Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA
Redatt taht id-direzzjoni ta’
XAVIER LEON DUFOUR
INDICI
Fiducja – Fwieha – Gid – Gisem - Gisem Kristu – Halib
Hekk kif il-bniedem jibda jhabbatr wiccu mal-hidmiet u l-perikli tal-hajja, jigi bzonn l-ghajnuna li jkun jista’ jserrah fuqha (Ebr. batah) u ta’ port kenn fejn ikun jista’ jsib kenn (Ebr. hasah); sabiex ma jigix mghattan bil-biza’ u d-dieqa izda biex ikun jista’ jippersevera waqt it-tigrib u tibqaghlu t-tama li se jilhaq l-ghan tieghu, huwa jehtieg ikollu fiducja. Izda fejn hu li se jqieghed il-fiducja tieghu?
1. Fiducja u fidi f’Alla.
Il-bniedem habbat wiccu ma’ din il-problema sa mill-bidu u Alla tah twegiba. Meta Alla cahhad lill-bniedem mill-frotta tas-sigra tal-gherf, Huwa kien qieghed daqstant jistieden lill-bniedem iqieghed il-fiducja tieghu f’Alla nnifsU bhala l-imhallef tat-tajjeb u l-hazin (Gen 2, 17). Li temmen fil-Kelma ta’ Alla huwa li taghzel bejn zewg ghamliet ta’ gherf; jigifieri, li tafda fl-gherf ta’ Alla u li titlaq it-tama fik innifsek fis-sens wiesgha ta’ dak kollu li dan ifisser (Prov 3, 5), It-twemmin fil-Kelma divina huwa fiducja fil-Hallieq kollu-setghan li ghamel kull haga fis-sema u fuq l-art (Gen 1, 1; S 115, 3.15). Il-bniedem ghalhekk ma ghandu xejn jibza’ mill-hlejjaq; pjuttost, huwa ghandu l-missjoni li jgibhom tahtu (Gen 1, 28).Izda ir-ragel u l-mara riedu iktar iqieghdu l-fiducja taghhom fi hlejqa, u tghallma mill-esperjenza li b’dik l-azzjoni kien qed ikollhom fiducja f’gidba (Gen 3, 4-6; Gw 8, 44; Apk 12, 9). It-tnejn li huma daqu l-frott ta’ din il-fiducja vojta meta hassew il-biza’ ta’ Alla u l-misthija taghhom fil-prezenza ta’ xulxin. Il-mara u l-art bdew jaghtu l-frott taghhom b’iktar hidma u tbatija. Finalment, huma kellhom jghaddu mill-mewt (Gen 3, 7.10.16-19).
Il-poplu ta’ Israel ma tghallimx mill-ezempju ta’ Abraham, li kellu fiducja sal-waqt tas-sagrificcju li "Alla jahseb hu" (Gen 22, 8-14; Lhud 11, 17). Ma strahux fuq Alla kollu-setghan li kien helishom, lanqas fuq imhabbtU li kien liberament sejhilhom biex ikunu uliedU (Dt 32, 6.10-12). Izda meta sabu lilhom infushom minghajr ebda appogg li taf taghti din l-art fid-dezert (Ez 16, 3), huma karbu li jergghu jittiehdu bhala lsiera u gergru kontra l-Mulej. Matul l-istorja kollha tieghu, Israel ghazel li ma jistriehx fuq Alla tieghu (Is 30, 15; 50, 10), izda minflok ghazel iktar l-idoli li l-profeti sejhu bhala nies li jghixu "fil-gideb" (Ger 13, 25) u "fix-xejn" (Is 59, 4; ara S 115, 8). L-ghorrief jishqu fuq il-bluha ta’ dawk li ghandhom il-fiducja taghhom fil-ghana (Prov 11, 28; S 49, 7w), fil-qawwa fizika (S 62, 11), u fil-mexxejja ta’ din l-art (S 118, 8w; 146, 3). Huwa l-ibleh biss li ghandu fiducja fil-gudizzju tieghu nnifsu (Prov 28, 26). "Mishut il-bniedem li jittama fil-bnedmin....Mbierek il-bniedem li jittama fil-Mulej" (Ger 17, 5.7).
Gesu` jishaq fuq il-htiega li nimxu fuq dan il-kliem meta Huwa jfakkar fil-htiega ghal ghazla sa mill-bidu li tichad lil kull sid u mulej hlief dak li l-qawwa, gherf u mhabba ta’ missier tieghU jaghmluH jisthoqq kull fiducja assoluta (Mt 6, 24-34). Minflok ma jafda fil-gustizzja tieghu (Lq 18, 9.14), il-bniedem ghandu jfittex il-gustizzja tas-saltna (Mt 5, 20; 6, 33), gustizzja li Alla jaghti biss lil min ghandu l-fidi (Fil 3, 4-9).
2. Fiducja u talb umli.
Din il-fiducja f’Alla msejsa fil-fidi hi soda daqskemm hi soda l-umilta` ta’ persuna. Biex ikollok fiducja, mhux biz-zejjed li tghid li mhix daqstant importanti s-setgha ta’ qawwiet il-hazen fit-tfittxija taghhom ghall-kontroll tad-dinja (Mt 4, 8w; 1 Gw 5, 19). Wisq inqas m’ghandu l-bniedem jinsa li huwa midneb. Dak li hu l-iktar importanti hawnhekk huwa li wiehed jaghraf l-omnipotenza u l-hniena tal-Hallieq li jixteiq isalva lill-bnedmin kollha (1 Tim 2, 4) u jaghmilhom l-ulied adottivi tieghU f’Gesu` |Kristu (Efes 1, 3-5).Guditta kemm ghallmet kif ukoll tat ezempju l;i ma jintesiex ta’ fiducja assolutaw (Gdt 8, 11-17; 13, 19). Hija talbet lil Alla sew bhala s-salvatur ta’ dawk li jinsaqbu f’qaghda ta’ disperazzjoni sew bhala Alla tal-fqajrin (9, 11). Din ir-rabta li ma tinfiridx bejn fiducja u umilta` tinsab espressa fit-talba ta’ xi fqajra bhal Susanna, li kienet tinsab bla ebda difiza u f’periklu tal-mewt, izda li kellha qalbha tittamas f’Alla (Dan 13, 35). Huwa "minn qiegh l-art" (S 130, 1) li johorgu l-karbiet kollhom fiducja tas-salmi: "Imma jien, fqajjar u msejken, ghandi ‘l Sidi jahseb fija" (S 40, 18); "fit-tjieba tieghek nitma" (13, 6); "min jittama fil-Mulej jithaddan bil-hniena" (32, 10); "Hienja dawk kollha li jistkennu fih!" (2, 12). Is-Salm 131 huwa l-iktar espressjoni pura ta’ din il-fiducja umli li Gesu` se jaghmilha perfetta.
