Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA
Redatt taht id-direzzjoni ta’
XAVIER LEON DUFOUR
Abel – Abraham - Adam – Adulterju – Amen – Anatema
1. Abel, il-gust.
Il-grajja ta’ Kajjin u Abel hi l-bidu tat-tema tal-bniedem gust li jbati, li n-narratur jirrakkonta li grat sa mill-ewwel generazzjoni. Din il-grajja ghandha valur ezemplari u tipprezenta f’termini konkreti wahda mill-karatteristici generali tal-kondizzjoni umana, karratteristika li tibqa’ hemm matul kull zmien. L-oppozizzjoni siekta bejn bnedmin li jkunu ahwa, minkejja t-tnissil taghhom mill-istess guf (Atti 17, 26) twassal ghal tqatil imdemmi bejniethom. Bil-maqlub tas-sagrificcju ta’ Kajjin, is-sagrificcju ta’ Abel jintghogob f’ghajnejn Alla (Gen 4, 4w). Dan jigri mhux minhabba x-xorta ta’ l-offerta. B’paragun mal-bniedem hazin, li jitwarrab, Abel jirrapprezenta lill-bniedem gust, li fih Alla jsib l-ghogba tieghu. Izda l-hazin jonsob lill-gust biex joqtlu (S 10, 9-11). Din hija ligi universali u d-demm tal-gust li xxerred sa mill-bidu tal-holqien isejjah mill-art lil Alla u jitlob li jsir il-haqq (Gen 4, 10).
2. Ix-xbiha ta’ Gesu`.
Din il-ligi ta’ dinja iebsa se tigi ghalkollox applikata fil-kaz ta’ Gesu`. Hu, il-Qaddis u l-Gust (Atti 3, 14), se jinghata l-mewt minn niesu li jhaddnu l-istess fidi. Dan hu l-eqqel delitt. Ghalhekk, il-htijiet "tad-demm tal-gusti kollha li xtered fuq l-art, ibda minn demm Abel il-gust sa demm Zakkarija.......li intom qtiltuh bejn is-santwarju u l-artal....... ghad jaqghu kollha fuq dan in-nisel" (Mt 23, 35w). Din l-attitudni kiebja ma tolqotx biss il-kaz specjali tal-mexxejja Lhud, li huma responsabbli ghall-mewt ta’ Gesu`; izda tinfirex ghalfuq il-dinja kollha, billi ma’ kullimkien jinsabu kazijiet ta’ bnedmin innocenti li jighataw il-mewt: dan it-tixrid ta’ demm jghajjat ghal vendetta mdemmija (Apk 16, 16; 18, 24). Madankollu, filwaqt li hemm dan il-lehen li qed isejjah vendetta, hemm demm iehor li ghandu lehen iktar qawwi minn dak ta’ Abel: dan hu d-demm li jahsel u jsaffi ta’ Gesu` (Lhud 12, 24). Dan jistieden lil Alla biex jaghti l-mahfra: "Missier, ahfrilhom, ghax ma jafux x’inhuma jaghmlu" (Lq 23, 34). Is-sitwazzjoni li tinholoq bil-qtil ta’ Abel, il-bniedem gust, issib ghalhekk il-maqlub taghha f’Gesu`, il-qaddej gust li jbati. Izda ghall-kuntrarju ta’ Kajjin li jibqa’ mfakkar minna minhabba fin-nuqqas drammatiku ta’ mhabba f’qalb il-bniedem (1Gw 3, 12), hu Abel li jibqa’ l-mudell tal-gustizzja gewwinija, tal-fidi li twassal ghall-gustizzja; u din hi r-raguni ghaliex, ghalkemm mejjet, huwa xorta ghadu jitkellem (Lhud 11, 4).Bhala antenat tal-poplu maghzul, Abraham jokkupa post privileggat fl-istorja tas-salvazzjoni. Is-sejha tieghu mhix wahda li semplicement tibda l-ewwel fazi tal-pjan ta’ Alla; is-sejha tiddetermina il-qafas ewlieni tal-pjan ta’ Alla.
I. IS-SEJHA TA’ ABRAHAM
Minflok kronologija semplici ta’ Abraham, il-Genesi joffri storja religjuza li fiha hemm hjiel ta’ tliet gheruq ta’ tradizzjoni: dik Jahwista li tinsisti fuq il-barkiet divini u l-weghdiet; dik Elohista, dwar il-fidi ppruvata sew tal-patrijarka; u dik tat-tradizzjoni sacerdotali fuq il-patt u c-cirkoncizjoni. F’dan id-dawl il-figura ta’ Abraham tohrog bhal dik ta’ bniedem li Alla gibed lejh u mbaghad garrbu bil-hsieb li jaghmlu l-missier imbierek b’mod straordinarju ta’ gens li ma jinghaddx.
