Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA

Redatt taht id-direzzjoni ta’

XAVIER LEON DUFOUR

INDICI

Dezert – Difna – Dizastru – Driegh – Egittu – Farag

DEZERT

It-tifsir religjuz tad-dezert jinftihem b’mod differenti skond jekk jittihidx bhala post geografiku, jew bhala zmien privileggat fl-istorja tas-salvazzjoni. Jekk inqisuh bhala post, id-dezert huwa post li Alla ma berikx. Hemmhekk l-ilma huwa skars, bhal fil-Gnien ta’ l-Gheden qabel ix-xita (Gen 2,5), hemm nuqqas ta’ sigar u hxejjex u hu impossibbli li tghix (Is 6,11). Li art taghmilha dezert, hu bhal meta ggibha lura ghall-kaos tal-bidu (Ger 2,6; 4,20-26); id-dnubiet ta’ Israel jisthoqqilhom dan (Ezek 6,14; Lam 5,18; Mt 23,38). F’din l-art moghxa jghixu spirti hziena (Lev 16,10; Lq 8,29; 11,24), satiri (Lev 17,7), u bhejjem ohra selvaggi (Is 13,21; 14,23; 30,6; 34,11-16; Sof 2,13w). Fi ftit kliem, jekk inharsu lejn id-dezert f’dan id-dawl, narawh bhala art mishuta li ma fiha ebda grazzja.

Hsieb dominanti fil-Bibbja hu li Alla xtaq li jghaddi lill-poplu tieghU minn "dezert kbir iwahhxek" (Dt 1,19) biex idahhalhom f’art li tnixxi halib u ghasel. Din il-grajja se tittrasforma s-simbolizmu ta’ qabel. Jekk id-dezert dejjem izomm il-karatteristika tieghu ta’ post dezolat, fuq kollox ifakkarna fi grajja partikolari fl-istorja sagra: it-twelid tal-poplu ta’ Alla. Is-simbolizmu bibliku tad-dezert m’ghandux, ghalhekk, jigi mfixkel ma’ xi stat ta’ solitudni jew harba mic-civilta`. Ma jahsibx ghal ritorn lejn l-ideal tad-dezert, imma ghal moghdija miz-zmien tad-dezert, li tieghu l-ezodu ta’ Israel hu t-tip definittiv.

TQ

I. IT-TLUQ LEJN L-ART IMWIEGHDA

Kuntrarju ghall-ezodu mill-Egittu, il-memorji tal-mixja fid-dezert saru xi haga ta’ min jibqa’ jiftakarha biss hafna zmien wara. Illum it-tradizzjoni turi li dan kien zmien ta’ prova ghall-poplu, kif ukoll ta’ apostasija jew cahda ta’ Alla, imma wkoll zmien ta’ glorja ghall-Mulej. Tliet elementi importanti johorgu minn dawn il-memorji: il-pjan ta’ Alla, l-infedelta` tal-poplu u r-rebha ta’ Alla.

1. Il-pjan ta’ Alla. Ghall-mixja fid-dezert, il-poplu uza t-triq maghzula apposta minn Alla, anki jekk din ma kenitx l-iqsar wahda (Ez 13,17), ghax Alla xtaq li jkun Hu li jmexxi l-poplu tieghU (13,21). Ikun fid-dezert tas-Sinaj li l-Lhud kellhom jaduraw lil Alla (Ez 3,17w = 5,1w). Hemmhekk huma jircievu l-Ligi u l-patt li jibdilhom minn pellegrini ghal poplu veru ta’ Alla: dan nistghu narawh anki numerikament mic-censiment li jsir (Num 1,1w). Alla xtaq li l-poplu tieghU jitwieled fid-dezert. Madankollu, hu kien weghdhom art, u hekk ghamel li z-zmien fid-dezert ghalkemm ikun wiehed privileggat jkun biss wiehed provizorju.

2. L-infedelta` tal-poplu. It-triq maghzula minn Alla ma kienet tixbah xejn lil art ghammiela ta’ l-Egittu, fejn qatt ma naqsu benna u sigurta`. Imma kienet it-triq ta’ fidi shiha fiH li kien qed imexxi lil Israel. Sa mill-bidu tal-vjagg il-Lhud igorru kontra l-hsieb ta’ Alla ghalihom: l-ebda sigurta`, bla ilma, xejn laham! Dan il-garr insibuh fir-rakkonti kollha (Ez 14,11; 16,2w; 17,2w; Num 14,2w; 16,13w; 20,4w; 21,5), u jsir mill-ewwel u t-tieni generazzjoni fid-dezert. It-tema tal-garr hi cara: huma xtaqu li baqghu jghixu l-hajja ordinarja ta’ kuljum. Huma aktar xtaqu il-hajja tax-xoghol fl-Egittu milli din il-hajja differenti fejn kull ma kellhom jaghmlu kien li jintelqu biss f’idejn Alla. Ahjar il-hajja ta’ skjav milli toqghod tilghabha mal-mewt; ahjar hobz u laham minn manna bla toghma. Ghalhekk id-dezert jikxef il-qalb tal-bniedem li mhuwiex kapaci joqghod ghat-tigrib li jigih.

