Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA
Redatt taht id-direzzjoni ta’
XAVIER LEON DUFOUR
INDICI
Bahar – Bhima – Daghwa – Dawl u Dlam – Dehriet – Dell
Il-Lhud ma kienux xi gens ta` bahhara l-istess bhalma kienu il-Fenici u l-Griegi. L-avventuri marittmi ta` Salamun (1 Slat. 9, 26) u ta` Gosafat (22, 49) ma kellhom ebda tkomplija. L-esperjenza tat-tbeghid (diaspora) tal-poplu Lhudi kienet wahda mehtiega jekk "il-gzejjer" kellhom jersqu fi hdan ix-xefaq geografiku ta` Israel (Is 41, 1; 49, 1); u l-Lhud draw ibahhru ‘il boghod (Gona 1, 3). Il-Lhud ta` zmien it-TG kienu jaqsmu l-ibhra (Mt 23, 15); u Pawlu, li kien Lhudi tad-diaspora, ma sabiex bi tqila li jbahhar tul il-Mediterran biex ixandar il-bxara t-tajba. Madankollu, sa mill-ibghad zminijiet il-bahar dejjem deher fit-testi biblici b’certu tifsira religjuza determinata.
1. Mill-mostru mitiku ghall-holqien ta’ Alla. Kulhadd ihoss quddiem il-bahar Ii qed jiffacca setgha ta` qilla kbira, li hu impossibbli li tikkalmaha, li tista` tkun terribbli meta jitnehhilha ilgiemha, u ta` theddid ghall-bahhara (S 107, 23-30) daqskemm hi ghal dawk li joqghodu fuq ix-xtut, ghax jistghu "jinfaqghu l-ghejun tal-qiegh il-kbir" (ara Gen 7, 11; 9, 11.15). Dak il-bahar u l-ibhra kosmici li jdawru l-kontinenti gew personifikati mill-mitologija Mesopotamika taht l-ghamla ta` bhima mostruza. Id-dragun kellu l-isem ta` Tiamat u kien jirrapprezenta s-setghat kaotici u qerrieda li Marduk, l-alla tal-galbu, kien gab fix-xejn sabiex ikun jista jorganizza u jgib l-ordni fl-univers. Bl-istess mod il-mitologija ta` Ugarit ipprezentat lil Jam, l-alla tal-ibhra, jehodha ma` Baghal f’taqbida ghall-hakma fuq id-dinja tal-allat.
Fil-Bibbja, ghall-kuntrarju, il-bahar mhu xejn hlief holqien semplici. Fir-rakkont klassiku tal-holqien, Jahweh "fired l-ilma ta` taht il-medda mill-ilma ta` fuq il-medda" f’nofs l-ilmijiet tal-qieghan (Tehom) l-istess bhalma ghamel Marduk ma` Tiamat (Gen 1, 6w). Izda x-xbiha jitnehhielha ghalkollox kull sens ta` hrafa mitologika, ghaliex m’ghadx hemm taqbida bejn Alla kollu setghani u l-kaos tal-ilmijiet tal-bidu. Meta Jahweh kien qed jorganizza d-dinja, Jahweh qieghed darba ghal dejjem l-ilmijiet f’posthom biex ma jaqbzux it-tarf li Hu hazzilhom (Gen 1, 9w; S 104, 6-9; Prov 8, 27-29). Il-kotba tal-gherf joghgobhom hafna jiddeskrivu dan l-ordni fid-dinja fejn il-bahar isib postu, billi juzaw ghal dak il-ghan it-taghrif ta` xjenza bikrija: fuq l-ibhra l-Mulej waqqaf l-art u fuq ix-xmajjar fis-sod qeghidha (S 24, 2) sakemm infaqghu l-ghejun tal-qiegh il-kbir (Gen 7, 11; 8, 2; Gob 38, 16; Dt 33, 13) li kienu kumnikati ma` l-ghejun ta` l-ibhra. Hekk hu li l-bahar isib postu fost il-holqien, u li jigi mistieden flimkien mal-ohrajn kollha biex ifahhar lill-Hallieq (S 69, 35; Dan 3, 78).
2. Simbolizmu religjuz tal-bahar. F’din il-perspettiva ta` taghlim sod, l-awturi sagri setghu minghajr ebda periklu jittrattaw ix-xbihat mitici qodma wara li ssaffew mill-velenu taghhom. Il-bahar tal-bronz (1 Slat 7, 23w) forsi dahhal fil-qima tat-tempju is-simbolizmu kosmiku ta` l-ewwel ibhra, jekk inhu tassew li l-ilma tal-bronz jirrapprezenta l-ocean. Izda l-Bibbja tabilhaqq tuza kategorija ohra ta` simboli. L-ilmijiet tal-qiegh jipprovduha bl-iktar xbiha li tolqot ta` periklu mortali (S 69, 3), ghax il-qieghan taghhom x’aktarx imiss ma` truf l-Imwiet (Gon 2, 6w). Finalment, ir-riha tinten ta’ setgha qarrieqa, mhawda u mkabbra baqghet tiggallegga fuq il-bahar li x-xbiha tal-bhejjem mitologici kienu ghadhom minn zmien ghal zmien jirrapprezentaw. Ghalhekk huwa simbolu tas-setghat kuntrarji li Jahweh irid jirbah sabiex jidher it-trijonf tal-pjan tieghU.
Din it-tixbiha epika setghet tigi applikata bi tlett modi. Fl-ewwel mod, l-attivita` kreattiva ta` Alla xi minn daqqiet tidher qed tissejjah poetikament taht it-tixbiha ta` taqbida primordjali (Is 51, 9; Gob 7, 12; 38, 8-11; ara bhejjem). Iktar ta` spiss is-simbolu jsir wiehed storiku. Hekk l-esperjenza storika ta` l-ezodu, li biha Jahweh inixxef Bahar il-Qasab biex jiftah triq ghall-poplu tieghU (Ez 14-15; S 77, 17.20; 114, 3.5) issir rebha divina fuq id-Dragun ta` l-abbissi l-kbar (Is 51, 10); bl-istess mod il-krib tal-gnus pagani li jehduha kontra Alla jitqabbel mat-tgargir tal-bahar (Is 5, 30; 17,12). Finalment, fl-apokalissi li jigu wara, is-setghat tal-hazen, li Alla se jigi wicc imb’wicc maghhom f’taqbida ta` l-ahhar, se jkollhom tixbih ma` Tiamat tal-Babilonja: mill-bahar il-kbir johorgu l-bhejjem (Dan 7, 2-7). Izda l-Hallieq, li r-regalita` kosmika tieghU sa mill-bidu kienet taf kif "issikket l-aghjat ta` l-ibhra" (S 65, 8; 89, 10; 93, 3w), imexxi wkoll l-istorja li fiha s-setghat kollha tad-dizordni jitqallbu bejnithom ghalxejn.
3. Kristu u l-bahar. Is-simbolizmu religjuz tal-bahar ma jintilifx fit-TG. Tista` tarah ukoll fl-evangelji. Il-bahar jibqa’ dak l-imkien demonijaku li ghal go fih jaqbzu l-qzieqez mimlija bl-ispirti hziena (Mk 5, 13p). Meta jinhall l-ilgiem tieghu, il-bahar jibqa dejjem ibazza` bl-ikrah lill-bnedmin: izda Gesu` juri kontrih is-setgha divina li tirbah fuq l-elementi: Huwa jasal ghand id-dixxipli tieghU miexi fuq il-bahar (Mk 6, 49w; Gw 6, 19w); jew inkella isikktu b’kelma li tezorcizzah: "Iskot! Bizzejjed!" (Mk 4, 39w). U d-dixxipli gharfu b’dan is-sinjal li kien hemm setgha fiH ‘il fuq sew minn dak kollu li hu uman (4, 41).
Finalment, l-Apokalissi mhuwiex kuntent bit-twaqqif ta` relazzjoni bejn il-bahar u s-setghat tal-hazen li Kristu l-Mulej irid jiffaccja fil-kors ta` l-istorja (Apk 13, 1; 17, 1). Fid-deskrizzjoni tal-holqien gdid fejn ir-regalita` tieghU se titwettaq fis-shuhija kollha taghha, l-Apokalissi igibilna quddiem ghajnejna jum straordinarju, meta "ma jkunx hemm izjed bahar" (21, 1). Il-bahar mbghad jghib ghax mhu xejn hlief abbiss mxajtan u setgha ta` taqlib kbir. Izda ‘l fuq sejjer ikun hemm "bhal bahar tal-hgieg, qisu kristall" (4, 6) li jestendi ‘l hinn minn haristna lejn it-tron divin, simbolu ta` sliem kollu dawl f’univers imgedded.