1. Abraham, maghzul minn Alla.
Il-hajja ta’ Abraham tizviluppa ghalkollox skond l-inizjattiva hielsa ta’ Alla. Ikun Alla li l-ewwel jintervjeni; Huwa jaghzel lil Abraham minn familja li "jaqdu allat ohra" (Goz 24,2), igieghlu jitlaq minn Ur (Gen 11,30-31), u jmexxih bi triqatu gewwa art mhux maghrufa (Lhud 11,8). Din l-inizjattiva hija wahda ta’ mhabba ghax sa mill-bidu Alla juri generozita` kbira lejn Abraham. Il-weghdiet tieghu juru qafas ta’ gejjieni mill-isbah. Dak li Alla qieghed dejjem jghid huwa "Ser naghtik". Alla ser jaghti art lil Abraham (Gen 12,7; 13,15w; 15,18; 17,8); ser ibierku u jkabbarlu gensu (Gen 12,2; 16,10; 22,17). Tabilhaqq, ic-cirkostanzi jidhru li sejrin jikkontradixxu dawn il-prospetti, ghaliex Abraham huwa raghaj gerrej (nomadu) u Sarah ghaddielha z-zmien li fih jista’ jkollha t-tfal. Minhabba f’dan kollu l-gratwita` tal-weghdiet divini tispikka bil-wisq iktar. Il-futur ta’ Abraham jiddependi ghalkollox fuq is-setgha u t-tjubija ta’ Alla. Abraham hekk jigbor fih innifsu il-poplu ta’ Alla li ntghazel minkejja li ma kellu ebda mertu li jista’ jsejjah tieghu. Dak li hu mitlub minnu fuq kollox hija fidi attenta u ta’ minghajr biza, li jaccetta minghajr ebda dubju il-pjan ta’ Alla.2. Abraham imgarrab.
Din il-fidi kellha tissaffa u tissahhah bil-prova. Alla garrab lil Abraham billi talbu jissagrifika lil Izakk, proprju dak l-iben li dwaru kienet saret il-weghda (Gen 22,1w). Alla jghid lil Abraham "ma cahhadtnix minn ibnek il-wahdieni" (Gen 22,12.16). (Huwa maghruf li s-sagrificcju ta’ l-ulied kien jitwettaq fil-kulti tal-Kanaghnin). Izda huwa Alla li jzomm shih lil Izakk u hu Alla nnifsu li jehodha fuqu u "jahseb hu ghall-haruf ghas-sagrificcju" (Gen 22,8.13w). Hekk intwera bic-car kemm kien profond il-biza’ ta’ Alla li kellu Abraham (Gen 22,12). Mill-banda l-ohra, Alla kien qieghed fl-istess okkazjoni jikxef li l-pjan tieghu ma kienx dirett lejn il-mewt izda lejn il-hajja. Lil Alla "lanqas toghgbu l-qerda tal-hajjin" (Gherf 1,13; Dt 12,31; Ger 7,31). Il-mewt ghad xi darba tintrebah; "is-sagrificcju ta’ Izakk" mbaghad jidher bhala xena profetika (Lhud 11,19; 2,14-17; Rum 8,32).3. Abraham, missier mbierek.
L-ubbidjenza ta’ Abraham wasslet ghas-sehh tal-weghda (Gen 22,16w), li l-kisba taghha huwa ra filli "l-Mulej kien bierku f’kollox" (Gen 24,1). "Ma nstabx iehor bhalu fil-glorja " (Sir 44,19). Mhix kwistjoni ta’ kemm individwu ser ikun komdu: is-sejha ta’ Abraham hi li jkun missier. Il-glorja tieghu qeghda fin-nisel tieghu. Il-bidla fl-isem, minn Abram ghal Abraham, tiftihem sew bit-tifsir ta’ l-isem gdid "missier hafna gnus" (Gen 17,5). Abraham huwa pre-destinat li jkollu konsegwenzi kbar; billi Alla mhuwiex qieghed jahbi l-intenzjonijiet tieghu, il-patrijarka mal-ewwel jehodha fuqu li jintercedi ghall-ibliet ikkundannati (Gen 18,16-33). Li jkun missier ifisser li jkabbar l-influwenza tieghu li ghad tmiss lill-bnedmin kollha: "u jitbierku b’nislek il-gnus kollha ta’ l-art (Gen 22,18). Filwaqt li timmedita fuq din il-profezija, it-tradizzjoni Lhudija tirrikonoxxi fiha tifsira profonda: "Ghalhekk il-Mulej wieghdu b’gurament li bin-nisel tieghu jitbierku l-gnus" (Sir 44,21; Gen 22,18).B’hekk, jekk il-futur ta’ l-umanita` midinba kien imfassal fil-midneb, il-futur ta’ l-umanita` mifdija huwa mfassal fil-bniedem li jemmen.
II. ID-DIXXENDENTI TA’ ABRAHAM
1. Il-fedelta` ta’ Alla. Fil-kaz ta’ Abraham il-weghdiet saru ghad-dixxendenti tieghu wkoll (Gen 13,15; 17,7-8), hekk kif murijin mill-ghazla divina. Alla la jwaqqaf il-patt tieghu ma’ Ismaghel u lanqas iktar tard ma’ Ghesaw izda ma’ Izakk u ma’ Gakobb (Gen 17,15-22; 21,8-14; 27; Rum 9). Alla jgedded il-weghdiet tieghu maghhom (Gen 26,3w; 28,13w), u huma jghadduhom lil ta’ warajhom b’wirt (Gen 28,4; 48,15; 50,24). Filwaqt li ulied Abraham kienu mahqurin fl-Egittu, Alla ta widen ghall-ghajjat taghhom, ghaliex Hu "ftakar fil-patt tieghu ma’ Abraham, ma’ Izakk u ma’ Gakobb" (Ez 2,23w; ara Dt 1,8). "Hu ftakar fil-kelma qaddisa tieghu, u f’Abraham, il-qaddej tieghu. Hu hareg bil-ferh lill-poplu tieghu" (Salm 105,42w). Iktar tard ifarrag lill-eziljati billi jsejjhilhom "nisel Abraham, habibi" (Is 41,8).