3. Ir-rebha tal-hniena divina. Imma jekk Alla jippermetti li fid-dezert jintilfu l-infidili u dawk li naqsithom it-tama fiH, Huwa ma jwarrabx il-pjan tieghU, izda johrog it-tajjeb mill-hazin. Lin-nies li jgorru jaghtihom ikel u ilma mill-itjeb. Jekk ghandu jikkastiga l-midneb, Huwa joffrilhom modi ohra ghas-salvazzjoni taghhom, bhas-serp tal-bronz (Num 21,9). Alla dejjem jaghmel li l-qdusija u l-glorja tieghU jiddu (20,13). Ta’ l-ahhar tidher l-aktar cara meta poplu veru jidhol fl-art imwieghda ma’ Gozwe`. Il-glorja finali tghinna naraw fid-dezert mhux daqstant iz-zmien ta’ l-infedelta` tal-poplu daqskemm il-hniena u l-fedelta` ta’ Alla - dak Alla li dejjem jehodha ma’ min jirvella izda li dejjem iwettaq il-pjan tieghU.

II. HARSA LURA LEJN

IZ-ZMIEN FID-DEZERT

Meta l-poplu stabilixxa ruhu fl-art imwieghda, dan il-gens malajr irnexxielu jibdel din l-art f’wahda ta’ hazen u ta’ idolatrija moqzieza. Donnhom habbew aktar ir-rigali tal-patt milli Min kien tahom il-patt. Aktar tard iz-zmien fid-dezert ser jinghata importanza kbira, u dan kollu bis-sahha tal-glorja divina.

1. Sejha ghall-konverzjoni. Il-ktieb tad-Dewterenomju jinqeda bil-memorji biex jiddeskrivi l-grajjiet fid-dezert qishom qed jigru llum (Dt 8,2w. 15-18): huwa zmien sabih fejn Alla, b’hegga, juri lilu nnifsu bhala missier. Il-poplu ma spiccax hemmhekk, imma Alla ried jurihom li l-bniedem mhux bil-hobz biss jghix, imma b’kull kelma li tohrog minn fomm Alla. Hekk ukoll, il-qima li tinghata fi zmien id-dezert, theggeg lil Israel biex ma jkunx kuntent bi hniena msejsa fuq il-formalita` (Gham 5,25; Atti 7,42). Ghall-kuntrarju, il-memorji tal-waqghat huma sejha ghall-konverzjoni u fiducja f’Alla wahdu - ghall-inqas ghandhom issa jieqfu milli jkunu nies b’ghonq iebes li jittanta lill-Mulej (S 78, 17w.40; 95,7w; Atti 7,51) u jitghallmu jadattaw irwiehhom bis-sabar ghall-mod kif Alla jaghmel l-affarijiet (S 106,13w) u jibqghu mghaggba bit-trijonf tal-hniena tieghU (Neh 9; S 78; 106; Ezek 20).

2. L-ghegubijiet kbar ta’ Alla. Ghalkemm wiehed jiguh f’mohhu n-nuqqasijiet tal-poplu, qatt ma kien hemm il-hsieb li z-zmien fid-dezert jigi meqjus bhala xi kastig. Wisq inqas ma kienu jharsu lejh bhala gabra tal-ghegubijiet imwettqa fi zmien l-gherusija ta’ Alla mal-poplu tieghU. Kien zmien differenti minn dak li l-poplu issa kien qed jghix f’Kanghan. U ghalhekk meta Elija jmur gewwa Horeb, ma jmurx biss biex isib kenn fid-dezert, izda biex hemm jerga’ jiehu l-hajja (1 Slat 19). Billi l-kastigi m’humiex biz-zejjed biex ireggghu lura l-gharusa infidila, Alla se jehodha fid-dezert u hemm ikellem lil qalbha (Hos 2,16). Se jerga’ jkun zmien ta’ gherusija (Hos 2,21w). Ghegubijiet tal-passat jissebbhu fit-tifkiriet: il-manna ssir ikel tas-sema (S 78,24), hobz ghal kull toghma (Gherf 16,21). Billi Alla hu fidil, dawn ir-rigali huma wkoll halfa li se jibqa’ mal-poplu. Huwa missier hanin (Hos 11), raghaj (Is 40,11; 63,11-14; S 78, 52). Wara dan il-perijodu li fih il-poplu ghex tant qrib ta’ Alla, kif jista’ bniedem ma jkollux fiducja shiha fiH li jmexxi u jaghti l-hajja (S 81,11)?

