Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA

Redatt taht id-direzzjoni ta’

XAVIER LEON DUFOUR

INDICI

Angli – Annimali – Antikrist – Appostli – Arka – Aron

ANGLI

L-isem anglu mhux wiehed li jindika xi xorta izda funzjoni: Ebr. malak, Grg. angelos, ifissru "habbar". L-angli huma "spirti qaddejja, mibghutin biex jaqdu lil dawk li ghadhom jiksbu s-salvazzjoni" (Lhud 1, 14). Mhux daqstant facli li taqbad bis-sensi ordinarji tieghek lill-angli ghax dawn jghixu f’dinja misterjuza. L-ezistenza taghhom qatt ma qajmet ebda problema fil-Bibbja; izda l-hinn minn dan kollu, it-taghlim fuq l-angli juri certu zvilupp, u l-mod kif dawn jissemmew u jigi rapprezentati jgieghlek tahsab li hemm riferenza kontinwa ghall-ghana ta’ simbolizmu religjuz.

TQ

1. L-angli tal-Mulej u l-anglu tal-Mulej. Filwaqt li jiehu tema komuni li hi karatteristika fil-mitologiji orjentali, izda jadattaha ghar-rivelazzjoni ta’ Alla wiehed, it-TQ ta’ spiss jirrapprezenta lil Alla bhal xi sultan orjentali (1 Slat 22, 19; Is 6, 1, 3). Dawk li qeghdin fil-qorti mieghu huma wkoll qaddejja tieghu (Gob 4, 18); bl-istess mod jissejhu l-qaddisin (Gob 5, 1; 15, 15; S 89, 6; Dan 4, 10); jew ulied Alla (S 29, 1; 89, 7; Dt 32, 8). Fosthom hemm il-kerubini (isimhom ghandu nisel Mesopotamiku) li jappoggaw it-tron tieghu (S 80, 2; 99, 1), jsuqu l-karru tieghu (Ezek 10, 1), jaghmluha ta’ staffa ghaliH (S 18, 11), jew iharsu d-dhul ghall-post fejn Huwa jghammar biex ibarru lil kull min ikasbar (Gen 3, 24); is-serafini ("kollhom nar iheggu") li jkantaw il-glorja tieghu (Is 6, 3), u huwa wiehed minnhom li jsaffi xofftejn Isaija waqt id-dehra inawgurali tieghu (Is 6, 7). Il-kerubini jinsabu fl-ikonografija tat-tempju fejn ikennu l-arka bi gwinhajhom (1 Slat 6, 23-29; Ez 25, 18w). Gemgha kbira celesti (1 Slat 22, 19; S 148, 2; Neh 9, 6) hekk jghollu bit-tifhir il-glorja ta’ Alla; din il-gemgha tinsab lesta ghall-amar tieghu biex tmexxi lid-dinja u twettaq l-ordnijiet tieghu (S 103, 20); tifforma holqa bejn is-sema u l-art (Gen 28, 12).

Madankollu, minbarra dawn il-habbara enigmatici, ir-rakkonti biblici tal-qedem jafu b’anglu tal-Mulej (Gen 16, 7; 22, 11; Ez 3, 2; Mh 2, 1) li xejn mhu differenti mill-Mulej innifsu u li juri ruhu hawn fuq l-art f’ghamla li tidher (Gen 16, 13; Ez 3, 2): ghax jghix f’dawl li jghammex (1 Tim 6, 16), Alla ma jistax jippermetti lill-hlejjaq li jarawlu wiccu (Ez 33, 20); il-bnedmin jistghu ihossu biss ir-riflessjoni misterjuza tieghu. L-anglu tal-Mulej tal-kitbiet qodma iservi ghalhekk biex iwasslilna teologija li ghadha wahda tal-qedem u li, bit-titlu "Anglu tal-Mulej", thalli d-dell taghha wkoll fit-TG (Mt 1, 20.24; 2, 13.19; Lq 1, 11; 2, 9) kif ukoll fil-kitbiet patristici. Izda, paripassu ma’ kemm bdiet timxi ‘l quddiem ir-rivelazzjoni, dak li jaghmel Alla beda aktar u aktar jghaddi biex jaghmluh l-angli, il-habbara ordinarji tieghu.

2. Zvilupp tad-duttrina ta’ l-angli. Origin-arjament, kien lill-angli li kienu jigu attribwiti minghajr ebda diskriminazzjoni opri tajbin u hziena (ara Gob 1, 12). Alla baghat lill-anglu t-tajjeb tieghu biex jipprotegi lil Israel (Ez 23, 20); izda ghal missjoni ta’ mewt, Huwa baghat lill-angli tal-qirda (S 78, 49), bhall-qerriedi (Ez 12, 23; ara 2 Sam 24, 16w; 2 Slat 19, 35). ukoll dak Satana tal-Ktieb ta’ Gob xorta kellu sehem fl-assemblea divina (Gob 1, 6-12; 2, 1-10). Izda, wara l-ezilju, l-opri ta’ l-angli saru minn dak iz-zmien ‘il quddiem iktar specjalizzati, u l-angli kisbu kwalita` morali kif kien jixraq lill-hidma taghhom: l-angli t-tajbin fuq naha wahda, Satana u l-ispirti hziena fuq l-ohra; bejniethom kien hemm oppozizzjoni kostanti (Sof 3, 1w). Din il-fasla ta’ univers spiritwali li kien maqsum kellu l-influwenza indiretta tal-Mesopotamja u tal-Persja: sabiex ikun jista’ jhabbatha ahjar mal-ghaqda flimkien tal-principji tal-Persja u tal-Babilonja, il-mentalita` Lhudija zviluppat it-taghlim li kellha aktar qabel; bla ma nfirdet mill-monoteizmu rigoruz taghha, xi mindaqqiet ghamlet uzu minn simbolizmu misluf u gabret f’sistema wahda r-raffigurazzjoni taghha ta’ l-univers angeliku.

Huwa proprju ghalhekk li l-Ktieb ta’ Tobit isemmi lis-seba’ angli li joqoghdu fil-prezenza ta’ Alla (Tob 12, 15; ara Apk 8,2) - struttura simili ghall-angelologija tal-Persja. Izda l-hidma attribwita lill-angli ma nbidlietx. Huma jharsu lill-bnedmin (Tob 3, 17; S 91, 11; Dan 3, 49w) u jipprezentaw talbhom lil Alla (Tob 12, 12); huma jaraw x’ikun qed jigri mid-destin tal-gnus (Dan 10, 13-21). Minn zmien Ezekjel, huma jispjegaw lill-profeti t-tifsira tad-dehriet li jkollhom (Ezek 40, 3w; Sof 1, 8w); din fl-ahhar issir tendenza letterarja karatteristika tal-kitbiet apokalittici (Dan 1, 5-19; 9, 21-23). Huma jircievu ismijiet li jikkorrispondu ghall-funzjonijiet taghhom: Rafel, "Alla jfejjaq" (Tob 3, 17; 12, 15); Gabrijel, "Qalbieni ta’ Alla" (Dan 8, 16; 9, 21); Mikiel, "Min huwa bhall-Mulej?" (Dan 10,13.21; 12, 1). Dawn il-fatti jinsabu msemmija iktar fit-tul fil-letteratura apokrifa (il-Ktieb ta’ Henok) u fil-letteratura rabbinika, li ppruvat torganizzhom f’sistemi ftit jew wisq koerenti. Hekk it-taghlim tat-TQ dwar l-ezistenza ta’ l-univers angeliku u tal-prezenza tieghu fl-univers tal-bnedmin, jigi affermat il-hin kollu. Izda kif dan jigi pprezentat u l-klassifiki uzati mit-taghlim tat-TQ necessarjament ghandhom karattru simboliku li jirrendu bhala xi haga delikata l-fatt li tifhem dak li hemm.

TG

It-TG juza l-istess lingwagg konvenzjonali, u dan jiehdu kemm mill-kotba mqaddsa kemm mit-tradizzjoni Lhudija kontemporanja. Ghaldaqstant it-TG jaghti l-ghadd ta’ l-arkangli (1 Tes 4, 16; Guda 9), tal-kerubini (Lhud 9, 5), tat-troni, dominazzjonijiet, principalitajiet, u setghat (Kol 1, 16), li maghhom band’ohra jizdiedu wkoll il-virtujiet (Efes 1, 21). Din il-gerarkija, li ghandha gradi li mhux dejjem jissejhu l-istess, m’ghandhiex l-ghamla ta’ xi taghlim fiss, izda ta’ element sekondarju, u wiehed b’delineamenti pjuttost varjanti. Izda bhal fit-TQ il-qofol tal-hsieb gej minn band’ohra, u hawn jerga’ jigi organizzat mill-gdid madwar ir-rivelazzjoni ta’ Gesu` Kristu.