Huwa jsejjah lid-dixxipli tieghU biex jinfethu bhal tfal zghar ghar-rigal ta’ Alla (Mk 10, 15).It-talb lil Missierna li jinsab fis-smewwiet zgur li se jikseb kollox (Lq 11, 9-13p), inkluz ir-rigal tal-gustifikazzjoni u s-salvazzjoni (Lq 7, 50; 8, 13w). Din it-talba tregga’ lura lill-bniedem is-setgha tieghu fuq il-holqien (Mk 11, 22-24; ara Gherf 16, 24). Sadattant ulied Alla ghandhom jistennew li dawk ta’ bla Alla se jiddiehku bihom u jippersegwitawhom sewwasew minhabba fil-fiducja ghamja taghhom bhal dik tat-tfal. Din kienet l-esperjenza ta’ Gesu` nnifsU (Mt 27, 43; ara Gherf 2, 18) hekk kif ikkonsma s-sagrificcju tieghU u miet b’ghajta ta’ fiducja fuq xufftejH (Lq 23, 46).
3. Li tafda b’hafna fiducja u hena. Permezz ta’ dan l-attta’ mhabba mimlija fiducja, Gesu` ghamel rebha fuq is-setghat kollha tal-hazen u geibed lill bnedmin kollha lejH (Gw 12, 31w; 16, 33). Huwa mhux biss gibed il-fiducja taghhom, izda ghamel pedament sod minn kemm huma kienu jafdaw. Hekk id-dixxiplu fiducjuz isir xhud fidil li jafda ghaliex Alla nnifsU hu ta’ min joqghod fuqU, ghax huwa zgur li l-grazzja ta’ Alla se twettaq hidmietha (Atti 20, 32; 2 Tess 3, 3w; Fil 1, 6; 1 Kor 1, 7-9). San Pawl jimmanifesta din il-fiducja fi zminijiet ta’ krizi ,wkoll (Gal 5, 10), u din taghtih sahha li ma bhalha biex jipproklama l-Kelma ta’ Alla b’liberta` assoluta (parresia) (1 Tess 2,2; Atti 28, 31). L-ewwel dixxipli kienu xiehda mdehnin b’fiducja kbira; kienu l-fiducja u t-talb li ghamluhom xiehda bhal dawk (Atti 4, 24-31).
Li tafda b’mod daqstant sod hija kondizzjoni ghall-fedelta` (Lhud 3, 14) u taghti lix-xiehda ewlenin ghal Kristu kuragg hieni u nobbli (3, 6). Huma jaghrfu li jistghu jidhlu sa quddiem it-tron tal-grazzja (4, 16) tul il-moghdija miftuha bid-demm ta’ Gesu` (10, 19). Huma ghandhom certu ardir li ma jibzghux (13, 6) u jafu sew f’min qeghdu l-fiducja taghhom (2 Tim 1, 12); ghax xejn mhu se jifridhom mill-imhabba ta’ Alla (Rum 8, 38w) li l-ewwel iggustifikhom, mbaghad sawwab imhabbtU fi qlubhom biex jimlihom bil-hila u bit-tama fis-sofferenzi (Rum 5, 1-5). F’dan kollu huma kienu konvinti li kollox kien qieghed jahdem id f’id ghall-gid taghhom (Rum 8, 28).
Din il-fiducja li hi kondizzjoni ghall-fedelta` lejn l-obbligi nsara hija min-naha taghha msahha bil-fedelta` nnifisha. It-tharis tal-kmandamenti ta’ Kristu huwa l-prova ta’ mhabba (Gw 15, 10) li mbaghad taghti lill-fiducja dimensjoni ghalkollox gdida u iktar shiha. Huma dawk biss li jipperseveraw fl-imhabba li se jkollhom mohhom mistrieh ghalkollox meta Kristu jigi bhala mhallef, ghax l-imhabba perfetta telimina kull biza’ (1 Gw 2, 28; 4, 16-18). Il-perseveranza fl-imhabba tassigura lin-nisrani, issa li Alla jisma u jwiegeb it-talba tieghu, li d-dieqa tieghu t’issa ghad tinbidel f’hena, dik l-hena li hadd ma jista’ jehodlu ghax hi l-hena ta’ Bin Alla (Gw 16, 20-22; 17, 13).
L-istess bhalma jaghmlu l-popli kollha tal-Lvant, Israel kien ukoll juza hafna fwejjah: u l-Iskrittura ssemmi xejn inqas minn tletin ghamla ta` fwieha. Il-Patrijarki joffruhom lil Guzeppi (Gen 43,11); Salamun (1Slat 10,2.10; ara Gen 37,25) u Hezekija (2Slat 20,13) kellhom monopolju fil-bejgh tal-fwejjah. Il-fwieha kellha daqstant sehem mill-hajja daqskemm kellhom l-ikel u x-xorb. It-tifsira taghha hija wahda doppja: fil-hajja socjali, hija sinjal ta` ferh jew espressjoni ta` l-intimita` tal-persuni involuti; fil-liturgija, il-fwieha hija simbolu ta` offerta u qima.
