Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA

Redatt taht id-direzzjoni ta’

XAVIER LEON DUFOUR

INDICI

Arroganza – Art – Artal – Awtorità – Axxensjoni – Babel

ARROGANZA

1. L-arroganza u l-effetti taghha. "Il-kburija jistmerruha Alla u l-bniedem" (Sir 10, 7) tabilhaqq "ghaliex jitkabbar min hu trab u rmied" (Sir 10, 9). Din ghandha ghamliet ftit jew wisq iktar serji ohra. Jezisti l-bniedem fieragh li jfittex il-postijiet ewlenin (Lq 14, 7; Mt 23, 6w); li jaspira ghall-kobor, xi minndaqqiet fl-ordni spiritwali (Rum 12, 16); li jghir ghall-ohrajn (Gal 5, 26); il-bniedem insolenti b’harsa ta’ kburija (Prov 6, 17; 21, 24); l-ghani kburi li jiddandan bl-ghana tieghu (Gham 6, 8) li fl-istess hin jaghmlu bniedem pruzuntuz (Gak 4, 16; 1 Gw 2, 16); l-ipokrita fieragh li kull ma jaghmel isir bil-ghan li jidher u li ghandu qalbu mhassra (Mt 23, 5.25-28); il-farizew li jafda fil-gustizzja li jippretendi li huwa ghandu u jiddisprezza lill-ohrajn (Lq 18, 9-14).

Finalment, fil-quccata ta’ kollox insibu lill-kburi li jichad kull dipendenza li jista’ jikollu u jaspira li jkun daqs Alla (Gen 3, 5; ara Fil 2, 6; Gw 5, 18); huwa ma joqghodx ghac-canfir (Prov 15, 12) u l-umilta’ jistmerrha (Sir 13, 20); huwa "jaghmel xi haga apposta b’wiccu minn quddiem" (Num 15, 30w) u jiddiehak bil-qaddeja tal-Mulej u tal-weghdiet tieghu (S 119, 51; 2 Pt 3,3 w).

Alla jishet lil min ikun arroganti u jistkerrhu (S 119, 21; Lq 16, 15); il-bniedem imtebba’ bil-kburija (Mk 7, 22) hu maghluq ghall-grazzja (1 Pt 5, 5) u ghall-fidi (Gw 5, 44); mghomi bil-htija tieghu (Mt 23, 24; Gw 9, 39-41), huwa ma jistax isib l-gherf (Prov 14, 6) li jsejjahlu ghall-konverzjoni (Prov 1, 22-28). Kull min jissieheb mieghu isir jixbhu (Sir 13, 1); ghaldaqstant, hieni l-bniedem li jaharbu (S 1, 1).

2. L-arroganza tal-pagani, oppressuri t’Israel. Meta s-setgha tkun f’idejn bnedmin arroganti, li ma jaghrfux lil Alla veru, id-dghajfa jitbaxxew ghal-livell ta’ jasar. Israel ghadda minn dan gewwa l-Egittu, fejn il-Farghun ittenta jostakola l-helsien li Alla kien qed jaghtihom (Ez 5, 2). Israel se jkun mhedded matul kull zmien b’jasar f’idejn il-pagani li s-setgha taghhom kollha kburija hi "sfida lill-qtajja ta’ Alla l-haj" (1 Sam 17, 4; 2 Mak 9, 4-10), biex ma nghidu xejn fuq Sanherib (2 Slat 18, 33-35), hi dejjem l-istess arroganza li tigi espressa fit-tnehida intollerabbli ta’ Holoferni: "Min hu Alla, hlief Nebukadnessar?" (Gdt 6, 2).

It-tip ta’ dik l-arroganza dominanti tal-gnus li llum jissejhu totalitarji hija Babel, li ssemmiet "il-gawhra ta’ l-imperi" (ara Is 13, 19) u li kienet tiftahar "inkun sultana ghal dejjem" filwaqt li tghid f’qalbha "Jiena, u hadd hliefi" (Is 47, 5-10). Hawn naraw arroganza kollettiva li s-simbolu taghha hu t-torri ta’ Babel, wieqaf imma mhux komplut, fuq l-ghatba ta’ l-istorja biblika: il-bennejja tieghu aspiraw li jaghmlu isem ghalihom infushom billi jilhqu s-sema (Gen 11, 4).

3. L-arroganza tal-hziena, oppressuri tal-fqar. F’Israel innifsu, il-kburija tista’ tipproduci frott ta’ oppressjoni u nuqqas ta’ hniena. Il-Ligi kienet tippreskrivi l-hniena mad-dghajfin (Ez 22, 21-27) u kienet tappella lis-sultan biex ma jsirx kburi la fit-tgeddis ta’ hafna deheb u fidda, lanqas filli jitgholla ‘l fuq minn hutu (Dt 17, 17.20). Sabiex jaghni lilu nnifsu, il-kburi ma joqghodx jithasseb kif jghaffeg lill-fqar li b’demmhom ihallsu ghal-lussu tal-ghonja (Gham 8, 4-8; Ger 22, 13-15). Izda d-disprezz tal-fqajrin hu disprezz lejn Alla u l-gustizzja tieghU. Il-kburin huma hziena, jixbhu lill-pagani. Dawk li huma jippersegwitaw (S 10, 2-4) u jharsu lejhom b’disprezz (S 123, 4) isejhu lil Alla fis-salmi, jishqu fuq l-arroganza tal-persekuturi taghhom (S 73, 6-9) li qalbhom zgur li ma thossx (S119, 70). Lill-Farizej li ghandhom qlubhom mimlija bil-kburija u l-idolatrija tal-flus, Gesu` jfakkarhom li hadd ma jista’ jaqdi lil zewg sidien: min hu marbut mal-ghana ma jistax jaghmel xort’ohra hlief imaqdar ‘l Alla (Lq 16, 13-15).

4. Il-kastig ta’ min hu arroganti. Alla jistmell lill-kburin (Prov. 3, 34) u lis-setghana li jippretendu li jtajru minn fuqhom l-irbit taghhom (S 2, 2-4). Ha jaghtu kaz tas-satira terribbli ta’ dak it-tirann li jitmermer bla ma jigi midfun fil-kamp tal-battalja, fejn kien kagun tal-massakru tal-poplu tieghu, huwa li kien jaspira li jwaqqaf it-tron tieghu ‘l fuq mill-kwiekeb, l-istess bhal dak ta’ Alla l-Gholi (Is 14, 3-20; Ezek 28, 17-19; 31). L-imperi, bhat-tiranni taghhom, se jitwaqqghu. Xi minn daqqiet huma strumenti f’idejn Alla biex jikkastiga lill-poplu tieghu; izda Alla wara jikkastighom ghall-kburija li biha huma jkunu wettqu l-missjoni taghhom; dan huwa l-kaz ta’ l-Assirja (Is 10, 12) u ta’ Babel, meghluba hesrem b’daqqa inevitabbli u mhux prevista (Is 47, 9.11).

Il-poplu ta’ Alla u l-belt qaddisa ta’ Gerusalemm, fejn il-kburija hi mifruxa sew (Ger 13, 9; Ezek 7, 10), ghad tkun ukoll kastigata fil-jum tal-Mulej. "Titrazzan il-kburija tal-bniedem, u tigi fix-xejn is-suppervja tal-bniedem; u dak in-nhar, jitgholla wahdu l-Mulej" (Is 2, 6-22). Il-Mulej se jhallas lura bl-imghax dak li hu dovut lill-kburin (S 31, 24). Dawk li ddiehku bil-gusti (Gherf 5, 4; ara Lq 16, 14), ghad joghsfru bhad-duhhan (Gherf 5, 8-14). Kburithom mhi xejn hlief preludju ghall-qerda taghhom (Prov 16, 18; Tob 4, 13): "Min jitgholla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgholla" (Mt 23, 12).

5. Dak li jirbah lill-kburin: is-Salvatur ta’ l-umli. Kif sejjer il-Mulej "ixerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom" (Lq 1,51)? Kif inhu li se jirbah fuq ix-Xitan, is-serpent tal-qedem li hajjar lill-bniedem ghall-kburija (Gen 3, 5), id-demonju li hu xewqan li jigbed id-dinja kollha ghal warajh biex tqimu bhala alla taghha (Apk 12, 9; 13, 5; 2 Kor 4, 4)? Permezz ta’ xebba umli (Lq 1, 48) u talwild ewlieni taghha, Kristu l-Mulej, li ghazel maxtura bhala l-benniena tieghu (Lq 2, 11w; ara 58, 3).

Il-kburija ta’ Erodi xtaqet tbiccru (Mt 2, 13) izda Huwa jibda l-missjoni tieghu billi jichad il-glorja tad-dinja, li x-Xitan joffrilu, u kull Messjanizmu li zgur se jigi muri bhala falz mill-kburija (Mt 4, 3-10). Huwa jigi mcanfar talli jaghmel lilu nnifsu daqs Alla (Gw 5, 18); madankollu, Huwa mhux biss li ma jiehu ebda vantagg minn din l-egwaljanza, izda lanqas biss ma jfittex li jikseb xi glorja ghaliH innifsu (Gw 8, 50), imma biss li jitgholla fuq is-salib (Gw 12, 31-33; Fil 2, 6-8). Jekk Huwa jitlob lil Missieru jigglorifikaH, dan jaghmlu biex il-Missier ikun glorifikat fiH (Gw 12, 28; 17,1).