1. L-angli u Kristu. L-univers angeliku ghandu wkoll post fil-hsieb ta’ Gesu. L-evangelisti xi mindaqqiet jitkellmu dwar l-ghemejjel intimi tieghu ma’ l-angli (Mt 4, 11; Lq 22, 43); Gesu’ jsemmi lill-angli bhala hlejjaq li jezistu u li huma attivi. Filwaqt li jharsu lill-bnedmin, huma jaraw wicc il-Missier (Mt 18, 10p). Hajjithom tahrab minn kull gibda ta’ kondizzjonament ta’ din id-dinja (ara Mt 22, 30p). Ghalkemm huma ma jafux meta se jkun jum l-ahhar haqq, li dwaru jaf biss il-Missier (Mt 24, 36p), se jkunu huma nnifishom li se jwettquh (Mt 13, 39.49; 24, 31). Minn dal-waqt ‘il quddiem, huma se jaqsmu fl-hena ta’ Alla meta l-midinbin jikkonvertu (Lq 15, 10). Dawn it-tendenzi kollha huma konformi mat-twemmin tradizzjonali.

Gesu` aktar minn hekk, jiccara l-qaghda taghhom fil-konfront ta’ Bin il-Bniedem, dik il-figura misterjuza li tiddefiniH, specjalment fil-glorja tieghu fil-gejjieni: l-angli se jsehbuh fil-jum tal-parousia tieghu (Mt 25, 31); huma se jitilghu ‘l fuq minnu u jinzlu ghal fuqu (Gw 1, 51), kif ghamlu aktar qabel mas-sellum ta’ Gakobb (Gen 28, 10.....); Huwa se jibghathom jigbru lill-maghzulin (Mt 24, 31p) u jichdu s-saltna lil dawk li jkunu kkundannati (Mt 13, 41w). Mill-waqt tal-passjoni, huma qeghdin hemm biex jaqduH, u Huwa jista’ jitlob l-intervent taghhom (Mt 26, 53).

Il-hsieb nisrani primittiv ikun qieghed biss jelabora kliem Gesu` meta jassigurana li l-angli jaqghu tahtu. umiljat tahthom bl-inkarnazzjoni tieghu (Lhud 2, 7), Huwa xejn inqas kien jisthoqqlu l-qima taghhom bl-istat tieghu ta’ Bin Alla (Lhud 1, 6w; ara S 97, 7). Mill-waqt tal-qawmien tieghu mill-imwiet, jidher car li Alla ghamilhom suggetti ghaliH (Efes 1, 20w), huma li nhalqu minnu, fiH, u ghaliH (Kol 1, 16). Huma issa jaghrfu l-potesta` tieghu (Apk 5, 11w; 7, 11w), u se jkunu l-iskorta tieghu fl-ahhar jum (2 Tes 1, 7; Apk 14, 14-16; ara 1 Tes 4, 16). Hekk l-univers angeliku jigi subordinat ghal Kristu, il-misteru li jkun ikkontempla (1 Tim 3, 16; ara 1 Pt 1, 12).

2. Angli u bnedmin. F’dan il-qies, l-angli jkomplu jwettqu ghall-bnedmin dawk il-hidmiet li t-TQ kien diga` attribwixxa lilhom. Meta tasal xi komunika sopranaturali mis-sema ghall-art, dawn jibqghu il-habbara misterjuzi taghha: Gabrijel iwassal it-thabbira doppja (Lq 1, 19.26); gemgha smewwija tintervjeni fil-lejl tal-milied (Lq 2, 9-14); mbaghad, huma l-angli li jhabbru l-qawmien (Mt 28, 5-7p) u jaraw li l-appostli jifhmu t-tifsira tat-tlugh fis-sema (Atti 1, 10w). Filwaqt li jghinu lil Kristu fil-hidma tas-salvazzjoni (Lhud 1, 14), huma jiggarantixxu l-protezzjoni tal-bnedmin (Mt 18, 10; Atti 12, 15), huma jipprezentaw lil Alla t-talb tal-qaddisin (Apk 5, 8; 8, 3), imexxu erwieh il-gusti lejn il-genna (Lq 16, 22: "In Paradisum deducant te Angeli"). Bil-ghan li jipprotegu lill-Knisja, huma jkomplu flimkien ma’ Mikiel, l-mexxej taghhom, it-taqbida kontra Satana li ilha ssehh sa mill-bidu tal-holqien (Apk 12, 1-9).

Hemm ghaldaqstant holqa intima li torbot lill-univers materjali ma’ dak tas-sema; hemm fuq, l-angli jiccelebraw liturgija dejjiema (Apk 4, 8-11) li maghha tinghaqad fuq din l-art il-liturgija tal-Knisja (ara l-Glorja, il-Prefazju, il-Qaddis). Ninsabu mdawrin bi prezenzi sopranaturali; il-veggent tal-Apokalissi jikkonkretizza dawn il-prezenzi fil-lingwagg konvenzjonali li gie mqaddes bl-uzu fiz-zmien. Dan jitlob minna li nuru certa riverenza (ara Goz 5, 13-15; Dan 10, 9; Tob 12, 16) li m’ghandhix x’taqsam ma’ qima (Apk 22, 8w). Lil hinn minn dawn l-istqarrijiet espliciti fil-Bibbja, il-kritiku jista’ jsaqsi x’ifissru dawn ir-raffigurazzjonijiet, principalment ikkupjati mid-dinja pagana tal-madwar, li jdahhlu elementi periferali fil-messagg bibliku. Din mhix xi problema hafifa xi ssolvi. Haga wahda hi zgura. Tkun xi tkun ix-xorta u l-istruttura ta’ l-univers spiritwali li jdur ma’ Alla u jwettaq il-hsibijiet tieghu, hu permezz ta’ din is-sottomissjoni lejn Kristu, il-medjatur tas-salvazzjoni, li tigi mwahhda mal-pjan divin tal-holqien u tas-salvazzjoni. Huwa b’dan il-mod li din tidhol fi hdan il-fidi taghna.

ANNIMALI

Il-hlejjaq li huma annimali jaghmlu dak is-sehem mill-holqien li jigi l-eqreb lejn ‘il bniedem. Din ir-rabta, li xi minn daqqiet ma naghtux kazha, kienet xi haga li l-Lhud hassew sew ghax iktar minna, huma kienu jghixu f’kuntatt permanenti ma’ l-annimali. Hu ghalhekk li l-Bibbja tuza, ghal ragunijiet ta’ deskrizzjoni illustrattiva, karatteristici li jappartjenu lill-annimali sabiex jigu espressi certu attitudnijiet umani: l-ghadu jsejhulu kelb (e.g. S 22, 17); truppi li qeghdin jinvadu jissejhu ghadd ta’ gradijiet (e.g. Is 33, 4); xi kultant Alla, xi kultant l-ghadu jissejjah iljun (jehtieg li naraw mistur fit-tifsir doppju ta’ certu figuri l-ambigwita` ta’ dawn il-hlejjaq imsejha annimali li ahna nippartecipaw fihom u li huma kapaci li jilhqu l-oghla livell daqskemm l-ibaxx wiehed); ta’ sikwit in-nies jitqabblu ma’ merhla (e.g. il-parabbola ta’ Natan: 2 Sam 12, 1-4; Ger 23, 1-8; Ezek 34; Gw 10, 1-16); il-haruf jasal ukoll biex isir xbiha ta’ Kristu (Gw 1, 29; Apk 5, 6....) u l-hamiema, l-Ispirtu Qaddis (Mt 3, 16p).

Iktar minn hekk, meta jiktbu dwar dawn il-hlejjaq li huma annimali li huma jiehdu sehem fihom u li fuqhom huma jipprogettaw xi ftit jew wisq konxjament is-sitwazzjoni taghhom infushom, il-kittieba sagri fl-ahhar jizvelaw id-dramm tal-umanita’ u tal-holqien kollu, l-istennija xewqana ghall-fidwa.