IL-BHIMA U BHEJJEM
1. Origini tas-simbolizmu. M’hemm ebda dubju li fil-Bibbja hemm xi simbolizmu li jixbah lil dak tal-bestjarji tal-medju evu; l-iktar li l-Bibbja taghmel hu li ghar-rigward ta’ xi annimali tipprovdi simbolizmu mhazzez bla dettalji. Madankollu, dawn l-annimali, ghedewwa tal-bniedem, ghandhom ukoll post fil-hsieb religjuz; u dawn jissupplixxu xi ftit mir-rapprezentazzjoni grafika li nsibu mill-Genesi sal-Apokalissi. M’hemm ebda riflessjoni fuq il-misteru tas-saltna ta’ l-annimali; min-naha l-ohra kull annimal ripulsiv u perikoluz jinsab hemmhekk, inkluzi dawk leggendarji: bhejjem selvaggi, ljuni, lpup, u ljupardi (Hos 5, 14; Hab 1, 8), jeni u xakalli (Is 13, 22), bhejjem tax-xaghri u tajr tal-priza li jghammar fir-rovini tal-ibliet (Is 13, 21; 34, 11-13; Sof 2, 14), rettili mil-lifgha ghall-kukkudrill (S91, 13; Ezek 29); insetti qerrieda bhal gradijiet w uriezaq (Nah 3, 15-17).....Fawna li taghmel hafna hsara, li ghandha x’taqsam mal-prezenza tal-frieghen (ara s-satiri ta’ Is 13, 21; 34, 12-14; Lev 17, 7), qeghda thabbat wiccha mal-bniedem. Dan biex ma nghidu xejn fuq il-hut il-kbir (Gen 1, 21), li huma ghalkollox prototipi tal-bhima; id-dragun, serp il-bahar, Rahab jew Liwjatan (Is 27, 1; Gob 7, 12; Is 51, 9). Il-Levjatan, li jippersonifika l-bahar fis-simbolizmu tal-mitologija orjentali, joqghod wicc imb’wicc mal-Mulej innifsU bhala l-avversarju tal-pjan tas-salvazzjoni tieghU.
2. Origini. Xi testi, li jittrattaw dwar xi xbiehat li llum-il-gurnata m’ghadhomx meqjusin bhala parti mill-mitologija, jirrapprezentaw l-att hallieqi ta’ Alla bhala kumbattiment rebbiehi fuq il-mostru primordjali, l-inkarnazzjoni ta’ kull dizordni: Rahab jew il-Levjatan (S74, 13w; 89, 10w; Gob 9, 13; 25, 12; Is 51, 9). Din il-gwerra, li grat ‘l hinn mill-istorja, isservi biex taghti tifsira lil kull konfrontazzjoni storika; id-drama tal-Gnien (Gen 3). Fil-Genesi, l-avversarju makakk ta’ Alla u tal-bniedem m’ghadux jissejjah b’ismu tassew; izda wara s-serpent ta’ fuq din l-art hemm mohbi s-serpent prototip, id-dragun li hu d-demonju u Satana (Gherf 2, 24; Apk 12, 9; 20, 2). Il-bhima li hi mishuta fost il-bhejjem kollha hekk issir ir-rapprezentanti l-kbira tas-sahta, u fl-istorja se jkun hemm taqbida kbira bejnha u bejn nisel il-mara, li fuqu l-bhima tkun kisbet certu setgha (Gen 3, 14-16).
3. It-taqbidiet tal-bhima kontra l-bniedem.
a) Il-bhejjem bhala l-flagell ta’ Alla. Din il-gwerra ghall-bidu tigri fuq livell temporali: il-bhejjem malizzjuzi jafu jwahhlu fl-umanita` midinba. Izda dawn ma jahdmux ghalkollox kif iridu huma; Alla jaf idawwar ghemilhom skond l-ghanijiet tieghU; huma dawk li ghandhom is-sengha biex iwettqu l-haqq tieghU kontra l-Egittu (Ez 7, 26 - 8, 28; 10, 1-20; Gherf 16, 1-12); huma jesegwixxu s-sahtiet tieghU kontra l-poplu infidil tieghU (Dt 28, 26.42; Lev 26, 22; ara Ger 15, 3). Is-sitwazzjoni ripetuta ta’ bliet abbandunati u mitluqin ghall-hakma ta’ bhejjem salvaggi tintuza wkoll sabiex tissuggerixxi il-kastig li hemm lest ghal komunitajiet ta’ bnedmin (Is 34, 11w; Ger 9, 10; 10, 23; 49, 33; 50, 39; 51, 37; Sof 2, 14w....). Fid-dezert, sriep tan-nar jigdmu lill-gemgiema (Num 21, 5-7); fl-art mweghda, il-gradijiet jtertqu l-prodotti ta’ l-art u jibilghuhom, armata terribbli li bl-invazjoni taghha tkun qed thabbar jum il-Mulej (Goel 1 -2). Insibu wkoll gradijiet simbolici fost il-flagelli eskatologici, rikkieba taz-zwiemel strambi li jgibu qirda shiha fost l-umanita` midinba (Apk 9, 3-10; ara Nah 3, 15-17; Ger 51, 27). Imexxihom hemm l-anglu ta’ l-abbissi (Apk 9, 11), u hadd mhu se jaharbilhom jekk ma jkunx immarkat ghas-salvazzjoni (Apk 9, 4; ara 7, 3).
b) It-trijonf tal-bhima. Izda l-bhima ghandha trijonfi ohra. Quddiem Satana ssib ‘l min jadurah ghax ma jaghrfux. Fl-ghamad taghhom, jinxtehtu fl-art quddiem "ix-xbihat ta’ kull xorta ta’ sriep u bhejjem moqzieza" (Ezek 8, 10). Proskritta gewwa Israel bil-Ligi (Dt 4, 16-18), din l-ghamla ta’ idolatrija tharbat il-popli pagani (Gherf 11, 15; 12, 24; 13, 10.14; Rum 1, 23), li gibdu ghal fuqhom il-kastigi tal-qilla divina (Gherf 16, 1-9; Rum 1, 24-26). Terga’ iktar, il-bhima tinkarna ruhha b’xi mod fl-imperi pagani kbar li jiehduha fuqhom li jiddominaw id-dinja, billi ggieghel li jsiru gwerer fuq il-poplu ta’ Alla u timmanifesta arroganza sagrilega (Dan 7, 2-8). Hekk, tigi ripetuta t-taqbida primordjali hawn isfel fuq din l-art billi hu mid-dragun, il-princep ta’ din id-dinja, li l-bhima li qed nithaddtu dwarha tikseb setghetha (Apk 13, 4). Quddiem is-sultan, din iggib ruhha ta’ l-Antikrist billi tidghi, tippersegwita lill-qaddisin u ggieghlhom jadurawha (Apk 13, 1-9); u hadd m’ghandu dritt jibqa’ jghix fuq din l-art kemm il-darba ma jkunx immarkat bin-numru tieghu (Apk 13, 16-18; ara numru).
c) Ir-rebha fuq il-bhima. Izda t-trijonf fuq il-bhima huwa biss wiehed apparenti u momentarju. Sa miz-zmien bikri tat-TQ, issehh ir-rebha tal-fidili. Mose` jtella’ ghal Israel is-sinjal tas-serpent tal-bronz fid-dezert (Num 21, 9), u kull min ihares lejh jibqa’ jghodd mal-hajjin (Gherf 16, 6). Quddiem il-qima li l-pagani jaghtu lill-annimali, Israel jkun jista’ jiddefendi l-fidi tieghu f’Alla wiehed haj (Dan 14, 23-42). Tiffacca minghajr ebda wiri ta’ dghufija l-periklu gej mill-iljuni, u Alla jehlisha minnu (Dan 6): ghaliex kull min jafda f’Alla jigi mhares mill-angli tieghU, u jkun jista’ jishaq lill-bhejjem qattiela taht saqajh (S 91, 11-13). Dawn ir-rebhiet anticipati jipproklamaw ir-rebha ta’ Gesu`: meta huwa kecca lix-xitan (Mt 4, 1-11p), Huwa baqa’ "mal-bhejjem selvaggi" fid-dezert, servut mill-angli (Mk 1, 13). Lid-dixxipli tieghU wkoll Huwa jista’ jwassal "is-setgha li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li teghelbu kull qawwa tal-ghadu", ghax Satana issa waqa’ mis-sema u l-ispirti hziena nnifishom qeghdu lilhom infushom taht il-mibghutin ta’ Gesu` (Lq 10, 17-19; ara Mk 16, 17w). Jekk ir-rebha fuq il-bhima ghadha mhix wahda fid-dieher, hija madankollu fatt kompjut.
4. Il-mewt tal-bhima. Il-haqq li se jtemm l-istorja se jkun jinvolvi wkoll l-ikkunsmar ta’ din ir-rebha: il-bhima se tinqatel u l-karkassa taghha se tinharaq fin-nar (Dan 7, 11-27). Dan huwa l-mod kif ir-rebha fuq is-Serpent primordjali, li huwa d-demonju u Satana, sejra ssehh (Apk 12, 9). Dan se jkun l-ahhar kumbattiment ta’ Kristu (Apk 19, 11-16) li fih Huwa se jiddefendi l-belt imqaddsa tieghU kontra l-gnus kollhom hruxija (Apk 20, 8w). Mbaghad Satana u l-mewt u l-infern, u l-bhima u l-profeta qarrieqi taghha, u l-adoraturi kollha tal-bhima - segwaci ta’ l-Antikrist - se jintefghu flimkien fl-ghadira tan-nar u l-kubrit, li hi t-tieni mewt (Apk 19, 19-21; 20, 10.14). Finalment, id-dramm, li ilu sejjer sa mill-bidu, jasal fi tmiemu.
Kull insult li jsir lill-bniedem jixraqlu jkun ikkastigat (Mt 5, 22). Kemm bil-wisq iktar ghandu jigi kkastigat id-dagha, li hu insult lil Alla! Huwa proprju l-oppost tal-qima u l-fohrija li l-bniedem ghandu jkollu lejn Alla, l-ikbar sinjal ta’ ghemil hazin tal-bniedem.