Huwa tul din it-triq li d-dixxipli tieghu, u b’mod specjali r-rghajja tal-Knisja tieghu, se jimxu warajH (Lq 22, 26w; 1 Pt 5, 3; Tit 1, 7). F’ismu huma se jirbhu fuq is-supremazija tad-dimonju (Lq 10, 18-20); izda s-setghat tal-kburija se jintghelbu biss f’jum il-Mulej, bil-wirja tal-glorja tieghu (2 Tes 1, 7w). Mbaghad il-hazin li ghamel lilu nnifsu daqs Alla se jkun imgarraf b’nifs il-Mulej (2 Tes 2, 4.8); mbaghad Babel il-kbira, dik is-simbolu ta’ l-istat maghmul daqs Alla, se tiggarraf f’tebqa t’ghajn (Apk 18, 10.21). Ikun mbaghad ukoll li l-umli, u huma biss, se jidhru jixbhu lil dak Alla li huma ulied tieghu (Mt 18, 3w; 1 Gw 3,2).

ART

Art, jew "art tal-antenati", hija wahda mill-aspetti essenzjali ta` l-esperjenza ta` poplu. Ghall-poplu tat-TQ, art l-antenati kellha post importanti fil-fidi u fit-tama taghhom. Madankollu, l-art tat-TQ hija biss stadju preparatorju fir-rivelazzjoni ta` Alla, ghaliex Alla saflahhar kixef art ohra li ghaliha huma destinati l-bnedmin kollha.

TQ

1. L-esperjenza ta’ art. L-istorja tal-poplu ta` Alla bdiet bi trapjant: Abraham kellu jhalli artu u jmur f’art ohra li dwarha ma kien jaf xejn (Gen 12,1w). Izda t-twettiq tas-sejbien gdid tar-razza tieghu gie mdewwem. Matul il-qaghda taghhom gewwa Kanghan, il-patrijarki kienu ghorba u mistednin (Gen 23,4; Lhud 11,13); ghalkemm il-wirt ta` l-art kien imwieghed lilhom (Gen 12,7), dan kien ghadu ma nghatalhomx. Iktar minn hekk, l-Egittu, fejn kienu qeghdin joqoghdu, kien art stramba wkoll ghalihom (ara Gen 15,13). Kien biss wara l-ezodu u l-patt tas-Sinaj li l-weghda ta` Alla twettqet u Kanghan saret arthom, art imfawwra b’sens religjuz. Mhux biss ghaliex kienet inghatatilhom bhala rigal ta` Alla; lanqas ghaliex fiha kien hemm l-oqbra ta` l-antenati taghhom (Gen 47,30; 50,5; Neh 2,3-5); izda l-fatt li Alla wkoll kellu pussess fuqha bhala l-post fejn Huwa joqghod - is-santwarju ghall-arka u mbaghad it-tempju ta` Gerusalemm - sawwab valur qaddis fuq din l-art. Ghax hekk dehret li l-art u l-fidi kienu haga wahda taht dawn it-titoli kollha.

2. L-esperjenza ta` sradikament, jew qlugh mill-gheruq. Israel bata wkoll esperjenza ghal kollox bil-maqlub ta` dan. Kien dizastru nazzjonali doppju li saflahhar harbat din l-art mahbuba. Fl-istess hin, niesha ngarru ‘l boghod minnha, u kellhom jghaddu mill-esperjenza ta` tbatija li jgib mieghu l-isradikament. L-ezilju serva biss biex sahhah ir-rabta li l-Lhud kellhom ma` art missirijiethom (S 137,1-6) u huma jibku ghal kull xorti hazina li dawn ghaddew minnha (ara Lam). Mbaghad fehem li l-kawza ta` din il-katastrofi kbira kien id-dnub nazzjonali kbir li Alla kien ikkastiga b’mod tassew ezemplari (Lam 1,8.18w; Is 64,4....;Neh 9,29w). Sakemm dam dan it-tgrib l-art umiljata u mbieghda kienet il-qofol tat-talb kollu taghhom (Neh 9,36w), tat-thassib taghhom (2,3), u ta` kull tama li kellhom ghall-gejjieni (Tob 13,9-17; Bar 4,30 - 5,9). Marbutin kif kienu ma` l-istituzzjonijiet tal-qedem, huma stinkaw bla waqfien biex jergghu jaghtuhom il-hajja, u xi ftit ukoll irnexxilhom jaghmlu dan. Izda fl-istess hin huma skoprew xbiha trasfigurata tal-art tal-gejjieni fl-ghajdut tal-profeti. Din hi l-art imqaddsa l-gdida u Gerusalemm il-gdida, ic-centru ta` art li regghet tghaqqdet, b’aspett ta` Gheden moghti lura. Ghalhekk l-art ta` l-antenati kienet ghal-Lhud sew realta` konkreta li kellha x-xebh ta` kull art ohra fuq din l-art, kif ukoll hsieb idejali li jolqot l-ideologiji nazzjonali kollha bis-safa u l-kobor taghha. Fiha jigi kristallizzat il-holm kollu tal-bnedmin. Minghajr ma tkun xi art fejn jingabru diversi gnus u razez fiha, bhalma kien il-kuncett ta` l-Imperu Ruman fl-istess zmien, din hi art li harstha tinsab mitfugha lejn l-universalita` permezz tas-sejha ta` Israel: f’Abraham ghandhom jitbierku il-familji kollha tad-dinja (Gen 12,3), u Zion ghandha ssir omm l-artijiet kollha (S 87).

TG

1. Gesu` u artu. Sabiex ikun ghalkollox uman, Gesu` wkoll kellu l-esperjenza ta` art ta` l-antenati tieghu. Din l-art ma kinitx xi pajjiz partikolari, izda l-art li Missieru kien ta b’wirt lill-poplu tieghu. Huwa kien ihobb lil artu b’qawtu kollha; iktar u iktar billi l-missjoni tieghu fiha kienet ghaliH okkazjoni ghal bicca xoghol gdida. Fil-fatt, hekk kif Israel ma kienx ta kaz ta` lehen il-profeti fil-qedem, hekk ukoll art twelid il-Lhud kellha zzeblah lil min jikxfilha x’inhi s-sejha vera taghha. Gewwa Nazaret, rahal missieru, Gesu` jintefa` ‘l barra; ebda profeta ma jintlaqa` f’art twelidu (Mt 13, 54-57p; Gw 4, 44). F’Gerusalemm, il-belt kapitali, Gesu` kien jaf li se jmut (Lq 13, 33). Huwa beka ukoll ghal dik il-belt li kienet naqset milli taghraf Iz-zmien tal-migja ta’ Alla (Lq 19, 41; ara 13, 34w). Art twelid il-Lhud li tinsab fuq din id-dinja timxi bla ebda tama lejn il-qerda taghha, ghaliex ma ghamlietx dak li Alla kien jistenna minnha. Katastrofi gdid ikun sinjal biex kulhadd jaghraf li Alla hadilha lura l-missjoni li sa dak iz-zmien kellha skond il-pjan tas-salvazzjoni (Mk 13, 14-19; Lq 19, 43w; 21, 20-23).

2. L-art gdida. Il-poplu l-gdid, jew ahjar il-Knisja, mhijiex se twaqqaf it-tishib f’art ta’ fuq din id-dinja, bhalma certi ideologiji ta` zmienna qed jipprovaw jaghmlu. L-imhabba lejn art twelidu se tibqa` ghal dejjem dmir tan-nisrani, flimkien ma` estensjoni ta` l-imhabba ghall-familja. Hekk gara li l-insara ta’ nisel Lhudi baqghu marbutin , l-istess bhalma kien Gesu`, ma` l-art ta` Israel. Fuq livell iehor, San Pawl rega` qajjem il-jedd li kellu bhala cittadin Ruman, liema cittadinanza huwa kellu sa minn twelidu (Atti 22, 27w). Izda l-art ta’ Israel mghadx ghandha il-karattru qaddis taghha billi dan issa gie trasferit ghal realta` wisq oghla. Il-Knisja hija Gerusalemm tas-sema, u ahna uliedha (Gal 4, 26), l-istess bhalma l-Israeliti kienu ulied Gerusalemm ta` din id-dinja. Huwa fis-smewwiet li hemm ghandna l-jeddijiet ta` cittadinanza taghna (Fil 3, 20). B’dak il-mod il-bnedmin kollha jistghu jaqsmu l-esperjenza taghhom ta` art gdida. Fiz-zminijiet l-imghoddija, il-pagani kienu frustieri fil-belt ta` Israel (Efes 2, 12); izda issa huma jaqsmu mal-Lhud l-unur li huma cittadini shab mal-qaddisin (Efes 2, 19). Hekk, hija il-genna li hi l-vera art li taghha Israel, hekk kif maghzula minn fost l-artijiet ta` fuq din id-dinja, kienet biss ix-xbiha, b’kull sinjifikat, izda ghal xi zmien biss. Hawnhekk mghandna ebda post permanenti fejn noqoghdu, u qeghdin inharsu ‘l quddiem lejn dak li ghad irid jasal (Lhud 13,14). Din hija l-art li Alla hejja ghall-patrijarki fiz-zminijiet ta` qabel; u huma, ‘l hinn mill-art ta` Kanghan, diga` kienu qeghdin jittamaw bil-fidi kollha taghhom li xi darba kien se jkollhom din l-art tajba (Lhud 11, 14-16). Kulhadd ghandu jaghmel dak li ghamlu huma u jara ‘l hinn mid-daqsxejn ta` rokna fejn ikun rabba l-gheruq flimkien mal-familji tieghu, filwaqt li jhares iktar ‘l boghod lejn l-art gdida fejn hemm kulhadd ghad jghix ghal dejjem.

