poplu tieghi jitlaq.” Izda qalb il-Farawni aktar ibbieset. |
|
Missier |
|
U btlal ma hu miktub, “Bkejna quddiem il-Mulej Alla ta’ Missirijietna, u l-Mulej sema lehinnha u ra s-saram taghna u t-tbatija iebsa taghna u l-jasar taghna.” |
|
Flimkien |
|
U L-Mulej harigna miil-Egittu, b’id qawwija u bi driegh merfugh, b’biza’ kbir u b’sinjali u b’ghegubijiet. |
|
Missier |
|
Sahta wara sahta, nizlu fuq l-Egizzjani. B’hasra u dwejjaq minhabba l-hazen u t-tbatija li jghammru fid-dinja, missirijietna u ahna maghhom, waqt li niftakru fis-sahtiet u l-ghadd taghhom, inxerrdu qtar ta’ nbid b’sinjal ta’ ferh. |
|
Flimkien |
|
Ejjew nuru l-ferh taghna ghall-mixja tal-helsien. |
|
Kulhadd iqattar tliet qatriet fil-plattina. |
|
Missier |
|
Jew, ejjew niftakru fl-ghaxar sahtiet. |
|
Jinqraw, wahda wanda is-sahtiet u ma’ kull wahda kulhadd ixerred qatra nbid fil-plattina. |
|
Flimkien |
|
Demm! |
Infafet! |
Zringijiet! |
Borra! |
Nemus! |
Gradijiet! |
Insetti! |
Dlam! |
Pesta fl-imriehel! |
Il-mewt ta’ l-iben il-kbir! |
|
Missier |
|
Mbaghad, meta ankè iben
il-Farawni ntlaqat u miet fl-ahhar sahta, il-Farawni qam bil-lejl u baghat
ghal Mosè u ordnalu: “Itlaq, |
|
L-Ewwel |
|
Il-Mulej fired l-ilmijiet
u l-Israjelin qasmu qawwijin u shah; mbaghad l-ilmijiet inghalqu mill-gdid
fuq l-Egizzjani, bil-karrijiet kollha taghhom. Hekk, ulied |
|
Omm |
|
U bhal dwar l-ghaxar
sahtiet, hemm ukoll storja fit-tradizzjonijiet taghna li tghid kif
l-Egizzjani gherqu. |
|
Flimkien |
|
Ejjew niftakru u ma ninsew qatt. |
|
Konna lsira tal-Farawni
fl-Egittu, u Min kien u jibqa’ ghal dejjem, Alla taghna, harigna |
|
Li kieku l-Qaddis, ikun mbierek, li kieku ma harigx lill-missirijietna, kieku ahna, uliedna w ulied uliedna, ghadna lsira fl-Egittu. |
|
Missier |
|
Ejjew niftakru u ma ninsew qatt. Il-weghda ta’ Min kien u jibqa’ ghal dejjem, li jehles lill-poplu taghna, regghet u regghet twettqet, matul iz-zminijiet. |
|
L-Ewwel |
|
Mbierek Min zamm kelmtu
ma’ |
|
Kulhadd jgholli t-tazza bl-inbid. |
|
It-Tieni |
|
Din hija l-weghda li zamm ma’ missirijietna u maghna warajhom. |
|
Flimkien |
|
Ghax mhux wiehed kienu
dawk li qamu biex jehduha maghna u jeqirduna, izda f kull generazzjoni qam xi
hadd biex inehhina |
|
Missier |
|
F’kull nisel, kull wiehed minna ghandu jqis lilu nnifsu daqs li kieku hu stess gie mahrug mill-Egittu. |
|
Ghax hu miktub, li f’dak il-jum int tghid lil ibnek: |
|
Flimkien |
|
Dan minhabba dak li ghamel mieghi Min kien u jibqa’ ghal dejjem, meta harigni mill-Egittu. |
|
Mela, allna marbuta li nroddu hajr, infahhru, nigglorifikaw, nghollu, mbierku, nqimu u naduraw lil Min ghamel dawn l-ghegubijiet, ghal missirijietna u ghalina. Harigna mill-jasar ghall-helsien, mid-dwejjaq ghall-ferh, mil-luttu ghall-festa, mid-dlam ghad-dawl u mill-jasar ghas-salvazzjoni. Mela ejjew inkantaw quddiemu ghanja gdida! Halleluja! |
|
Mbierek int, Mulej Alla
taghna, Sultan tal-holqien kollu li hlistna u hlist lil missirijietna mill-Egittu,
u wassaltna sa dan il-lejl biex nieklu l-mazzott u 1-Haruf mal-hxejjex morri.