I. L-ANNIMALI U L-BNIEDEM FIL-HOLQIEN

1. L-annimali superjuri ghall-bniedem? Il-qima tal-annimali, ghalkemm din tista’ tassumi t-tifsira u d-diversi aspetti taz-zoolatrija, turi b’liema rispett sagru certi religjonijiet primittivi, bhal dik ta’ l-Egizzjani, kienu jqisu lil dawk l-esseri mhux umani. Xi drabi gara li Israel ceda quddiem it-tentazzjoni li jaghmel lil xi annimali divini jew li jqim ix-xbieha taghhom (Ez 32; 1 Slat 12, 28-32). Madankollu, l-ligi ta’ Mose`, it-twissijiet tal-profeti, il-kunsilli ta’ l-Gherf, dawwru lil-Lhud ‘l hinn minn din il-moghdija mweghra (e.g. Gherf 15, 18w; ara Rum 1, 23). Mhux hekk ghall-ghadu idolatra, li minflok ma gie protett mill-bhejjem li lejhom ta qima, kellu jigi kastigat minnhom (Gherf 15-16; Ezek 39, 4.17-20; Apk 19, 17w.21).

2. Ir-rabta bejn l-annimal u l-bniedem. It-tixbih tal-bniedem ma’ l-annimal, b’mod specjali in-nisel komuni taghhom mit-trab u l-mod komuni taghhom kif it-tnejn jispiccaw fil-qabar, xi minn daqqiet jitfisser b’termini brutali (Koh 3, 19-21; S 49, 13). Iktar ta’ spiss u b’mod mhux daqstant car dawn iz-zewg hlejjaq, li jaqghu taht l-istess kategorija ta’ "hlejjaq", jinsabu maghqudin permezz ta’ rabta fraterna. Kultant huwa l-bniedem li jghin lill-annimal: Noe` salva mill-ilmijiet tnejn minn kull gens; kultant huwa l-annimal li jghin lill-bniedem: il-hmara nebbieha ssalva lil Balgham (Num 22, 22-35); ic-cawl jitma lil Elija ( 1 Slat 17, 6); huta kbira ssalva lil Gona bir-ras iebsa li ghandu u twasslu lura ghat-triq it-tajba (Gon 2). Bil-perfezzjoni taghhom, l-annimali jwasslu lil Gob biex jaghraf l-omnipotenza tal-Hallieq (Gob 38, 39 sa 39, 30; 40, 15 - 41, 26). Fl-ahhar huma jfakkru lill-bnedmin li Alla mhux se jieqaf milli jestendi l-beneficcji tieghu lil kull holqien (e.g. S 104, 27; 147, 9; Mt 6, 26).

Tant huma l-annimali qrib il-bniedem li huma jiehdu sehem fil-patt maghmul bejn Alla u Noe` (Gen 9, 9-11); jiehdu sehem fil-patt maghmul bejn Alla u Noe` (Gen 9, 9-11); u l-annimali nfushom jigu regolati mil-ligi ta’ Mose`! Is-Sibt jghodd sew ghall-gendus sew ghall qaddej (Ez 23, 12; Dt 5, 14). Tigi preskritta ghalihom attitudni bhallikieku kienu bnedmin (Ez 23, 5; Dt 22, 6w; 25, 4; ara 1 Kor 9, 9; 1 Tim 5, 18). Mbaghad dawk il-bhejjem li jaghmlu hsara lill-ohrajn, dawn ghandhom jigu kkastigati (Gen 9, 5; Lev 20, 15 w); f’certi kazijiet dawn ghandhom jigu mhaggra (Ez 21, 28-32). Finalment dawn jigu msiehba mas-soghba tal-bnedmin (Gon 3, 7), u mal-kastig li huma jircievu (Ez 11, 5).

3. Il-bniedem superjuri ghall-annimal. Madan-kollu mill-grajjiet tal-holqien, certu karatteristici cari hafna jindikaw il-konoxxenza shiha tas-superjorita` tal-bniedem fuq l-annimali. Filwaqt li jafferma d-dominazzjoni tieghu, Adam jaghti isem lill-annimali (Gen 2, 20). Ebda annimal, iktar minn hekk, ma jista’ jkun ghall-bniedem "ghajnuna tghodd ghalih" daqs il-bniedem innifsu (Gen 2, 18-23), u hemm kastig iebes ghall-bniedem li jimtedd ma’ annimal (bestjalita`) (Ez 22, 18; Dt 27, 21; Lev 18, 23). Iktar minn hekk, l-annimal jista’ jinqatel mill-bniedem u jkun ta’ nutriment ghalih (Gen 9, 2w). Fl-ahhar, is-superjorita` tal-bniedem tigi affermata b’liricizmu li jidwi bhall-ghanja ta’ rebha ta’ konoxxenza rebbihija (Gen 1, 26-30; S 8, 6-9). Bil-maqlub, biex jinghata kastig lin-nuqqas ta’ raguni ta’ Nebukadnessar, "tinghatalu qalb ta’ bhima" (Dan 4, 13), billi l-bestjalita` umana hija simbolu tar-rewwixta kontra l-ispirtu, u fl-ahhar mill-ahhar kontra Alla.

Madankollu, mit-twemmin fis-superjorita` tal-annimali forsi jifdal element ahhari fl-immaginazzjoni tal-kittieba sagri li ma jiddejqux jiktbu dwar bhejjem favoluzi. Dawn, hu x’inhu l-bidu ta’ xbihethom, jindikaw xi haga li tmur ‘l hinn min-natura, sew fil qasam ta’ dak li hu ‘l fuq mill-bniedem (Dan 7; Apk 9, 3-11) li huwa qrib tad-demonijaku (Apk 12, 13; 16, 13w; 20, 1-3), sew fil-qasam ta’ dak li hu divin (Ezek 1, 4-24; Apk 4, 6-8).

II. L-ANNIMALI U L-BNIEDEM FIL-FIDWA

1. Ir-rewwixta u t-trazzin ta’ l-annimali. L-ezistenza ta’ annimali selvaggi twassal ghal, u tkun ta’ simbolu tar-rewwixta tan-natura kontra l-bniedem, u tad-dizordni li hekk dahlet fid-dinja. Din is-sitwazzjioni hi r-rizultat tad-dnub li ghamel il-bniedem. Qabel id-disubbidjenza ta’ Adam, l-annimali kollha, sew domestici sew slavag, jidhru rziena lejh li tahom l-ismijiet taghhom. Izda minhabba fid-dnub, il-holqien kollu, maghduda l-hlejjaq li huma annimali, huma qaddeja tat-tahsir (ara Rum 8, 19-22). Izda, jew ghax bil-quddiem jew bi grazzja Messjanika, f’certi kazijiet privileggati, l-annimali mahkuma jergghu jiksbu certu manswetudni li tfakkarna fil-genna (Dan 6, 17-25; 14, 31-42; S 91, 13; Mk 1, 13; 16, 18; Atti 28, 3-6). Fi tmiem kull zmien, meta d-dinja se tissaffa ghalkollox minn dnubietha, l-annimali qattiela se jghibu min-nofs (Lev 26, 6; Ezek 34, 25) jew se jimmansaw (Hos 2, 20; Is 11, 5-7; 65, 25). Fl-univers rijunifikat, in-natura mhi qatt izjed se taghmel ebda rewwixta. u dak is-sehem mill-bniedem li huwa annimal (ara Gak 3, 2-8) se jigi wkoll meghlub u mibdul ghalkollox ( 1 Kor 15, 44-46).

2. Lil hinn mill-qasma bejn safi u mnigges. Ghalkemm hija xi haga li ilha ssehh zmien twil u fl-istess hin baqghet misterjuza, il-qasma tal-annimali f’dawk safja u dawk imniggsa (ara Lev 11, Dt 14) gabet fil-Gudajizmu u ghamlet popolari l-qasma ta’ l-umanita` f’zewg partijiet: il-poplu ta’ Israel li hu safi, u l-pagani li mhumiex. Bejn dawn iz-zewg klassijiet l-impossibilita` li dawn jieklu flimkien fuq l-istess mejda, u ghalhekk li jkollhom kuntatt familjari, kienet jekk mhux mahluqa, ghallinqas infurzata mill-gdid bil preskrizzjonijiet dwar l-ikel li jirrigwardaw annimali li mhumiex safja. Jekk inzommu dan f’mohhna, naslu biex nifhmu iktar malajr x’kienet id-dehra ta’ Pietru f’Goppa (Atti 10), li fiha t-tnehhija tal-qasma bejn annimali safja u mniggsa kienet tfisser li din l-istess qasma ma kienetx ghadha tezisti fost il-bnedmin. Wara dan is-simbolu ta’ annimali, l-ghaqda tal-bnedmin u l-kattolicita` tal-Knisja kienu qed jigu milghuba.