1. Il-fwieha u l-hajja socjali. Li taghmel il-fwieha huwa mod kif tesprimi minn barra l-ferh li hemm gewwa qalbek (Prov 27,9). Ifisser ukoll li tkun qed taghmel lilek innifsek isbah minn qatt qabel: il-mistednin ghall-banketti "bl-ifjen zejt jindilku" (Gham6,6) kif ukoll il-mahbubin fil-waqt tal-kongungiment taghhom (Prov 7,17). Li tferra` l-fwieha fuq ras il-mistieden huwa sinjal tal-ferh li tkun qed thoss meta qed tilqghu f’darek (Mt 26,7p) u li tonqos milli taghmel dan juri li ma tafx kif imorru l-affarijiet (Lq 7,46). Mill-banda l-ohra fi zmien il-vistu dawn is-sinjali ta` ferh jitghakksu (2 Sam 12,20; 14,2). Madankollu, id-dixxipli ta` Kristu xorta jibqghu jaghmlu l-fwieha meta jsumu, sabiex ma jidhrux li qed iqarrsu wicchom (Mt 6,17) lanqas ma jtellfu l-ferh tassew nisrani billi jidhru soghbenin.
Il-fwieha jista` kultant ikollha sens iktar intimu: sens li bih wiehed jifhem il-prezenza fizika ta` persuna b’mod aktar sottili u penetranti. Hija dik il-vibrazzjoni silenzjuza li tghix bin-nifs ta` persuna li juzaha u taghti lemha tal-hajja gewwa fih. Hu ghalhekk li Ester (Est 2,12-17) u Guditta (Gdt 10,3-4) indilku b’zejt u mirra sabiex ikunu jistghu iqanqlu ahjar is-sentimenti ta` dawk li riedu jhajjru. Ir-riha ta` ghalqa li harget mill-hwejjeg ta` Gakobb (Gen 27,27) huwa sinjal li kellu fuqu l-barka ta` Alla; l-gharusa fl-Ghanja tqabbel il-prezenza tal-mahbub taghha ma` "l-ispika", ma` "borza mirra" (Ghan 1,12) jew fwieha (1,3), filwaqt li l-gharus taghha isejhilha "il-mirra tieghi, u l-balzmu wkoll" (5,1; ara 4,10).
2. Fwieha u liturgija. Fl-ghoti tal-qima id-dinja tal-qedem kienet taghmel uzu kbir mill-fwejjah, bhala simboli ta` offerta; u Israel adotta din id-drawwa. Il-liturgija tat-Tempju kienet tehtieg li jkun hemm artal ta` l-incens (Ez 30,1-10), cnieser (1Slat 7,50) u kwies bl-incens (Num 7,86); sagrificcju ta` incens ifuh kien jinharaq kull filghodu u filghaxija b’qima hienja (Ez 30,7w; Lq 1,9-11). Il-fwieha ta` l-incens li titla` mad-duhhan kienet sinjal tal-fohrija moghtija lil xi alla (Gherf 18,21; S 141,2; Apk 8,2-5; 5,8); u l-hruq ta` l-incens kien ifisser li tqim u tikkalma ‘l Alla (1Slat 22,44; 1Mak 1,55).
Izda jista` jkun hemm biss kult wiehed: il-kult ta` Alla veru. B’rizultat ta` dan, ghaldaqstant, l-incens u l-fwieha tieghu huma simbolu tal-qima perfetta, tas-sagrificcju mhux imdemmi, li l-gnus kollha ghad joffru lil Alla fi zminijiet eskatologici (Mal 1,11; Is 60,6; ara Mt 2,11). Din il-qima perfetta sehhet tabilhaqq bi Kristu: Huwa ta lilU nnifsU bhala "offerta u sagrificcju jfuhu quddiem Alla" (Efes 5,2; ara Ez 29,18; S 40,7). Dan ifisser li hajtU inharqet bhala ghotja ta` mhabba li toghgob lil Alla.
Minn naha tieghu, in-nisrani, li jigi konsagrat bi Kristu fil-maghmudija tieghu bis-sinjal taz-zejt tal-grizma, li jigi mill-ahjar hwawar (Ez 30,22-25), hu fid-dmir li jxerred ma` kullimkien il-fwieha ta` l-gharfien ta` Kristu (2 Kor 2,14-17) billi jiehu hsieb li l-inqas haga li jaghmel tkun "bhala offerta tfuh u sagrificcju milqugh u moghgub minn Alla" (Fil 4,18).
Dak kollu li jinghad fit-TQ u fit-TG dwar il-gid u l-faqar jidher li hu radikalment bil-maqlub. Fil-fatt, huwa sewwasew meta Kristu jikxef is-saltna tas-smewwiet bhala dak it-tezor imprezzabli li jiswa s-sagrificcju tal-gid kollu li wiehed ghandu (Mt. 13,44) illi Huwa juri kemm il-gid materjali kollu ma jfisser xejn, minkejja li dan jigi stmat hafna fl-gholi. Madankollu, Huwa jkompli t-tema tat-TQ, li skondha kull gid li ma jigix ricevut bhala rigal minghand Alla huwa fieragh u perikoluz; u Huwa jwettaq u ma jeqridx il-weghdiet qodma li skondhom Alla jghani ‘l maghzulin tieghU. Jekk il-gid huwa perikoluz, u jekk il-perfezzjoni evangelika tikkonsisti filli tissagrifikah, dan mhux ghax l-ghana huwa hazin fih innifsu, izda ghaliex Alla biss huwa "tajjeb" (Mt. 19,17) u huwa Hu nnifsu li hu l-ghana taghna.