Hekk ukoll, Mulej Alla taghna, u Alla ta’ missirijietna, wassalna sa festi
ohra fil-gejjieni, fil-paci, halli nkunu nistghu nergghu nibnu mill-gdid
il-belt tieghek u nifirhu fis-servizz tieghek. Hemmhekk nghannulek ghanja
gdida ghall-helsien taghna u s-salvazzjoni ta’ ruhna. Mbierek int, Mulej, li
hlist lil |
|
Missier |
|
Dawn huma s-Salmi li jitkantaw fit-Tempju filGhid. |
|
Il-Missier iqabbad lil min jghid is-Salmi. |
|
L-Ewwel |
|
Halleluja! Fahhru, qaddejja tal-Mulej, |
Fahhru Isem-il Mulej! |
Mbierek isem-il Mulej, |
|
|
Mbierek Isem-il Mulej! |
Fuq l-artijiet kollha l-Mulej, |
Fuq is-smewwiet hu sebhu. |
Min hu bhall-Mulej Alla taghna |
Li tant qieghed fil-gholi, |
Li b’harstu jilhaq |
X’hemm fl-art u x’hemm fis-sema! |
|
Jgholli lill-fqir mit-trab, |
Lil min hu fil-bzonn mill-mizbla. |
Jaghtihom tron mal-princpijiet |
Fost is-setghana tal-poptu tieghu. |
Il-mara sterili johrog |
Bhall-Omm ferhana b’uliedha s-subien. Halleluja! |
|
It-Tieni |
|
Meta |
Id-dar ta’ Gakobb |
|
Guda, is-saltna tieghu. |
Il-bafiar, ra u harab! |
Il-Gordan rega’ lura! |
Il-muntanji qabzu bhall-kbiex |
u bhall-hrief il-gholjiet! |
Xi gralek bahar biex tahrab! |
U int Gordan, biex terga’ lura! |
U intom, muntanji, biex taqbzu bhall-kbiex, |
u intom gholjiet, bhall-hrief! |
Trieghed, art, quddiem il-Mulej, |
Quddiem Alla ta’ Gakobb! |
Hu li bidel il-blat f ghadira ilma |
Iz-zonqor fi xmajjar ta’ ilma! |
|
Missier |
|
Mill-Banar tal-Qasab, Mosè ghadda lil |
|
Flimkien |
|
Jien hu l-Mulej Alla tieghek li hrigtek |
mill-art ta’ l-Egiuu, |
Ma jkollokx allat ohra ghajri. |
Ma taghmilx xbihat mahduma b’idejk... |
ma tinzilx quddiemhom, taghtihom qima jew taqdihom. |
Ma ssemmix l-isem ta’ Alla tieghek fil-batal. |
Ftakar fis-Seba’ jum u qaddsu. |
Weggagh lil missierek u ’l ommok. |
La toqtolx. |
La taghmilx adulterju. |
La tisraqx. |
La tixhidx bil-qerq kontra garek. |
La tghirx. |
|
Missier |
|
Din hija l-Kelma ta’ Alla kif tinsab fit-Torah. Ejjew nixorbu t-tieni tazza. |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Alla taghna |
|
Kulnadd jixrob it-tieni tazza. |
|
Missier |
|
Issa wasalna ghall-ikla tas-Seder. Bhal ma s-soltu nibdew bil-qsim tal-hobz, hekk ukoll’issa, nibdew bil-qsim tal-mazzah. |
|
Il-Missier jagsam il-mazzah f’bicciet zghar, bicca ghal kull wiehed prezenti. |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Alla taghna |
|
Kulhadd jiekol il-bicca mazzah tieghu u jhalli bicca ghal Hillel wara l-ikla tal-Haruf. |
|
Missier |
|