3. Annimali u qima divina. Mhuwiex biss li l-annimali kollha fil-holqien (S 148, 7.10) jew f’kuntatt ma’ Israel (Is 43, 20) ikantaw it-tifhir tal-Hallieq u tas-Salvatur, mhuwiex biss li dawn gew trattati fil-ligi ta’ Mose` u kienu partecipanti fis-soghba tal-bnedmin, izda iktar, dawn tqiesu li ordinarjament kien jixirqilhom li huma nfushom ikunu l-vittma tas-sagrificcji u hekk jipprefiguraw lill-vittma divina tal-patt il-gdid (Gen 22, 13; Ez 13, 12w). Ukoll, kien ikun mehtieg illi, permezz tas-simbolu maghmul b’dawn l-annimali vittmi, il-Lhud setghu jikkommettu lilhom infushom bl-esseri kollu taghhom u jaspiraw ghall-perfezzjoni tar-realta` tal-gejjieni (S 40, 7-9; 51, 18w; Lhud 10, 1-18). Huwa biss is-sagrificcju tal-qaddej Gesu`, bhal haruf li jittiehed ghall-qatla (Is 53, 7), li jista’ jikseb il-fidwa (Lhud 9, 12).

Hekk id-dramm shih tas-salvazzjoni jinsab imfassal u xi minn daqqiet ukoll mghix minhabba fi, u permezz tal-annimali li hemm fil-Bibbja: rewwixta; idolatrija; qasma bejn safi u mnigges; ubbidjenza lejn il-ligi ta’ Mose’; soghba; debhiet u sagrificcji; partecipazzjoni fis-salvazzjoni bl-arka ta’ Noe`; sottomissjoni eskatologika. Sfigurat bis-serp imxajtan, mhedded bid-dragun demonijaku, il-holqien jigi salvat u saflahhar se jigi mibdul minhabba fis-sagrificcju ta’ Min hu l-Haruf ta’ Alla.

ANTIKRIST

Il-kelma Antikrist (letteralment "kontra Kristu") tidher b’mod eskluziv f’ 1 Gw 2, 18.22; 4, 3; 2 Gw 7. Izda realta` simili jew wahda analoga tidher ukoll f’diversi siltiet apokalittici tat-TG: Mk 13, 14p; 2 Tess 2, 3-12; Apk 13, 4-18. U hekk kif din il-kelma tinsab registrata f’qafas duwalistiku b’xhieda fit-TQ, huwa fit-TQ li huwa l-ewwel mehtieg li tigi osservata r-rivelazzjoni bikrija taghha, li ghalkemm ghadha wahda imperfetta, hija diga’ wahda suggestiva.

TQ

Minn zmien it-TQ, wiehed jara l-azzjoni t’Alla fuq din l-art li titqabad ma’ qawwiet avversarji li skond ic-cirkostanzi jilbsu maskri differenti.

1. Is-simbolizmu religjuz tal-lvant tal-qedem ipprovda ghar-rivelazzjoni firda poetika tal-holqien fil-ghamla ta’ taqbida bejn Alla l-Hallieq u l-qawwiet tal-kaos; bhejjem mostruzi li jippersonifikaw il-qawwa sfrenata tal-bahar (Is 51, 9 w; S 74, 13 w; 89, 10-12). L-istess lingwagg mitologiku, msoffi minn kull hjiel ta’ politejizmu, iservi biex ifakkar "l-ahhar zminijiet" bid-deskrizzjoni ta’ glieda bejn Jahweh u s-serp (Is 27, 1). Dan nergghu insibuh, probabbli hafna, bhala sfond ta’ dramm originali: tabilhaqq, fil-Genesi, l-avversarju tal-pjan t’Alla jiehu l-forma mitika ta’ serp (Gen 3). Hekk, permezz ta’ simboli, il-profil tax-Xitan jidher fiz-zewgt it-truf tal-pjan tas-salvazzjoni: huwa l-avversarju ta’ Alla iktar minn kull holqien iehor.

2. Madankollu, fil-qafas tal-istorja, ix-Xitan jagixxi fuq din l-art permezz tal-medjazzjoni tas-setghat tal-bnedmin. L-ghedewwa tal-poplu t’Alla huma l-avversarji t’Alla nnifsu meta dawn joholqu xi ostaklu fil-pjan providenzjali tieghu. Hekk jigri fl-Egittu fil-waqt ta’ l-Esodu: hekk ukoll il-qawwijin ta’ Axur u tal-Babilonja, l-oppressuri ta’ Israel, u l-adoraturi ta’ idoli li jippruvaw iwasslu d-dominazzjoni spiritwali taghhom sa fuq din l-art: hekk finalment is-slaten pagani kollha li l-eccessi sagrilegi taghhom tawhom it-tendenza li jaghmlu lilhom infushom daqs Alla Ezek 28, 2-5; Is 14, 13). L-istorja tammetti ghaldaqstant taqbida dejjiema bejn il-Mulej u dawn il-qawwiet storici, filwaqt li hemm stennija ghall-glieda li fiha "Gog, il-princep il-kbir ta’ Magog" ghad jintgheleb darba ghal dejjem (Ezek 38-39); ikun wara dan li tasal il-fidwa eskatologika.

3. L-agir ta’ Antijoku Epifanes, l-ghadu ta’ Israel fl-istess waqt li huwa kien ukoll persekutur tal-adoraturi tassew ta’ Alla, jippermetti li l-Ktieb ta’ Danjel jikseb is-sintesi bejn iz-zewg xenarji ta’ qabel dan. Huwa l-bniedem ta’ bla Alla li jippretendi li jiehu post Alla (Dan 11, 36) u li jqieghed fil-maqdes tieghu il-profanazzjoni u l-herba (9, 27). Huwa wkoll il-hdax il-qarn tar-raba’ bhima li ghandu x-xehta tax-Xitan (7, 8). Hekk il-haqq u l-qirda tieghu huma preludju ghat-twaqqif tas-saltna t’Alla (7, 11-27; 11, 40- 12, 2).

TG

Din hija d-dehra eskatologika adottata bit-taghlim tat-TG, izda b’din id-differenza, jigifieri li s-saltna t’Alla titnieda fil-persuna ta’ Kristu. Dak li kien kontra-Alla fit-TQ issa jsir l-anti-Krist, li diga’ jinsab jahdem permezz ta’ dawk li jappoggawh qabel ma huwa juri lilu nnifsu fit-taqbida eskatologika li fiha se jigi meghlub ghal dejjem.

1. Fl-apokalissi sinottiku, "il-hemm il-kbir" imhabbar minn Gesu` bhala preludju ghall-migja fis-sebh ta’ Bin il-Bniedem timplika d-dehra ta’ "hafna Messijiet foloz " u li "jqumu bosta profeti foloz", li s-seduzzjoni taghhom se twassal lill-bnedmin ghall-apostasija (Mk 13, 5 w. 21 w; Mt 24, 11p); u ghandu bhala sintomu ghal dan "il-profanazzjoni u l-herba" li titwaqqaf fil-maqdes (Mk 13, 14p).

2. Fi 2 Tess 2, 3-12, l-avversarju ta’ l-ahhar zminijiet, il-hlejqa l-mitlufa, dak ta’ minghajr Alla, jiehu s-sura ta’ wiehed talbilhaqq kontra-Alla, l-istess bhal dawk tat-TQ (Dan 2, 4); huwa Antikrist li jimita l-karatterestici tal-Mulej, bil-migja tieghu, bil-waqt ewlieni tieghu, kollox stabbilit minn Alla, bis-setgha tieghu li tisboq dik tan-natura u li tipproduci ghemejjel qarrieqa ghat-telfien tal-bnedmin ( 2, 8-10). Hekk din hija l-hidma li x-Xitan se jwettaq fuq din l-art (2, 9). Izda l-misteru tan-nuqqas t’Alla, li tieghu huwa se jkun l-artiggan ewlieni, ga’ qieghed jahdem (2, 7); hu proprju ghalhekk li daqstant bendmin se jitilfu triqthom u jimxu wara dak kollu li hu falz minflok ma jemmnu f’dak li hu sewwa (2, 11w). Jekk dak li hu bla Alla ghadu mhux qed juri lilu nnifsu fil-persuna, dan ghaliex hemm xi haga, jew xi hadd "li issa qieghed irazznu" (2, 7) - alluzjoni enigmatika li Pawlu ma jispjegax. F’kull kaz, il-kxif ta’ dak li mhu xejn qaddis se jkun preludju ghall-parousia ta’ Gesu`, li se jxejnu permezz tal-wirja tal-migja tieghu (2, 8; ara 1, 7-10).