3. L-ideal tad-dezert. Jekk iz-zmien fid-dezert huwa zmien ideali, ghaliex ma jittawwalx sa l-ahhar taz-zminijiet? Kien ghal din ir-raguni li r-Rekabin kienu jghixu f’tined biex juru l-istmerrija taghhom lejn ic-civilta` Kanghanija (Ger 35), u li l-irhieb f’Qumran inqatghu minn mas-sacerdozju ufficjali f’Gerusalemm. Li wiehed imur jghix fid-dezert fiha s-sabih taghha - din tista’ taghti sens lil sitwazzjoni ta’ persekuzzjoni (1 Mak 2,28w; Lhud 11,38) - imma jekk issir b’mod li wiehed jinqata ghal kollox mill-istorja li fiha ssawwab, din tista twassal ghal harba sterili mill-problemi - ghax Alla ma sejjahx lil Israel biex jghammar fid-dezert, imma li jterraq fid-dezert sabiex jghix fl-art imwieghda. Barra minn hekk, id-dezert izomm il-valur figurattiv tieghu. Il-helsien ittamat mill-eziljati fil-Babilonja ha l-forma ta’ ezodu iehor; id-dezert ghad ihaddar taht saqajhom (Is 32,15w; 35,1w; 41,18; 43,19w). F’xi rakkonti apokalittici, is-salvazzjoni fi tmiem iz-zminijiet hija prezentata bhala trasformazzjoni tad-dezert f’Gheden gdid; mbaghad il-Messija jidher fid-dezert (Mt 24,26; Atti 21,38; Apk 12,6.14).

TG

I. KRISTU U D-DEZERT

Filwaqt li l-komunitajiet Esseni, bhal dik f’Qumran, kienu jinkoraggixxu li n-nies jinqatghu mill-belt u jaharbu lejn id-dezert, Gwanni l-Battista ma kellux ix-xewqa li jqaddes din il-mistika tad-dezert. Ghalkemm huwa jxandar il-messagg tieghu minn hemmhekk dan jaghmlu biex jerga jfakkar f’dak iz-zmien privileggat. U meta l-ilma geddidilhom qlubhom, huwa kien jibghat lill-imghammdin lura fuq xoghlhom (Lq 3,10-14). Id-dezert kien biss mezz ta’ konverzjoni ghax kien qed joqrob li jigi l-Messija.

1. Kristu fid-dezert Gesu` xtaq jghix mill-gdid id-diversi episodji tal-poplu ta’ Alla. Bhal-Lhud ta’ qablu Huwa jigi mehud mill-Ispirtu ta’ Alla lejn id-dezert biex hemm jigi mgarrab (Mt 4,1-11p). Imma kuntrarjament ghal dawk li gew qablu, Huwa jeghleb it-tigrib u jibqa’ fidil lejn MissierU. Huwa jaghti aktar stima lill-Kelma ta’ Alla mill-hobz, jew mill-fiducja f’xi miraklu meraviljuz, u lis-servizz ta’ Alla milli jittama f’xi saltna ta’ din id-dinja. Il-prova li l-bniedem ma kienx kapaci jeghleb fi zmien l-ezodu issa ghandha tifsira: Gesu` huwa l-ewwel Wild li fih isehh id-destin ta’ Israel. Fir-rakkont ta’ Mark nistghu naraw li l-Gheden rega’ nkiseb permezz ta’ Gesu` Kristu (Mk 1,12w).

2. Kristu, id-dezert taghna. Minghajr dubju, fil-hajja pubblika tieghU, Gesu` uza d-dezert biex jahrab mill-folol (Mt 14,13; Mk 1,45; 6,31; Lq 4,42), post adattat ghat-talb ta’ wahdu (Mk 1,35p). Imma dawn l-azzjonijiet m’humiex marbuta direttament mas-simbolizmu tad-dezert. Ghall-kuntrarju, Gesu` jigi pprezentat bhala dak li fil-persuna tieghU twettqu d-doni meraviljuzi ta’ qabel. Huwa l-ilma haj, il-hobz niezel mis-sema, il-mixja u r-raghaj; id-dawl matul il-lejl, is-serpent li jaghti l-hajja ‘l dawk kollha li jharsu ‘l fuq lejH biex isalvaw. Fl-ahharnett, huwa dak li fiH jitwettaq l-gharfien l-iktar intimu ta’ Alla, meta niehdu sehem minn gismu u demmu. Nistghu nghidu wkoll li Kristu hu d-dezert taghna - fiH irbahna t-tigrib, permezz tieghU sirna ghaqda wahda ma’ Alla. Ghalhekk, id-dezert bhala post u zmien isib il-milja tieghu fi Kristu.

II. IL-KNISJA FID-DEZERT

Is-simbolizmu tad-dezert jghinna nifhmu s-sitwazzjoni tal-Knisja llum. Hija tghix mohbija fid-dezert sa ma jerga’ jigi lura Kristu li jtemm is-setgha ta’ Satana (Apk 12,6.14). Is-simbolu, pero`, jidher aktar car f’kuntest bibliku meta Gesu` jkattar il-hobz fid-dezert sabiex juri lid-dixxipli mhux daqstant li kien mehtieg li wiehed jghix fid-dezert, izda li kien wasal zmien gdid li fih il-bniedem kellu jghix b’mod wisq iktar elevat permezz tal-Kelma ta’ Kristu (Mt 14,13-21p).