Meta fi zmien it-tigrib tkun mhedda l-ezistenza ta’ Israel, ikun billi wiehed jerga’ jiftakar fis-sejha ta’ Abraham li l-profeti jergghu idahhlu t-tama fil-qlub: "Harsu lejn il-blata mnejn intgartu, lejn il-barriera mnejn inqtajtu. Harsu lejn Abraham missierkom, u lejn Sarah li wilditkom. Meta kien wahdu jien sejjahtlu, u beriktu u kattartu bis-shih" (Is 51,1w; 29,22; Neh 9,7w). U sabiex jikseb il-hniena ta’ Alla, l-ahjar talba tkun dik li juza isem Abraham: "Ftakar f’Abraham, f’Izakk u f’Israel, il-qaddejja tieghek ....." (Ez 32,13; Dt 9,27; 1 Slat 18,36) u "Gib ruhek ma’ Gakobb bil-fedelta`, bil-hniena ma’ Abraham" (Mik 7,20).
2. Wild fil-gisem.
Izda hemm mod hazin kif wiehed jiddependi mill-patrijarka. Mhuwiex ghal kollox bizzejjed li wiehed ikun il-wild fil-gisem tieghu sabiex ikun il-werriet legittimu tieghu; huwa iktar mehtieg li wiehed ikun nislu f’sens spiritwali. Ghax it-tama falza ma tkunx imsiehba bi hlewwa kbira u telqa kompleta f’idejn Alla. Ezekjel jghid dan kollu lin-nies ta’ zmienu (Ezek 33,24-29). Meta Gwanni l-Battista jhabbar il-gudizzju ta’ Alla, huwa jattakka din l-istess illuzjoni b’aktar qawwa: "Tahsbux li tistghu tghidu fikom infuskom, ‘Ghandna b’missier lil Abraham’, ghax nghidilkom li Alla, minn dan l-istess gebel, jista’ jqajjem ulied lil Abraham" (Mt 3,9). Ma hu ta’ ebda siwi li r-ragel ghani w egoista fil-parabbola jghajjat "Missier Abraham" ghax hu ma jakkwista xejn minghandu. Bid-dnub tieghu, hemm precipizju kbir li jifridhom (Lq 16,24w). Ir-raba’ vangelu joffri l-istess xhieda: Gesu` jikxef il-pjanijiet ta’ qtil li jkollhom il-Lhud u jqieghed quddiemhom il-fatt li ghalkemm huma wlied Abraham (Gw 8,37-44), dan ma zammhomx milli jsiru wlied ix-xitan. Li tkun wild fil-gisem ma jfisser xejn bla ma jkollok fedelta` lejn Alla.3. Il-fidi u l-opri.
Sabiex din il-fedelta` tkun wahda vera, jehtieg li jinqabez ostaklu iehor. Matul iz-zminijiet, it-tradizzjoni ccelebrat il-merti ta’ Abraham - l-ubbidjenza tieghu (Neh 9,8; Sir 44,20); l-eroizmu tieghu (1 Mak 2,52; Gherf 10,5w). Filwaqt li mxew fuq din it-triq xi Lhud waslu biex taw iktar importanza lil dan l-aspett: huma qeghdu t-tama kollha taghhom f’xoghol il-bniedem, l-osservanza perfetta tal-Ligi; u nsew li dak li kien mehtieg kien li jistriehu fuq Alla.Din il-pretensjoni supperva tigi konfrontata fil-parabbola tal-Farizew u l-Pubblikan (Lq 18,9-14), u tizzarma ghal kollox minn Pawlu li jserrah fuq kliem il-Genesi 15,6: "Abraham emmen lil Alla, u dan kien maghdud lilu ghall-gustifikazzjoni", u dan sabiex Pawlu jipprova li hija l-fidi u mhux bl-opri li permezz taghha ssehh is-salvazzjoni (Gal 3,6; Rum 4,3). Il-bniedem ma ghandu xejn biex jiftahar, ghaliex kollox jasallu minghand Alla b’titlu mhux misthoqq (Rum 3,27; 4,1-4). Ebda hidma ma tigi qabel il-hniena ta’ Alla; kull xoghol huwa frott ta’ din il-hniena. Ebda frott "ma jkun jiswa hlief biss il-fidi li tahdem permezz ta’ l-imhabba" (Gal 5,6; 1 Kor 15,10), l-istess bhalma dan il-frott ma naqasx fil-hajja ta’ Abraham; dak hu li qal Gakbu dwar l-istess passagg (Gak 2,20-24; Lhud 11, 8-19).