Nieklu wkoll il-Haruf li l-Mulej Alla taghna ordnalna biex nieklu. Niftakru fil-haruf li qatlu u kielu mixwi Missirijietna, minghajr ma kissrulu ebda ghadma, bhal ma kien ordna l-Mulej lil Mosè. Niftakru fid-demm tieghu li missirijietna cappsu mal-koxxa tal-bibien ta’ djarhom u hekk helsu mill-mewt lil uliedhom il-kbar. Dan huwa l-haruf li permezz tieghu hlisna mill-ikbar sahta, il-mewt ta’ wliedna l-kbar. |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Mulej Alla
taghna |
|
Jittiekel il-haruf |
|
Missier |
|
Issa; wara li kilna l-Haruf ta’ l-Ghid, kull wiehed minna jiehu ftit miz-zalza bil-hxejjex morri u jbillha fil-haroxet biex inwettqu l-ordni li l-lejla nieklu hxejjex morri. Hekk inbillu l-ikel taghna, ghat-tieni darba. |
|
Dan isir billi b’kuccarina niehdu ftit zalza bil-hxejjex morri u bl-istess kuccarina niehdu ftit mill-haroxet |
|
Mbierek Int, Alla taghna |
|
Missier |
|
Issa nieklu li fadlilna mill-mazzah mal-haxix morr biex inkomplu l-ikla li tfakkarna fit-tbatija u fil-ferh, fil-jasar u fil-helsien ta’ missirijietna u taghna maghhom. |
|
Tittiekel il-bqija tal-mazzah li kien tqassam qabel u l-bqija tal-hxejjex morri. |
|
Missier |
|
Dak li kien ordnat lilna biex isir, issa twettaq. Ergajna wettaqna, dak li ghamlu Missirijietna qabilna, u obdejna l-ligi tal-Mulej. Issa nistghu ninsew it-tbatijiet, ghax il-Mulej Alla taghna helisna minnhom. Nistghu nimtlew bil-ferh u bir-radd tal-hajr ghal dak kollu li Alla ghamel maghna u ma’ missirijietna qabilna. |
|
Ejjew nibdew il-Festa ta’ l-Ghid. |
|
Flimkien |
|
Inroddu hajr lill-Mulej,
Alla taghna |
|
Jitnehha l-platt principali u tinghata bidu ghall-ikla
ta’ l-Ghid, bit-tqassim ta’ l-ikel l-iehor. Wara l-ikel, u qabe1 id-dezerta,
isir il-hin biex flimkien jitkanta d-Dajenu li tfisser ‘Ghalina kien ikun
bizzejjed!’ Il-versi jistghu jinghadu |
|
Missier |
|
Kemm ghamel ghegubijiet
maghna Min kien |
|
L-Ewwel |
|
Li kieku harigna mill-Egittu, izda ma kkastigax l-ghedewwa taghna |
|
Flimkien |
|
Ghalina kien ikun bizzejjed! |
|
It-Tieni |
|
Li kieku qasam il-bahar ghalina, izda ma gharraqx lil dawk li grew warajna |
|
Flimkien |
|
Ghalina kien ikun bizzejjed! |
|
It-Tielet |
|
Li kieku helisna |
|
Flimkien |
|
Ghalina kien ikun bizzejjed! |
|
Ir-Raba’ |
|
Li kieku temghana l-manna fid-dezert, izda ma tanix is-Sibt |
|
Flimkien |
|
Ghalina kien ikun biizejjed! |
Il-Hames |
|
Li kieku tana s-Sibt, izda ma tanix it-Torah |
|
Flimkien |
|
Ghalina kien ikun bizzejjed! |
|
Is-Sitt |
|
Li kieku tana t-Torah, izda ma
dahhalnix fl-art ta’ |
|
Flimkien |
|
Ghalina kien ikun bizzejjed! |
|
Is-Seba’ |
|
Li kieku dahhalna fl-art ta’ |
|