Pawlu jiehu l-istess linja. Huwa jghallem li l-grajjiet ta’ l-imghoddu sehhew bi twiddiba ghalina li wasalna fi tmiem iz-zminijiet (1 Kor 10,11). Mghammdin fl-ishaba u fil-bahar, ahna msahhin b’hobz haj u mghaddsa fl-ilma ta’ l-Ispirtu li jnixxi minn gol-blata. Din il-blata hi tassew Kristu. M’hemm ebda dubju. Ahna ghadna nghixu fid-dezert, imma issa ghandna s-sagramenti. Il-figura tad-dezert ghadha, ghalhekk, importanti hafna jekk irridu nifhmu x’hini tassew il-hajja nisranija.

Din il-hajja se nibqghu nghixuha bit-tigrib kollu taghha sakemm ahna ma nintelqux f’idejn Alla (Lhud 4,1). Ghalhekk, quddiem dawn l-episodji tal-passat, ejjew ma nwebbsux qlubna. L-illum taghna huwa cert mir-rebha, "ghax ahna ghandna sehem fi Kristu" (Lhud 3,14), li jibqa’ fidil fi zmien it-tigrib.

DIFNA

Jidher sa mill-ibghad zminijiet li l-ewlenin bnedmin kienu jaraw li d-difna tal-mejtin kienet issir sew. Dan il-hsieb li kienu jiehdu, juri, fid-diversi ghamliet tieghu, it-twemmin li huma kellhom li l-bniedem jibqa’ jghix wara mewt.

1. F’Israel, l-istess bhalma kien jigri fl-artijiet tal-madwar, li bniedem ma jinghatax difna kien jitqies bhala l-aghar xorti li setghet qatt tmissu (S 79, 3). Huwa wiehed mill iktar kastigi tal-biza’ li bihom il-profeti jheddu lill-hziena ( 1 Slat 14, 11-13; Ger 22, 18-19).

Ghaldaqstant il-Lhudi jiehu hsieb li jhejji ghad-difna tieghu bl-ikbar reqqa, l-istess bhalma ghamel Abraham (Gen 23, ir-rakkont tat-tqeghid tas-sisien tal-qabar patrijarkali). Id-difna hi d-dmir ewlieni ta’ bin il-mejjet (Gen 25, 8-10; 35, 29; 50, 12-13; Tob 4, 3-4; 6, 15; 14, 10-12). Huwa opra ta’ hniena li l-armata ghandha twettaq waqt it-taqbid ( 1 Slat 11, 15) u ta’ kull Lhudi devot (il-Ktieb ta’ Tobit jishaq fuq dan id-dmir: 1, 17-20; 2, 4-8; 12, 12w).

Ir-riti tal-vistu huma kumplikati ghall-ahhar u dawn jinstabu wkoll fost il-gnus tal-madwar: is-sawm (1 Sam 31, 13; 2 Sam 1, 12; 3, 35), ilbies imcarrat (Gen 37, 34; 2 Sam 1, 11; 3, 31; 13, 31), il-hziem bl-ixkejjer (Gen 37, 34; 2 Sam 3, 31; 14, 2; Ezek 7, 18), qtugh ix-xaghar u l-griehi li wiehed jaghmel fuqu nnifsu (Gham 8, 10; Mik 1, 16; Is 22, 12; Ger 7, 29; 16, 6; 48, 37; 49, 3; din l-uzanza tigi projbita minn Dt 14, 1 u Lev 19, 27-28, x’aktarx ghax din kienet taghmel parti mill-kult ta’ Baghal), il-biki u t-tinwieh ( 2 Sam 1, 12.17-27; 3, 33-35; 13, 36; 1 Slat 13, 30; Gham 5, 16; Ger 22, 18; 34, 5). Dawn id-diversi uzanzi mhumiex biss sinjali ta’ niket; ghandhom ukoll aspett ritwali, ghalkemm ahna ma nafux x’kienu jfissru sewwasew fil-bidu (il-kult tal-mejtin, harsien kontra s-seher malinn taghhom......). F’Israel, fejn il-kult tal-mejtin huwa ghalkollox eskluz bil-fidi Jahwista, dawn ir-riti huma principalment imfassla biex jipprokuraw qaghda ta’ sliem ghall-mejjet li "ngabar ma’ niesu" (Gen 25, 8; 35, 29), meta jkun "strieh ma’ missirijietu" ( 1 Slat 2, 10; 11, 43).

2. Fil-Vangeli naraw lin-nies fi zmien Gesu` li jzommu shih id-drawwiet tad-dfin li kienu jsehhu fit-TQ (Mk 5, 38; Gw 11, 38-44).

Gesu` ma jikkundannax dawn id-drawwiet, ukoll meta Huwa jghid li s-sejha biex timxi warajH hija bilwisq iktar importanti mid-dmir qaddis li tidfen lil missierek (Mt 8, 21-22). Qabel ma jigri dan, Huwa diga’ jinsab milqut bl-ghajb (bl-iskandlu) ta’ mewtU bhala kriminal, imcahhad minn kull pompa funebri (Mk 14, 8).