4. Dixxendenza genwina.
X’inhu, ghalhekk, b’mod definittiv, il-veru nisel ta’ Abraham? Huwa Gesu` Kristu, bin Abraham (Mt 1,1), li huwa madankollu ikbar minn Abraham (Gw 8,53): fost id-dixxendenti tal-patrijarka, Kristu huwa wkoll l-uniku wiehed li fih isehh fil-milja kollha tieghu il-wirt tal-weghda. Huwa n-nisel fuq l-ohrajn kollha (Gal 3,16). Huwa sewwasew ghall-migja ta’ Gesu` li Abraham hadem sa mill-bidu tas-sejha tieghu, u l-hena tieghu kienet filli jara dak il-jum fil-barkiet ta’ hajtu stess (Gw 8,56; Lq 1,54w.73).Dan it-twahhid tal-weghda f’dixxendent wiehed wahdu ma ghandux jitqies li hu xi restrizzjoni izda pjuttost il-kundizzjoni ta’ universalizmu veru li hu definit ukoll skond il-pjan ta’ Alla (Gal 4,21-31; Rum 9-11). Dawk kollha li jemmnu fi Kristu, sew cirkoncizi sew mhumiex, sew Lhud sew mhumiex, jistghu jiehdu sehem mill-barkiet ta’ Abraham (Gal 3,14). Il-fidi taghhom taghmilhom in-nisel spiritwali ta’ Kristu li emmen u li hu minn dak iz-zmien ‘il quddiem "il-missier ta’ dawk kollha li jemmnu" (Rum 4,11w). "Intom ilkoll haga wahda fi Kristu Gesu`. Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skond il-weghda" (Gal 3,28).
Dan huwa l-qofol tar-rivelazzjoni biblika, migjub fil-milja tieghu bl-Ispirtu ta’ Alla. Huwa wkoll l-ahhar kelma dwar il-weghda mhabbra lill-patrijarka li hlasu jkun kbir hafna (Gen 15,1): bhala missier huwa l-genitur ta’ dawk kollha maghzulin li jidhlu fis-saltna. Il-kenn ahhari ta’ kull min jemmen huwa "hdan Abraham" (Lq 16,22), fejn il-liturgija tal-mejtin tixxennaq li ghad jaslu l-erwieh.
I. ADAM u ULIED ADAM
1. Tifsir il-kliem. Kontra dak li jinterpretaw it-traduzzjonijiet tal-Bibbja, il-kelma Adam tintuza b’mod vast ghall-ahhar u toffri diversita` kbira ta’ tifsiriet. Meta Lhudi jlissen din il-kelma, huwa zgur li ma jkunx qieghed principalment jahseb fuq l-ewwel bniedem: ‘l hinn mir-rakkont tal-holqien fejn il-kelma tista’ tiftiehem xort’ohra, Adam tfisser l-ewwel bniedem b’mod cert biss f’erba’ siltiet (Gen 4, 1.25; 5, 1.3-5; Tob 8,6). B’mod tas-soltu, kif ghandu jkun, il-kelma tiftiehem bhala l-bniedem b’mod generali (Gob 14, 1), bhala l-gnus (Is 6, 12), bhala persuna kwalunkwe (Koh 2, 12; ara Sof 13, 5), bhala persuna (1 Slat 8, 46; S 105, 14), bhala bniedem uman (Hos 11, 4; S 94, 11). B’mod car jisboq is-sens kollettiv.
Dan il-fatt semantiku ghandu tifsir teologiku: ma nistghux naraw biss fl-ewwel Adam individwu wiehed fost bosta. Dan hu li jimplika c-caqlieq mis-singular ghall-plural meta jitkellem Alla, il-Hallieq: "Ha naghmlu l-bniedem fuq is-sura u x-xbieha taghna, u jahkmu....." (Gen 1, 26). X’kienet ghaldaqstant l-intenzjoni tan-narratur ta’ dawn l-ewwel kapitli tal-Genesi?
2. Dwar ir-rakkont tal-holqien u d-dnub ta’ Adam.
L-ewwel tlett kapitli tal-Genesi jikkostitwixxu, biex nghidu hekk, dahla ghall-Pentatewku kollu. Izda dawn ma tnisslux minn ghajn wahda; dawn inkitbu f’zewg zminijiet differenti minn zewg edituri wara xulxin, dak Jahwista (Gen 2-3), u dak sacerdotali (Gen 1). Min-naha l-ohra, hi tabilhaqq sorpriza li niskopru li dawn ma hallew ebda hjiel fil-letteratura sat-tieni seklu qabel Kristu; huwa f’dak il-waqt biss li, bhala l-kagun tal-mewt tal-bniedem, Bin Sirak jishet lill-mara (Sir 25, 24), u l-Gherf lix-xitan (Gherf 2, 24). Madankollu, dawn l-istess rakkonti jigbru f’qofol wiehed esperjenza generali, bil-mod mahsuba u mibnija minn qabel it-tieni seklu, u li certi elementi taghha nistghu nsibuhom fit-tradizzjoni profetika u sapjenzali.a) It-twemmin fl-universalita` tad-dnub
hemm dejjem insibuh affermat iktar u iktar; qiesu dan il-kuncett jinsab fil-kondizzjoni ta’ dawk li hargu minn Adam: is-salmista jitbekka li "fid-dnub nisslitni ommi" (S 51, 7). Band’ohra d-dnub tal-bniedem jintwera bhal dak ta’ holqien meraviljuz imqieghed, bhal anglu, fil-gnien minn Alla u li jaqa’ bi dnub ta’ kburija (Ezek 28, 13-19; ara Gen 2, 10-15; 3, 22w).b) Il-fidi f’Alla l-hallieq u feddej mhi xejn inqas hajja. Dan Alla hu fuhhari li jimmudella lill-bniedem(Ger 1, 5; Is 45, 9; ara Gen 2,7); huwa Hu li jgieghlu jerga’ lura u jsir trab (S 90, 3; Gen 3, 19). "X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem, biex tahseb fih? Ftit inqas mill-allat ghamiltu, bis-sebh u gmiel zejjintu, qeghedtu fuq l-ghemejjel kollha ta’ jdejk! Kollox taht riglejh qeghedtlu" (S 8, 5-7; ara Gen 1, 26-28; 2, 19w). Wara d-dnub, Alla ma jidhirx biss bhala l-Mulej tal-ghageb (Ezek 28, 13w; Gen 2, 10-14) li jnizzel minn fuq it-tron lill-kburin u jibghathom lura minn fejn ikunu bdew (Ezek 28, 16-19; Gen 3, 23w); Huwa wkoll Alla tas-sabar li ghandu mod kif jghallem lill-ibnu (Hos 11, 3w; Ezek 16; ara Gen 2, 8 - 3, 21). Bl-istess mod, il-profeti habbru tmiem-kull-zmien bhal dak tal-genna tal-qedem (Hos 2, 20; Is 11, 6-9); il-mewt se tinqered (Is 25, 8; Dan 12, 2; ara Gen 3, 15), u se jkun hemm ukoll Bin il-Bniedem misterjuz, ta’ xorta smewwija, li se jidher bhala rebbieh u hakkiem fuq is-shab (Dan 7, 13w).