I. ALLA JGHANI LILL-MAGHZULIN TIEGHU
1. Il-gid hu haga tajba. Ukoll fl-aktar testi recenti, it-TQ ghandu ghal qalbu l-fohrija li jaghti lil persunaggi qaddisa fl-istorja ta’ Israel: Gob wara t-tigrib tieghu; is-slaten qaddisa; David u Hezekija (2 Kron. 32,27w). Bhal fil-Grecja ta’ zmien Omeru, hekk ukoll f’Israel il-gid jidher li hu assoccjat man-nobbilta’ , u Alla jghani lil dawk li Huwa jhobb: Abraham (Gen. 13,2), Izakk (26,12w), Gakobb (30,43); u t-tribujiet kienu jsejsu lilhom nfushom fuq l-ghana. Efrajm jircievi kull barka mis-sema (ix-xita), mill-qiegh (ghejjun), u mis-sider u l-guf (49,25). Guda tassew ghandu biex jiftahar: "Bl-inbid homor ghajnejh, u snienu bojod bil-halib" (49,12). Fl-art li Jahweh iwieghed lill-poplu tieghU, m’hemm ebda haga li se tkun fil-ghaks jew bin-nieqes (Dt. 8,7-10; 28,1-12).
Ukoll il-gid l-iktar materjali hu haga tajba, b’mod partikolari jassigura indipendenza prezzjuza, izomm il-fqir milli jitlob bil-hniena (Prov. 18,23) u lil min jissellef milli jaqa` f’idejn minn silfu (22,7), jikseb hbiberiji utli (Sir. 13,21w). L-akkwist ta’ dak il-gid jipprezumi li hemm kwalitajiet umani ta’ mertu kbir: diligenza (Prov. 10,4; 20,13), gherf (24,4), realismu (12,11), kuragg (11,16), razan (21,17).
2. Il-gid, haga tajba relattiva u sekondarja. Il-gid jista’ jkun haga tajba, izda qatt ma jigi prezentat bhala l-ahjar haga tajba li jista’ jkun hemm; wiehed jippreferi, per ezempju, li jkollu nuqqas ta’ inkwiet (Prov. 15,16), fama tajba (22,1), sahha (Sir. 30,14w), haqq (Prov. 16,8). Malajr naraw x’inhuma l-limitazzjonijiet tal-gid; hemm diversi hwejjeg li ma jistghux jinxtraw; li wiehed jehles mill-mewt (S. 49,8), li jholl l-imhabba (Ghan. 8,7). Il-gid jikkawza hafna thassib zejjed: ghandek nies li jiftaqru ghax issibhom dejjem jitimghu lil hbiebhom parassiti (Koh. 5,10) u jkunu l-barranin li jirtu gidhom (6,2). Huwa dejjem mehtieg li tippreferi jkollok l-gherf, u l-ghajn tieghu, milli l-gid (1 Slat. 3,11w; Gob 28,15-19; Gherf 7,8-11); dan hu t-tezor, il-gawhra prezzjuza li jixirqilha kull thassib (Prov. 2,4; 3,15; 8,11).
3. Rigal ta’ Alla. Il-gid huwa sinjal tal-generosita` divina; huwa wiehed mill-elementi tal-milja tal-hajja li Alla qatt ma jieqaf iwieghed lill-maghzulin tieghu. Jewwilla l-ghana mhuwiex ir-rizultat qaddis ta’ kull sforz? Hekk dan isir sinjal ta’ twettieq u glorja (S 37, 19), filwaqt li l-faqar huwa sinjal ta’ falliment u dizunur (Gen 12, 13). Flimkien ma` ghajxien ghal zmien twil, is-sahha, u l-istima tal-bnedmin, il-gid jaghmel sehem mis-sliem u l-milja tal-hajja. Jekk Alla jibda jiehu hsieb xi hadd b’mod specjali, dan jaghmlu biex iwettqu ghalkollox b’kull milja; persuna li jkun qed jiehu hsiebha ma jkun jonqosha xejn (S 23, 1; 34,10). Fid-dezert tema` lill-poplu tieghU sa ma xebbaghhom (Ez 16, 8-15; S 78, 24-29), u temaghhom bilwisq iktar fl-art imweghda (Lev 26, 5; 25, 19; Dt 11, 15; Neh 9, 25). Meta Huwa jilqa` l-bnedmin fl-ghamara tieghU, it-tempju, Huwa jimlihom sa xfar ghajnejhom (S 23, 5; 36, 9); u, fil-milja tal-hena li l-prezenza ta’ wiccU taghti (S 16, 11), jekk hemm xi haga li trid tintwera minbarra l-abbundanza ta’ ikla festiva, hemm ir-rikonoxximent ta’ poplu li jemmen fil-generosita` ta’ Alla u li jara sinjali taghha fir-rigali tieghU (Dt 16, 14w), L-amar ta’ ghoti ta’ flus b’karita` huwa msejjes fuq din it-tixbiha tal-generosita` divina : "Kun ghall-iltiema daqskieku missierhom..... u ssir bhal bin il-Gholi" (Sir 4, 10; ara Gob 31, 18).