Fil-fatt dawn ir-riti se jsirulU minn Guzeppi minn Arimatija b’ghaggla kbira minhabba fil-festa li tkun qed toqrob (Mk 15, 46-47). Izda meta jaslu n-nisa nhar Hadd il-Ghid filghodu biex itemmu d-difna mghaggla billi jidilkuH bil-fwejjah (Mk 16, 1-2; fi Gw 19, 39-40 il-gisem ta’ Gesu` diga’ ha din id-dilka lejliet mewtU), huma jisimghu lill-anglu jghidilhom: "Qam mill-mewt, m’huwiex hawn." Id-drawwa nisranija tradizzjonali li jidfnu l-mejtin fil-katakombi u fic-cimiterji ("post dawk li raqdu": ara 1 Tess 4, 13) hija msejsa fuq dawn ir-rakkonti. Din titnebbah mill-qima li tinghata lill-gisem konsagrat bl-azzjoni ta’ l-Ispirtu, u wisq iktar mill-prospett tat-tama li jinfetah ghalina f’Hadd il-Ghid.

 

DIZASTRU, FLAGELL

Ir-razza umana tinsab il-hin kollu ghaddejja minn disgrazzji kollettivi; dejjem tibqa’ sorpriza kif dawn jigru habta w sabta, b’mod li jifrex fil-wisa’ u li hu resolut ghall-ahhar. Il-Bibbja kollha kemm hi tidwi b’din it-tbatija: gwerer, guh, aghrar, tempesti, nirien, mard, u mewt. Kull apokalissi jizvela lill-bniedem, li ma jistax ikun sodisfatt b’tifsira naturali dwar dawn il-fenomeni, il-qjies misterjuz taghhom, u hekk il-bniedem jaghraf lilu nnifsu.

1. Id-dizastru fil-pjan t’Alla. Sew fil-profond sew fil-wicc ta’ l-affarijiet, id-dizastru hu zbilanc ikreh. Ghalkemm ghandu x’jaqsam sew mal-kastig, fis-sens li fl-ahhar mill-ahhar dan jitnissel mid-dnub li l-bniedem jaghmel, dan hu madankollu distint minnu ghaliex jolqot lill-holqien kollu, u ghaliex juri b’mod iktar car wicc ix-Xitan li d-dinja hija suggetta lejh fiz-zmien tat-tigrib taghha (Gob 1, 12; Mt 24, 22). Il-flagell huwa "sabta" kollettiva (naga’, issabbat) li turi car il-limitu ta’ l-effett tad-dnub fl-istorja tal-bniedem (Apk 6; 8, 6 - 11, 19).

Il-gwerra, il-guh, il-pesta, il-mewt: dawn il-flagelli ma jigux prezentati mill-Apokalissi biss bhala xi bicca zmien. Ghaliex jekk ahna nimxu fuq it-tixbihat letterarji tieghu u nanalizzaw kull apokalissi ta’ qabel, insibu nixxiegha li, mill-kotba aktar recenti tal-Gudajizmu (Gherf 10 - 19; Dan 9, 24-27; 12, 1), li tghaddi lura mis-salmi ( S 78; 105) u l-profeti (Ezek 14; 21; 38; Is 24; Sof 1, 2-3), tasal sal-flagell ta’ l-Egittu (Ez 7 - 10). Huwa sewwasew hemmhekk li t-tifsira ta’ dizastru ticcara ruhha: ghax dan huwa parti mill-haqq il-kbir li huwa l-Ghid. Il-helsien eskatologiku li qeghdin nghixu huwa prefigurat bil-helsien li jgib mieghu l-ewwel Ghid u l-ewwel ezodu.

Meta wiehed ihares lejn id-dizastru minn dan l-angolu ta’ l-Ghid, il-flagell jitlef il-maskra li ghandu: il-waqt li fih is-setgha tal-mewt li ghandu d-dnub tittrijonfa permezz tad-dizastru huwa proprju l-waqt tal-bidu tat-telfien taghha u tar-rebha ta’ Kristu. F’isem l-imhabba ta’ Alla li tahdem permezz tas-salib, id-dizastru jibdel it-tifsira tieghu (Rum 8, 31-39; Apk 7, 3; 10, 7).

2. Il-bniedem li jsib quddiemu d-dizastru. Jekk id-dizastru hu proprju dan, il-bniedem ghandu jqisu b’attitudni onesta. M’ghandux ghaliex jidghi (Apk 16, 9) jew idur lejn xi idolu biex jehilsu minnu (2 Slat 1, 2-17; Is 44, 17; 47, 13). Imma ghandu jara fih is-sinjal taz-zminijiet (Lq 12, 54-56), l-espressjoni tal-jasar tieghu ghad-dnub u t-thabbira taz-zjara tal-Feddej li hija hafna fil-qrib (Mt 24, 33). Id-dizastru, bhala tehbira ta’ jum il-Mulej, hija l-ahhar twissija bil-ghan li wiehed jikkonverti (Apk 9, 20-21), sejha mqanqla biex wiehed jishar (Mt 24, 44). Izda fuq kollox, hija l-bidu tal-helsien shih taghna: "Meta jibda jsehh dan kollu, qawwu qalbkom u erfghu raskom, ghax il-fidwa taghkom hi fil-qrib" (Lq 21, 28).