Flimkien |
|
Ghalina kien ikun bizzejjed! |
|
Fl-ahhar ta’l-ikla, timtela t-tielet tazza bl-inbid. |
|
Missier |
|
Ghadna kif kilna l-Ikla ta’ l-Ghid bhala nies hielsa. Ejjew inroddu hajr lill-ghajn tal-hajja u tal-helsien. Nbierku lil Alla flimkien. |
|
Flimkien |
|
Ha jkun mbierek Hu li
kien |
|
Missier |
|
Ha jkun dejjem mbierek, u mbierek dejjem ismu. |
|
Flimkien |
|
Ha jkun mbierek Isem-il Mulej, |
|
Mbierek Int, Alla taghna,
|
|
Omm |
|
U fit-tjubija kbira tieghu, qatt ma gejna bzonn xejn, mela minhabba l-Isem setghan tieghu, halli qatt ma jonqos xejn aktar, sa l-ahhar taz-zminijiet. |
|
L-Izghar |
|
Ghaliex hu jahseb f’kulhadd u jitma’ lil kulhadd. Hu tajjeb ma’ kulhadd u jhejji l-ikel ghall-holqien tieghu kollu. |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Mulej, ghax titma’ lil kulhadd. |
|
Missier |
|
Inroddulek hajr, Mulej, Alla
taghna, ghal din l-art sabiha, ghammiela u kbira li int ghogbok taghti b’wirt
lil missirijietna. Inroddulek hajr ukoll Alla taghna, |
|
L-Ewwel |
|
Inroddulek hajr ghall-Patt li hazzizt f’lahamna, u ghat-Torah, il-ligi tieghek, li ghallimtna. |
|
Flimkien |
|
U ghal dan kollu, Mulej, Alla taghna, nroddulek hajr u nfahhruk. |
|
It-Tieni |
|
Ikollok hniena Alla
taghna |
|
Flimkien |
|
U ehlisna, Mulej, Alla
taghna, fittex ehlisna mis-saram kollu taghna, la twarrabx il-htigijiet
taghna, Alla taghna |
|
It-Tielet |
|
Ftakar fina Mulej, Alla taghna, illum u ghal dejjem. Xerred fuqna l-barka tieghek u ehlisna biex ingawdu l-hajja. |
|
Flimkien |
|
Halli l-qilla tieghek tinzel fuq dawk li jassruna u li ma jridux jisimghu bl-Isem Qaddis tieghek. |
|
Missier |
|
J’Alla Min holoq
is-sliem, jitfa’ fuqna wkoll is-sliem tieghu, fuq |
|
Flimkien |
|
Amen! Fittxu ibnu lil
Gerusalemm, issa fi zmienna, illum. Mbierek Int, Alla qaddis, |
|
Missier |
|
J’Alla, Min Hu l-iktar hanin, ixerred barkiet kbar fuq din id-dar u fuq din il-mejda li ghadna kif kilna fuqha. |
|
Flimkien |
|
J’Alla, Min Hu l-iktar hanin, jitfa’ fuq din id-dar il-barka tieghu. |
|
Kull wiehed lil xulxin |
|
J’Alla, Min Hu l-iktar hanin jitfa’ fuqek il-barka tieghu, ghax int ukoll ghallimtni l-imhabba tieghu. |
|
Flimkien |
|
J’Alla, Min Hu l-iktar hanin ibierek lil kull min jinsab hawnhekk migbur, lilhom, lill-familji taglihom u lil dak kollu li hu taghhom. |
|
Omm |
|
J’Alla, Min Hu l-iktar hanin, jaghmilna denji li naraw Jum il-Messija. |
|
Missier |
|
Nixorbu it-tielet tazza! |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Alla taghna,
|
|
Huwa x’aktarx f’dan il-hin li