TQ
Il-prezenza ta’ midghi wiehed fost il-poplu ta’ Alla kien bizzejjed biex inigges il-komunita` kollha. Huwa ghalhekk li l-Ligi tghid: "Min jidghi b’isem il-Mulej jaghtuh il-mewt, u thaggru l-gemgha kollha" (Lev 24, 16; ara Ez 20, 7; 22, 27; 1 Slat 21, 13). Iktar ta’ spiss, id-dagha insibuh fuq xufftejn il-pagani li jzebilhu lil Alla haj meta jiehduha kontra l-poplu tieghU: Sanherib (2 Slat 19, 4-6.16.22; Tob 1, 18), Antijoku Epifani (2 Mak 8,4; 9, 28; 10, 34; Dan 7, 8.25; 11,36), li minnu, bla ebda dubju, titnebbah il-figura ta’ Nebukadnessar fil-Ktieb ta’ Guditta (Gdt 9, 7-9). Hekk ukoll l-Edomiti li japprovaw il-qirda ta’ Gerusalemm (Ezek 35, 12 w) u l-pagani li jzebilhu lill-midluk tal-Mulej (S 89, 51 w). Ghar-rigward ta’ dawn, Alla jzomm ghalih innifsU l-ghoti ta’ dawn il-kastigi misthoqqa: Sanherib imut bix-xabla (2 Slat 19, 7.28.37) l-istess bhal Antijoku, il-bhima Satanika (Dan 7, 26; 11, 45; ara 2 Mak 9); u art Edom se tinbidel f’dezert (Ezek 35, 14 w). Min-naha l-ohra, il-poplu ta’ Alla ghandu joqghod attent li ma jipprovokax dan id-dagha kollu tal-pagani (Ezek 36, 20; Is 52, 5), ghax is-sahta ta’ Alla zgur li se taqa’ fuq min ikasbar l-isem tieghU.
TG
1.
L-istess drama ddur ma’ il-persuna ta’ Gesu` fit-TG. Huwa jsebbah lil MissierU, izda l-Lhud jakkuzawH b’daghwa ghax isejjah lilu nnifsU Bin Alla (Gw 8, 49.59; 10, 31-36), u hu ghal din ir-raguni li se tinqataghlu ghall-mewt (Mk 14, 64p; Gw 19, 7). Fis-sew, dan l-ghama tabilhaqq se jkun dak li jorqom id-dnub tal-Lhud ghax huma ma jsebbhux lill-Iben (Gw 8, 49), u jaghfsu fuqU b’kull xorta ta’ dagha meta jkun fuq is-salib (Mk 15, 29p). Jekk dan ma kien xejn iktar hlief zball dwar min seta’ kien Bin il-Bniedem, id-dnub kien ikun wiehed li jista’ jinhafer (Mt 12, 32) minhabba fl-injoranza taghhom (Lq 23, 34; Atti 3, 17; 13, 27). Izda dan hu disprezz bil-wisq ikbar ghax l-eghdewwa ta’ Gesu` jattribwixxu lil Satana dawk is-sinjali li Huwa jaghmel bil-hila ta’ l-Ispirtu ta’ Alla (Mt 12, 24.28p): hemm, ghaldaqshekk, daghwa kontra l-Ispirtu, u din la tista’ tinhafer fuq din l-art lanqas f’dik li ghad trid tigi (Mt 12, 31w p) ghax din hi cahda meqjusa tar-rivelazzjoni divina.2. Din id-drama tkompli. Issa, madankollu, din iddur ma’ il-Knisja ta’ Gesu` Kristu. Pawlu kien bniedem daghaj meta kien jaghmlilha persekuzzjoni (1 Tim 1, 13); meta, wara, huwa jxandar l-isem ta’ Gesu`, il-Lhud jikkonfrontawh b’kull xorta ta’ dagha (Atti 13, 45; 18, 6). L-oppozizzjoni taghhom, ghaldaqstant, ghandha l-istess ghamla bhalma kellha fuq il-Kalvarju. Ma’ dawn dalwaqt tizdied l-ostilita` tal-persekuzzjoni ta’ l-Imperu Ruman, dehra gdida tal-bhima b’Halqha mfawwar b’kull dagha (Apk 13, 1-6), Babel gdida, mzejna b’tismijiet midghija (Apk 17, 3). Mbaghad fl-ahhar, imghallmin qarrieqa, ghalliema ta’ l-erruri, jdahhlu d-dagha ukoll fost il-fidili (2 Tim 3, 2; 2 Pt 2, 2.10.12), daqstant li xi mindaqqiet ikun mehtieg li dawn l-ghalliema jintbaghtu ghand ix-Xitan (1 Tim 1, 20). Hekk id-dagha tal-bnedmin kontra Alla jinsab dejjem riesaq lejn habta kbira ma’ l-ahhar krizi minkejja kull sinjal li jhabbar il-haqq divin (Apk 16, 9.11.21). B’din is-sitwazzjoni quddiemhom, l-insara ma jimxux wara l-ezempju tal-Lhud bla fidi li "l-isem ta’ Alla hu mzeblah fost il-gnus minhabba fihom" (Rum 2, 24). Huma jevitaw dak kollu li jipprovoka z-zeblih tal-pagani kontra Alla jew il-Kelma tieghU (1 Tim 6, 1; Titu 2, 5). L-ghemejjel tajba taghhom quddiem il-bnedmin ghandhom iwassluhom biex "jaghtu glorja lil Missier li hu fis-smewwiet" (Mt 5, 16).
DAWL U DLAM
It-tema "dawl" tissemma spiss fir-rivelazzjoni biblika. Il-firda tad-dawl mid-dlam kienet l-ewwel haga li ghamel il-Kreatur (Gen 1,3w). Fit-tmiem ta’ l-istorja tas-salvazzjoni, il-holqien gdid (Apk 21,5) se jkollu lil Alla nnifsu bhala dawl (21,23). Mid-dawl materjali li jalterna mad-dlam tal-lejl, il-bniedem se jghaddi ghad-dawl li ma jintemm qatt li hu Alla nnifsu (1 Gw 1,5). L-istorja tiehu forma ta’ taqbida bid-dawl u dlam jehduha kontra xulxin, taqbida simili ma’ dik bejn hajja u mewt (ara Gw 1,4w). Il-bniedem qieghed jissogra kollox f’din it-taqbida; id-destin finali tieghu se jkun imfisser f’dawl jew dlam, jew inkella f’hajja jew mewt. Din it-tema, ghalhekk, ghandha post importanti fis-simbolizmu religjuz uzat fl-Iskrittura.
TQ
I. ALLA TAD-DAWL
1. Il-Hallieq tad-dawl. Id-dawl, bhal kull hag’ohra, jezisti biss bhala kreatura ta’ Alla; id-dawl tal-jum, per ezempju, li hareg mill-kaos tal-bidu (Gen 1,1-5), jew id-dawl tal-kwiekeb li jdawwlu d-dinja lejl u nhar (1,14-19). Alla jibghatu u jsejjahlu lura, u d-dawl dlonk jisma minnU mrieghed (Bar 3,33). Id-dlam ukoll jobdi dak li jghidlu Alla, ghax l-istess Alla jghid "Jien sawwart id-dawl u hlaqt id-dlam" (Is 45,7; Gham 4,13 LXX). Ghalhekk, id-dawl u d-dlam jghannu l-istess innu ta’ tifhir lill-Kreatur (S 19,2w; 148,3; Dan 3,71w). Ghalkemm l-aspett mitiku gie mwarrab, id-dawl u d-dlam xorta wahda jzommu tifsira simbolika.
2. Dak Alla mlibbes bid-dawl. Bhal kull kreatura ohra, id-dawl huwa sinjal li juri car xi aspetti ta’ Alla. Huwa bhal rifless tal-glorja tieghU. Ghaldaqstant, id-dawl jaghmel sehem mill-mezz letterarju uzat biex jissuggerixxi li qed issehh teofonija. Id-dawl huwa l-ilbies ta’ Alla (S 104,2). Meta Huwa jidher "Dijietu qisha dawl ix-xemx, minn idu jlehhu r-raggi" (hab 3,3w). Ic-cangatura tas-saffiri li fuqha jistrieh it-tron tieghU tleqq bhall-kristall (Ez 24,10; Ezek 1,22). U Huwa mpingi bhallikieku mdawwar minn nar (Gen 15,17; Ez 19,18; 24,17; S 18,9; 50,3) u li jqajjem sajjetti fit-tempesta (Ezek 1,13; S 18,15). Din l-istampa pittorika u simbolika tistabbilixxi konnessjoni bejn il-prezenza divina u l-impressjoni li dawl li jghammex jaghmel fuq il-bniedem. Rigward id-dlam, dan ma jeskludix il-prezenza ta’ Alla; ghaliex Huwa jgharrex u jara x’ikun qed jigri f’dak l-istess dlam (S 139,11w; Dan 2,22). Madankollu, fejn hemm dlam assolut, jigifieri Xeol, il-bniedem huwa ghal Alla "bhall-maqtulin mimduda fil-qabar, li fihom ma tiftakarx izjed u m’humiex aktar taht idejk" (S 88,6w.13). Fid-dlam, Alla jara, izda wiehed ma jistax jaraH; ikun hemmhekk, imma mhux fid-deher.
3. Alla huwa dawl. Minkejja s-simbolizmu li bih jigi trattat id-dawl fl-Iskrittura l-ewwel riferiment ghalih bhala xbieha ta’ Alla nsibuh fil-Ktieb tal-Gherf. Il-Gherf huwa tifwir tal-glorja ta’ Alla u jirrifletti d-dawl etern, "u huwa ‘l fuq minn kull dawl mahluq" (Gherf 7,27.29w). Dan il-hsieb huwa zviluppat aktar fit-TG.