B’dan l-istess hsieb eskatologiku hu normali li d-dizastru jsieheb l-izvilupp tal-Kelma fid-dinja (Apk 11, 1-13) billi b’dan il-mod jesprimi l-izvilupp parallel tal-misteru ta’ l-Antikrist. Izda fuq kollox, in-nisrani ghandu jgarrab kollox bic-certezza li huwa ghadu mahbub (Lq 21, 8-19) u li qieghed fis-setgha ta’ Kristu (2 Kor 12, 9). Il-qaghda eskatologikament xierqa tar-ruh li d-dizastru ghandu jnissel fina hi, ghalhekk, l-istennija; fil-fatt, dan jaghti xhieda ghat-twelid ta’ dinja gdida u ghall-hidma ta’ l-Ispirtu li jgib ‘il quddiem lill-holqien kollu lejn il-fidwa shiha (Mt 24, 6-8; Rum 8, 19-23).

DRIEGH U ID

Id-driegh u l-id huma normalment l-organi u s-sinjali ta’ azzjoni, espressjoni, relazzjoni. Is-simbolizmu tad-driegh ta’ spiss jissuggerixxi wkoll is-setgha; l-id tissuggerixxi l-abilita` u l-kapacita`.

1. Id-driegh u l-id ta’ Alla. Id Alla ghamlet is-sema u l-art (Is 66,2). Bhal id il-fuhhari, din taghti sura (Gob 10,8; Ger 18, 6; ara Gen 2,7). Hekk Alla jizvela s-setgha ta’ drieghU [ara "driegh il-Mulej" f’sens generali (Is 53, 1)] fil-holqien (Ger 32, 17) u fl-istorja (Dt 4, 34; Lq 1, 51). Ta’ spiss Huwa jagixxi "b’id qawwija u bi driegh merfugh". "Id-driegh tieghu qaddis" (Is 52, 10), "l-id hanina ta’ Alla" (Esd 7, 9), "id-dell ta’ idu" (Is 49, 2), drieghu mgholli ‘l fuq b’sinjal ta’ gurament (Dt 32, 40), ilkoll ifakkru fil-protezzjoni setghana li Huwa jaghti (ara Gw 10, 29). Is-sigurta` tinsab f’idejn Alla (Gherf 3, 1; ara S 31, 6 = Lq 23, 46); u meta gara li profeta "giet fuqu id il-Mulej", din kellha setgha fuqu u wasslitlu, kif tabilhaqq gara, l-Ispirtu tad-dehra (Ezek 1, 3 .....). Mhux il-kaz li id Alla "qsaret li ma tistax tifdi" (Is 50, 2). Tista’, madankollu, titqal (S 32, 4), u tahbat ghal xi hadd (Is 5, 25; ara Lhud 10, 31) meta l-imhabba persistenti li tkun tat xhieda ghaliha (ara Is 65, 2 = Rum 10, 21) tkun giet imzebilha. Bhal driegh Alla, id-driegh ta’ Kristu ghandu kull setgha (Mk 6, 2; ara Gw 10, 28); kollox huwa taghha (Gw 3, 35); hija ghandha kull rieda li tehles (Mt 8, 3).

2. Id-driegh u l-id tal-bniedem. Mqabbel ma’ dak ta’ Alla, "id-driegh tal-laham" m’ghandu ebda setgha (2 Kron 32, 8; ara Is 40, 12; Prov 30, 4). Madankollu, id-driegh ghandu wkoll tifsira fil-bniedem ta’ strument u figura ta’ attivita` vigoruza (S 18, 35). Dak li taghmel l-id hu espressjoni ta’ dak li tkun qeghda thoss ir-ruh: hena (2 Slat 11, 12), dieqa (Ger 2, 37), barka (Gen 48, 14), halfa (Gen 14, 22), u, fuq kollox, talb u adorazzjoni (S 28, 2; 1 Tim 2, 8; Gob 31, 27); fl-ahhar, idejn is-supplikant ghandhom ikunu safja (S 24, 4; Gak 4, 8; ara Is 1, 15). Jekk "id il-Mulej kienet mieghu" (ara Lq 1, 66), dan gara sabiex tharsU jew isseddaq l-azzjoni ta’ dan il-bniedem b’setgha divina (Atti 11, 21; 5, 12). Hekk, meta l-appostli jqeghdu idejhom fuq xi hadd, huma jkunu jistghu iwasslulu l-Ispirtu ta’ Alla nnifsU (Atti 19, 6; ara 1 Tim 4, 14).

Illum ukoll, l-id ta’ isqof jew ta’ presbiteru, bhal dik ta’ Kristu u ta’ l-appostli, tghaddi l-hajja -- b’mod specjali fl-azzjonijiet sagramentali.