4. Alla jimla bil-gid tieghU.
Il-gid li Alla jimliena bih f’IbnU huwa dak li nistghanu "f’kull kelma, f’kull gherf" (1 Kor 1, 5), dik "il-ghana bla qjies tal-grazzja tieghU" (Efes 2, 7). Dan huwa gid li hu differenti mill-ghana ta’ din id-dinja, li xejn minnu ma jista’ qatt jaqtalna ghalkollox il-guh (Gw 6, 35) jew il-ghatx taghna (4, 14). Dan il-gid jigi, madankollu, mill-generosita` divina. Ghalhekk Pawlu jistieden lill-insara biex jaghtu bl-ikbar generosita` minn gidhom materjali, ghaliex kienu nghatawlhom hafna rigali spiritwali (2 Kor 8, 7). U, barra minn hekk, meta huwa jweghdhom li Alla se jpattilhom billi "jfawwarkom b’kull xorta ta’ barka" (9, 8), huwa ma jeskludix li jkollhom "kull ma hu bizzejjed ghalikom" u li "intom tistaghnu b’kull gid" (9, 8.11).Wara t-tkattir tal-hobz mhuwiex b’kumbinazzjoni li l-evangelji jishqu fuq il-gwielaq mimlija bil-hobz li kien fadal (Mt 14, 20; 15, 37; 16, 9w); din hija xi haga tipika tar-rigali ta’ Alla. Il-hsieb tax-xaba` huwa wiehed profondament nisrani : min jersaq lejn Kristu mhux se jerga` jiehdu l-guh (Gw 6, 35) jew jaqbdu l-ghatx (4, 14). Alla jipprovdi bil-kif ghall-maghzulin tieghU; ma jaghtihomx cans jisghob bihom jew jghiru. Il-faqar evangeliku jwarrab kull kumpless ta’ inferjorita’ , u risentiment fil-qalb tal-bniedem. Ukoll fil-faqar tieghu, in-nisrani hu iktar ghani mid-dinja. Pawlu josserva li huwa jghix "bhal nies li ma ghandhom xejn, ghad li kollox huwa taghna!" (2 Kor 6, 10). Gwaj ghall-bniedem artab li jahseb li hu xi ghani, meta dan jonqsu l-uniku tezor veru (Apk 3, 16w); u henjin il-fqajrin u dawk li huma persegwitati : ghax dawk huma l-ghonja (2, 9).
II. IL-QERQ U L-PERIKLU TAL-GID
Jekk Alla jghani lill-hbieb tieghU, dan ma jfissirx li l-gid kollu huwa rizultat tal-barka tieghU. Il-folklor antik gieli jirrakkonta dwar gid li jkun inkiseb hazin, izda dawk il-hwejjeg li jinkisbu b’mod ingust mhem ebda qligh fihom (Prov 21, 6; 23, 4w; ara Hos 12, 9). Il-hziena jahznu ghana fuq ghana izda saflahhar ikun il-bniedem gust li jiret kollox (Prov 28, 8). Il-gid ma jinkisibx sew jekk dan ihalli barra lill-bicca l-kbira tan-nies mill-gid ta’ din l-art u jhallih jitgawda minn ftit nies privileggati. "Gwaj ghal dawk li jzidu dar ma` dar, u jghaqqdu ghalqa ma` ghalqa, sakemm ma jibqax aktar wisa` u tibqghu tghammru wehidkom f’nofs il-pajjiz!" (Is 5, 8); "djarhom mimlija serq; ghalhekk kibru u staghnew; simnu u tlibbsu sabih" (Ger 5, 27w).
L-ghonja li jahsbu li jistghu jghaddu minghajr Alla huma hziena. Huma jiftahru bl-ghana materjali u jaghmluhom il-belt qawwija taghhom (Prov 10, 15), ghax jinsew li Alla wahdU hu l-fortizza taghhom li ma tintrebahx (S 52, 9). Art li "imtliet bil-fidda u d-deheb..... biz-zwiemel u l-karrijiet taghhom bla qjies" tkun art li mtliet bl-idoli (Is 2, 7w). "Min iserrah fuq gidu jispicca biex jaqa`" (Prov 11, 28; ara Ger 9, 22). Minflok ma jsahhu il-patt, ir-rigali divini jistghu jaghtu lok ghac-cahda tieghu : "Aktar ma mtlew u xebghu, aktar tkabbret qalbhom, u lili nsewni!" (Hos 13, 6; Dt 8, 12w). Israel jinsa l-hin kollu l-ghajn tal-barkiet kollha tieghu (Hos 2). Dalwaqt tarah jaghtiha ghal prostituzzjoni b’dak l-istess tizjin li jafu lill-imhabba ta’ Alla tieghu (Ezek 16). Huwa difficli li tibqa` fidil fi zmien il-ghana, ghax il-hajja bla tbatija taghlaq il-qlub (Dt 31, 20; 32, 15; Gob 15, 27; S 73, 4-9). Iktar minn hekk, sultan ukoll ikun qed juri gherfu meta huwa ma jafdax fil-fidda u fid-deheb (Dt 17, 17) u meta jtenni t-talba li biha Agur jigbor l-esperjenza tieghu quddiem Alla : "Taghtinix la faqar u lanqas ghana, izda aghtini l-ikel li nehtieg. Ghax jekk ikolli bix-xaba`, nista’ nichdek, u nghid : ‘Min hu l-Mulej?’ Jekk niftaqar , nasal biex nisraq u nkasbar l-isem ta’ Alla" (Prov 30, 8w).
It-TG minn naha tieghu jaghmel uzu tajjeb minn dak li jghid it-TQ dwar il-gid. Il-kliem iebes ta’ Gakbu kontra l-ghonja mikluba u l-gid imherri taghhom qiesu l-istess kliem li jghidu l-iktar profeti qawwija u horox (Gak 5, 1-5). "Dawk li huma ghonja bil-gid ta’ din l-art" huma mwiddbin "biex ma jitkabbrux u ma jqeghdux it-tama taghhom f’ghana li ma tistax torbot fuqu, imma li ghandhom jittamaw f’Alla li jaghtina kollox bix-xaba` biex ingawdu bih" (1 Tim 6, 17). "Il-kburija tal-hajja" huwa dak li fiha d-dinja; ma tistax thobb lil Alla u lid-dinja (1 Gw 2, 15w).