ARTAL

F’kull religjon l-artal huwa c-centru tal-qima sagrifika (Ebr. zabah = taghmel sagrificcju, gherq ta’ mizbeah = artal). L-artal hu s-sinjal tal-prezenza divina; Mose` jissoponi dan it-twemmin meta jitfa nofs id-demm tal-vittmi fuq l-artal u n-nofs l-iehor fuq il-poplu li b’dan il-mod jidhol f’komunjoni ma’ Alla (Ez 24, 6-8); Pawlu jghid ukoll: "Dawk li jieklu l-vittmi m’humiex f’ghaqda ma’ l-artal" (1 Kor 10, 18)? Fis-sagrificcju perfett is-sinjal icedi ghar-realta`: Kristu hu fl-istess waqt sacerdot, vittma, u artal.

 

1. Mill-mafkar ghall-post fejn tinghata qima. Fil-bidu, min jibni artal kien jaghmel dan bi twegiba lil Alla li jkun ghadu kemm zaru; dan hu li jfisser il-kliem imtenni, li jinsab fl-ghemejjel tal-patrijarki: "u bena hemm artal lill-Mulej u sejjah isem il-Mulej" (Gen 12, 7w; 13, 18; 26, 25). Minbarra li kien il-post fejn jigu offerti s-sagrificcji, l-artal kien mafkar ta’ ghajnuna divina; l-ismijiet simbolici li dawn l-artali kellhom jaghtu xhieda ta’ dan kollu (Gen 33, 20; 35, 1-7; Mh 6, 24). Madankollu kien ukoll il-post fejn kienu jsiru t-tferrih ta’ nbid u sagrificcji b’qima lill-allat. Jekk fil-bidu xi blata ftit jew wisq kif imiss kienet tilhaq dan l-iskop (Mh 6, 20; 13, 19w), malajr hadu hsieb jibnu l-artali mill-hamrija taflija jew mill-gebel ta’ l-art li ghalkemm it-tnejn horox, kienu iktar jilhqu dan l-iskop sew (Ez 20, 24-26).

Ghad-dixxendenti tal-patrijarki, il-post ta’ qima x’aktarx kellu izjed valur mill-memorja tat-teofaniji li minhabba fihom ikun sar maghruf dak il-post; ghalhekk dan ta’ spiss sar post ta’ pellegrinagg. Din l-importanza tal-post ‘l hinn mit-tifkira diga` kienet tidher fil-fatt li kienu jintghazlu l-postijiet qodma ta’ qima tal-Kanaghnin, Betel (Gen 35, 7) jew Sikem (33, 19) u iktar tard Gilgal (Goz 4, 20) jew Gerusalemm (Mh 19, 10). Fil-fatt, meta jidhol f’Kanghan, il-poplu maghzul isib ruhu quddiem artali pagani li l-ligi tehtieg li ghandhom jiggarfu minghajr hniena (Ez 34, 13; Dt 7, 5; Num 33, 52); ghalhekk Gidghon (Mh 6, 25-32) jew Gehu (2 Slat 10, 27) igarrfu l-artali ta’ Baghal. Izda soltu jigri li l-poplu maghzul ikun sodisfatt li "jghammed" dawn l-imkejjen fil-gholi bl-offerta materjali tieghu (1 Slat 3, 4).

 

Hawnhekk, l-artal jista’ jikkontribwixxi fid-degradazzjoni tar-religjon b’zewg modi: billi tinsa li l-artal huwa biss sinjal sabiex tikseb lil Alla haj, u billi tirrendi l-qima lill-Mulej l-istess bhallikieku kienet qima lill-idoli. Fil-fatt, Salamun iniedi zmien ta’ tolleranza ghall-idoli li jdahhlu maghhom in-nisa barranin tieghu (1 Slat 11, 7w). Ahab jaghmel l-istess haga (1 Slat 16, 32); Ahaz u Manassi jdahhlu xi artali bi stil pagan fl-istess tempju (2 Slat 16, 10-16; 21, 5). Min-naha taghhom, il-profeti se jwiddbu kontra t-tkattir ta’ l-artali (Gham 2, 8; Hos 8, 11; Ger 3, 6).

2. L-artal tat-tempju uniku f’Gerusalemm. Il-problema giet solvuta bic-centralizzazzjoni tal-qima f’Gerusalemm (2 Slat 23, 8w; ara 1 Slat 8, 63w). L-artal tal-vittmi ghall-offerta minn issa ‘l quddiem jigbor f’ghaqda wahda l-hajja religjuza ta’ Israel, u hemm diversi salmi li jaghtu xhieda ghal din l-ghozza f’qalb il-fidili (S 26, 6; 43, 4; 84,4; 118, 27). Meta Ezekjel jiddeskrivi kif se jkun it-tempju tal-gejjieni, huwa jaghti sa l-inqas dettall dwar l-artal (Ezek 43, 13-17), u l-legislazzjoni sacerdotali li tirrigwardah tigi riferita lura lil Mose` (Ez 27, 1-8; Lev 1 - 7). Il-qrun ta’ l-artal, diga` msemmi zmien qabel bhala post ta’ kenn (1 Slat 1, 50w; 2, 28), jassumu importanza kbira: dawn ghandhom ta’ spiss jitraxxu bid-demm skond ir-rit ta’ tpattija (Lev 16, 18; Ez 30, 10). Dawn ir-riti jindikaw bic-car li l-artal huwa simbolu tal-prezenza tal-Mulej.

 

Fl-istess hin il-funzjonijiet sacerdotali jissemmew bi precizjoni: il-qassisin isiru b’mod eskluziv il-ministri ta’ l-artal, filwaqt li l-leviti jkunu inkarigati milli jiehdu hsieb affarijiet ohra (Num 3, 6-10). Il-Kronista, li jishaq fuq din l-uzanza (1 Kron 6, 48w), jikteb l-istorja tas-saltna skond dawn il-preskrizzjonijiet (2 Kron 26, 16-20; 29, 18-36; 35, 7-18). Fl-ahharnett, bhala sinjal ta’ venerazzjoni lejn l-artal, l-ewwel karovana ta’ nies gejjin lura mill-ezilju turi hegga li ma bhalha biex malajr terga’ tibni mill-gdid l-artal tal-vittmi ghall-offerta (Esd 3, 3-5), u Guda l-Makkabi ghad juri ruhu daqstant herqan zmien wara (1 Mak 4, 44-59).

3. Minn sinjal ghal realta`. Ghal Gesu`, l-artal jibqa’ qaddis, biss minhabba f’dak kollu li dan ifisser. Gesu` jfakkar din it-tifsira li thassret bl-argumentazzjoni tal-Farizej (Mt 23, 18-20) u li fil-prattika giet abbandunata: li tersaq lejn l-artal sabiex taghmel sagrificcju fil-fatt hu li tersaq qrib Alla: dan ma jistax isir filwaqt li tkun qed tbieghed f’qalbek (5, 23w).

 

Kristu mhux biss jaghti sens lill-qima kif kienet issir fil-qedem, izda sahansitra jtemmha. Fit-tempju l-gdid li huwa gismU (Gw 2, 21), m’hemm ebda artal hliefU (Lhud 13, 10). Ghax hu l-artal li jaghmel lill-vittma qaddisa (Mt 23, 19); hekk, meta Hu, il-vittma perfetta, jigi offrut, huwa Hu nnifsU li jqaddes lilU nnifsU (Gw 17, 19); Huwa fl-istess hin sacerdot u artal. Iktar minn hekk, li tiehu sehem mill-gisem u d-demm tal-Mulej hu li tiehu sehem fl-artal li hu l-Mulej; huwa li tidhol fuq il-mejda tieghU (1 Kor 10, 16 - 21).

Hekk l-Apokalissi jithaddet dwar l-artal tas-sema li tahtu jinzammu l-martri (Apk 6, 9), artal tad-deheb li l-huggiega tieghu titfa’ dahna mdaqqsa u mfewha ‘l fuq lejn Alla, li maghha jinghaqad it-talb tal-qaddisin (8, 3). Din il-huggiega hija wkoll simbolu figura ta’ Kristu u taghmel perfett is-simbolizmu tal-haruf. Huwa l-artal wahdieni tas-sagrificcju uniku li l-fwieha tieghu toghgob lil Alla; huwa l-artal tas-sema li fuqu l-offerti tal-Knisja jigu moghtija lil Alla, maghqudin ma’ l-offerta unika u perfetta ta’ Kristu (Lhud 10, 14). L-artali taghna tal-gebel huma biss xbihat ta’ dan l-artal, li l-Pontifikal jesprimi meta jghid: "l-artal huwa Kristu".