EGITTU

1. Is-sehem ta` l-Egittu fl-istorja sagra. Fost il-gnus barranin li Israel kellu x’jaqsam maghhom, forsi hadd qatt daqs l-Egittu ma juri l-ambigwita` tas-setghat ta` din l-art. Din l-art ta` l-abbundanza hija rifugju provvidenzjali tal-patrijarki mgewwha (Gen 12,10; 42 w), tal-eziljati (1 Slat 11,40; Ger 26,21), ta` Lhud mirbuhin (Ger 42 w), ta` Gesu` fil-harba tieghU (Mt 2,13); izda ghall-istess raguni l-Egittu joffri tentazzjoni facli ghal dawk il-popli li ma ghandhom ebda ideal (Ez 14,12; Num 11,5....). Bhala imperu mimli bih innifsu u b’sahtu, l-Egittu aktar qabel ghakkes lil-Lhud (Ez 1-13); izda madanakollu l-Egittu jzomm il-prestigju tieghu f’ghajnejn Israel matul dawk is-sekli meta Israel jixxennaq ghall-kobor f’din l-art. David (2 Sam 20,23-26) u fuq kollox Salamun (1 Slat 4, 1-6) jikkupjaw lill-Egizzjani fl-organizzazzjonitaghhom tal-palazz irjali u fl-amministrazzjoni tas-saltna. Fi zminijiet ta` krizi s-Samarija (Efrajm) "lill-Egittu jsejjah" (Hos 7,11) l-istess bhalma taghmel Gerusalemm (2 Slat 17,4; 18,24; Is 30, 1-5; Ger 2,18.....; Ezek 29,7......). Bhala centru ta` kultura l-Egittu ikkontribwixxa ghat-trawwim fil-gherf ta` Mose` (Atti 7, 22); ghall-uzu tal-letteratura tieghu (l-iktar fi Prov 22, 17-23, 11). Izda, minn naha l-ohra, l-Egittu huwa art l-idolatrija u l-magija (Gherf 15, 14-19) li l-hazen fatali tieghu jaljena lill-Israeliti minn Alla taghhom (Ger 44, 8.....).

2. L-Egittu f’ghajnejn Alla. Mhu ghalhekk ta` ebda ghageb li ghandu jsir il-haqq ta` Alla kontra l-Egittu; fi zmien l-ezodu, sabiex l-Egittu jehles lil Israel (Ez 5-15; ara Gherf 16-19); fi zmien is-slaten, sabiex jikkastiga lil din l-art setghana u mimlija biha nnifisha li kienet ghamlet weghda fiergha ta` ghajnuna lil Israel (Is 30, 1-7; 31, 1-3; Ger 46; Ezek 29-32); sabiex jumilja lil dan il-gens pagan li kien gie sedott mill-bassara tieghu (Is 19, 1-5). Taht dawn it-titli kollha, l-Egittu jkompli simbolikament jirrapprezenta il-kollettivita` umana predestinata ghall-qilla ta` Alla (Apk 11,8).

Madanakollu, billi l-Egittu kien art ta` merhba, l-Egittu ma jinqatax ‘l barra ghal kollox mill-gemgha ta` Jahweh (Dt 23, 8 w). Ukoll wara li jikkastiga ‘l Egittu b’dan il-mod, Alla juri certu moghdrija lejh: l-Egizzjani jibqghu il-kreaturi tieghU, u fuq kollox Alla jkun irid iqabbadhom triq ‘l hinn mill-hazen (Gherf 11, 15 - 12, 2). Huwa ghalhekk li Alla jippjana li jikkonverti l-Egittu fl-ahhar mill-ahhar u li jghaqqdu mal-poplu tieghU, sabiex minn naha tieghu l-Egittu jkun jista` jitghallem jaqdiH (Is 19, 16-25; S 87, 4-7). Ghalkemm l-Egittu jkun gie gudikat minn dnubietu, din l-art ghad madanakollu jkollha sehem fis-salvazzjoni daqs il-gnus l-ohra kollha.

FARAG

Fis-swied il-qalb, mard, ghali u persekuzzjoni, il-bniedem jehtieg il-farag; huwa jfittex lil xi hadd biex ifarrgu. Dejjem hemm, tabilhaqq, nies illi jaharbu lill-bniedem fil-hemm bhalma jaharbu ‘l wiehed b’marda li tittiehed. Izda, talinqas il-qraba u l-hbieb tal-milqut tigihom hasra ghalih u jmorru jaqsmu n-niket mieghu u jheffuhulu (Gen 37, 35; 2 Sam 10, 2w; Gw 11, 19,31). Bi kliem u gesti tas-soltu jfittxu li jfarrguh (Gob 2, 11w, Ger 16, 5w); izda ta` sikwit dawn il-kliem li jinghadu b’kull fehma tajba ikunu aktar ta` toqol milli ta` farag (Gob 16, 2; 21, 34; Is 22, 4), ghaliex ma jistghux igibu lura lil dawk li m’ghadhomx aktar u li huma mibkijin (Gen 37, 35; Mt 2, 18). Il-bniedem ikun wahdu waqt in-niket (Gob 6, 15. 21; 19, 13-19; Is 53, 3); u Alla wkoll jidher imbieghed hafna (Gob; S 22, 2w; Mt 27, 46).