III. ALLA JEW IL-FLUS
1. Din il-bidla fl-evangelji
dwar il-gid hija wahda harxa hafna. L-espressjoni "Hazin ghalikom, intom l-ghonja, ghax il-farag taghkom hadtuh" (Lq 6, 24) hija wahda ta’ kundanna li ma tistax titregga` lura. Dan jispikka meta l-beatitudnijiet u s-sahtiet tad-Diskors tal-Muntanja jitqabblu mal-barkiet u s-sahtiet imweghda mid-Dewteronomju (fix-xena mill-isbah ta’ Sikem) skond il-fedelta’ jew nuqqas ta’ fedelta’ ta’ Israel lejn il-Ligi (Dt 28). Id-differenza bejn it-TQ u t-TG ma tidher imkien daqstant kbira daqskemm tidher hawnhekk.Fil-fatt il-bxara t-tajba tas-saltna tipproklama ir-rigal assolut ta’ Alla, l-ghaqda perfetta, id-dhul fl-ghamara tal-Missier; sabiex tircievi dan kollu, trid taghti kull ma ghandek. Biex tikseb il-gawhra prezzjuza, it-tezor li ma bhalu, jenhtieg li tbiegh kollox (Mt 13, 45w); ghaliex wiehed ma jistax jaqdi zewg sidien (Mt 6, 24). U l-flus huwa sid bla hniena : johonqu l-kelma tal-bxara t-tajba (Mt 13, 22); igieghlu l-bnedmin jinsew dak li hu tassew veru, li Alla jigi fuq kollox (Lq 12, 15-21); ghal min ikun qed iterraq fuq il-moghdija tal-perfezzjoni, il-flus jafu wkoll jaghlqu l-iktar qalb disposta (Mt 19, 21w). Il-htiega li jigi sagrifikat kollox hija ligi assoluta u jidher li ma hi se tittollera ebda eccezzjoni jew tibdil : "Hekk ukoll hadd ma jista’ jkun dixxiplu tieghi jekk ma jitlaqx gidu kollu" (Lq 14, 33; ara 12, 33). L-ghani li t-tajjeb tieghu ircevih f’hajtu (Lq 16, 25) u li ha l-farag tieghu (6, 24) f’din id-dinja ma jistax jidhol fis saltna; se jkun "ehfef li gemel jghaddi minn ghajn ta’ labra" (Mt 19, 23w). Jistghu jircievu l-bxara t-tajba l-fqajrin biss (Is 61, 1 = Lq 4, 18; Lq 1, 53). Billi Kristu ftaqar minhabba fina, ahna staghnejna permezz tal-faqar tieghU (2 Kor 8, 9) bl-Evangelju tal-ghana tieghU (Efes 3, 8).
2. Aghti lill-foqra. Titlaq il-gid mhux bilfors ifisser li tghaddi kollox lill-ohrajn. Ukoll fost dawk li jsegwu lill Gesu`, hemm xi nies li huma tat-tajjeb. Huwa wiehed ghani minn Arimatija li rcieva il-gisem tal-Mulej fil-qabar tieghu (Mt 27, 57). Il-bxara t-tajba ma trid ‘il hadd jehles minn gidu bhallikieku dan kien xi xkiel; il-htiega titlob tqassim fost il-foqra (Mt 19, 21; Lq 12, 33; 19, 8). Jekk bniedem ghani hekk jaghmel "hbieb bis-sahha tal-qligh dizonest" -- ghaliex liema gid f’din id-dinja mhuwiex imcappas b’xi ingustizzja? -- huwa jista’ jistenna lil Alla jiftahlu t-triq iebsa li twassal "fl-gherejjex ta’ dejjem" (Lq 16, 9). L-iskandlu ma kienx filli kien hemm ragel ghani u wiehed fqir jismu Lazzru, imma li Lazzru kellu "x-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’` mill-mejda tal-ghani" (Lq 16, 21) u li ma ircieva l-anqas farka minn dak li waqa’. Min hu ghani ghandu responsabbilta’ lejn il-fqar. Min jaqdi ‘l Alla jaghti gidu lill-foqra, filwaqt li min jaqdi lil mammona jibqa’ jzommu ghalih u jserrah hajtu fuqu.
Finalment, l-ghana tassew mhuwiex dak li bniedem ikollu, izda kemm bniedem jaghti. Meta taghti tkun qed iggib fuqek il-generosita` ta’ Alla. Sew ghal minn jaghti sew ghal min jircievi "jitla innu ta’ radd il-hajr quddiem Alla" (2 Kor 9, 11). Ghax meta jaghti, il-bniedem ghani jkun qed jaghmel esperjenza diretta li "min jaghti hu aktar hieni minn min jiehu" (Atti 20, 35).
B’mod tassew differenti minn dak li soltu nahsbu, il-gisem mhuwiex biss tahlita strutturata ta’ laham u ghadam li kull bniedem ghandu fuq din l-art, li johrog minnha f’mewtu, u li jerga` jilbes fil-jum tal-qawmien mill-imwiet. Pawlu, fit-teologija tieghu dwar il-gisem, fassal dinjita` bil-wisq ikbar minn hekk. Mhux biss il-gisem jghaqqad ghadd ta’ membri llkoll flimkien (u dan hu s-sens tal-Grieg, li mid-dehra Pawlu jzomm skond il-hrafa tal-membri tal-gisem f’1 Kor 12, 14-27) izda jirrafigura wkoll lill-bniedem fl-iktar fazijiet sinjifikattivi tieghu : l-istat tieghu ta’ midneb sa minn twelidu, il-konsagrazzjoni tieghu lil Kristu, il-hajja kollha glorja tieghu.
I. "GISEM" U "LAHAM"
Fit-TQ, sew gisem sew laham jitlissnu bl-istess kelma basar. Il-firda li giet wara fil-Grieg tat-TG (sarks ghal laham u soma ghal gisem) tista` biss tiftihem fl-ghana kollu taghha fid-dawl tal-fidi.
1. Id-dinjita` tal-gisem. Bhal f’diversi ilsna, gisem ta’ sikwiet ifisser l-istess realta` bhal laham. Hekk, il-hajja ta’ Gesu` ghandha tidher fil-gisem taghna daqskemm tidher f’lahamna (2 Kor 4, 10w). Il-bniedem Semita jhares bl-istess qima sew lejn il-gisem sew lejn il-laham ghaliex it-tnejn li huma flimkien jaghmlu bniedem wiehed u shih.