3. L-apokalissi hu miktub minn angolu eskatologiku simili u juza s-simbolizmu taz-zewg bhejjem mostruzi. L-ewwel bhima hu setgha politika: din tidghi kontra Alla, tfittex li tigi adurata hi nnifisha, u taghmel persekuzzjoni kontra dawk li huma fidili tassew (Apk 13, 1-10). It-tieni bhima hija realta` religjuza: hija tehodha kontra l-Haruf (jigifieri, Kristu), twettaq ghemejjel qarrieqa, u tisseduci lill-bnedmin biex iggieghlhom jaduraw lill-ewwel bhima (13, 11-18). Hekk hu li l-hidma tax-Xitan timxi ‘l quddiem fuq din l-art; huwa d-dragun tal-qedem, li ghadda s-setghat tieghu lill-ewwel bhima (13,2). Din il-prezentazzjoni simbolika u statali, li kellha ghalkollox x’taqsam ma’ "l-ahhar zminijiet", ma kienet xejn inqas relatata permezz tal-kliem ambigwu taghha mas-sitwazzjoni kurrenti li fiha l-Knisja ta’ Gesu` kienet tinsab f’konflitt, persegwitata mill-imperu pagan ta’ Ruma.

4. Fl-ittri ta’ San Gwann, dak li jigi deskritt taht l-isem ta’ Antikrist huwa principalment realta’ korrenti: kull min jichad li Gesu hu l-Kristu, u hekk ikun qieghed jichad ukoll lill-Missier u lill-Iben (1 Gw 2, 22), kull min ma jistqarrx li Gesu` ha l-gisem ta’ bniedem (1Gw 4, 3; 2 Gw 7), dak huwa l-qarrieq, l-Antikrist. Gwanni jalludi b’mod car ghall-eretici u l-apostati, li fosthom l-apostasija mhabbra minn Gesu` u mbassra minn Pawlu tkun qeghda tabilhaqq issehh. L-eskatologija hi ghaldaqshekk realta` presenti: izda d-dramm korrenti tal-fidi ghandu jiftiehem fl-isfond ta’ xefaq wisq iktar wiesa’, dak li l-Apokalissi jiddeskrivi fis-shuhija kollha tieghu.

It-taghlim dwar l-Antikrist jibqa’ wiehed misterjuz ghall-ahhar. Dan jiftiehem biss fil-qafas ta’ gwerra li tkun qed issehh mad-dinja kollha li fiha Alla u l-Kristu tieghu joqoghdu wicc’imb wicc quddiem ix-Xitan u dawk ta’ madwaru fuq din l-art. Bil-mezz duplici ta’ persekuzzjoni temporali u seduzzjoni religjuza, ikun qed isir tentattiv biex jitharbat il-pjan tas-salvazzjoni. Ma jkunx sew li naghtu tismija lil kull wiehed mis-simboli billi dan jista’ jfakkarna f’xi ezistenza partikulari; izda kull min jagixxi bhalhom b’xi mod li jkun, ikun qieghed jiehu sehem fl-istess misteru ta’ l-Antikrist. Izda din il-grajja se tibqa’ ghaddejja bla waqfien matul il-kors kollu ta’ l-istorja, billi tqieghed lill-bniedem fil-qofol ta’ taqbida li fiha ebda mezz uman mhu kapaci jikseb rebha. Izda fejn se jonqos il-bniedem, se jirbah il-Haruf (Apk 17, 14), u l-martri tieghu se jissiehbu mieghu fir-rebha (Apk 3, 21).

APPOSTLI

Fit-TG, bosta huma dawk li jircievu t-titlu ta` appostlu: it-tnax id-dixxiplu maghzula minn Gesu` biex isejjes il-Knisja tieghu (Mt 10, 2; Apk 21, 14), kif ukoll Pawlu, l-appostlu l-kbir tal-gentili (Rum 11, 13), huma maghrufa bizzejjed. Izda sa mill-bidu nett kienet id-drawwa ta` Pawlu li jaghti lil Silvanu, Timotju (1 Tes 2, 7) u Barnaba (1 Kor 9, 6) l-istess titlu bhal dak tieghu: minbarra Pietru u t-tnax hemm ukoll Gakbu u l-appostli (1 Kor 15, 5-7; ara Gal 1, 19), biex ma nsemmux il-karizma ta` l-appostolat (1 Kor 12, 28; Efes 4, 11), u l-anqas "l-appostli foloz" u "l-appostli l-kbar" li Pawlu jixli (2 Kor 11, 5.13; 12, 11). Peress li dan it-titlu jintuza hafna, dan johloq problema: x’konnessjoni hemm bejn dawn l-ghamliet differenti ta` "appostli"? Peress li fit-TG ma hemmx tifsira ta` x’inhu dak l-appostolat li jghodd ghal kullhadd, biex insolvu l-problema hemm bzonn li npoggu fl-ambjent taghhom lin-nies differenti li jgibu dan it-titolu, u dan wara li nkunu gbarna t-taghrif dwar il-kelma u dwar il-kariga fl-aspetti taghha specifikament mhux insara.

In-nom apostolos m’ghandux l-istess sens fil-Grieg letterarju li naghtuh illum (hlief ghal Herodotus u Josefus li qishom jirriflettu ilsien il-popolin), izda l-verb apostello, li minnu johrog dan in-nom "tibghat", johrog sew dan is-sens tal-kelma; l-idea tohrog ahjar permezz ta` tixbihat tat-TQ u ta` l-uzanzi Lhud. Fit-TQ il-kelma kienet tintuza ghall-ambaxxaturi li kellhom jigu rispettati daqs is-sultan li jibghathom (2 Sam 10); il-profeti kienu jidhlu ghal xoghol ta` l-istess ghamla (ara Is 6, 8; Ger 1, 7; Is 61, 1-3), ghalkemm qatt ma jinghataw it-titlu ta’ appostlu. Izda wara s-sena 70 A.D., ma kienetx xi haga gdida ghall-Gudajizmu rabbiniku li jintbaghtu mibghutin ufficjali (selihin), li skond l-istess kitba tat-TG l-uzu taghhom qisu ezista minn qabel. Pawlu talab jaghtuh ittri ghas-sinagogi ta` Damasku bl-ghan li jippersegwita il-fidili ta` Gesu` (Atti 9,2 p): dan hu ufficjal delegat imsahhah b’ittri ufficjali (Atti 28, 21w). Il-Knisja hadet dan l-uzu meta baghtet lil Barnaba u Silas bl-ittri taghhom minn Antjokja u Gerusalemm (Atti 15, 22), jew hatret bhala delegati taghha lil Barnaba u Pawlu (Atti 11, 30; 13, 3; 14,26;15, 2); Pawlu nnifsu jibghat zewg ahwa li huma l-apostoloi tal-Knejjes (2 Kor 8, 23). Skond il-kelma ta` Gesu`, li kien hemm kliem bhalu qabel fil-kitbiet tal-Lhud, l-appostlu jirrapprezenta lil min ikun baghtu: "L-ilsir m’huwiex aqwa minn sidu, anqas l-apostolos ma hu aqwa minn min jibghatu" (Gw 13, 16).

Ghalhekk, jekk niehdu l-uzu li hadet il-kelma matul iz-zminijiet, l-appostlu m’huwiex qabel xejn missjunarju, jew bniedem ta` l-Ispirtu, wisq inqas xhud: huwa messaggier, delegat plenipotenzjarju, ambaxxatur.

I. IT-TNAX U L-APPOSTOLAT

L-appostolat kien ghamla ta` xoghol qabel ma sar ifisser titlu proprju. Hu sewwasew wara evoluzzjoni li hadet iz-zmien li t-titlu ta` Appostlu beda jintuza f’sens privileggat u gie mizmum biss ghall-grupp tat-tnax (Mt 10,2) u aktar tard moghti lill-Mulej (Lq 6, 13). Biss jekk dan it-titlu ta` unur jinghata biss lit-tnax, jidher car li ohrajn maghhom ghandhom xoghol li jista` jissejjah "appostoliku".