AWTORITA`

TQ

I. "M’HEMMX AWTORITA` JEKK M’HIX GEJJA MINN ALLA"

Dan il-principju formulat minn Pawlu (Rum 13, 1), hu f’kull waqt presuppost fit-TQ: izda kull twettiq ta’ din l-awtorita` hemm jidher bhala subordinat ghall-htigiet imperattivi tar-rieda divina.

1. Aspetti ta’ awtorita` fuq din l-art. Fil-holqien li Alla ghamel, kull setgha titnissel minnu: tal-bniedem fuq in-natura (Gen 1, 28), tar-ragel fuq martu (Gen 3, 16), tal-genituri fuq uliedhom (Lev 19, 3). Fil-qies ta’ strutturi iktar komplessi ta’ socjeta` umana, dawk li jiggvernaw inghataw dik ir-responsabbilta` ghall-gid komuni u dak tas-sudditi taghhom minn Alla: il-Mulej jordna lil Hagar biex toqghod ghal sidtha (Gen 16, 9); huwa Hu li jaghti lil Hazajel it-tmexxija ta’ Damasku (1 Slat 19, 15; 2 Slat 8, 9-13) u lil Nebukadnessar l-Orjent kollu (Ger 27, 6). Jekk dan kollu jsehh fost il-pagani (ara Sir 10, 4), kemm iktar ghandu ghaliex isehh fost il-poplu ta’ Alla. Izda hawn hi l-problema, meta l-awtorita` fuq din l-art tassumi sura specjali li jisthoqqilha trattament separat.

2. Kondizzjonijiet ghat-twettiq ta’ l-awtorita`. Dik l-awtorita` li Alla jafdalna f’idejna mhix wahda assoluta; hija wahda limitata b’obbligazzjonijiet morali. Il-ligi tirregola t-twettiq taghha billi tiddikjara bic-car x’inhuma l-jeddijiet tal-ilsiera (Ez 21, 1-6.26w; Dt 15, 12-18; Sir 33, 30....). Ghal dawk li huma t-tfal, l-awtorita` li ghandu l-missier fuqhom ghandu jkollha bhala l-qofol taghha l-edukazzjoni tajba taghhom (Prov 23, 13w; Sir 7, 22w; 30, 1....). Huwa proprju fi kwistjonijiet ta’ awtorita` politika li l-bniedem x’aktarx iktar probabbli li jeccedi l-limiti tas-setgha li ghandu. Rasu mimlija bis-setgha, huwa jattribwixxi l-merti ta’ dik is-setgha lilu nnifsu, l-istess bhalma kienu ghamlu l-Assiri rebbihin (Is 10, 7-11.13w); huwa jaghmel lilu nnifsu daqs Alla (Ezek 28, 2-5) u jgholli lilu nnifsu biex jehodha kontra s-sid sovran (Is 14, 13w), sahansitra li jitkabbar kontriH billi jkun midghi (Dan 11, 36). F’dan il-waqt, huwa jixbah lill-bhejjem satanici li Danjel ra telghin mill-bahar u li lilhom Alla ta s-setgha ghal xi zmien (Dan 7, 3-8.19-25). Izda awtorita` pervertita b’dak il-mod tinghata biex isir minnha gustizzja divina li mhix se tonqos milli teqridha fil-jum stabbilit (Dan 7, 11w.26): billi din saret haga wahda mas-setghat tal-hazen, hija fl-ahhar se tiggarraf maghhom.

II. AWTORITA` FOST

IL-POPLU TA’ ALLA

Ghalhekk il-bniedem ma rrispettax l-ordni u L-kondizzjonijiet tat-twettiq taghha, li jappartjenu ghall-awtorita` ta’ fuq din l-art. Sabiex jirristawrhom, Alla jinawgura fl-istorja tal-poplu tieghU pjan ta’ salvazzjoni li fih l-awtorita` ta’ fuq din l-art se tassumi tifsira gdida fil-qafas ta’ l-istorja tad-fidwa.

1. Iz-zewg setghat. Biex imexxu lill-poplu tieghu, Alla jqieghed lil xi persuni awtorizzati. Dawn mhumiex fl-ewwel lok xi persunaggi politici izda medjaturi religjuzi li jkollhom missjoni biex jaghmlu lil Israel "saltna ta’ qassisin u gens qaddis" (Ez 19, 6). Mose`, il-profeti, u s-sacerdoti huma dawk li jircievu setgha li hi essenzjalment wahda spiritwali u li huma jwettqu b’mod li jidher permezz ta’ delega divina. Madankoluu, Israel ghadu komunita` nazzjon, migemgha religjuza li hi gens, stat strutturat f’organizzazzjoni politika. Dan l-istat huwa wiehed teokratiku ghaliex gewwa fih is-setgha, tkun xi tkun l-ghamla taghha, titwettaq f’isem Alla: is-setgha tal-kapijiet li jghinu lil Mose` (Ez 18, 21-23; Num 11, 24w), tal-mexxejja li ghandhom karizma, bhalma huma Gozwe` u l-imhallfin, u fl-ahhar x’uhud mis-slaten.

Il-patt jobsor li se jkun hemm ghaqda intima bejn iz-zewg setghat, u s-subordinazzjoni tas-setgha politika ghal dik spiritwali, bi qbil mas-sejha li ghandu l-gens. Madankollu, dan iwassal fil-prattika ghal xi tilwimiet inevitabbli: ta’ Sawl ma’ Samwel (1 Sam 13, 7-15; 15), ta’ Ahab ma’ Elija (1 Slat 21, 17-24), u ta’ daqstant slaten mal-profeti kontemporanji taghhom. Fost il-poplu ta’ Alla, l-awtorita` umana tinsab mittiefsa bl-istess abbuz li jezisti kullimkien. Din hi raguni ohra ghaliex hija suggetta ghall-gustizzja divina: is-setgha politika tar-regalita` Israelita se tintemm bit-tigrif taghha fit-tragedja ta’ l-ezilju.

2. Ghar-rigward ta’ imperi pagani. Meta l-Gudajizmu inbidel wara l-ezilju, l-istruttura tieghu kienet skond is-sistema tat-teokrazija originali. Hawn id-distinzjoni bejn is-setgha spiritwali u s-setgha politika kienet bil-wisq iktar tidher billi s-setgha politika kienet f’idejn imperi barranin li l-Lhud issa kienu suggetti ghalihom. F’din is-sitwazzjoni gdida l-poplu ta’ Alla adotta zewg attitudnijiet, skond il-htigiet tas-sitwazzjonijiet. L-ewwel attitudni kienet wahda ta’ accettazzjoni miftuha: hu minn Alla li Ciru u s-successuri tieghu ircevew l-imperu (Is 45, 1-3); billi huma jiffavorixxu r-ristawr tal-qima qaddisa, huma ghandhom jigu moqdija b’mod legali u jsir talb ghalihom (Ger 29, 7; Bar 1, 10w). It-tieni attitudni kienet appell li jsir ghall-vendetta divina u, finalment, ghal rewwixta meta l-gens pagan isir persekutur (Gdt; 1 Mak 2, 15-28). Izda r-ristawr tal-monarkija fi zmien il-Makkabej rega’ gab lura koncentrazzjoni dubbjuza tas-setghat li b’heffa li ma bhalha dawn gherqu fl-aghar dekadenza. Fis-sena 63, meta ndahlet Ruma, il-poplu ta’ Alla sab lilu nnifsu lura taht il-madmad tal-pagani mishutin.

TG

I. GESU`

1. Gesu`, li rcieva awtorita`. Matul il-hajja pubblika tieghu, Gesu` jidher bhal Min ircieva awtorita` singolari (exousia): Huwa jippriedka b’awtorita` (Mk 1, 22p), Huwa ghandu s-setgha li jahfer id-dnubiet (Mt 9, 6-8), u Huwa Sid is-Sibt (Mk 2, 28p). Huwa ghandu kull setgha spiritwali ta’ mibghut divin li l-Lhud isaqsu dwaru mistoqsija importanti: b’liema awtorita` qieghed jaghmel dawn l-affarijiet (Mt 21, 23p)? Gesu` ma jwegibx ghal din il-mistoqsija b’mod dirett (Mt 21, 27p). Izda s-sinjali li Huwa jwettaq jifthulhom ghajnejhom ghal risposta: Huwa ghandu s-setgha (exousia) fuq kull mard (Mt 8, 8w), fuq l-elementi (Mk 4, 41p), u fuq ix-xjaten (Mt 12, 28p). Mbaghad, l-awtorita` tieghu testendi wkoll ghal hwejjeg politici; f’dan il-qasam, dik is-setgha li Huwa cahad li jiehu minghand ix-Xitan (Lq 4, 5-7) Huwa fil-fatt ircieva minghand Alla. u sadattant Huwa ma jiehu ebda vantagg minhabba f’din is-setgha fuq il-bnedmin. Filwaqt li l-mexxejja ta’ din id-dinja juru din is-setgha billi jiddominaw fuq is-suggetti taghhom, Huwa juri lilu nnifsu fost dawk li huma tieghu bhala wiehed li jaqdi (Lq 22, 25-27). Huwa sid u Mulej (Gw 13, 13); izda Huwa gie biex iservi u biex jaghti hajtu (Mk 10, 42-44). u proprju ghax Hu jassumi l-kondizzjoni ta’ lsir li kull rkobba ghad tiltewa quddiemu (Fil 2, 5-11). Hu ghalhekk li, wara l-qawmien tieghu mill-imwiet, Huwa se jghid lis-segwaci tieghu li minn dak il-waqt ‘l quddiem lilu "nghatat kull setgha (exousia) fis-sema u fl-art" (Mt 28, 18).