II. ID-DAWL, DON TA’ ALLA
1. Id-dawl tal-hajjin.
"Helu tassew id-dawl, u ghaziza ghall-ghajnejn id-dehra tax-xemx" (Koh 11,7). Kulhadd ghadda minn din l-esperjenza. Permezz ta’ din l-esperjenza, ahna naraw xebh car bejn id-dawl u l-hajja; li titwieled ifisser li tara d-dawl (Gob 3,16; S 58,9). Il-bniedem aghma li ma jarax "id-dawl ta’ Alla" (Tob 3,17; 11,8) diga` daq il-mewt (5,11w). Imma l-bniedem marid li Alla jahtfu minn halq il-mewt jara "id-dawl f’art il-hajjin" jiddi fuqu (Gob 33,30; S 56, 14), billi Xeol huwa s-saltna tad-dlamijiet (S 88,13). Dawl u dlam ghalhekk ghandhom tifsiriet opposti ghall-bnedmin; u dan hu l-qofol tas-simbolizmu taghhom.2. Is-simbolizmu tad-dawl.
Qabel xejn, il-misteru fejn Alla juri lilu nnifsu lill-bnedmin jinvolvi tifsira ezistenzjali ghal dawk li jiehdu sehem; id-dawl jenfasizza l-kobor ta’ Alla li jidhol f’intimita` mal-bnedmin (Ez 24,10w), jew igieghel ‘l bniedem jara fejn "tinsab mohbija l-qawwa tieghu" (Hab 3,3w). Barra minn hekk, it-tixbiha ta’ Alla mad-dija tfakkar fil-kobor ta’ tjubitU (S 4,7; 31,17; 89,16; Num 6,24w; ara Prov 16,15). Imma l-prezenza ta’ Alla mal-bniedem hi fuq kollox prezenza li tipprotegi. Permezz tal-Ligi tieghU, Huwa jdawwal it-toroq tal-bnedmin (Prov 6,23; S 119,105), Huwa, ghalhekk bhal imnara (Gob 29,3; S 18,29). Huwa jehles mill-periklu billi jdawwal l-ghajnejn (S 13,4). Huwa ghalhekk id-dawl u s-salvazzjoni tal-bniedem (S 27,1). Fl-ahharnett, Huwa jwassal lill-gust ghad-dawl ta’ nofsinhar (Is 58,10; S 36,10; 97,11; 112,4), waqt li l-hazin jintilef fid-dlamijiet (Is 59,9w) u jara l-musbieh tieghu jintefa (Prov 13,9; 24,20; Gob 18,5w). Id-dawl u d-dlam jirrapprezentaw iz-zewg destini li qed jistennew lill-bniedem, il-ferh u n-niket.3. Weghda ta’ dawl. Kif wiehed jista’ jobsor, is-simbolizmu ta’ dawl u dlam jinstab ukoll fil-profeti, din id-darba fuq livell eskatologiku. Id-dlam, li fisser sahta ghall-Egizzjani (Ez 10,21), huwa wiehed mis-sinjali li jhabbar il-jum ta’ Jahweh (Is 13,10; Ger 4,23; 13,16; Ezek 32,7; Gham 8,9; Goel 2,10; 3,4; 4,15). Ghall-hziena, dan ikun jum ta’ dlam u mhux ta’ dawl (Gham 5,18; ara Is 8,21w).
Minkejja dan, il-jum ta’ Jahweh se jkollu anki aspett iehor, il-jum tal-fidwa ghall-fdalijiet tal-gusti mghakksin u mharrbin. Hemmhekk, "min kien miexi fid-dlam ra dawl kbir" (Is 9,1; 42,7; 49,9; Mik 7,8w). Din it-tixbiha, ghandha tifsira ovvja u tippermetti diversi applikazzjonijiet. L-ewwelnett, il-gmiel ta’ dak il-jum sabih (Is 30,26), fejn "ma jkunx hemm la bin-nhar u lanqas bil-lejl, ghax filghaxija jkun hemm id-dawl" (Gak 14,7), jum imdawwal "mix-xemx tal-gustizzja" (Mal 3,20). Imma dan il-jum li se jzernaq fuq Gerusalemm il-gdida (Is 60,1w) se jkun differenti minn dawk li kien hemm s’issa. Alla se juri lilu nnifsu kollu dija (60,19w). Il-ligi tieghU se ddawwal lil gensu (Is 2,5; 51,4; Bar 4,2). Dan il-Qaddej ta’ Jahweh se jkun id-dawl tal-gnus (Is 42,6; 49,6).
F’dan il-jum decisiv, se jsehh id-destin li qed jistenna lill-gusti u lill-midinbin l-istess bhalma sehh fil-grajja ta’ l-ezodu: dlam ghall-hziena, imma jum ta’ dawl jiddi ghall-qaddisin (Gherf 17,1-18,4). Il-gusti se jiddu bhas-sema u l-kwiekeb, filwaqt li l-hziena se jghammru ghal dejjem fil-qieghan ta’ Xeol (Dan 12,3; ara Gherf 3,7). Il-perspettiva tiftah u turi dinja trasfigurata bix-xbieha ta’ Alla tad-dawl.
T
GI. KRISTU, DAWL TAD-DINJA
1. It-twettiq tal-weghda. Id-dawl eskatologiku li kienu weghdu l-profeti sar realta` fit-TG. Meta Gesu` beda jippriedka fil-Galilija, sehhet il-profezija li hemm f’Is 9,1 (Mt 4,16). Meta Huwa rxoxta skond il-profeziji, dan sehh biex jithabbar "id-dawl kemm lill-poplu ta’ Israel u kemm lill-pagani" (Atti 26,23). Hu ghalhekk li l-Kantici msemmija f’Luqa jaraw fiH, sa mit-twelid, ix-xemx tielgha li se ddawwal lil dawk li jinsabu fid-dlamijiet (Lq 1,78w; ara Mal 3,20; Is 9,1; 42,7), id-dawl li se jdawwal lill-gnus (Lq 2,32; ara Is 42,6; 49,6). Il-vokazzjoni ta’ Pawlu li jxandar l-Evangelju lill-gentili se tkun fuq l-istess linja bhalma kienu ghamlu l-profeti (Atti 13,47; 26,18).
2. Kristu rivelat bhala dawl. Fuq kollox, huwa bi kliemu u b’ghemilu li Gesu` juri lilu nnifsU bhala d-dawl tad-dinja. Hekk jigri li l-fejqan ta’ l-ghomja (ara Mk 8,22-26) ghandu tifsira specjali, kif jinsisti Gwanni fir-rakkont tar-ragel imwieled aghma (Gw 9). Hemmhekk Gesu` qal, "Sakemm ghadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja" (9,5). F’post iehor, "Min jigi warajja ma jimxix fid-dlam, izda jkollu d-dawl tal-hajja" (8,12); "Jiena huwa d-dawl li gejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam" (12,46). Huwa jista’ jkun mezz ta’ tidwil ghaliex fiH innifsU huwa dawl, il-Kelma ta’ Alla tassew, il-hajja u d-dawl li kapaci jdawwal lill-bnedmin bil-migja tieghU fid-dinja (1,4.9). Bl-istess mod id-dramm li jsehh madwarU hu konflitt bejn id-dawl u d-dlam. Id-dawl jiddi fid-dlamijiet (1,4), u d-dinja tal-hazen tipprova titfieh; ghax il-bnedmin jippreferu d-dlam mid-dawl billi l-ghemejjel taghhom huma hziena (3,19). U fl-ahhar, fis-siegha tal-passjoni, meta Guda jitlaq mic-Cenaklu biex jaghti lil Gesu` f’idejn l-ghedewwa, Gwanni bi hsieb meqjus josserva li "Kien bil-lejl" (13,30); u Gesu`, fil-waqt li jigi maqbud jghid, "Din hi s-siegha taghkom u s-setgha tad-dlamijiet" (Lq 22,53).
3. Kristu trasfigurat. Meta Gesu` ghex f’din id-dinja, id-dawl divin li garr mieghU kien mohbi taht gisem tad-demm u l-laham. Madankollu, kien hemm okkazjoni wahda meta d-divinita` tieghU intweriet lil xi xiehda privilegghati b’dehra straordinarja, fit-Trasfigurazzjoni. WiccU kien jiddi bhax-xemx, hwejgU saru bojod bhad-dawl (Mt 17,2p) - ma baqghux ta’ sura umana li tispicca. Din il-grajja terga’ ssehh meta Kristu rxuxtat jidher lil Pawlu b’dawl madwaru jiddi mis-sema (Atti 9,3; 22,6; 26,13). It-trasfigurazzjoni tiddependi mis-simbolizmu li japplika ghal teofaniji tat-Testment il-Qadim. Id-dawl li jiddi fuq il-wicc ta’ Kristu huwa simbolu tal-glorja ta’ Alla nnifsU (ara 2 Kor 4,6). Bhala l-Iben ta’ Alla, Huwa "d-dija tal-glorja ta’ Alla u xbieha ta’ l-essenza tieghu" (Lhud 1,3). Permezz ta’ Kristu, id-dawl, l-essenza divina giet rivelata lilna. Alla mhux biss "jghammar f’dawl li hadd ma jista’ jersaq lejh" (1 Tim 6,16), mhux biss jista’ jissejjah Missier id-dawl (Gak 1,5), imma kif jghid San Gwann, "Alla hu dawl u ebda dlam ma hemm fih" (1 Gw 1,5). Ghalhekk, kull ma hu dawl gej minnU, mill-holqien tad-dawl fiziku fl-ewwel jum (ara Gw 1,4) sad-dawl ta’ Kristu li jiddi fi qlubna (2 Kor 4,6). Kull haga li ma taqbilx ma dan id-dawl, gejja mis-saltna tad-dlamijiet; id-dlam tal-lejl, id-dlam ta’ Xeol u tal-mewt, id-dlam tax-xitan.