Gesù biddel il-kalci bl-inbid f’demmu, u offrih bhala sinjal ghall-Patt
il-Gdid bejn Alla u l-bniedem, ghall-mahfra tad-dnubiet u l-helsien mill-mewt
u d-dnub tal-bnedmin kollha. Araw b’liema mhabba habbna. Inghata kollu kemm
hu ghalina. Inroddulu hajr, infahhruh u nberkuh ghax hwejjeg kbar Hu ghamel
maghna llum Hu li huwa setghani, li l-hniena tieghu tisboq il-gustizzja u
l-hniena taghna. |
|
Kulhadd jixrob it-tielet tazza. Jitferra’ l-inbid fir-raba’ tazza. Timtela bl-inbid ukoll it-tazza ta’ Elija |
|
Missier |
|
Jinghad li Elija l-Profeta jzur kull dar waqt li ahna niccelebraw is-Seder. |
|
Jaghzel lil xi hadd biex jiftah il-bieb |
|
Missier |
|
Ejjew nifthu l-bieb ghal Elija, halli meta jigi jsib miftuh u jidhol. Nifthuh ukoll bhala sinjal ta’ ospitalità u hbiberija, bhala sinjal li l-ebda bniedem m’hu msakkar ghalih nnifsu mill-bnedmin l-ohra. J’Alla il-Hanin jibghatilna lil Elija l-Profeta l-qaddis, halli jhabbrilna bxajjar ta’ solidarjetà u helsien. |
|
Il-bieb ikun infetah. Il-Missier juri t-tazza ta’ Elija |
|
Missier |
|
Din hi t-tazza ta’ Elija
l-Profeta, ghax jinghad lilna bi hrafa li Elija jzur kull dar fejn jigi
mwettaq is-Seder. Ghaliex Elija? |
|
‘Araw, nibaghtilkom lil Elija l-Profeta, |
Qabel il-migja tal-jum kbir u tal-biza’ tal-Mulej, |
U hu jregga’ lura l-qlub ta’ l-ulied lejn missirijiethom, |
U l-qlub tal-missirijiet lejn uliedhom.’ |
|
Matul iz-zminijiet, meta l-poplu taghna bata kemm felah, xtaqu u bkew missirijietna ghal dan il-habbar ta’ qalb tajba, u harrfu u rrakkuntaw qlajjiet bla tarf kif dan Elija kien jidher ghall-gharrieda, jekk xi Lhudi fit-tigrib, jghajjatlu: “Elija! Ejja ehlisni!”. |
|
F’dawn l-istejjer, kellu jidher
taht diversi forom; drabi bhala sewwieq ta’l-igmla li jghn lil vjaggatur
mitluf fid-dezert, drabi ohra kellu jtir fil-berah biex jghin lil Lhudi li
gie meghlub mill-hallelin u mitfugh |
|
Jinghalaq il-bieb |
|
Missier |
|
Jingieb issa n-nofs l-iehor tal-mazzah li hbejna fil-bidu ta’ din l-ikla. |
|
Jingieb in-nofs l-iehor tal-mazzah. Il-Missier johrog in-nofs li kien mghotti fuq il-mejda, jghaqqadhom flimkien, u jzommhom merfughin fl-gholi. |
|
X’aktarx li f’dan il-hin, Gesù
waqqaf is-sagrament ta’ l-imihabba, l-Ewkaristija. Il-kap tal-mejda jiehu
l-hobz li jkun qasam fil-bidu ta’ l-ikla u jghaqqdu flimkien bhala sinjal
tal-ghaqda li ssehh mill-gdid mat-twettiq tal-weghda ta’ Alla, il-migja
tal-Messija. Mbaghad il-hobz jitqassam bejn kulhadd u jittiekel. It-testi
magzula mit-Testment il-Qadim, ghalina sehhew f’ |
|
Missier |
|