3. Adam l-antenat taghna.
Fl-izvilupp tat-tradizzjoni li ghadha kemm giet imfassla, nistghu naraw, f’linji wesghin, it-taghlim moghti fir-rakkonti tal-holqien. Fl-ewwel tentattiv biex jirrifletti xi ftit fuq il-kondizzjoni umana, il-Jahwista, konvint li l-antenat kien jinkludi fih innifsu lil dawk kollha li kellhom jitnisslu minnu, jhabbar lil kull bniedem kif min dineb, ghax kien mahluq tajjeb minn Alla, kellu jum wiehed jigi mifdi. Ir-rakkont sacerdotali (Gen 1) jirrivela li l-bniedem huwa mahluq fuq xbieha ta’ Alla; ghaldaqstant, bl-ghajnuna tal-genealogiji (Gen 5; 10), juri kif il-bnedmin kollha jiffurmaw ghaqda li tmur ‘l hinn minn Israel: ir-razza umana.II. ADAM IL-GDID
1. Lejn it-teologija ta’ Adam il-gdid. It-TG jghid li l-bnedmin kollha huma mnissla minn bniedem wiehed biss (Atti 17, 26), jew li l-ewwel genituri huma l-prototipi tal-ghaqda konjugali (Mt 19, 4w; 1 Tim 2, 13w) li ghad terga’ tigi ristawrata fl-umanita` l-gdida. Dak li hu gdid fil-messagg tat-TG hu l-fatt li Gesu` Kristu jigi pprezentat bhala Adam il-gdid. Il-kitbiet apokrifi gibdu l-attenzjoni ghat-twahhid flimkien tal-midinbin kollha f’Adam; b’mod specjali, Gesu` nnifsu gie pprezentat bhala Bin il-Bniedem, herqan li juri fl-istess waqt li Hu kien tabilhaqq mir-razza umana u li Hu kellu jwettaq il-profezija glorjuza ta’ Danjel. Il-vangeli sinottici jaghmlu paragun ftit jew wisq esplicitu bejn Gesu` u Adam. Mark jiddeskrivi lil Gesu` li ghex fost il-bhejjem (Mk 1, 13); Mattew ifakkarna f’Gen 5, 1 fi "Ktieb in-nisel ta’ Gesu` Kristu" (Mt 1, 1); u skond Luqa dak li kien ghadu kif rebah fuq it-tigrib hu "bin Adam, bin Alla" (Lq 3, 38), il-veru Adam, li waqaf lix-xitan. Bla dubju, nistghu wkoll nintebhu fil-qafas ta’ innu li Pawlu jikteb dwaru (Fil 2, 6-11) li hemm kuntrast ippjanat bejn Adam, li fittex li jqieghed lilu nnifsu fuq livell daqs dak tal-kondizzjoni divina, u Gesu`, li ma kellu ebda hrara li jzomm il-qaghda tieghu. Ma’ dawn l-insinwazzjonijiet nistghu nghaqqdu xi tixbihat espliciti.