Pawlu jenfasizza li l-gisem ghandu dinjita`. Huwa ma juzax il-kelma gisem meta jrid jghid katavru - li mhuwiex l-istess bhalma jaghmlu awturi ohra fit-TG (Mt 27, 52.58w; Lq 17,37; Atti 9,40). Pawlu jirriserva ghall-gisem wahda mid-dinjitajiet umani tal-bniedem, is-setgha li jnissel il-hajja (Rum. 1, 24; 4, 19; 1 Kor 7, 4; 6, 13-20). Iktar minn hekk, meta Pawlu jsemmi dak kollu li jghaddi u li hu dghajjef fil-bniedem, jigifieri dak kollu li hu ghalkollox uman - u specjalment l-element ta’ dnub li hemm fil-bniedem - huwa jattribwixxi dawn l-aspetti mhux lill-gisem imma lil-laham. Hekk huwa ma jaghmilx elenku tad-dnubiet tal-gisem. (Ir-referenza ghal min "jidneb kontra gismu stess" f’1 Kor 6, 18 wisq probabli tirreferi ghal dnub kontra l-persuna tal-bniedem kollha kemm hi). Fih innifsu l-gisem ghandu jintwera rispett mill-bniedem ghaliex il-gisem hu espressjoni tal-persuna kollha.
2. Il-gisem kontrollat mil-laham. Izda il-laham, fejn jghammar id-dnub (Rum 7, 20), jiehu kontroll fuq il-gisem. Ghalhekk minn issa ‘l quddiem jezisti "dan il-gisem tad-dnub" (6,6), l-istess bhalma jezisti "id-dnub fil-gisem" (8,3). Id-dnub ghandu il-kapacita` jiddomina l-gisem (6,16) biex jigri li l-gisem innifsu jwassal ghall-mewt (7, 24). Hekk il-gisem jitnizzel ghal qaghda baxxa (Fil 3, 21), kondizzjoni mizera (1 Kor 15, 43); mimli xewqat hziena (Rum 6, 12), il-gisem jibda jghix skond ghemilu (8, 13). F’din it-teologija ta’ Pawlu, il-gisem jaqa` taht tlett setghat li gabu l-laham fil-jasar: il-Ligi, id-dnub u l-mewt (ara 7,5). F’dan il-kuntest, "il-gisem" ma jfissirx il-bniedem tad-demm u l-laham kif johrog minn idejn il-Hallieq, izda l-bniedem li gie mjassar bil-laham u bid-dnub.
II. IL-GISEM U L-MULEJ
1. Il-Gisem ghall-Mulej. Il-Korintin li taslilhom ittra minghand Pawlu kienu bdew jahsbu li z-zina kien att indifferenti, u li ma kellu ebda konsegwenza serja. Ir-risposta ta’ Pawlu ma ggibx bhala argument li r-ruh hija spirtu u lanqas ma joqghod jiddistingwi bejn hajja vegettativa u ghamla ta’ hajja superjuri li tinsab fil-periklu minhabba f’din ix-xorta ta’ mgieba. Huwa jikteb li "l-ikel ghaz-zaqq, u z-zaqq ghall-ikel, u Alla jeqridhom, ‘il dan u ‘l din. U l-gisem mhux ghaz-zina, imma ghall-Mulej, u l-Mulej ghall-gisem" (1 Kor 6, 13). Ghall-kuntrarju taz-zaqq, li taqa` taht is-setgha tal-laham li jghaddi malajr (ara Fil 3, 19) u li ma jistax jiret is-saltna ta’ Alla (1 Kor 15, 50), il-gisem ghad jerga` jqum bhal kif ghamel il-Mulej (1 Kor 6, 14); ghaliex il-gisem huwa membru ta’ Kristu (6, 15), it-tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu (6, 19). Ghaldaqstant, il-bniedem ghandu jaghti glorja lil Alla permezz ta’ gismu (6, 20). Filwaqt li l-laham jintemm fit-trab, il-gisem huwa kkonsagrat lill-Mulej. Dan huwa t-tnissil tad-dinjita` bla ebda xebh iehor li ghandu l-gisem.
2. Il-gisem ta’ Kristu. Biex inkunu aktar ezatti, id-dinjita` tal-gisem tinkiseb mill-fatt li l-gisem gie mifdi minn Kristu, Gesu` libes "il-gisem tal-laham" (Kol 1, 22) Hu li kien "imwieled taht il-ligi" (Gal 4,4). Minhabba fil-fatt li Gesu` dahal "f’sura ta’ gisem tad-dnub" (Rum 8,3), "sar hu nnifsu sahta ghalina" (Gal 3, 13); tabilhaqq "Alla ghamlu dnub ghalina (2 Kor 5, 21). Finalment, ghalkemm Hu kien suggett ghas-setgha tad-dnub, "Hu, li miet, miet darba ghal dejjem ghad-dnub" (Rum 6, 10). B’dan il-mod, Huwa rebah fuq il-mewt, fuq il-laham u fuq id-dnub biex hekk is-setghat li sallbu lil Gesu` tnezzghu minn kull qawwa li kellhom (1 Kor 2, 6-8; Kol 2, 15). Huwa kkundanna d-dnub (Rum 8, 3) u bidel is-sahta tal-Ligi f’barka (Gal 3, 13w; Efes 2, 15). Hekk mhux biss Huwa helisna mill-jasar, imma f’sens aktar strett Huwa gissimna fiH innifsU. It-tifsira shiha ta’ hajtU u tat-tbatija redentiva tieghU hi li issa hemm gisem "wiehed" biss, il-gisem ta’ Kristu.