2. Gesu` quddiem l-awtoritajiet ta’ din l-art. L-attitudni ta’ Gesu` lejn l-awtoritajiet ta’ din id-dinja ghandha tifsir bil-wisq iktar gholi. Quddiem l-awtoritajiet Lhud, Huwa jghid li Hu Bin il-Bniedem (Mt 26, 63w), is-sisien ta’ setgha li titnissel mill-Iskrittura (Dan 7, 14). Quddiem l-awtorita` politika, il-qaghda tieghu hija wahda differenti. Huwa jaghraf il-kompetenza proprja ta’ Cesri (Mt 22, 21p); izda din ma taljenaHx fil-konfront ta’ l-ingustizzja mwettqa mir-rapprezentanti ta’ l-awtorita` (Mt 20, 25; Lq 13, 32). Meta jsib ruhu quddiem Pilatu, Huwa ma joqghodx jiddiskuti x’setgha ghandu, ghax Hu kien jaf dwar l-origini divina taghha; minflok Huwa jishaq fuq l-ingustizzja li Huwa jhoss ruhu vittma taghha (Gw 19, 11), u ghal darb’ohra jtenni li s-saltna tieghu mhix wahda ta’ din l-art (Gw 18, 36). Jekk, ghalhekk, sew f’dak li hu spiritwali sew f’dak li hu temporali, kull haga skond l-ghamla taghha ghandha l-origini taghha minnu, Huwa madankollu jqaddes id-distinzjoni netta ta’ bejnithom u jhalli lil min jaghraf li, ghal dak iz-zmien, dak li hu temporali fl-ordni tieghu jzomm il-qaghda tassew tieghu: u din hi l-qaghda tabilhaqq li se tibqa’ ssehh sa ma Huwa jerga’ jigi lura fil-glorja. Iz-zewg setghat kienu mhalltin f’Israel teokratiku; mhu se jkun hemm xejn minn dan it-tahlit fil-Knisja.

II. L-APPOSTLI

1. Dawk li rcevew l-awtorita` ta’ Gesu`. Meta Gesu` baghat lid-dixxipli tieghu biex iwettqu missjoni, Gesu` iddelega l-awtorita` tieghu nnifsu ("min jisma’ lilkom ikun jisma’ lili", Lq 10, 16w) u fdalhom f’idejhom is-setghat tieghu (ara Mk 3, 14w; Lq 10, 19). Izda, Huwa wkoll ghallimhom li t-twettiq ta’ dawn is-setghat kien tabilhaqq servizz (Lq 22, 26p; Gw 13, 14w). Aktar tard l-appostli jaghmlu uzu effettiv minn dawn il-prerogattivi, per ezempju billi jeskludu membri li ma jisthoqqilhomx jibqghu fil-komunita` (1Kor 5, 4w). Madankollu, huma mhux biss ma juzawx l-awtorita` taghhom b’setgha kif gie gie, izda fuq kollox huma mehdijin f’li jservu lil Kristu u lill-bnedmin (1 Tes 2, 6-10). Din l-awtorita` ghadha wahda spiritwali ukoll jekk din titwettaq b’mod vizibbli: din tolqot it-tmexxija tal-Knisja b’mod eskluziv. Hawn insibu xi haga gdida u importanti: kuntrarju ghall-ibliet tal-qedem, id-distinzjoni bejn dak li hu spiritwali u temporali jsir effettiv.

2. It-twettiq ta’ l-awtorita` umana. Il-kitbiet apostolici jikkonfermaw it-taghlim tat-TQ dwar il-validita` ta’ l-awtorita` umana u l-kondizzjonijiet kif din titwettaq, izda jqeghdu kollox fuq sisien godda. Il-mara ghandha toqghod ghal zewgha, l-istess bhalma l-Knisja ghal Kristu; izda bi tpattija r-ragel ghandu jhobb lil martu bhalma Kristu habb il-Knisja (Efes 5, 22-33). It-tfal ghandhom jobdu lill-genituri taghhom (Kol 3, 20w; Efes 6, 1-3) ghax kull paternita` tircievi isimha minghand Alla (Efes 3, 15); izda l-genituri jridu joqoghdu attenti filwaqt li jkunu qeghdin irabbuhom li ma jdejquhomx (Efes 6, 4; Kol 3, 21). L-ilsiera ghandhom jobdu wkoll lil dawk is-sidien li jidhru iebsin maghhom u ma jirragunawx (1Pt 2, 18) bhallikieku Kristu nnifsu (Kol 3, 22; Efes 6,5....); izda s-sidien ghandhom dejjem jiftakru li huma wkoll ghandhom sid li jinsab fis-smewwiet (Efes 6, 9) u jiftakru li jittrattaw l-ilsiera taghhom bhal ahwa (Film 16). Mhux biz-zejjed li tghid li din il-moralita` socjali thares il-hsieb ta’ x’inhi sewsew l-awtorita` fis-socjeta`; hija tipprovdi bhala sisien u ideal dak is-servizz li l-ohrajn iwettqu b’imhabba.

3. Ir-relazzjonijiet tal-Knisja ma’ l-awtoritajiet umani. L-appostli, li rcevew l-awtorita` ta’ Gesu`,isibu ruhhom quddiem awtorita` umana li tabilfors iridu jistabbilixxu relazzjoni maghha. Fost dawn, l-awtoritajiet Lhud mhumiex bhal awtoritajiet ohra: ghandhom setgha ta’ ordni spiritwali u jitnisslu minn istituzzjoni divina; hekk l-appostli jistmawhom b’kull rispett (Atti 4, 9; 23, 1-5), sakemm l-oppozizzjoni taghhom ghal Kristu ma tkunx bil-miftuh. Izda dawn l-awtoritajiet dahlu f’responsabbilta` gravi meta cahdu li jaghrfu lil Kristu u minflok ikundannawH (Atti 3, 13-15; 13, 27w). Huma jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni meta jaghmlu oppozizzjoni ghat-thabbir tal-bxara t-tajba; l-appostli, ghaldaqstant, ma jaghtux kaz tal-projbizzjonijiet taghhom, u jirragunaw li ghandhom jobdu lil Alla pjuttost milli lill-bnedmin (Atti 5, 29). Meta l-mexxejja Lhud kienu qed jichdu l-awtorita` ta’ Kristu, huma kienu qed jitilfu s-setgha spiritwali taghhom.

Ir-relazzjonijiet ma’ l-awtorita` politika jipprezentaw problema differenti. Quddiem l-imperu Ruman, Pawlu jistqarr lealta` shiha: huwa jghid li ghandu jedd jitqies bhala cittadin Ruman (Atti 16, 37; 22, 25....) u jappella lil Cesri sabiex jikseb il-gustizzja (Atti 25, 12). Huwa jipproklama li kull awtorita` tigi minghand Alla, u li tinghata minhabba fil-gid komuni; ghaldaqstant is-sottomissjoni ghal kull setgha civili hi kwistjoni ta’ kuxjenza ghax huma ministri ta’ gustizzja divina (Rum 13, 1-7). Ghandu jsir talb ghas-slaten u ghal dawk l-ufficjali li ghandhom xi ghamla ta’ setgha f’idejhom (1 Tim 2,2). Dan l-istess taghlim insibuh fl-ewwel ittra ta’ Pietru (1Pt 2, 13-17). Dan jobsor li l-awtoritajiet civili huma minnhom infushom sottomessi ghal-ligi ta’ Alla. Izda mkien ma jista’ wiehed isib li l-awtoritajiet spiritwali tal-Knisja jippretendu xi setgha diretta fuq affarijiet politici.

Jekk, ghal kuntrarju, l-awtorita` politika tirvella min-naha taghha kontra Alla u l-Kristu tieghu l-istess bhalma l-imperu tas-Sirja, persekutur tal-Lhud, kien ghamel qabel, jigri li l-profeti nsara solennement ibassru gudizzju u rebha dejjiema. Dan diga` ghamlu l-Apokalissi fil-konfront ta’ Ruma ta’ Neruni u Domizjanu (Apk 17,1 - 19,10). Fl-imperu totalitarju li jippretendi li jkun l-inkarnazzjoni ta’ l-awtorita` divina, is-setgha politika mhi xejn izjed minn karikatura mxajtna li quddiemha ebda fidil m’ghandu qatt ibaxxi rasu.