2. It-tieni u veru Adam.
Fl-1 Kor 15, 45-49, Pawlu jqieghed f’konfront qawwi z-zewg tipi li ahna maghmulin skond in-natura taghhom; "l-ewwel bniedem, Adam, sar ruh hajja", li tghammar fid-dinja, u taghmel opri spiritwali; it-tieni Adam "sar spirtu li jaghti l-hajja", ghax Hu l-bniedem tas-sema, u Hu spiritwali. Mad-dehra tal-grajja fil-bidu nett tixxiebah dik ta’ l-ahhar zminijiet, izda hemm abbiss li jaqsam it-tieni holqien minn dak ta’ l-ewwel, l-ispiritwali mill-gisem, dak tas-sema minn dak ta’ l-art.F’Rum 5, 12-21, Pawlu jghid b’mod esplicitu li Adam "kien xbieha ta’ dak li kellu jigi". Filwaqt li jafda fil-konvinzjoni li dak li ghamel l-ewwel Adam kellu effett universali - ghax fegget il-mewt (ara 1 Kor 15, 21w) - huwa bl-istess mod jafferma l-azzjoni feddejja ta’ Kristu, it-tieni Adam. Izda huwa jinnota d-differenzi b’mod car: minn Adam gew id-dizubbidjenza, il-kundanna, il-mewt; minn Gesu` Kristu, l-ubbidjenza, il-gustifikazzjoni, il-hajja. Kien ukoll permezz ta’ Adam li d-dnub dahal fid-dinja; bi Kristu, l-ghajn ta’ kull grazzja, id-dinja mtliet bl-istess grazzja. Finalment, l-ghaqda ghammiela bejn Adam u Eva kienet prefigura ta’ l-ghaqda ta’ Kristu mal-Knisja; din l-ghaqda min-naha taghha ssir il-misteru li hu s-sies taz-zwieg nisrani (Efes 5, 25-33; ara 1 Kor 6, 16).
Ghalkemm sew l-Ghaxar Kmandamenti sew iktar tard il-profeti jikkundannaw b’mod assolut l-adulterju, dik il-fedelta` li hi mehtiega mill-mizzewgin fiz-zwieg taghhom tigi biss rivelata fis-shuhija taghha minn Kristu. Izda l-fedelta` shiha mitluba mill-mara fit-TQ tista’ tittiehed b’simbolu ta’ dak li Alla jistenna mill-poplu tieghu; b’konsegwenza il-profeti jikkundannaw l-infedelta` ghall-patt bhala adulterju spiritwali.
1. Zwieg u adulterju.
Ghalkemm l-adulterju huwa projbit (Ez 20, 14; Dt 5, 18; Gen 7, 9; Mal 3, 5), it-tifsira li l-Ligi taghti dwaru hija wahda ristretta. Huwa dak l-att li bih il-pussess ta’ mara minn zewgha jew l-gharus taghha jigi miksur (Lev 20, 10; Dt 22, 22-24). Il-mara titqies bhala proprjeta` ta’ zewgha (Ez 20, 17) u mhux persuna li maghha jitwahhad f’dik il-fedelta` li ggib maghha mhabba reciproka (Gen 2, 23w). Dan it-twaqqigh tal-mara hu msieheb mal-migja tal-poligamija, li hi assocjata ma’ xi hadd min-nisel Kajjin li hu maghruf sew ghall-vjolenza tieghu (Gen 4, 19-24). Il-poligamija tigi tollerata ghal zmien twil (Dt 21, 15; ara 17, 17; Lev 18, 18); u sadattant l-ghorrief juru bic-car kemm hu ghemil gravi l-adulterju (Prov 6, 24-29; Sir 23, 22-28) u jheggu lill-irgiel izommu f’qalbhom imhabbithom ghall-mara ta’ zghozithom (Prov 5, 15-19; Mal 2, 14w). Iktar minn hekk, huma jikkundannaw ir-relazzjonijiet mal-prostituti, ghalkemm dan ma jirrendix lir-ragel adulteru (Prov 23, 27; Sir 9, 3.6).Gesu`, li l-hniena tieghu ssalva lill-mara adultera, jikkundanna dnubha (Gw 8, 1-11), izda fl-istess hin jirrivela l-ghan shih tal-fedelta` bejn il-mizzewgin (Mt 5, 27w. 31w; 19,9p). Din torbot kemm lill-irgiel kemm lin-nisa (Mk 10, 11); torbothom b’mod li ma jinhallx (Mt 19, 6) u sa fil-gewwieni taghhom (Mt 5, 28); li terga’ tizzewweg wara d-divorzju jfisser li taghmel adulterju; li tixxennaq ghal xi ghaqda ohra minbarra zewgek jew martek huwa li taghmel adulterju f’qalbek. Sabiex jigi evitat dan id-dnub, li jaqta’ lil persuna ‘l barra mis-saltna (1Kor 6, 9), Pawlu jwissi li hu mehtieg li tfittex il-bidu tal-fedelta` fl-imhabba (Rum 13, 9w). B’dan il-mod ikun possibbli li tevita milli tnigges il-qdusija taz-zwieg (Lhud 13, 4).
2. Patt u adulterju.
Il-patt, li ghandu l-ghan li jghaqqad lill-bnedmin ma’ Alla permezz ta’ rabta ta’ mhabba fidila, hu raffigurat mill-profeti bhala zwieg li ma jinhallx (Hos 2, 21w; 54, 5w); u ghaldaqstant l-infedelta` tal-poplu tissejjah bhala infedelta` u prostituzzjoni (Hos 2, 4), ghax il-poplu jaghti ruhu ghall-qima ta’ l-idoli bhal prostituta li taghti lilha nnifisha lill-mahbubin taghha ghall-qligh baxx (Hos 2, 7; 4, 10; Ger 5, 7; 13, 27; Ezek 23, 43-45; Is 57, 3).Gesu` juza din ix-xbiha sabiex jikkundanna n-nuqqas ta’ fidi; Huwa jsejjah lil dawk li huma tqal biex jemmnu u li jridu jaraw is-sinjali, kif ukoll lil dawk l-infidili li jisthu minnu u mill-Bxara tieghu, "nisel hazin u infidil" (Mt 12, 39; 16, 4; Mk 8, 38). Dawn il-kundanni jishqu fuq il-fedelta` assoluta li hi sew il-frott sew iz-zerriegha mehtiega ta’ l-imhabba.