Min hu miksur, jerga’ jsir shih. Min hu mxerred, jerga’ jingabar. It-tama li l-Messija ghad jigi, tnisslet f’uliedna, biex jinstab dak li hu mitluf, jingabar dak li xxerred, u terga’ shiha l-fidi taghna. |
|
Waqt li jitqassam l-afikomen kulhadd jghid: |
|
Flimkien il-Profeti kienu jtennulna: |
Jigri fl-ahhar taz-zminijiet |
Li tigi mwaqqfa l-gholja ta’ dar il-Mulej, |
Bhala l-oghla wahda fost il-qcacet ta’ l-gholjiet, |
U titgholla ’l fuq mill-gholjiet kollha |
Minn Sijon johorgu t-Torah. |
U l-kelma tal-Mulej |
Ghad jaqta’ s-sentenza bejn hafna popli |
U jiddeciedi bejn gnus mbieghda |
Huma jbiddlu x-xwabel taghhom f’sikek tal-mohriet, |
U l-lanez taghhom fi mniegel. |
L-ebda gens ma jerfa’ s-sejf kontra gens iehor, |
U s-sengha tal-glied ma jitghallmuhiex izjed. |
Izda kull wiehed minnhom ghad joqghod |
Jistrieh taht id-dielja u t-tina fil-gnien tieghu |
U hadd ma jkollu izjed mnhiex jibza’, |
Ghaliex halq il-Mulej infetah, |
U l-Mulej tal-Ezercti tkellem. |
|
It-Torah tghallimna: |
|
‘Ma taghmilx deni lill-barrani li jterraq f’artek |
Ghandek thobbu daqsek innifsek, |
Ghax ahna konna ghorba f’art l-Egittu. |
Jien il-Mulej, Alla tieghek. |
Ma tobghodx lil huk f’qalbek. |
Hobb lil garek bhalek innifsek. |
Jiena l-Mulej. |
|
Kulhadd jiekol l-afikomen |
|
Missier |
|
Issa niftakru fil-mejtin qaddisa taghna, li qabilna batew u qabilna ferhu fil-hniena tal-Mulej. |
|
Skiet |
|
Missier |
|
Nghollu issa r-raba’ tazza. Nisimghu issa l-ahhar nisga ta’ tifhir. |
|
Omm |
|
L-erwieh tal-hajjin
kollha, jberkuk Mulej, Alla taghna! Mhux li kien fommna mimli bil-ghana bhal
ma l-bahar bl-ilma, mhux li kien l-ghajjat taghna bhall-hsejjes itarrxu ta’
l-imwieg tal-bahar, mhux li kien kliemna mimli tifhir daqs il-firxa tas-smewwiet,
ghajnejna jleqqu daqs ix-xemx u l-qamar, idejna miftuha ’l fuq daqs gwienah
l-ajkli fil-berah u l-ftuh, riglejna hfief daqs tac-criev. Xorta wahda,
minkejja dan kollu, ma jkollnix hila bizzejjed biex inroddulek kemm
jisthoqqlok tifhir, lilek, Alla taghna, Alla ta’ missirijietna, |
|
Missier |
|
Ejjew, mela nixorbu
r-raba’ tazza , it-tazza tal-helsien |
|
Flimkien |
|
Mbierek Int, Alla taghna,
|
|
Missier |
|
Temmejna t-tifkira ta’ l-Ghid. J’Allas-sena d-diehla, niccelebraw l-Ghid f dinja ta’ paci, f dinja ta’ helsien universali. |
|
Flimkien |
|
AMEN! |
Is-sena d-diehla f’Gerusalemm. J’Alla jinfethu quddiemna t-triqat materjali u spiritwali ghal-Lhud mxerrda f’kull rokna ta’ l-art, b’mod specjali fejn it-triq hi iebsa. J’Alla ninghaqdu flimkien f’poplu wiehed skond ix-xewqa tal-Mulej, f’Gerusalemm. Illum hawn, is-sena d-diehla fGerusalemm. |
AMEN! HALLELUJA! |