II. ULIED ID-DAWL
1. Il-bniedem bejn dlam u dawl. Fir-rivelazzjoni ta’ Gesu` bhala d-dawl tad-dinja jispikka sew il-kuntrast bejn id-dlam u d-dawl, mhux mill-aspett metafiziku, imma minn dak morali. Id-dawl ifisser is-saltna ta’ Alla u ta’ Kristu bhala wahda ta’ tjubija u gustizzja. Id-dlam ifakkarna fil-hakma tax-Xitan bhala wahda ta’ hazen u ateizmu (ara 2 Kor 6,14w), ghalkemm ix-Xitan xi mindaqqiet jilbes il-libsa ta’ anglu tad-dawl biex iqarraq bil-bniedem (11,14). Il-bniedem ghandu din il-firda quddiemu u jkollu jaghmel ghazla, li taghmlu "iben id-dlam" jew "iben id-dawl". Is-setta ta’ Qumran uzat it-tifsira biex tispjega l-gwerra eskatolohika. Gesu` uzaha biex jiddistingwi bejn din id-dinja u s-Saltna li Huwa jkun qieghed iwaqqaf. Skond Hu, il-bnedmin jistghu jkunu "ulied din id-dinja" jew "ulied id-dawl" (Lq 16,8). Din id-divizjoni tidher cara meta jigi Kristu, id-dawl. Dawk li jaghmlu l-hazen jaharbu mid-dawl biex ghemilhom ma jinkixifx. Dawk li jaghmlu t-tajjeb jersqu lejn id-dawl (Gw 3,19w) u jemmnu fid-dawl biex isiru wlied id-dawl (Gw 12,36).
2. Mid-dlam ghad-dawl. Sa minn twelidhom il-bnedmin kollha jaqghu taht is-saltna tad-dlamijiet, l-aktar il-pagani, "ghax il-fehma taghhom hi mdallma" (Efes 4,18). Huwa Alla li sejhilna "mid-dlam ghad-dawl tieghu tal-ghaheb" (1 Pt 2,9). Huwa qalaghna mis-saltna tad-dlamijiet u dahhalna fis-saltna ta’ ibnU biex nissiehbu "fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl" (Kol 1,12w). Din hi l-grazzja kollha moghtija lilna fil-maghmudija ha jiddi fuqna Kristu (Efes 5,14) u hekk ahna sfajna imdawla (Lhud 6,4). Darba konna dlam, imm’issa ahna "dawl fil-Mulej" (Efes 5,8). Dan igib f’postha l-imgieba taghna: li nghixu "ta’ wlied id-dawl" li ahna (Efes 5,8; ara 1 Tess 5,5).
3. Il-hajja ta’ ulied id-dawl. It-twissija li jaghmel Pawlu hija simili ghal dik maghmula minn Gesu` (ara Gw 12,35w). Il-bniedem m’ghandux ihalli d-dawl li hemm gewwa fih jiddallam, bhalma huwa m’ghandux jittraskura ‘l ghajnejh, il-musbieh ta’ gismu (Mt 6,22w). Dan il-parir huwa dejjem fuq xofftejn Pawlu: ilbsu l-armatura tad-dawl u warrbu ghemejjel id-dlam (Rum 13,12w) ghax Jum il-Mulej jigi bla mistenni (1 Tess 5,4-8). It-taghlim morali tieghu facilment jinkwadra ruhu f’dan il-hsieb: kull ma hu tajjeb, gust u veru huwa ghemil id-dawl; "l-ghemejjel tad-dlam bla frott" jinkludu dnubiet ta’ kull xorta (Efes 5,9-14). Il-hsieb f’San Gwann huwa simili. "Nimxu fid-dawl" biex inkunu f’ghaqda ma’ Alla li Hu dawl (1 Gw 1,5w). L-imhabba ta’ bejn l-ahwa hi qies ta’ kemm wiehed ghadu fid-dlam jew jinsab fid-dawl (2,8-11). Il-bniedem li jghix ta’ iben veru tad-dawl jaghmel li d-dawl divin li hemm fih jiddi quddiem il-bnedmin. Meta l-bniedem ikun qed jaghmilha ta’ dawl ghad-dinja (Mt 5,14w), huwa ikun qed iwettaq il-missjoni moghtija lilu minn Kristu.
4. Lejn id-dawl ta’ dejjem. Il-bniedem li jghix skond id-dawl jista’ jittama fil-bidla meraviljuza li Alla wieghed lill-gust fis-saltna tieghU (Mt 13,43). Gerusalemm tas-sema fejn fl-ahhar huwa jasal, tirrifletti fuqu d-dawl divin, skond il-kitbiet tal-profeti (Apk 21,23w; Is 60). Mbaghad il-maghzulin, waqt li jikkontemplaw il-wicc ta’ Alla, ikunu mdawlin b’dan id-dawl (Apk 22,4w). Din hija t-tama ta’ wlied id-dawl. Din, ukoll hi t-talba li l-Knisja taghmel lil Alla ghall-membri mejtin taghha.
DEHRIET TA’ KRISTU
1. Fil-Bibbja, id-dehriet huma metodu wiehed ta’ kif Alla jirrivela lilU nnifsU. Permezz taghhom, dawk il-hlejjaq li b’mod naturali ma jkunux jidhru quddiem il-bnedmin, juru l-prezenza taghhom b’mod li jkunu jistghu jidhru. Fit-TQ Alla jidher bhala persuna ("teofanija"), juri l-glorja tieghU jew inkella juri l-prezenza tieghU permezz ta’ l-angli tieghU. Fi grad daqsxejn inqas, id-dehriet ta’ l-angli jew il-holm jistghu jinghaddu flimkien ma’ dawn id-dehriet. It-TG jitkellem minn dehriet ta’ l-Anglu tal-Mulej jew ta’ l-angli meta Gesu` jitwieled (Mt 1 - 2; Lq 1, 11.26; 2, 9) jew meta jqum minn bejn l-imwiet (Mt 28, 2-4; Mk 16, 5; Lq 24, 4; Gw 20, 12), sabiex juri li f’dawn il-waqtiet importanti ta’ l-ezistenza ta’ Kristu, is-smewwiet ikunu hawn prezenti fuq din l-art. Sa hawn, it-TG ghadu ghaddej bhat-TQ.
Izda t-TG jimxi pass importanti ‘l quddiem meta jieqaf milli jkompli jirrakkonta dwar it-teofaniji, ghax din il-kelma zgur li ma tistax tigi applikata ghat-Trasfigurazzjoni (Mt 17, 1-9p) u lanqas ghall-mixi fuq il-bahar (Mt 14, 22-27p), ghalkemm f’dawn l-okkazjonijiet in-natura misterjuza ta’ Gesu` tiddi fuq kollox. Fil-fatt issehh bidla radikali, li Gwanni jesprimi hekk kif gej: "Lil Alla ghadu hadd ma rah; imma gharrafhulna l-Iben il-wahdieni ta’ Alla, li hu fi hdan il-Missier" (Gw 1, 18). Imma kif? Biss bl-ezistenza tieghU: "Min ra lili ra lill-Missier" (14, 9; ara 12, 45); Alla deher fi Kristu. B’dan il-mod il-misteru l-kbir sar wiehed car (ephanerothe) (1 Tim 3, 16), "meta fegget it-tjieba ta’ Alla, Salvatur taghna, u l-imhabba tieghu ghall-bnedmin" (epephane) (Tit 3, 4). Ahna qeghdin biss "nistennew ........... id-dehra tas-sebh" tieghU (2, 13), fil-parousia. Din id-dehra ta’ l-ahhar se tkun bhal lehha ta’ berqa (Lq 17, 24). Ghaldaqshekk ma tibqax bhad-dehra tax-xhud li ra Stiefnu "qieghed fuq il-lemin ta’ Alla" (Atti 7, 55) izda ta’ l-imhallef "bilqeghda n-naha tal-lemin ta’ dak li jista’ kollox" (Mt 26, 64p). Saflahhar rivelat, Kristu ghad jirrivelana "flimkien mieghu fil-glorja" (Kol 3, 4), meta "ghad jerga’ jidher darb’ohra ........biex isalva lil dawk li qeghdin jistennewh bil-herqa" (Lhud 9, 28) u jaghtihom "il-kuruna tal-glorja minsuga minn ward li ma jidbielx" (1 Pt 5, 4). "Meta jidher hu, ahna nkunu bhalu, ghax narawh kif inhu" (1 Gw 3, 2).
Id-dehriet ta’ Gesu` mqajjem mill-mewt isibu posthom bejn it-teofaniji tat-TQ u l-parousia tal-gejjieni, ghaliex jaghtu ragg dawl fuq l-ezistenza ta’ qabel ta’ Gesu` ta’ Nazareth u fl-istess hin janticipaw il-migja lura tieghU.