Iktar milli dejjem ma tista’ tigi tradotta b’mod preciz u bi kliem tas-soltu, "Hekk ikun!", li jesprimu biss xewqa u mhux certezza, il-kelma Amen tfisser fuq kollox: certament, verament, tassew, jew semplicement iva. Din il-kelma titnissel minn gherq Ebrajk li jfisser shuhija, solidita`, certezza (ara fidi). Li tghid Amen huwa li tipproklama li dak li ghadu kemm inghad hu tabilhaqq veru, bil-ghan li dak li ghadu fuq livell ta’ proposta ghad jigi accertat jew li wiehed jghaqqad lilu nnifsu ma’ xewqa jew talba.
1. Impenn u akklamazzjoni.
Meta tikkonferma kelma, Amen jista’ jkollha tifsira dghajfa li tkun qisha l-"hekk ikun" taghna (Ger 28, 6). Izda bosta drabi din tkun kelma ta’ impenn: biha wiehed jaghti xhieda tal-qbil tieghu ma’ xi hadd (1 Slat 1, 36), wiehed jilqa’ missjoni (Ger 11, 15), wiehed jiehu fuqu r-responsabbilta` ta’ gurament u l-gudizzju ta’ Alla li dan igib mieghu (Num 5, 22). Madankollu iktar solenni huwa l-impenn kollettiv li dahlu ghalih fit-tigdid liturgiku tal-patt (Dt 27, 15-26; Neh 5, 13).Fil-liturgija l-kelma tista’ wkoll tassumi valur iehor; jekk il-bniedem jimpenja ruhu quddiem Alla, dan jaghmlu ghax jafda fil-kelma tieghu u wiehed jafda lilu nnifsu fi hdan is-setgha u t-tjubija ta’ dik il-kelma; din l-ghaqda totali hi fl-istess hin barka minghand Min il-bniedem iqieghed lilu nnifsu taht is-setgha tieghu (Neh 8, 6); hija talba li zgur ser tinstama’ (Tob 8, 8; Gdt 15, 10). Ghaldaqstant Amen hija akklamazzjoni liturgika, u taht dan l-aspett issib postha qrib tad-dossologiji (1 Kron 16,36); ta’ spiss ghandha wkoll din it-tifsira fit-TG (Rum 1, 25; Gal 1, 5; 2 Pt 3, 18; Lhud 13, 21). Bhala akklamazzjoni li biha tinghaqad l-assemblea ma’ min ikun qieghed jitlob f’isimha, l-Amen tippresupponi li, biex tinghaqad mal-kliem li tkun qieghed tisma, wiehed jifhem it-tifsira taghhom (1 Kor 14, 16). Bhala aderenza u akklamazzjoni, l-Amen saflahhar tikkonkludi il-kantici tal-maghzulin fil-liturgija tas-sema (Apk 5, 14; 19, 4), fejn tinghaqad ma’ l-Alleluja.
2. L-Amen ta’ Alla u l-Amen tan-nisrani.
Alla nnifsu li tant impenja ruhu b’mod liberali jibqa’ fidil ghall-weghdiet tieghu. Huwa Alla tal-verita`. Dan huwa t-tifsir tat-titolu "Alla tal-verita`" (Is 65, 16).L-Amen ta’ Alla huwa Gesu` Kristu. Fil-fatt, permezz tieghu Alla jara jitwettqu l-weghdiet tieghu fis-shuhija taghhom u juri li gewwa fiH mhemmx Iva u Le, izda biss Iva (2 Kor 1, 19w). F’dan it-test, Pawlu jdahhal minflok il-kelma Ebrajka Amen, il-kelma Griega Na`i, li tfisser Iva. Meta Gesu` jintroduci dak li jkun se jghid bil-kelma Amen (Mt 5, 18; 18, 3....), kif imtennija fil-Vangelu skond Gwanni (Gw 1, 51; 5, 19), Huwa jkun qieghed igib ruhu b’mod li l-Lhud ma kienux jafu bih. Minghajr dubju, Huwa jkun qed juza l-formola liturgika, izda biex jadottaha ghall-uzu specjali tieghu hu wisq probabbli li Huwa kien qieghed jghaddi ghal fuqu t-thabbira profetika: "Dan Jahweh li qieghed jitkellem." Huwa mhux biss qieghed jishaq li Huwa l-messaggier ta’ Alla tal-verita`, izda wkoll li l-kliem tieghu huma verita`. L-istqarrija li tigi introdotta b’dan il-mod ghaldaqshekk ghandha storja bikrija, li tibqa’ minghajr ma tigi espressa u li taghha it-tmiem huwa l-Amen. U x’jista’ jkun aktar dan jekk mhux id-djalogu bejn il-Missier u l-Iben? Ghaliex Gesu` ma jitkellimx Hu biss il-verita` meta jlissen il-kliem ta’ Alla; Huwa l-Kelma nnifisha ta’ Alla veru, l-Amen li tittraxxendi lill-ohrajn kollha, ix-xhud fidil u veru (Apk 3, 14).