AXXENSJONI

Gej mill-fidi li nemmnu li Kristu mqajjem mill-mewt dahal fil-glorja tieghu. Izda hawn ghandna misteru li jmur ‘l hinn mill-esperjenza li jaghmlu s-sensi u li ma tistax tigi mrekkna, per ezempju, fix-xena unika tal-Gholja taz-Zebbug, fejn l-appostli raw lill-mulej taghhom jitlaqhom biex imur lura ghand Alla. Fil-fatt, it-testi sagri jitkellmu mit-tifsir, mill-waqt, u mill-mod ta’ l-ezaltazzjoni fis-sema ta’ Kristu b’certu varjeta’ li tghallem hafna fl-ghana taghha. Fid-dawl ta’ dawn it-testi se nippruvaw nifhmu r-realta` profonda ta’ dan il-misteru permezz ta’ l-origini ta’ l-espressjoni letterarja tieghu.

I. IL-MOGHDIJA BEJN IS-SEMA

U L-ART

Skond twemmin universali w spontanju li sab post ukoll fil-Bibbja, is-sema hija daqshekk meqjusa bhala l-ghamara ta’ l-allat li l-kelma saret metafora li tfisser Alla. L-art, il-mirfes tieghU (Is 66, 1), hija l-ghamara tal-bnedmin (S 115, 16; Koh 5, 1). Sabiex izur lil dawn il-bnedmin, Alla "nizel" mis-sema (Gen 11, 5; Ez 19, 11-13; Mik 1, 3; S 144, 5) u rega’ "tela’" hemm (Gen 17, 22). Is-shaba hi l-mirkeb tieghU (Num 11, 25; S 18, 10; Is 19, 1). L-Ispirtu li Huwa jibghat ghandu wkoll jinzel (Is 32, 15; Mt 3, 16; 1 Pt 1, 12); bl-istess mod il-Kelma tinzel u terga’ lura ghal ghandU, galadarba xoghlU jkun gie mwettaq (Is 55, 10w; Gherf 18, 15). L-angli nfushom, li jghammru fis-sema flimkien ma’ Alla (1 Slat 22, 19; Gob 1, 6; Tob 12, 15; Mt 18, 10), jinzlu biex iwettqu l-missjonijiet taghom (Dan 4, 10; Mt 28, 2; Tob 12, 20); dan it-tlugh u nzul jistabbilixxu r-rabta bejn is-sema u l-art (Gen 28, 12; Gw 1, 51).

Huwa impossibli ghall-bnedmin li jaghmlu din il-moghdija bis-sahha taghhom infushom. Li bniedem jitkellem dwar tlugh fis-sema jixbah hafna lit-tfittxija li wiehed jaghmel ghal dak li ma jistax jinkiseb (Dt 30, 12; S 139, 8; Prov 30, 4; Bar 3, 29), meta din ma tkunx il-prezunzjoni ta’ kburija bla sens (Gen 11, 4; Is 14, 14; Ger 51, 53; Gob 20, 6; Mt 11, 23). Diga’ huwa hafna li t-talb jitla’ ‘l fuq lejn is-sema (Tob 12, 12; Sir 35, 16w; Atti 10, 4) u li Alla jaghti appuntament lill-bnedmin fuq gholjiet li fuqhom Huwa jinzel filwaqt li huma jitilghu; dawn il-gholjiet huma Sinaj (Ez 19, 20) jew l-Gholja Sijon (Is 2, 3 u 4, 5). B’eccezzjoni x’uhud li huma maghzulin, bhal Henok (Gen 5, 24; Sir 44, 16; 49, 14) jew Elija (2 Slat 2, 11; Sir 48, 9-12; 1 Mak 2, 58), kellhom il-privilegg li ttellghu fis-sema b’setgha divina. F’Dan 7, 13 l-Iben ta’ bniedem imur lejn Xih fil-ghomor, u dan ukoll jissuggerixxi tlugh ghalkemm il-punt ta’ tluq tieghu hu misteru u s-shab tas-sema hawn forsi mhuwiex mirkeb izda biss l-ornament ta’ l-ghamara ta’ Alla.

II. IT-TLUGH TA’ KRISTU

FIS-SEMA

Skond il-kosmologija biblika, Gesu`, glorifikat fuq il-leminija ta’ Alla permezz tal-qawmien mill-imwiet (Atti 2, 34; Rum 8, 34; Efes 1, 20w; 1Pt 3, 22; ara Mk 12, 35-37; 14, 62), fejn Huwa jinsab fuq it-tron bhala sultan (Apk 1, 5; 3, 21; 5, 6; 7, 17), kellu "jitla’" fis-smewwiet. Fil-fatt, it-tlugh tieghu fis-sema jidher fl-ewwel affermazzjonijiet tal-fidi, inqas bhala fenomenu meqjus fih innifsu izda iktar bhala espressjoni indispensabbli tal-ezaltazzjoni smewwija ta’ Kristu (ara Atti 2, 34; Mk 16, 19; 1 Pt 3, 22). Izda bil-progress tar-rivelazzjoni u bl-izvilupp tal-fidi, l-axxensjoni assumiet individwalita’ storika u teologika li kull ma jmur issir aktar prominenti.

1. Inzul u tlugh mill-gdid. Il-pre-ezistenza ta’ Kristu, li kienet implicita fis-sebh tal-fidi, ghaddiet biex issir iktar esplicita, billi l-pre-ezistenza tieghu kif imhabbra fl-Iskruittura kienet tghin sabiex tingharaf il-pre-ezistenza ontologika tieghu. Qabel ma Gesu` gie biex jghix fuq din l-art, Gesu` kien flimkien ma’ Alla bhala iben, kelma, gherf. Ghaldaqstant l-ezaltazzjoni smewwija tieghu me kienetx biss ir-rebha ta’ bniedem mgholli ‘l fuq ghal-livell ta’ l-allat, bhalma ssuggeriet Kristologija primittiva (Atti 2, 22-36; 10, 36-42), izda r-ritorn tieghu lejn id-dinja smewwija mnejn kien gie. Huwa Gwanni li esprima b’mod mill-aktar car dan l-inzul mis-sema (GW 6, 33.38.41w.50-52.58) u li xebbah dan it-tlugh mill-gdid mal-axxensjoni (Gw 3, 13; 6, 62). Ma nistghux hawn nuzaw Rum 10, 6w ghax il-moviment li jsegwi l-inzul ta’ l-inkarnazzjoni huwa t-tlugh mill-gdid mis-saltna tal-imwiet pjuttost milli t-tlugh fis-smewwiet. Min-naha l-ohra, Efes 4, 9w jesponi vjagg iktar vast fejn l-inzul fl-inhawi t’isfel tad-dinja (jew fi hdan id-dinja?) jigi segwit bi tlugh mill-gdid li jwassal lil Kristu ‘l hinn minn kull sema. Hu ghal darb’ohra dan l-istess vjagg li l-innu ta’ Fil 2, 6-11 jissoponi.

2. Trijonf ta’ ordni kozmiku. Ghan iehor kien kontribuzzjoni mehtiega li tispecifika l-axxensjoni bhala stadju glorifikanti distint mill-qawmien mill-imwiet u mill-insedjament fuq it-tron fis-sema: il-bzonn li tigi espressa b’mod ahjar is-supremazija ta’ Kristu. Meta l-erezija tal-Kolossin kienet thedded li tbaxxi lil Kristu ghal livell inqas fost il-gerarkiji ta’ l-angli, Pawlu jtenni b’mod mill-aktar kategoriku dak li kien diga` qal dwar it-trijonf tieghu fuq is-setghat smewwija (1 Kor 15, 24), billi jafferma li dan it-trijonf diga’ ntlahaq permezz tas-salib (Kol 2, 15), u li Kristu issa jsaltan fis-sema fuq dawn is-setghat, ikunu min ikunu (Efes 1, 20w); huwa f’dak il-waqt li jirreferi ghal S 68, 19 biex jindika li t-tlugh ta’ Kristu ‘l fuq mis-smewwiet kollha sar biex Huwa jiehu pussess ta’ dak l-univers li Huwa "jimla’" (Efes 4, 10), kif ukoll biex "kollox jingabar taht Ras wahda" (Efes 1, 10). Dan huwa l-istess xefaq kozmiku li deher fl-innu li hemm f’ 1 Tim 3, 16: it-tlugh fil-glorja isehh wara d-dehra li jaghmel quddiem l-angli u l-bnedmin. L-ittra lil Lhud tirrakkonta dwar it-tlugh fis-sema ta’ Kristu minhabba fil-perspettiva taghha ta’ dinja smewwija fejn jinstabu r-realtajiet tas-salvazzjoni u li lejha qeghdin jivvjaggaw il-bnedmin. Sabiex ikun jista’ joqghod hemmhekk fuq il-leminija ta’ Alla (Lhud 1, 3; 8, 1; 10, 12w; 12, 2) ‘l fuq mill-angli (1, 4-13; 2, 7-9), il-qassis il-kbir tela’ hemm qabel kulhadd, billi ghadda minn gos-smewwit (4, 14) u nifed ‘l hinn mill-velu (6, 19w) ghal gos-santwarju fejn Huwa qieghed jintercedi fil-prezenza ta’ Alla (9, 24).