2. Id-diversi dehriet ta’ Kristu. L-eqdem elenku jaghtihulna Pawlu fis-sena 55, skond tradizzjoni li huwa kien ircieva zmien twil qabel u li kien ghadda lill-Korintin (qrib A.D.50) (1 Kor 15, 3-5). Skond din l-istqarrija qadima tal-fidi, Kristu deher lil Kefa, lit-Tnax, lil iktar minn hames mitt ahwa, lil Gakbu, lill-appostli kollha u fl-ahhar lil Pawlu. Il-Vangeli jirreferu biss ghall-ewwel zewg dehriet: id-dehra lil Xmun (Lq 24, 34) u lill-Hdax (Mt 28, 16-20; Mk 16, 14-18; Gw 20, 19-29) flimkien ma’ diversi dixxipli ohra (Lq 24, 33-50). Min-naha l-ohra huma jsemmu dwar xi dehriet lil xi whud: lil Marija u lin-Nisa (Gw 20, 11-18; Mt 28, 9-10; Mk 16, 9-11), lid-dixxipli fit-triq lejn Emmaws (Lq 24, 13-35; Mk 16, 12 w) u lis-Seba" li kienu jinsabu qrib l-ghadira (Gw 21, 1-23). Dawn id-dehriet differenti jistghu jinqasmu f’zewg kategoriji, skond jekk humiex intizi ghall-kullegg appostoliku jew ghad-dixxipli b’mod generali. Min-naha wahda ghandna d-dehriet ufficjali, li jinfluwenzaw il-missjoni li fuqha giet imsejsa l-Knisja: u min-naha l-ohra ghandna d-dehriet privati, li fihom il-qofol ta’ l-interess fil-grajja jinsab fl-gharfien ta’ dak li jidher.
3. La apokalissi lanqas kronaka. Ir-rakkonti tal-Vangelu ma jistghux jigu klassifikati fil-generu apokalittiku: m’hemm ebda insistenza fuq sebh, ebda zvelar ta’ sigrieti, xejn straordinarju dwar l-ambjent tal-grajja, izda biss il-prezenza u l-missjoni li ahna mdorrijin bihom. Dan il-mod gdid ta’ kif tinghad il-grajja jissuggerixxi esperjenza originali unika, li hi kapaci li tibdel dak li l-lingwagg apokalittiku (ghalkemm dan ried jitkellem minn hwejjeg smewwija) kien qed jipprova jesprimi.
Lanqas ma riedu n-narraturi jipproducu kronaka biografika tad-dehriet ta’ Kristu mqajjem mill-mewt. Huwa impossibbli li nirrangaw il-grajjiet b’tali mod li dawn ikunu jaqblu f’ordni ta’ okkorrenza. Kull tentattiv sabiex id-dehriet f’Gerusalemm f’Hadd il-Ghid (Lq, Gw) u fit-tmien jum (Gw), mbaghad fil-Galilija (Mt, Gw), u mbaghad ghal darb’ohra f’Gerusalemm ghat-Tlugh fis-Sema (Lq) ikunu jsegwu ‘l xulxin, jirrizulta f’armonija mhux accettabbli, ghax ma jkunx jikkunsidra certi fatturi letterarji definittivi. Skond Lq 24, 49 id-dixxipli ghandhom jibqghu f’Gerusalemm sa jum Pentekoste; mela dan jeskludi li setghet saret xi dehra fil-Galilija. Min-naha l-ohra Mt u Mk jghidu li l-Galilija kien il-post fejn huma kellhom jiltaqghu. Huwa impossibbli li ggib flimkien dawn it-topografiji jew lokalitajiet. U l-istess haga dwar il-kronologija: jekk Atti 1, 3 jghid li "f’erbghin jum rawh kemm-il darba" dan zgur huwa kuntrarju ghal Lq 24 li b’mod tassew car jghid li t-Tlugh fis-Sema gara f’Hadd il-Ghid; huwa wkoll kuntrarju ghal Gw 20, li jitkellem mir-rigal ta’ l-Ispirtu s-Santu f’Hadd il-Ghid stess, biex ma nghidu xejn dwar ir-rakkont ta’ dehra li sehhet iktar tard fuq ix-xtut ta’ l-Ghadira Tiberiade (Gw 21). Il-grajja skond Lq, li jikkoncentra fuq Gerusalemm fejn kollox isehh f’jum wiehed, u dik ta’ Gw, bit-tqassim tieghu tad-dehriet tul zmien ta’ gimgha, jidhru li huma binjiet letterarji artificjali.
Mbaghad lanqas ma kien il-hsieb ta’ l-evangelisti li jghaddulna xi haga bhal xi tifkira fotografika: id-dettalji (bhalma huma l-bibien maghluqa, il-mess tal-gisem .......) m’ghandhomx jitqiesu b’mod indipendenti mill-misteru, kif jidher fis-shuhija tieghu, ghax dawn jipprezentaw biss aspett wiehed ta’ dan kollu.
4. Inizjattiva, gharfien, missjoni.
Dawn huma t-tliet aspetti li kull wiehed mir-rakkonti ghandu komuni ma’ l-ohrajn, u dawn jippermettulna li jkollna idea pozittiva ta’ dak li jridu jghidu l-awturi.a)
Meta l-evangelisti jipprezentaw lil Gesu` li qed jidher fost nies li ma jkunux qed jistennew li jarawH, huma (hlief ghal Lq 24, 34) jkunu qed igibu prova li din mhix kwistjoni ta’ invenzjoni soggettiva min-naha ta’ partijiet li ghandhom xi interess, bhala rizultat ta’ fidi qawwija hafna jew ta’ xi immaginazzjoni bla lgiem...... Din l-idea li hu Kristu mqajjem mill-mewt li jiehu l-inizjattiva (u tabilhaqq dak hu li l-verb ophthe, "deher", fl-elenku f’ 1 Kor 15 qed jipprova jfisser), turi li r-rakkonti tad-dehriet qeghdin jiddeskrivu esperjenzi li d-dixxipli tabilhaqq ghexu. Dan l-aspett tar-rakkonti jikkorrispondi ghal dak li kien jinghad fl-evangelizzazzjoni bikrija: Alla intervjena biex iqajjem lil Gesu` mill-imwiet u hallieH juri lilU nnifsU haj wara mewtU. Il-fidi mhi xejn hlief konsegwenza ta’ din il-laqgha.b) L-gharfien hu t-tieni karatteristika. Id-dixxipli jiskopru l-identita’ ta’ dak li jaraw quddiemhom; huwa Gesu` ta’ Nazaret, li huma jafu bil-hajja u l-mewt tieghU. Min kien mejjet issa jinsab haj. FiH twettqu l-profeziji. F’certu sens m’hemm xejn izjed x’wiehed jista’ "jara" fil-gejjieni, ghaliex kollox qed jinghatalhom fi Kristu mqajjem. Dan l-gharfien isehh f’diversi stadji: f’dak il-bniedem li jigi ghandhom id-dixxipli l-ewwel jaraw persuna ordinarja, vjaggatur (Lq 24, 15w; Gw 21, 4w) jew gardinar (Gw 20, 15); mbaghad huma jaghrfu lill-Mulej. Dan l-gharfien mhux wiehed mgieghel, ghaliex skond it-tema ta’ nuqqas ta’ twemmin dik hija parti mit-tradizzjoni kollha kemm hi (Mt 28, 17; Mk 16, 11.13w; Lq 24, 37.41; Gw 20, 25-29), huma setghu jirrifjutaw milli jemmnu. U fl-ahhar il-fatt li l-Imghallem soltu jidher lil migemgha nies jaghmilha possibbli ghalihom li jivverifikaw ir-realta’ ta’ dak li jkunu raw.
Fit-tentattiv taghhom li jdahhlu dan il-fatt fondamentali f’xoghol letterarju, in-narraturi ppruvaw jishqu fuq zewg aspetti fl-istess waqt. Kristu mqajjem mhux suggett ghall-kondizzjonijiet normali tal-hajja fuq din l-art; bhal Alla fit-teofaniji tat-TQ (Gen 18, 2; Num 12, 5; Goz 5, 13; 1 Kron 21, 15w; Sof 2, 7; 3, 5; Dan 8, 15; 12, 5 ........), Huwa jidher u jghib kif irid. Min-naha l-ohra mhuwiex xi hares; ghalhekk issir daqstant insistenza fuq il-kuntatt fiziku. Biex nevitaw kull zball, dawn iz-zewg aspetti ghandhom jigu kkunsidrati flimkien. Il-gisem ta’ Kristu mqajjem hu gisem tassew, izda, biex nuzaw l-espressjoni li tidher xi ftit paradossika ta’ San Pawl, dan huwa "gisem spritwali" ( 1Kor 15, 44-49), ghaliex dan hu gisem li gie trasformat mill-Ispirtu (ara Rum 1, 4).
c)
Fil-kliem li jigu mitkellma wiehed jista’ jara t-tielet aspett li hu karatteristiku ta’ dawn ir-rakkonti. Meta huma jaghrfu lill-Imghallem, id-dixxipli janticipaw dik id-dehra li se tkun il-prerogattiva tal-genna. Meta huma jisimghu il-Kelma, huma jergghu lura saqajhom fuq l-art. B’dan il-mod huma jisimghu il-weghda ta’ prezenza li se tkompli ghal kull zmien (Mt 28, 20) u l-istedina biex huma jkomplu jwettqu l-hidma ta’ Gesu` billi jinghataw missjoni fil-veru sens tal-kelma (Mt 28, 19; Mk 16, 15-18; Lq 24, 48 w; Gw 20, 22 w; ara Mt 28, 10; Gw 20, 17). Il-prezenza ta’ Gesu` mhix xi haga statika, wieqfa, izda dinamika, missjunarja.Dawn it-tliet aspetti ghandhom jibqghu f’relazzjoni dinamika ma’ xulxin. Il-prezent qieghed jigi l-hin kollu mgedded bl-inizjattiva ta’ Kristu mqajjem; id-dixxiplu qed jigi mistieden jiehu f’idejh l-imghoddi fil-persuna ta’ Gesu` ta’ Nazaret, li mbaghad jistiednu jibni l-gejjieni, li hu l-Knisja.