Huwa ghalhekk fl-ghaqda tieghu ma’ Kristu li n-nisrani ghandu jwiegeb lil Alla jekk huwa jixtieq li jkun fidil; l-unika Amen effikaci li hemm hija dik li titlissen minn Kristu ghall-glorja ta’ Alla (2 Kor 1, 20). Il-Knisja tlissen din l-Amen f’ghaqda mal-maghzulin fis-sema (Apk 7, 12) u hadd ma jista’ jlissinha kemm-il darba ma jkollux gewwa fih il-grazzja tal-Mulej Gesu`; hekk hi x-xewqa li ttemm l-Iskrittura u li tigi ssigillata b’Amen ahharija, jigifieri li din il-grazzja tkun maghna lkoll (Apk 22,21).
L-gherq semitiku tal-kelma herem, anatema, ifisser "twarrab fil-genb", "tnehhi minn uzu profan". L-uzu tal-kelma fil-Bibbja essenzjalment jindika konsagrazzjoni lil Alla.
TQ
Fl-eqdem kitbiet, id-drama ta’ l-anatema, li Israel ghandu l-istess bhalma ghandhom il-gnus ta’ madwaru bhal Moghab, m’hijiex biss it-tbiccir ta’ l-ghadu mirbuh, izda wkoll wahda mir-regoli religjuzi tal-gwerra qaddisa. Sabiex jikseb ir-rebha, filwaqt li jkun qed jitqabad il-gwerer tal-Mulej, Israel iwieghed il-priza lill-anatema, jigifieri, jichad il-jedd li jaghmel xi qligh minnha u jaghmel weghda li jikkonsagraha lill-Mulej (Num 21, 2w; Goz 6). Din il-konsagrazzjoni tinvolvi l-qirda shiha tal-priza, sew jekk hlejjaq sew jekk oggetti. Jekk din ma ssirx, zgur li jasal il-kastig (1 Sam 15); u l-istess jigri jekk tinkiser b’xi sagrilegg, li jwassal ghal telfa (Goz 7).
Fil-fatt, l-anatema kienet tigi applikata rari hafna; il-bicca l-kbira ta’ bliet Kanghanin kienu okkupati minn Israel (Goz 24, 13; Mh 1, 27-35), bhal Gezer (Goz 16, 10; 1 Slat 9, 16) jew Gerusalemm (Mh 1, 21; 2 Sam 5, 6w). X’uhud minn dawn l-ibliet sahansitra ghamlu pattijiet, bhal Gibghon (Goz 9) u Sikem ( Gen 34).
L-istorici tad-Dewteronomju kienu jafu li l-anatema ma kienetx tigi applikata fi zmien ir-rebha l-kbira (Mh 3, 1-6; 1 Slat 9, 21). Madankollu, huma ghamlu ligi generali minnha b’reazzjoni kontra l-influwenza korruttrici tar-religjon Kanghanija fuq Israel u biex jergghu jaffermaw il-qdusija tal-poplu maghzul (Dt 7, 1-6). Hu proprju ghalhekk li l-istorja tar-rebha l-kbira tigi pprezentata b’mod daqstant sistematiku: dawn l-istorici baghtu lura fiz-zmien ir-reazzjoni religjuza, fi zmien meta s-sovranita` eskluziva tal-Mulej fuq l-art mqaddsa u l-abitanti taghha kienet mhedda.
L-evoluzzjoni tal-kelma herem tidher li wasslet ghal firda taz-zewg elementi taghha: min-naha wahda, il-qirda u l-kastig li jsegwu l-infedelta` lejn il-Mulej b’mod partikolari (Dt 13, 13-18; Ger 25, 9); mill-ohra, fil-letteratura sacerdotali, il-konsagrazzjoni ta’ bniedem jew ta’ xi haga lil Alla, minghajr ma din qatt tistqa’ tingieb lura (Lev 27, 28w; Num 18, 14).
TG
Fit-TG m’ghadx hemm il-hsieb ta’ gwerra qaddisa, l-istess bhalma spiccat l-idea li taghmel weghda li se ggib l-ghedewwa tieghek f’anatema. Izda xorta din il-kelma tibqa’ tintuza, fit-tifsira lilha moghtija ta’ sahta (u, f’Lq 21, 5, hekk kif tirreferi ghall-offerti votivi fit-tempju ta’ Gerusalemm).
Meta din tintuza mil-Lhud f’dikjarazzjonijiet ta’ xi halfa (Mk 14, 71p; Atti 23, 12), tkun tfisser is-sahta li tinzel fuq min ikun lissen il-halfa jekk dan ma jkunx qieghed jghid is-sewwa.
Fis-siltiet ta’ Pawlu hija ghamla ta’ sahta li tfisser il-haqq li jaghmel Alla fuq min ma jkunx fidil (Gal 1, 8w; 1 Kor 16, 22). In-nisrani zgur li ma jistax ilissen din il-kelma kontra Gesu` (1 Kor 12, 3). Meta l-appostlu jghid li ahjar ikun anatema jekk dan iwassal lil Lhud li huma nislu biex isalvaw, huwa jghid car li dan ikun ifisser ghalih li jinfired minn Kristu (Rum 9, 3). Din l-istqarrija li tidher hekk kontradittorja, ghaldaqstant, tiehu post is-sahta finali.