3. Il-waqt ta’ l-axxensjoni. Distint mit-tluq mill-qabar bil-wirja kozmika tieghu, it-tlugh ta’ Kristu fis-sema kellu iktar jinqata’ mill-hrug mill-qabar minhabba fil-htiega pedagogika li jigi rakkontat f’termini ta’ zmien lill-bnedmin avveniment li kien imur ‘l hinn miz-zmien, kif ukoll sabiex ikun jista’ jitqies perjodu ta’ zmien ghad-dehriet. Cert hu li xejn ma jwaqqaf, u fil-fatt kollox jehtieg, li Gesu`, filwaqt li juri lilu nnifsu lid-dixxipli tieghu, ghandu jigi ghal dan il-ghan mid-dinja tal-glorja li Huwa dahal fiha sa mill-waqt tal-qawmien mill-imwiet tieghu; inkella jkun hafna bi tqil li wiehed jara fejn Huwa kien fil-waqt ta’ l-intervall ta’ dawn id-dehriet u hu proprju l-istat diga’ glorifikat tieghu li Huwa jurihom. Fil-fatt, Mattew ukoll jidher li jifhem din is-sitwazzjoni; huwa ma jitkellimx mill-axxensjoni, izda jimplika, permezz ta’ l-istqarrija ta’ Gesu` dwar is-setgha li nghatatlu fis-sema u fuq l-art (Mt 28, 18), li Huwa kien diga’ kiseb it-tron tas-sema fil-waqt tad-dehra fuq l-gholja tal-Galileja. Gwanni jghallem l-istess haga b’mod differenti: jekk Gesu` kellu jgharraf lid-dixxipli permezz ta’ Maria Maddalena li Huwa kien tiela ghand Missieru (Gw 20, 17), isegwi li Huwa kien diga’ tela’ fis-sema u rega’ lura fuq l-art meta Huwa dehrilhom dakinhar stess filghaxija (20, 19). Id-dewmien ta’ xi ftit sieghat bejn il-qawmien u t-tlugh fis-sema hu ghalkollox wiehed pedagogiku u jippermetti lil Gesu` li jipperswadi lil Maria Maddalena li Huwa jkun diehel fi stat gdid fejn kull tishib ta’ qabel (qabbel 20, 17 u 11, 2; 12, 3) se jkun wiehed spiritwali (6, 58 u 62).

Fit-testi l-ohra z-zmien ta’ l-axxensjoni hu iktar minn hekk distint minn dak tal-qawmien mill-imwiet: Lq 24, 50w, hekk kif jigi wara l-versi 13, 33.36.44, jaghti l-impressjoni li t-tlugh fis-sema jokkorri filghaxija ta’ Hadd il-Ghid wara li jinghadu d-diversi diskorsi ta’ Gesu` mad-dixxipli tieghu. Fi tmiem Mk 16, 19 li jiddependi fil-parti l-kbira fuq Luqa, it-tlugh fis-sema jigi rakkontat wara diversi dehriet, u hu difficli tara jekk dawn id-dehriet kienux jokkupaw jum wiehed jew inkella diversi granet. Fl-ahharnett, minn Atti 1, 3-11 hu fi tmiem erbghin jum ta’ dehriet u diskorsi li Gesu` telaq minn fost dawk li kienu tieghu biex jitla’ fis-sema. It-tlugh fis-sema, kif rakkontat minn dawn it-tliet testi, jipprova b’mod car itemm zmien id-dehriet; ma jixtieqx jiddeskrivi l-ewwel dhul ta’ Kristu fil-glorja tieghu wara dewmien mhux mistenni u bla raguni, izda pjuttost li jiddeskrivi l-ahhar tluq li jtemm id-dehra temporali tieghu. L-incertezza tad-dewmien hi spjegata ahjar minhabba fid-dati differenti li jinghataw: fl-Atti l-ghadd 40 hu, bla dubju, maghzul minhabba fil-50 jum ta’ pentekoste: jekk Gesu` jitla’ fis-sema b’mod definittiv, dan jaghmlu biex jibghat l-Ispirtu tueghu li minn issa ‘l quddiem se jehodlu postu fost id-dixxipli tieghu.

It-taghlim diversifikat tat-testi sagri, fil-qosor, jistieden lill-bniedem jaghraf f’dan il-misteru zewg aspetti konnessi izda distinti: min-naha wahda, il-glorifikazzjoni smewwija ta’ Kristu li habtet mal-qawmien tieghu mill-mewt; mill-ohra, it-tluq tieghu ahhari wara zmien ta’ dehriet - tluq u ritorn lejn Alla li xehdu ghalih l-appostli fuq l-Gholja taz-Zebbug u li, b’mod iktar partikolari, tfakkar il-festa liturgika tat-tlugh fis-sema.

4. Mod kif sar it-tlugh fis-sema. L-uniku test kanoniku li jiddeskrivi, ghalkemm fil-qosor, kif Gesu` tela’ fis-sema insibuh f’Atti 1, 9; u l-kawtela kbira li tidher fih tikkonferma l-hsieb li dan it-test ma jippretendix li jiddeskrivi l-ewwel dhul ta’ Kristu fis-sebh. Prezentazzjoni hekk serja ma tiehu xejn la mill-ghemil ta’ eroj pagani bhala allat, bhal Romulus u Mitras, lanqas mill-precedent bibliku li huwa Elija. Filwaqt li juza s-shaba tipika li tidher fit-teofaniji u d-diskors angeliku li jfisser ix-xena, it-test ma jridx jaghti lill-misteru deskrizzjoni realistika li jkollha toghma mhux tajba, bhalma ghamlu certi invenzjonijiet apokrifi, u jillimita ruhu ghall-fatti essenzjali li johorgu t-tifsira bazika tax-xena. Mhux li din ix-xena, lokalizzata b’mod ghalkollox preciz fuq l-Gholja taz-Zebbug, mhux xi avveniment storiku, jew li Gesu` ma kienx kapaci jaghti lid-dixxipli tieghu certu esperjenza viziva tar-ritorn tieghu lura lejn Alla. L-ghan ta’ dan ir-rakkont zgur li mhuwiex biex jiddeskrivi t-trijonf li jigi fil-fatt prodott fil-waqt tal-qawmien mill-imwiet; izda l-ghan tieghu huwa biss biex juri li wara certu zmien ta’ shubija familjari mad-dixxipli tieghu, dak li qam minn bejn l-imwiet issa irtira l-prezenza vizibbli tieghu mid-dinja, biex ma jergax juriha hlief fi tmiem kull zmien.

III. IT-TLUGH FIS-SEMA, PRELUDJU GHALL-PAROUSIA

Dan Gesu`, li kien mehud minn maghkom lejn is-sema, ghad jerga’ jigi kif rajtuh sejjer" (Atti 1, 11). Minbarra li jispjega l-ghan tar-rakkont tal-axxensjoni, dan id-diskors angeliku jistabbilixxi rabta profonda bejn it-tlugh ta’ Kristu fis-sema u l-migja lura tieghu fi tmiem kull zmien. Filwaqt li din il-migja hi wahda mistennija, il-qaghda ta’ Kristu fis-sema - fiha nnifisha wahda definittiva ghar-rigward tal-persuna ta’ Kristu - tibqa’ stadju transitorju fl-ekonomija generali tas-salvazzjoni: Huwa joqghod fis-sema mohbi mill-bnedmin sakemm tasal l-ahhar dehra tieghu (Kol 3, 1-4) fil-waqt tat-tigdid universali (Atti 3, 21; 1 Tes 1, 10). Mbaghad Huwa ghad jigi bl-istess mod li bih Huwa telaq (Atti 1, 11), billi jinzel mis-sema (1 Tes 4, 16; 2 Tes 1, 7) fuq is-shab (Apk 1, 7; ara 14, 14-16), filwaqt li l-maghzulin tieghu jitilghu ‘l fuq biex jiltaqghu mieghu, huma wkoll fuq is-shab (1 Tes 4, 17), bhaz-zewg xiehda ta’ l-Apokalissi (Apk 11, 12). Din ghadha l-istess prezentazzjoni kosmologika li hemm fl-immaginazzjoni umana taghna izda li giet imnaqqsa sew.

It-tifsira profonda li tevolvi minn dawn it-temi hi li Kristu, rebbieh fuq il-mewt, beda mod gdid ta’ hajja ma’ Alla. Huwa mar hemm qabel sabiex ihejji post ghall-maghzulin tieghu, mbaghad Huwa se jerga’ lura u se jmexxihom lejH biex hemm jibqghu dejjem mieghu (Gw 14, 2w).

IV. SPIRITWALITA` NISRANIJA TA’ L-AXXENSJONI

Filwaqt li jistennew il-jum ta’ din il-wirja ahharija, l-insara ghandhom jibqghu maghqudin mal-Mulej glorifikat taghhom permezz tal-fidi u s-sagramenti. F’dak il-waqt imqajma u mqeghda fis-smewwiet mieghu (Efes 2, 6), "ifittxu l-hwejjeg tas-sema"; ghaliex "hajjithom hi mohbija flimkien ma’ Kristu f’Alla" (Kol 3, 1-3). Belthom tinsab fis-sema (Fil 3, 20). L-ghamara smewwija li tistennihom u li huma xewqana li jithazzmu biha (2 Kor 5, 1-3) mhi xejn iktar hlief dan Kristu glorjuz innifsu (Fil 3, 21), "il-bniedem tas-sema" (1 Kor 15, 45-49).