5. Id-dehra lil Pawlu ghandha nicca ghaliha nnifisha (Gal 1, 12-17; Atti 9, 3-19p). Pawlu jaghtiha l-istess prominenza bhalma jaghti lil dehriet ohra: bhad-dixxipli, huwa ra lill-Imghallem haj. U ghalhekk huwa jiddistingwi l-episodju Damaxxen mid-dehriet semplici (horama) li kien se jkollu wara din id-dehra ( Atti 16, 9; 18, 9; 23, 11; 27, 23). Din id-dehra hija mfissra bhala missjoni fdata f’idejn Pawlu (Gal 1, 16), mhux permezz ta’ xi intermedjarju uman ( 1, 1; ara Atti 9, 6; 22, 15), izda b’mod dirett (Atti 26, 16-18). Din ghamlitu appostlu ( 1Kor 9, 1), izda madankollu m’ghamlitux wiehed mit-Tnax. Huma gharfu fil-figura ta’ Kristu mqajjem lil dak Gesu` ta’ Nazaret li kienu ghexu mieghU (ara Atti 2, 21 w) u fuq dak li qalilhom Kristu huma bnew il-Knisja. Pawlu min-naha tieghu m’gharafx lil Gesu` hlief permezz tal-Knisja li huwa kien qieghed jippersegwita; u dik il-haga tindika zewg affarijiet. Id-dehra li saritlu ma taghmilx sehem mit-tnissil tal-Knisja; din qed tigi diretta mhux lejn Gesu` ta’ qabel l-Ghid izda lejn il-Knisja li diga’ qeghda tezisti. Ghal dawn ir-ragunijiet, kif ukoll ghaliex Luqa jghid li ssehh wara t-Tlugh fis-Sema, din tigi pprezentata fi stil apokalittiku, skond il-lingwagg ta’ Pawlu nnifsu (apokalypsai: Gal 1, 15): id-dawl, il-lehen, is-sebh, dawn kollha jaghtu stil differenti lix-xena kif imqabbla mad-dehriet familjari li jsiru lill-Hdax. Minkejja dawn id-differenzi, Pawlu jqieghed din id-dehra fi grad daqs dawk li graw matul l-erbghin jum..
6. L-avveniment u l-lingwagg. Hemm zewg kondizzjonijiet li rridu nharsu jekk irridu nsibu tifsira tajba tal-lingwagg uzat mill-evangelisti biex dawn jirrakkontaw l-esperjenza ta’ l-Ghid. Sa mill-bidu ghandna quddiemna avveniment li jrid jigi deskritt bhala wiehed eskatologiku. Billi l-qawmien ta’ Gesu` mhux xi migja lura ghall-hajja fuq din l-art izda dhul f’hajja fejn ma tezistix aktar mewt (Rum 6, 9), id-dehriet huma avvenimenti li johorgu ‘l barra mill-qafas tal-hajja li ahna nghixu u l-kategoriji li soltu nuzaw biex infissru lilna nfusna: fih innifsu dan ma jistax jigi deskritt. Min-naha l-ohra huwa kaz ta’ esperjenza reali li jgarrbu d-dixxipli, li sehh fiz-zmien storiku taghna u li jiddependi minn gharfien storiku.
Ghaldaqstant irridu nevitaw zewg estremitajiet. Billi l-qawmien mhix xi hrafa, il-lingwagg tad-dehriet ma jistax jigi "demitilogizzat": dan kieku b’mod inevitabbli jbaxxi l-prezenza ta’ Kristu ghal wahda ta’ eroj li ghadu jghix fil-memorja ta’ l-ammiraturi tieghu. Sabiex nevitaw din l-estremita’ u biex ma naghmlux esperjenza ghalkollox soggettiva mid-dehriet, mhemmx ghalfejn immorru fl-estremita’ l-ohra u nissoponu li hu mehtieg li nibqghu nghidu li l-oggettivita’ tappartjeni b’mod eskluziv ghall-ordni sensibbli, l-ordni tal-okkorrenza. Biex naghmlu paragun bejn il-kuntatt maghmul minn Kristu mqajjem mad-dixxipli tieghU u s-sitwazzjoni ta’ Lazzru mqajjem, ghaldarb’ohra milqugh mill-familja u mill-qraba tieghu, ifisser li ma nkunux qeghdin inharsu sew lejn it-tifsir uniku tal-qawmien ta’ Gesu`. Mhux bizzejjed li naggustaw xi ftit il-hsieb li ghandna dwar il-gisem li jerga’ jiehu r-ruh: paragun bhal dan iwassal ghall-ghoti ta’ importanza mhux dovuta lid-dettalji materjali tar-rakkont.
Huwa fatt li l-esperjenza tad-dixxipli, li ma kienetx wahda ghalkollox soggettiva, u li giet imtennija minn u maqsuma ma’ ghadd minnhom, twasslet lilna permezz tal-lingwagg fl-uzu dak iz-zmien u permezz tat-tradizzjoni religjuza, b’mod specjali bl-ghajnuna tal-fidi taghhom fil-qawmien tal-bnedmin kollha fl-ahhar taz-zminijiet. Jekk irridu nevitaw l-izball li naraw il-kuntatt ma’ Kristu mqajjem bhallikieku kien simili ghal dak it-tip ta’ kuntatt li jista’ jkollna ma’ xi hadd fuq din l-art, ghandna biss niftakru fid-dimensjoni triplici li nsibu fir-rakkonti. Bl-inizjattiva ta’ Kristu mqajjem mill-mewt id-dixxipli jinzammu ‘l boghod mill-illuzjoni li tista’ twassalhom biex jiddubitaw kemm kienet tassew wahda vera l-laqgha taghhom ma’ Kristu Haj. Meta huma "jarawH", huma jlaqqghu din l-esperjenza ma’ l-imghoddi li huma nfushom kienu ghexu. Meta huma "jisimghuH", hsibijiethom imorru lejn il-gejjieni. Hu proprju fir-relazzjoni bejn dawn it-tliet dimensjonijiet li s-sigriet tal-prezenza ta’ Kristu haj tinsab illum.
7. "Henjin dawk li ma rawx u emmnu" (Gw 20, 29). Meta Gwanni jiddeskrivi n-nuqqas ta’ twemmin ta’ Tumas, huwa jkollu quddiem ghajnejh lill-fidili tal-gejjieni. Il-qaghda taghhom ma tistax tabilhaqq titqabbel ghalkollox ma’ dik ta’ l-ewwel xiehda. Il-Vangeli wkoll jissuggerixxu li d-dixxipli ma kellhomx bzonn dawn l-esperjenzi: it-tahbira kellha tkun bizzejjed ghalihom (Mk 16, 13); u li kieku huma kienu fehmu l-Iskrittura, dik ukoll kienet twassal lid-dixxipli biex ikollhom fidi fil-qawmien (Gw 20, 9). F’sens uniku d-dehriet huma twegiba ghall-htigiet ta’ fidi li ghadha imperfetta.
Madankollu, f’sens iehor, dawn kienu mehtiega u ghandhom importanza unika li l-evangelisti indikaw fid-deskrizzjoni taghhom tad-dehriet ta’ matul l-erbghin jum. Dawk li kienu ghexu ma’ Gesu` ta’ Nazaret kellhom ikunu x-xiehda unici u privileggati ta’ Gesu`, il-Midluk. Kien essenzjali li jinghataw sisien sodi u storici ghall-bidu tal-fidi nisranija u tal-Knisja. U ghalhekk jista’ jinghad li d-dixxipli raw lill-Imghallem haj f’esperjenza storika: bla ebda dubju, waqt ikla bejn l-ahwa, waqt xi mixja, waqt xi sajda ..... F’waqt wiehed ilkoll ghamlu kuntatt ma’ Kristu haj. Filli hallihom jaghrfu lil Gesu`, Alla tahom il-fidi: u ghalhekk il-fidi hi f’certu sens il-konsegwenza li tigi milli tara.
Mhux l-istess ghal dawk il-fidili li mhumiex xiehda privileggati. Min-naha taghhom dawn ma rawx dak li raw id-dixxipli, izda huma jafu li raw. Il-fidili jafu biss it-tifsira tad-dehriet permezz tat-taghlim tal-Knisja, il-Gisem ta’ Kristu, fi zmienhom.
Id-dimensjoni triplici tal-prezenza ta’ Kristu mqajjem ghadha hemm, izda f’livell differenti. L-inizjattiva ghadha tigi minn Alla, u b’mod aktar preciz minn Kristu mqajjem, izda llum Huwa jkellimna permezz tal-predikazzjoni ta’ kuljum. Gesu` ta’ Nazaret ihalli li Huwa jingharaf, izda dan jigri permezz tal-esperjenza storika ta’ l-ewwel xiehda. L-Imghallem ghadu jibghat lill-bnedmin biex iwettqu missjoni, izda did-darba fi tkomplija shiha mal-missjoni appostolika. Kristu mqajjem, ghaldaqstant, ghadu llum prezenti (Mt 28, 20), izda permezz tal-Knisja li tghix, il-Gisem tieghU; u bhalma "gharfuh huwa u jaqsam il-hobz" (Lq 24, 35), hekk ukoll illum Huwa ghadu jippermetti li jaghrfuH il-bnedmin.