1. It-tnax l-appostlu. Sa mill-bidu tal-hajja pubblika tieghu, Gesu` ried ikattar il-prezenza tieghu u jferrex il-messagg tieghu permezz ta` nies li kellhom ikunu Kristu iehor fid-dinja. Hu jsejjah l-ewwel erba` dixxipli biex ikunu sajjieda tal-bnedmin (Mt 4, 18-22p); Hu jaghzel tnax minnhom biex jibqghu mieghu u, bhalu, jxandru l-Vangelu u jkeccu x-xjaten (Mk 3, 14p); Hu jibghathom b’missjoni biex jitkellmu f’ismu (Mk 6, 6-13p), imhazzmin bis-setgha tieghu nnifsu: "Min jilqa lilkom jilqa` lili, u min jilqa` lili jkun lijqa` lil dak li baghatni:" (Mt 10, 40p); huma jitghallmu jqassmu l-hobz imkattar fid-dezert (Mt 14, 19p), huma jircievu setgha specjali fuq il-komunita` li kellhom imexxu (Mt 16, 18; 18, 18). F’kelma wahda, huma kienu s-sisien ta` Israel il-gdid li tieghu fl-ahhar jum se jkunu l-imhallfin (Mt 19, 27 p); din hi t-tifsira tan-numru tnax fil-kullegg appostoliku. Huwa lilhom li Gesu` mqajjem mill-mewt, li Hu dejjem maghhom sa l-ahhar taz-zminijiet, jafda x-xoghol li jaghmlu dixxipli ghaliH u li jghamdu ‘l gnus kollha (Mt 28, 18-20). Minn dak l-hin, inhass il- bzonn li jintaghzel it-tnax-il appostlu biex jiehu post Guda, sabiex ix-xbiha ta` Israel il-gdid tidher fil-knisja li kienet ghada kif twieldet (Atti 1, 15-26). Huma ghandhom ikunu x-xhieda ta` Kristu, jigifieri, ghandhom jaghtu xhieda li Kristu mqajjem mill-mewt kien l-istess Gesu` li mieghu kienu ghexu (1, 8.21); din it-tip ta` xhieda unika taghti lill-appostolat taghhom (mifhum hawn fit-tifsira l-aktar qawwija tal-kelma) karattru singulari. It-tnax huma ghal dejjem is-sisien tal-Knisja: "u l-hajt tal-Belt ghandu tnax-il pedament , li fuqhom hemm it-tnax-il isem tat-tnax-il appostlu tal-Haruf" (Apk 21, 14).

2. L-appostolat tal-Knisja ewlenija. Ghalkemm it-tnax huma qabel kulhadd l-appostli - u f’dan is-sens il-knisja hi "appostolika" - l-appostolat tal-Knisja mifhum f’sens usa’ ma jillimitax ruhu ghall-attivita` tat-tnax. L-istess bhalma Gesu`, l-apostolos minn Alla (Lhud 3,1) xtaq iwaqqaf grupp privileggat li jkattar il-prezenza tieghu u l-kelma tieghu, hekk it-tnax jghaddu lill-ohrajn mhux il-privilegg li jaghmilhom xhieda ghal dejjem tal-Mulej imqajjem mill-mewt, ghax dak ma jistax jigi mghoddi lill-ohrajn, izda jghaddu lill-ohrajn it-twettiq tal-missjoni appostolika taghhom. Diga` fit-TQ Mose` kien ghadda lil Gozwe il-milja tas-setghat tieghu (Num 27, 18); bl-istess mod Gesu` xtaq li l-kariga pastorali moghtija lit-tnax tibqa` matul iz-zminijiet: filwaqt li jzomm ghaqda specjali maghhom, il-prezenza ta dak li qam mill-imwiet tifrex wisq aktar ‘il boghod mic-cirku taghhom.

B’dana kollu, Gesu` nnifsu, minn zmien il-hajja pubblika tieghu, fetah it-triq ghal dan it-twessiegh tal-missjoni appostolika. Minbarra it-tradizzjoni predominanti li tirrakkonta il-missjoni tat-tnax, Luqa zamm tradizzjoni ohra, li skond din it-tradizzjoni Gesu` "qabbad ukoll tnejn u sebghin (dixxipli) ohra u baghathom tnejn tnejn qablu" (Lq 10, 1). Hawn l-ghan li ghalih qed jigu mibghuta hu l-istess bhal dak ta` meta Gesu` baghat lit-tnax, ghax jezisti l-istess karattru ufficjali: "Min jisma` lilkom jkun jisma` lili, u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lil; imma min iwarrab lili ikun iwarrab lil dak li baghatni" (Lq 10, 16; ara Mt 10, 40 p). Ghalhekk fi hsieb Gesu` il-missjoni appostolika mhix limitata ghal dik tat-tnax.

L-istess tnax jimxu skond dan l-ispirtu. Mill-ghazla ta` Mattija, huma jafu li ghadd sew ta` dixxipli jistghu iwettqu l-htigijiet necessarji (Atti 1, 21-23); fil-fatt m’huwiex sewwasew appostlu, izda it-tnax-il xhud li Alla jaghzel. Barra minn hekk hemm Barnaba, appostlu ta` l-istess fama bhal Pawlu (14, 4.14); u jekk dawk is-seba` maghzulin mill-appostli biex jghinuhom ma jissejhux appostli (6, 1-6), huma ghandhom il-hila jwaqqfu Knisja gdida: ezempju ta` dan hu Filippu fis-Samarija, ghalkemm is-setghat tieghu huma limitati minn dawk tat-tnax (8, 14-25). L-appostolat, jigifieri ir-raprezentanza ufficjalment ta` Kristu mqajjem mill-imwiet fil-Knisja, jibqa ghal dejjem imsejjes fuq il-kullegg "appostoliku" tat-tnax; biss dan l-appostolat jitwettaq minn dawk il-bnedmin kollha li lilhom l-appostli jaghtu l-awtorita`.

II. PAWLU APPOSTLU TAL-GENTILI

L-ezistenza ta` Pawlu tikkonferma bil-mod taghha dak li Gesu` ried ifiehem fuq din l-art meta barra mit-tnax baghat ukoll lit-tnejn u sebghin. Mis-sema, dak li qam mill-imwiet, jibghat lil Pawlu flimkien mat-tnax; permezz ta` din il-missjoni appostolika, jinftiehem ahjar x’inhu appostolat.

1. L-ambaxxatur ta` Kristu. Meta Pawlu bla waqfien itenni li hu kien "imsejjah" biex ikun appostlu (Rum 1, 1; Gal 1, 15) f’dehra apokalittika ta` Kristu rxoxt (Gal 1, 16: 1 Kor 9,1; 15, 8; ara Atti 9, 5.27) huwa jaghmilha cara li kien hemm sejha partikolari fil-fond tal-missjoni tieghu. Bhala appostlu, huwa "mibghut", mhux mill-bnedmin (ukoll jekk huma stess kienu appostli!) izda minn Gesu` nnifsu. Huwa jiftakar b’mod specjali f’dan il-fatt meta huwa jaghraf bhala tieghu is-setgha appostolika: "Ahna ambaxxaturi ta` Kristu, bhallikieku Alla stess qieghed isejhilkom permezz taghna" (1 Kor 5, 20); "il-kelma ta` Alla li intom smajtu minn ghandna, ilqajtuha mhux bhala kelma ta` bniedem, izda bhala kelma ta` Alla" (1 Tes 2, 13). Hienja dawk li jilqghu ‘l Pawlu "bhala anglu ta` Alla, bhal Kristu Gesu`" (Gal 4, 14). Dan ghaliex l-appostli huma "haddiema ma` Alla" (1 Kor 3, 9; 1 Tes 3,2). Aktar u aktar, permezz taghhom hu mwettaq il-ministeru tas-sebh eskatologiku (2 Kor 3, 7-11). u sabiex l-ambaxxatur ma jdawwarx ghall-qliegh tieghu din is-setgha divina u dan is-sebh, l-appostlu huwa bniedem imzeblah mid-dinja; arah persegwitat, moghti ghall-mewt biex tinghata l-hajja lill-bnedmin (2 Kor 4, 7 - 6, 10; 1Kor 4, 9-13).

B’mod konkret, is-setgha appostolika hija mwettqa f’ghaqda mat-taghlim, mal ministeru u mal-gurisdizzjoni. Ta` spiss Pawlu jappella ghas-setgha li ghandu f’dak li hu taghlim, ghax jemmen li hu kapaci li jfajjar anatema kontra kull min ixandar vangelu differenti minn tieghu (Gal 1, 8w). Pawlu jaf li jista` jghaddi is-setghat tieghu lill-ohrajn, bhal meta huwa jordna lil Timotju billi jqieghed idejh fuqu (1 Tim 4,14; 2 Tim 1, 6), xi haga li wara Timotju jkun jista` jtenni u jwettaq hu nnifsu (1 Tim 5, 22). Fl-ahhar din is-setgha hija mhaddma permezz ta` gurisdizzjoni vera fuq il-knejjes li Pawlu waqqaf u li gew fdati f’idejh; hu jaghmel il-haqq u jaghti ordnijiet (1 Kor 11, 34; 2 Kor 10, 13-16; 2 Tes 3, 4), hu jaf kif jikseb l-ubbidjenza tal-komunita` (Rum 15, 18; 1 Kor 14, 37; 2 Kor 13, 3), bil-ghan li tinzamm il-komunjoni (1 Kor 5, 4). Din is-setgha mhix wahda tirannika (2 Kor 1, 24), izda hija servizz(1 Kor 9,19) dik ta raghaj (Atti 20, 28; 1 Pt 5, 2-5) li jaf jichad ghad-drittijiet tieghu meta jkun hemm bzonn (1 Kor 9, 12); waqt li zgur ma jkunx ta` piz fuq il-fidili, hu minflok jghozzhom bhal missier, jew bhal omm (1 Tes 2, 7-12) u joffrilhom l-ezempju tal-fidi (1 Tes 1, 6; 2 Tes 3, 9; 1 Kor 4, 16).