Minn dan titnissel spiritwalita’ shiha ta’ l-axxensjoni li hi l-bazi ta’ kull tama, ghaliex iddahhal il-hajja nisranija minn daz-zmien fir-realta’ tad-dinja gdida fejn Kristu jsaltan. Xejn inqas, huwa mhuwiex daqstant sradikat mid-dinja l-qadima li ghadha tippossjedih, izda ghall-kuntrarju ghandu missjoni u setgha li jghix fiha b’mod gdid li jgholli lil din id-dinja lejn il-bidla fis-sebh li lejh Alla jsejjhilha.

BABEL

Kuntrarju ghall-Egittu, li fl-istat taghha bhal simbolu bibliku ghandha tifsira ambigwa, Il-Babilonja dejjem tirrapprezenta setgha ta’ hazen ghalkemm Alla jista’ xi kultant jutilizzaha sabiex jikseb l-ghanijiet tieghU.

1. Is-sinjal ta’ Babel. Sa minn qabel Israel dahlet f’relazzjoni diretta ma’ din il-belt kbira tal-Mesopotamja, din minn dejjem kienet prezenti fuq ix-xefaq ta’ l-istorja sagra. Ghax Babel mhu xejn hlief l-isem Ebrajk tal-Babilonja, u t-torri maghruf li dwaaru jithaddet Gen 11, 1-9 mhu xejn iktar hlief it-torri ta’ diversi livelli (jew iz-ziggurat) tat-tempju kbir taghha. Bhala sinjal li daqstant jispikka ta’ l-idolatrija Babiloniza, dan it-torri jigi pprezentat ukoll bhala s-simbolu tal-kburija tal-bniedem. It-tradizzjoni Biblika tghaqqad flimkien it-tahwid ta’ l-ilsna mas-sinjal ta’ Babel: dan hu l-mod kif Alla kkastiga lill-bnedmin ghall-idolatrija mkabbra taghhom.

2. Il-flagell ta’ Alla. Madankollu, sa mill-bidu tas-seba’ seklu, il-Babilonja ghandha rwol iktar dirett fl-istorja sagra. F’dak iz-zmien il-Kaldej, li ghelbuha, holmu li jghaddu t-tmexxija tal-Lvant Nofsani f’Ninwe`. Dan huwa gens ta’ qawwa li ma bhalha, "dal-hati li qawwitu alla tieghu!" (Hab 1, 11); izda Alla ghandu l-hsieb li jaghmel lil din il-qawwa sehem mill-pjan tieghU. Il-Babilonja tikkontribwixxi ghal dan billi tesegwixxi il-haqq tieghU kontra Ninwe` (Nah 2,2 - 3, 19). Hija l-flagell ta’ Alla kemm ghal Israel kemm ghas-saltniet tal-madwar: Il-Mulej tahom kollha f’idejn Nebukadnessar, is-sultan taghha, li minhabba fih kellhom igorru l-madmad (Ger 27, 1 - 28, 17). Hija l-bieqja tad-deheb li biha Alla jisqi lill-poplu tieghU (Ger 25, 15 - 29; 51, 7). Hija l-martell li Huwa se juza biex ihabbat fuq l-art kollha (Ger 50, 23; 51, 20 - 22). Fuq kollox hija se tesegwixxi l-haqq tal-Mulej kontra Guda (Ger 21, 3 - 7): artha se tkun il-post ta’ l-ezilju fejn Alla se jigbor flimkien il-fdal tal-poplu tieghU (Ger 29, 1-20). Din hi sewsew ir-realta` li l-Kotba tas-Slaten jiddeskrivu (2 Slat 24 -25); izda "f’xatt ix-xmajjar ta’ Babel," fejn id-dmugh jiehu post il-kant (S 137), il-Lhud li jinsabu fl-ezilju jghaddu minn esperjenza ta’ tbatija li ssaffi li tkun qeghda thejjijhom ghar-ristawr li hemm imhejji ghalihom fil-gejjieni.

4. Il-hrug mill-Babilonja. Jekk l-ezilju kien kastig gust ghal Israel li jahti, dan issa sar ghall-fdal zghir li baqa’, u li kkonverta wara t-tigrib li ghadda minnu, tjassir intollerabbli kif ukoll soggorn perikoluz. Galadarba jkunu ghaddew is-sebghin sena imbassrin (numru konvenzjonali: Ger 25, 11; 29, 10; 2 Kron 36, 21), se tasal is-sena tal-mahfra (Is 61, 2; ara Lev 25, 10). Dan li-helsien li kien ghal daqstant zmien mistenni huwa ghall-poplu ta’ Alla dak li jwasslilhom "habbar tat-tajjeb" (Is 40, 9; 52, 7-9). Dawk li jinsabu fl-ezilju jigu mistednin jitilqu mill-belt tal-hazen: "Ohorgu minn Babel!" (Is 48, 20; Ger 50, 8). "Itilqu, itilqu, ohorgu minn hemm, tmissu xejn imnigges!" (Is 52, 11). Huma se jergghu lura lejn Gerusalemm, bhallikieku f’ezodu gdid. Dan se jkun waqt li biss biss it-tifkira tieghu, tul is-sekli ta’ wara, se timla l-qlub bil-hena (S 126, 1w). Hija data importanti li Mattew juza bhala plier lejn l-era Messjanika (Mt 1, 11w).

5. Il-haqq tal-Babilonja. Hekk kif l-istorja sagra tiehu bixra gdida, il-Babilonja, dak il-flagell ta’ Alla, min-naha taghha tesperjenza il-haqq divin. Il-haqq inqata’ kontra l-belt al-hazen. Is-sentenza tithabbar bil-hena mill-profeti (Is 21, 1-10; Ger 51, 11w). Huma jintonaw lamentazzjonijiet ironici dwar il-Babilonja (Is 47). Jiddeskrivu bil-quddiem il-mod kif din se tiggarraf u tingieb fix-xejn (Is 13; Ger 50, 21-28; 51, 27-43). Se jkun jum il-Mulej kontriha (Is 13, 6...), il-vendetta tal-Mulej kontra allatha (Ger 51, 44-57). Il-marc trijonfanti ta’ Ciru huwa l-prekursur ta’ dan l-avveniment (Is 41, 1-5; 45, 1-6); l-armati ta’ Xerxes se jesegwixxu din il-vendetta fl-485 b’mod li ma jibqax gebla fuq gebla fil-Babilonja (ara x’aktarx Is 24, 7-18; 25, 1-5). Madankollu, il-Babilonja se tkompli titfakkar fil-memorja tal-Lhud bhala x-xorta ta’ belt pagana ikkundannata ghat-telfien, u s-sultan taghha Nebukadnessar, bhala t-tip ta’ tirann kburi u sagrilegu (Dan 2 - 4; Gdt 1, 1-12).

6. Permanenza tal-misteru ta’ Babel. Il-belt storika tal-Babilonja iggarfet zmien qabel il-migja tat-TG. Izda permezz taghha l-poplu ta’ Alla sar konxju mill-misteru tal- hazen li qieghed il-hin kollu jahdem fuq din l-art: Babilonja u Gerusalemm, wicc imb’ wicc ma’ xulxin, huma z-zewgt ibliet li jaqsmu l-bnedmin bejnithom; fil-lingwagg nisrani hija l-belt ta’ Alla kontra l-belt ta’ Satana. Il-Knisja primittiva malajr intebhet li hi nnifisha kienet iddahhlet f’din id-drama ta’ dawn iz-zewgt ibliet. Il-Babilonja tkompli f’kull waqt titqieghed f-pozizzjoni kuntrarja ghal Gerusalemm il-gdida (Gal 4, 26; Apk 21). Fil-bidu tal-persekuzzjoni ta’ Neruni, il-Babilonja tiehu s-sura konkreta ta’ Ruma imperjali (1 Pt 5, 13). L-Apokalissi jiddeskriviha fix-xbiha tal-prostituta maghrufa, bilqeghda fuq bhima lewn l-iskarlatt, sakrana b’demm il-qaddisin (Apk 17). Hija qabdet triqtha flimkien mad-dragun, li hu Satana, u l-bhima, li hu l-Antikrist. Hekk il-poplu ta’ Alla jigi mistieden biex jahrab (Apk 18, 4), ghax il-haqq tieghU qieghed fil-qrib: dik, il-Babilonja l-kbira (Ap 18, 1-8), ser taqa’; u l-gnus ghedewwa ta’ Alla ser jolfqu telfietha filwaqt li s-smewwiet ser jidwu bil-gubilazzjoni (Apk 18, 9-19,10). Dik hija x-xorti ta’ l-ahhar mizmuma ghall-belt tal-hazen; f’kull dizastru storiku li jmiss lill-imperi tad-dinja li jmorru kontra Alla u l-Knisja tieghU naraw isehh dan il-haqq divin. L-orakli kontra l-Babilonja miktubin fit-TQ isibu t-twettiq eskatologiku taghhom f’din il-perspettiva: dawn jibqghu mdendla b’theddida fuq l-irjus tal-gnus midinba li minn seklu ghall-iehor ilahhmu go fihom il-misteru tal-Babilonja.