Bhal-lejl jew bhas-shaba, id-dell huwa xbieha ta` esperjenza doppja, skond ma juri n-nuqqas jew jaghti wiehed x’jifhem li hemm id-dawl. Il-bniedem irid id-dawl shih tal-jum u jfittex id-dell; Alla huwa dawl u nar jaqbad, izda wkoll dell li jtaffi s-shana, u Hu qataghha li jghammar fi shaba mudlama. Il-Bibbja tilghab bil-kliem dwar dan it-tifsir.
I. THABBIRA TAL-MEWT
1. Id-dell li jahrab. Bhala hlejqa li taf li ghad tghib, il-bniedem jaghraf id-destin tieghu fid-dehra tad-dell li jitwal jew jiqsar; "il-jum riesaq lejn tmiemu; u d-dliel ta` fil-ghaxija twalu" (Ger 6, 4); hekk ukoll fil-hajja tal-bniedem, it-targiet taghha jizdiedu fil-ghadd hekk kif id-dell jimxi ‘l quddiem u lura (2 Slat 20, 9-11). Il-bniedem "jahrab bhad-dell li ma jiqafx" (Gob 14, 2; ara 8,9); jiemu "qed jonqsu bhad-dell ta` filghaxija" (S 102, 12; 144,4) u "bhad-dell ghomorna fuq l-art" (1 Kron 29,15; Gherf 5, 9). "Tul il-granet maghduda tal-hajja fiergha tieghu" (Koh 6, 12) il-bniedem jghaddi bhal dell (S 39,7); izda fil-gewwieni ta` dan l-izvilupp li ma jistax jitregga` lura, waqt li jghaddi mit-tibdil tieghu innifsu, huwa jibqa` jafda fil-"Missier, il-ghajn tad-dawl, li fih la hemm ebda tibdil u anqas dell ta` tidwir" (Gak 1, 17).
2. Id-dlam u d-dell tal-mewt. Is-Septwagint idur lura lejn etimologija li wiehed jista` jiddibatti dwarha, izda li ghandha fiha sens profond ta` realta; meta qalbet b’mod hafif il-kelma Ebrajka li tfisser dell tqil billi uzat dell il-mewt, l-evangelisti qablu maghha (Is 9,1; Mt 4, 16; Lq 1, 79). Ghax id-dell mhuwiex biss fenomenu li jinbidel u jahrab; huwa abbiss battal, xejn shih, dlam sewdieni li jixtiequ Gob fl-ugiegh tieghu (Gob 3, 1-6). Xeol, minghajr tama, art tal-mewt, huwa imkien id-dlam u d-dell (10, 21) fejn id-dawl kollu huwa biss lejl. It-tigrib, sahansitra f’din il-hajja, diga` qieghed icahhad lill-bniedem mid-dawl tal-hajja: "imghammxin il-hbub t’ghajnejja" (16,16).
3. Sid id-dell.
Quddiem id-dell li jhedded tal-mewt, Alla huwa il-kenn wahdieni. Huwa li jinbidel f’dell jitfi d-dawl artificjali li jsawwar it-tama tal-midneb (Ger 13, 16; ara S 44, 20); Huwa jista` wkoll " fuq id-dlam jixhet id-dawl" (Gob 12, 22), u johrog "mid-dlam u minn dell il-mewt" l-ilsiera u jkisser il-ktajjen taghhom" (S 107, 10,14). Ghaldaqstant is-salmista imfawwar bil-fiducja jghajjat: "Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibzax mill-hsara, ghax inti mieghi" (S 23, 4). Din it-tama sehhet tassew galadarba Kristu wettaq il-profezija ta` Isaija : "dawk li kienu f’art u dell il-mewt idda dawl ghalihom" (Mt 4, 16; Is 9, 1).II. PREZENZA TA` HARSIEN
Bhalma s-shaba kienet dalma li thedded ghal xi whud, dawl u harsien ghal ohrajn, hekk id-dell li jwahhax jista` jkun ta` harsien; bil-harsien li d-dell jaghti, il-bnedem jinduna li hemm xi hadd.
1. Id-dellijiet ta’ l-art. Fil-hajja ta` kuljum, b’mod partikolari fil-Lvant, id-dell jintghogob, ghax jehles ‘l dak li jkun mis-shana tax-xemx. Il-hlejjaq kollha jfittxu d-dell: dak tal-weraq tas-seder hu mfittex mil-Levjatan qalil (Gob 40, 22) - l-ghasafar, il-bhejjem, u l-bnedmin ifittxu id-dell tas-sigar (Ezek 31, 6). Minhabba f’hekk, is-sigra li taghti d-dell hija xbieha tas-setgha protettiva; bhalma Danjel ifiehem lil Nebukadnezzar: "is-sigra hija int, Sultan" (Dn 4, 17-19). Bl-istess mod, wiehed jista jistkenn fid-dell tas-sultan (Imh 9, 15); u s-sultan gust huwa "bhal dell ta’ blata kbira fuq art imheddla" (Is 32, 2). Izda dell bhal dan, billi hu ambigwu, jista` jqarraq: bhal dak tas-sigra tar-rignu fuq ras Gona (Gona 4, 5-7), bhal dak tal-midluk tal-Mulej (Lam 4, 20); kemm aktar dak ta` l-Egittu (Is 30, 2), jew "bhac-cedru tal-Libanu" li jistghu jitqacctu mill-gheruq f’hakka ta` ghajn u mwaddba fil-hofra fonda flimkien ma` dawk li hassewhom mohhom mistrieh fid-dell qarrieqi taghhom" (Ez 31; Dn 4).
2. Id-dell ta’ Alla. Minflokk harsien dghajjef, huwa Alla wahdu li jaghti dell cert. Wiehed jehtieg li jhalli warajh id-dell tajjeb tas-sigar imqaddsa (Hos 4, 13) u f’Jahweh isib id-dell tieghu f’kull zmien (S 121, 5; Is 25, 4w). Il-holma tal-bniedem fidil hi li jghix "ghall-kenn tal-Gholi.....ghad-dell ta` dak li jista` kollox" (S 91, 1); li jkun, bhal Qaddej tassew, taht id-dell ta` idU qawwija (Is 49, 2; 51, 16) jew ta` gwenhajnH (S 17, 8; 57, 2; 63, 8).
F’dawn ix-xbihat, wiehed jiltaqa` ma` xi tifkiriet ta` l-esodu. Is-Septwagint gharraf dan meta qaleb il-verb sakan (taghti kenn, tghammar, tistrieh) bi skiazein, episkiazein (ikenn b’dellu, ghatta b’dellu). Is-shaba ghattiet b’dellha l-gharix ta` Alla (Ez 40, 35), u b’hekk kien jigi determinat ghal kemm kellu jdum wieqaf il-poplu Lhudi fil-kampijiet (Num: 9, 18.22); li "kienet fuqhom bin-nhar kull meta jitilqu mill-kamp" (10, 34), billi harsithom b’mod li jghaggeb, bhalma jghid Ktieb il-Gherf (Gherf: 19, 7). Dan il-harsien se jiggedded fl-ahhar zminijiet. Fuq Sijon imsaffija se jistrieh is-sebh ta` Jahweh, bhal "tinda u ghad-dell, u kenn u lqugh kontra l-irwiefen u x-xita" (Is 4, 5w). U filwaqt li Israel iterraq taht dan is-sebh divin, il-foresti u s-sigar tal-fwieha jixhtu d-dell taghhom ghal fuq Israel" (Bar: 5, 7-9; ara 1,12).
Fiz-zmien tat-tqaddis tat-tempju, is-shaba infirxet fuq il-qaddis tal-qaddisin; u Salamun ghajjat, Jahweh qataghha li jghammar fis-shaba mudlama (1 Slat: 8,12). Flimkien mal-harsien li jinghata, hawn wiehed jiftakar ukoll fil-prezenza intima ta` Alla. Hu f’dan is-sens illi Gerusalemm, bhall-Gharusa tal-Ghanja tal-Ghanjiet, tista` toqghod "bilqieghda f’dellu" (Ghan: 2,3). F’Marija, il-holma sehhet tassew, meta kellha "l-qawwa tal-Gholi tixhet id-dell taghha" fuqha (Lq 1,35), billi nisslet lil Kristu li fuqu kienet se tistrieh is-shaba waqt it-trasfigurazzjoni (9, 34p).
3. Id-dell ta` Israel. Il-poplu maghzul min-naha tieghu isir ghajn ta` harsien divin. Qabel, wisq oghla minn saltniet ohra, il-qasam tad-dwieli ta` Israel kien jghatti l-gholjiet b’dellu (S 80, 11). Imwaqqa` bil-haqq divin, Israel fl-ahhar se terga` ssir sigra thaddar fejn l-ghasafar se jigu biex ibejjtu (Ezek 17, 23; Dan 4,9), xbieha li tidher tas-saltna ta` Alla miftuha ghall-gnus kollha (Mt 13, 32p). Bl-istess mod, meta Pietru jfejjaq il-morda b’dellu (Atti 5, 15), huwa jgharraf il-prezenza helliesa ta` Alla fil-Knisja tieghU.