2. Il-kaz uniku ta` Pawlu. F’din id-deskriz-zjoni ideali ta` l-appostolat, Pawlu malajr isir jaf x’kellu jistenna minn dawk li jghinuh; minn Timotju (ara 1 Tim 3, 2) u minn Silvanu, li sejjah, milli jidher, appostli (2, 5-7); jew inkellu minn Sostene u minn Apollo (1 Kor 4, 9). Madankollu, Pawlu inghata post ghalih fl-appostolat tal-Knisja; huwa l-appostlu tal-gnus pagani: huwa gharaf b’mod specjali il-misteru jismu Kristu. Din il-parti unika fl-ekonomija nisranija hija wahda personali u tappartjeni ghall-ordni karizmatiku: ma tistax tigi mghoddija lill-ohrajn.

a) L-appostlu tal-gentili. Pawlu ma kienx l-ewwel wiehed li wassal il-Vangelu lill-pagani: Filippu kien diga` evangelizza lis-Samaritani (Atti 8) u l-Ispirtu s-Santu kien nizel fuq il-pagani ta` Cesarija (Atti 10). Izda Alla xtaq li fit-twelid tal-Knisja tieghu, ikun hemm appostlu wiehed li jkollu l-kariga specjali ta` l-evangelizzazzjoni tal-gentili, flimkien ma` dik tal-Lhud. Pawlu hadem kemm felah biex ifiehem dan lil Pietru. Mhux ghax permezz ta` dan hu ried ikun messaggier ta` Pietru: hu baqa` b’mod dirett il-messagier ta` Kristu; biss hassu obbligat li juri dan kollu lill-mexxej tat-tnax, sabiex hu ma jkunx "gera ghal xejn" u jwassal ghal firda fil-Knisja (Gal 1-2).

b) Il-misteru ta` Kristu ghal Pawlu huwa "Kristu fost il-gnus" (Kol 1, 27); Pietru diga` kien fehem f’dehra li kellu li ebda drawwa projbita dwar l-ikel ma kellha aktar tifred lil-Lhud mill-gentili (Atti 10, 10-11, 18). Izda Pawlu kellu, bi grazzja minn Alla, gharfien specjali dwar dan il-misteru (Efes 3, 4) u gie inkarigat li jwasslu lill-bnedmin; hu jbati l-persekuzzjoni, jissaporti t-tbatija, ikun prigunier, u dan sabiex ikun jista` jwettaq dan il-misteru (Kol 1, 24-29; Efes 3, 1-21).

Din kienet il-grazzja specjali li kellu Pawlu, grazzja li ma setghet tigi mghoddija lil hadd. Izda il-parti ta` ambaxxatur ta` Kristu, u sa certu pont, l-gharfien spiritwali li kellu ta` l-appostolat tieghu, jista` jigi moghti lill-appostli kollha mill-Mulej ta` l-Ispirtu (1 Kor 2, 6-16).

L-appostolat tal-fidili ma jinsabx fost it-taghlim car li hemm fit-TG, izda hemm biss xi fatti li juru s-sisien tieghu. Filwaqt li kien qabel kollox ix-xoghol tat-tnax u ta` Pawlu, l-appostolat kien sa mill-bidu ix-xoghol tal-Knisja kollha: ezempju ta` dan hu l-fatt li l-knejjes ta` Antjokja u ta` Ruma kienu diga` jezistu meta l-mexxejja tal-Knisja waslu hemm. F’sens wiesgha, l-appostolat kien ix-xoghol ta` kull dixxiplu ta` Kristu, "dawl tad-dinja u melh ta` l-art" (Mt 5, 13w). Fil-livell tieghu nnifsu, hu ghandu jiehu sehem mill-appostolat tal-Knisja, jimita lil Pawlu, lit-tnax, u lill-ewwel appostli fil-hegga appostolika taghhom.

 

ARKA TA’ L-GHAQDA

Il-presenza t’Alla f’Israel tidher b’diversi modi. L-arka hija wiehed mis-sinjali vizibbli ta’ dan b’zewg modi:- f’kaxxa, ta’ madwar 125 x 75 x 75 centimetru, jinsabu l-ghaxar kmandamenti miktuba bis-saba’ t’Alla fuq il-gebliet (Dt 10, 1-5); -- din il-kaxxa, kollha mghottija bi pjanca tad-deheb, "il-propizjatorju", u li fuqha hemm il-kerubini, hija t-tron jew il-mirfes tal-Mulej (S 132, 7; 1 Kron 28, 2). Hekk il-Mulej, "li qieghed fuq il-Kerubini" ( 1Sam 4, 4; S 80, 2), ihares Kelmtu li tinsab taht riglejH.

L-arka, ghad-dell tat-tinda, tixbah lil xi santwarju mobbli, li jsieheb lil Israel sa mill-bidu, minn tluqu f’Singhaj, sal-bini tat-tempju li fih din tqeghdet. Minn dak il-waqt ‘il quddiem it-tempju ha l-prominenza tieghu u l-arka tilfet mill-importanza taghha; ma tibqax tissemma’ aktar fil-kitbiet; u tghib bla dubju fl-istess zmien tal-ghajbien tat-tempju fi zmien l-ezilju. Jidher li fit-tieni tempju, il-propizjatorju kien sostitut ghall-arka fil-kult tal-qima.

Kien permezz ta’ l-arka li Alla tal-patt wera ruhu prezenti f’nofs il-poplu tieghu -- biex imexxihom u jharishom -- biex jgharrafhom b’Kelmtu u biex jisma talbhom.

I. ALLA PREZENTI BL-AZZJONI TIEGHU

L-arka tirrendi l-prezenza attiva t’Alla waqt l-ezodu u r-rebha ta’ l-art mweghda bhala wahda konkreta. Sa mill-ewwel darba li din tissemma (Num 10, 33), huwa l-Mulej innifsu li jkun qed imexxi lill-poplu tieghu jiggerra’ fid-dezert; il-garr ta’ l-arka jsir ghad-daqq ta’ marc militari (Num 10, 35; 1 Sam 4, 5): din hi l-emblema ta’ gwerra qaddisa, b’xhieda ta’ dak li "l-Mulej gwerrier, Jahweh ismu" (Ez 15, 3) ried li Huwa nnifsu jaghmel biex iwettaq il-weghda: il-moghdija mill-Gordan, il-htif ta’ Geriko, it-taqbida kontra l-Filistin. Fis-santwarju ta’ Silwam, niltaqghu mal-frazi Jahwe`-Sabaoth, "il-Mulej, Alla ta’ l-ezercti" ( 1 Sam 1, 3; 4, 4; 2 Sam 6, 2) f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-arka. Minn din l-istorja marzjali, l-arka zammet sura sagra, u fl-istess hin tal-biza’ u benefika. In-nies identifikawha ma’ Alla, u tawha ismu (Num 10, 35; 1 Sam 47). Hija "s-sebh minn Israel" ( 1 Sam 4, 22; ara Lam 2, 1), is-Setgha tal-Qawwi ta’ Gakobb ( S 132, 8; 78, 61), il-prezenza ta’ Alla Qaddis fost il-poplu tieghu; htiega ta’ qdusija f’min jersaq lejha ( 1 Sam 6, 19w; 2 Sam 6, 1-11; ir-ritwal sacerdotali), hija turi l-helsien t’Alla, li ma ppermettiex lilu nnifsu li jinhakem mill-poplu, ghalkemm Huwa baqa’ jagixxi favur taghhom (1Sam 4-6).