1. Stennija ghal Alla li jfarrag. Fil-mixja tal-grajja taghha, Gerusalemm kienet hasset ruhha mitluqa ghal kollox. Meta l-belt sfat imharbta u l-poplu gie eziljat, mhux biss Gerusalemm ma nghatat ebda farag mill-hbieb antiki taghha (Lam 1, 19), izda sa hasset ruhha minsija minn Alla nnifsu (Is 49, 14; 54, 6-8), u hekk qatghet qalbha.

Izda tabilhaqq, Alla jghidilha li "ghal ftit jien tlaqtek" (Is 54, 7) biex ifakkarha illi Hu l-unika u vera ghajn ta` farag. Mbaghad Hu jmur lura Gerusalemm. "Farrgu, farrgu lill-poplu tieghi, ighid Alla taghkom" (Is 40, 1; 49, 13....). Hekk Jahweh iwiegeb ghall-karba tal-belt il-mitluqa. Wara t-tghakkis li gab mieghu l-ezilju, Hu se jidhol ghaliha sabiex isehhu l-weghdiet maghmula mill-profeti tieghU (Ger 31, 13-16, ara Sir 48, 24). Dan l-intervent li jgib il-helsien hu mqanqal minn imhabba li titfisser minn xebh ta` kliem differenti. Alla jfarrag il-poplu tieghu bit-tjieba ta` raghaj (Is 40, 11; S 23, 4) bl-affett ta` missier, bil-herqa ta` mahbub jew ta` gharus (Is 54), bit-tenerezza ta` omm (Is 49, 14w; 66, 11-13).

Hekk Israel se jfisser it-tama tieghu li jkollu helsien eskatologiku bhala stennija ta` farag deciziv (Zak 1, 13). Ikun mibghut misterjuz, il-Qaddej, li se jwettaq din il-hidma (Is 61, 2); u t-tradizzjoni Lhudija, kif jidher fil-bxara t-tajba nnifisha, se ssejjah lill-Messija Menakhem, "il-farag ta` Israel" (Lq 2, 25w). Filwaqt illi jistennew iz-zmien tal-Messija, il-fidili ta` Israel jafu li Alla ma telaqhomx wahedhom. Biex ifarraghom fil-mixja taghhom fuq din l-art, Hu jaghtihom il-weghda tieghU (S 119, 50), imhabbtU (119, 76), il-Ligi u l-profeti (2 Mak 15, 9) u l-Iskrittura (1 Mak 12, 9; Rum 15, 4). B’dawn l-ghejjun ta` farag, huma jnisslu tama fit-tigrib taghhom.

2. Kristu, li jfarrag l-imnikktin. F’Gesu`, Alla tal-farag jersaq qrib il-bnedmin. Gesu` juri ruhU bhala l-Qaddej mistenni: "L-Ispirtu tal-Mulej fuqi....." (Lq 4, 18-21). Lill-imghakksin u lill-fqar, Hu jgib bxara ta` farag, l-ahbar tajba tal-hena fis-saltna ta` Missierhom (Mt 5,5). Hu gej biex jaghmel il-qalb lil dawk mghaddsa fid-dnub jew fil-mard, li hu sinjal tad-dnub (Mt 9, 2.22). Huwa joffri l-mistrieh lil dawk imhabbtin u milwijin bit-toqol (Mt 11, 28w).

Il-farag se jissokta wara t-tluq ta` Gesu` biex ikun mal-Missier; Gesu` mhux se jitlaq lil tieghU. L-Ispirtu ta` Pentekoste, illi Huwa tahom, mhu qatt se jieqaf milli jimla l-komunita` nisranija b’hegga gewwinija li taghmilhom jifilhu jhabbtu wicchom mat-tfixkil u l-persekuzzjoni (Atti 9, 31). Ir-rghajja li f’idejhom Huwa fada l-Knisja tieghU, ukoll izidu il-kliem ta` farag taghhom (15, 31). U fl-ahharnett, il-mirakli tal-Mulej f’isem dawk li jimxu warajH huma sinjali minn Alla li jfarrag, u dawn iqanqlu ferh fi qlub il-fidili (Atti 20, 12).

L-appostlu Pawlu qieghed is-sisien ghal teologija ta` farag meta huwa nduna illi mqar fi tbatijiet tal-biza` daqs il-mewt, il-farag jista` jigi minn din il-herba nnifisha meta din il-herba tinghaqad mat-tbatijiet ta` Kristu (2 Kor 1, 8-10). Dan il-farag jinstab qalb il-fidili (1, 3-7), ladarba jinzamm haj mill-ghajn ta` farag wahda u unika li tezisti, il-ferh ta` Kristu mqajjem mill-mewt. Huwa l-bidu ta` kull farag (Fil 2, 1), l-iktar ghal dawk mifrudin mil-gheziez taghhom bil-mewt (1 Tes 4, 18). Il-hidma ta` farag hi ghal kollox mehtiega fil-Knisja fis-sehem taghha bhala xhud tal-fatt li Alla dejjem ifarrag lill-fqar u l-imnikktin. (1Kor 14, 3; Rum 15, 5; 2 Kor 7, 6; ara Sir 48, 24).