L-istorja tal-arka lahqet il-quccata u l-qofol taghha meta David, fost l-hena tal-poplu tieghu, ordna li din ghandha tingarr solennement sa Gerusalemm ( 2 Sam 6, 12-19; ara S 24, 7-10), fejn mbaghad thalliet ( S 132) sakemm saflahhar Salamun qeghdha fit-tempju ( 1 Slat 8). Sa dak iz-zmien l-arka mobbli kienet b’xi mod jew iehor tappartjeni lit-tribujiet; wara l-profezija ta’ Natan ( 2 Sam 7), il-patt dahal fil-familja ta’ David li sawwar l-ghaqda tal-poplu: Gerusaslemm u t-tempju taghha wirtu l-karatteristici proprji ta’ l-arka.

II. ALLA PREZENTI BIL-KELMA TIEGHU

L-arka hi fl-istess hin il-post fejn tghammar il-Kelma ta’ Alla. Qabel xejn, minhabba f’li go fiha jinsabu z-zewg twavel tal-Ligi, din iggedded f’Israel "ix-xhieda" li Alla ta tieghu nnifsu, ir-rivelazzjoni li Huwa ghamel tar-rieda tieghu (Ez 31, 18), u r-risposta li Israel kien ta lil din il-Kelma (Dt 31, 26-27). Arka tal-patt jew tal-ghaqda, arka tax-xhieda -- dawn l-espressjonijiet kollha jfissru x’inhi l-arka ghar-rigward tal-kitba tal-patt li hemm imnaqqxa fuq it-twavel ghaz-zewg partijiet.

F’certu sens l-arka hi tkomplija tal-laqgha fuq is-Singhaj. Waqt it-tlajjar fid-dezert, meta Mose’ jkun jixtieq jitkellem mal-Mulej, kien jikseb minghandu stqarrija ghall-poplu (Ez 25, 22), jew xort’ohra sabiex jitlob favur il-poplu (Num 14), huwa jidhol fit-tinda; u min-naha l-ohra ta’ l-arka "il-Mulej kien ikellem lil Mose` wicc imb’wicc, bhalma bniedem ikellem lil habibu" (Ez 33, 7-11; 34, 34; Num 12, 4-8). Iktar tard, Ghamos se jghid li taghlimu kien gej mill-arka daqskemm minn Singhaj gdida (Gham 1, 2). u jkun proprju filwaqt li jkun qed jitlob quddiem l-arka li Isaija jircievi s-sejha tieghu bhala profeta (Is 6).

Bl-istess mod huwa "quddiem" l-arka li l-fidili jigu jiltaqghu ma’ Alla, sew biex jisimghu l-Kelma tieghu bhal Samwel (1Sam 3), sew biex jikkonsultawH permezz tal-medjaturi tieghu, il-qassisin, li jharsu u jinterpretaw il-Ligi (Dt 31, 10-12; 33, 10), jew biex jitolbuH bhalma taghmel Hannah (1Sam 1, 9) jew David (2Sam 7, 18). Din hija ghamla ta’ "devozzjoni" lill-arka li fiha nnifisha se tghaddi wkoll ghal gewwa t-tempju (it-talba ta’ Salamun, 1 Slat 8, 30; ta’ Hezekija, 2 Slat 19, 14).

III. L-ARKA FIT-TAMA TA’ ISRAEL

U T-TG

Geremija, wara 587, heggeg lill-poplu biex ma jisghobx bih ghall-ghajbien ta’ l-arka; ghax se tkun Gerusalemm il-gdida, li issa saret il-qalba tal-gnus, it-Tron tal-Mulej (Ger 3, 16-17), u taht it-trigija tal-patt il-gdid il-ligi kienet se tigi mnaqqxa fi qlubhom (Ger 31, 31-34). Ezekjel uza l-figura ta’ l-arka, l-ghamara mobbli tal-Mulej, sabiex juri li "s-sebh" jitlaq mit-tempju mnigges biex jerga’ jinghaqad ma’ dawk li jinsabu fl-ezilju : minn issa ‘l quddiem Alla se jkun jinsab f’nofs il-fdal, il-migemgha qaddisa (Ezek 9-11). Il-Gudajizmu jidher li kien jittama ghal dehra mill-gdid ta’ l-arka fl-ahhar taz-zminijiet ( 2 Mak 2, 4-8), u dan huwa rapprezentat fl-Apokalissi (Apk 11, 19). It-TG juri li l-arka sabet it-twettiq shih taghha fi Kristu, l-Kelma ta’Alla li jghix f’nofs il-bnedmin (Gw 1, 14; Kol 2, 9), li jagixxi ghas-salvazzjoni taghhom ( 1 Tes 2, 13), li jaghmel lilu nnifsu mexxej taghhom (Gw 8, 12), u li jsir il-propizjatorju billi jkun ta’ tpattija u jhallas ghad-dnubiet taghhom (Rum 3, 25; ara 1 Gw 2, 2; 4, 10).

ARON

1. Hu bil-mod hafna, tul il-moghdija tas-sekli, li l-figura ta’ l-antenat tal-kategorija sacer-dotali (Lev 1, 5), ta’ "dar Aron" (S 118, 3), tibda tiehu sura. Skond it-tradizzjonijiet tal-qedem "Aron, il-Levita" (Ez 4, 14), hu Mirjam (15, 20), hu l-kelliem ta’ Mose’ (4, 14-17) meta jkun irid ikellem lil-Lhud (4, 27-31) jew ukoll ‘l Farghun (5, 1-5). Huwa jghin lil huh fit-taqbida kontra l-Ghamalekin (17, 10-13) u jissieheb mieghu meta jitla fuq il-muntanja Sinaj (19, 24), fejn "huma raw ‘l Alla" (24, 10-11). Tifkirietu hi mittiefsa: huwa jgorr sehem imdaqqas tar-responsabbilta’ fil-kwistjoni tal-ghogol tad-deheb (Ez 32; ara Atti 7, 40) u kien hu li hadha kontra Mose`" (Num 12, 1-15).

Iktar tard, skond it-tradizzjoni sacerdotali u jista’ jkun ukoll fid-dawl tat-tilwim bejn il-klassijiet sacerdotali fil-perjodu tat-tieni tempju, Aron isir l-ispecjalista f’dak li ghandu x’jaqsam mar-religjon, l-isem meqjum tal-klassi ta’ "ulied Aron" (Ez 28, 1; ara Lq 1, 5). Jintwera bhala li gie midluk bhall-Qassis il-Kbir (Ez 29, 1-30), u jilbes l-istess ilbies u hu dak li jibda l-gesti li l-Qassis jaghmel (39, 1-31). Alla jikkonferma dan il-privilegg permezz ta’ gudizzju (Num 16) u bil-miraklu tal-ghaslug iwarrad (17, 6-26), li minn dakinhar ‘il quddiem jibda jinzamm fl-arka (Lhud 9, 4). Minn dak iz-zmien ‘il quddiem huwa jigi assocjat ma’ huh Mose’ kulmeta Alla jaghti l-ordnijiet tieghu (Ez 9, 8-10; 12, 1....) jew meta l-poplu juri l-iskuntentizza tieghu (Ez 16, 2; Num 16, 3). Huwa jippartecipa wkoll fin-nuqqas ta’ twemmin li wera Mose` go Meriba (Num 20, 1-21) u jgarrab l-istess xorti, ghax imut qabel ma jidhol fl-Art Imweghda (20, 22-29). Aron jibqa’ ghal dejjem il-Qassis il-Kbir (Sir 45, 6-22), dak li jintercedi b’mod ammirabbli u jdawwar ‘l hemm il-qilla divina (Gherf 18, 20-25). Fl-ahhar, fost l-Esseni fi zmien Gesu`, mhuwiex biss Messija-Sultan, bin David, li jkunu qed jistennew, izda fuq kollox il-Messija ta’ Aron, il-Messija-Sacerdot sovran.

2. Fit-TG kollu hi biss l-Ittra lil-Lhud li ssemmi lil Aron, billi tikkoncentra fuq zewg aspetti ta’ dan il-bniedem tal-ghageb. Kristu ma hax b’idejH ghaliH innifsu l-funzjoni tal-Qassis il-Kbir kollu hniena, imma gie "msejjah minn Alla, sewwa sew kif kien imsejjah Aron" (Lhud 5, 2-5; ara Ez 28, 1; Num 18, 1). Min-naha l-ohra s-sacerdozju ta’ Aron, mghoddi ‘l quddiem b’wirt, ma jipprefigurax fuq is-sacerdozju ta’ Kristu, kif minflok jaghmel dak ta’ Melkisedek li n-nisel tieghu mhux maghruf (Lhud 7, 3.15-21). Fl-ahhar nett, is-sacerdozju ta’ Aron ma jistax jippretendi dik il-perfezzjoni li hi sinjal tas-sacerdozju ta’ Kristu (7, 11.23-27).