3. Il-gisem tan-nisrani. Ghal dawn ir-ragunijiet, kull fidil li jinsab maghqud ma’ Kristu jista` jirbah permezz tal-gisem ta’ Kristu dawk is-setghat li darba kien imjassar tahthom - il-Ligi, id-dnub, u l-mewt. In-nisrani miet ghal-Ligi (Rum 7, 4) u issa "inqered dan il-gisem tad-dnub" (Rum 6,6) biex hekk in-nisrani neza` mill-gisem tad-dnub li jwassal ghad-dnub (Kol 2, 11). Meta n-nisrani jiehu l-maghmudija huwa jkun b’dan il-mod accetta li jiehu fuqu l-hajja kollha ta’ Kristu, u ghaldaqshekk in-nisrani jibda jfassal il-hajja tieghu ta’ kuljum fuq dik ta’ Kristu : kif jghid Pawlu, "offru gisimkom b’sagrificcju haj, qaddis, joghgob lil Alla" (Rum 12, 1).
Id-dinjita` tal-gisem ma ssehhx fuq din l-art qabel ma Kristu "ibiddlilna l-gisem imsejken taghna fis-sura tal-gisem glorjuz tieghu" (Fil 3, 21), sabiex "iqum gisem spiritwali" (1Kor 15, 44), gisem li ma jithassarx. Hekk bhala bnedmin "ghad nilbsu x-xbieha tal-bniedem tas-sema" (1 Kor 15, 49). Nistghu nanticipaw il-moghdija mill-gisem mortali ghall-gisem tal-Mulej glorjuz li ssehh permezz ta’ bidla diretta f’teptipa ta’ l-ghajn, bhalma jigri fil-jum ta’ l-ahhar migja ta’ Kristu. Fl-istess hin irridu nhejju ghal aspett iehor tad-destin taghna, il-moghdija kollha tbatija mill-hajja fizika ghall-mewt. Hu ghalhekk "li ahjar nohorgu minn dan il-gisem u mmorru noqoghdu ghand il-Mulej" (2 Kor 5, 8) u nistennew il-qawmien li bih ghad saflahhar u ghal dejjem flimkien nikkomponu l-gisem wiehed ta’ Kristu.
IL-GISEM TA’ KRISTU
Fit-TG, il-gisem ta’ Kristu ghandu importanza kbira fil-misteru tal-fidwa. Din il-kelma nnfisha, pero`, ghandha bosta tifsiriet. Kultant din il-frazi tintuza biex tfisser il-gisem uman ta’ Kristu, kultant il-gisem ewkaristiku tieghu, u xi kultant dak il-gisem li ahna lkoll naghmlu parti minnu u li hu il-Knisja.
I. IL-GISEM UMAN TA’ KRISTU
1. Gesu` u l-hajja tieghU fil gisem. Il-fatt li Gesu` ha n-natura ta’ bniedem bhalna jidher f’kull kapitlu tat-TG. Bhala bniedem, jghid Pawlu, Gesu` gej mill-patrijarki, minn nisel ta’ David (Rum 1,3; 9,5), imwieled minn mara (Gal 4,4). Fl-Evangelju, ir-realta` tan-natura umana ta’ Kristu tant hi cara li m’hemmx bzonn li ssir referenza ghal-GismU. Huwa jesperjenza guh (Mt 4,2p), ghejja (Gw 4,6), ghatx (Gw 4,7), naghas (Mk 4,38), u tbatija. Gwanni jaghmel enfasi` fuq il-gisem uman ta’ Kristu (Gw 1,14) u jishet lil dawk li jichdu "li Gesu` Kristu sar bniedem" (1 Gw 4,2; 2 Gw 7).
2. Il-mewt fil-gisem ta’ Gesu`. Ir-rakkonti tal-Passjoni jaghmlu referenza qawwija ghall-persuna ta’ Kristu. Waqt ic-cena fil-Betanja, il-gisem tieghU jigi kkonsagrat ghad-difna tieghu (Mt 26,12p). Wara Hu jmut fuq salib (Mt 27,50) u jigi mqieghed f’qabar (Mt 27,58w; Gw 19,38w). Imma din il-mewt fil-gisem, ghalkemm kerha daqs dik ta’ kull bniedem, ghandha sehem importanti fil-misteru tas-salvazzjoni; ghax minn fuq is-salib Gesu` ha fuqu d-dnubiet taghna f’gismU (1 Pt 2,24), u Alla rega’ habbibna mieghU permezz ta’ dan il-gisem tal-laham billi hallieh jinghata ghall-mewt (Kol 1,22). Dan il-gisem ta’ Kristu, il-veru haruf ta’ l-Ghid (1 Kor 5,7), kien l-istrument tal-fidwa taghna; mill-genb minfud tieghU hargu demm u ilma (Gw 19,33w). L-ittra lil Lhud bl-istess mod titfa’ dawl fuq il-gisem ta’ Gesu` bl-iskop li johrog car is-sagrificcju ta’ Kristu. Fid-dhul tieghu fid-dinja, Gesu` kien lest li joffri lilU nnifsU, billi Alla kien hejja gisem ghalih (Lhud 10,5); u fl-ahhar mill-ahhar kien permezz ta’ l-offerta` ta’ gismU li hu qaddisna darba ghal dejjem (Lhud 10,10).
3. Il-gisem glorifikat ta’ Gesu`. Dan il-Misteru ma kienx komplut bil-mewt fil-gisem ta’ Gesu`, imma biss bil-qawmien tieghU. Filwaqt li l-Evangelisti jishqu r-realta` tal-gisem ta’ Kristu imqajjem mill-imwiet fir-rakkonti taghhom tad-dehriet (Lq 24,39.42; Gw 20,27), huma jghidu wkoll li dan il-gisem m’ghadux limitat bhal ma kien qabel il-passjoni (Gw 20,19.26). M’ghadux aktar "gisem naturali" (1 Kor 15,44), imma "gisem glorjuz" (Fil 3,21), "gisem spiritwali" (1 Kor 15,44). B’din il-qawwa jidher b’mod qaddis is-sinjfikat tal-gisem ta’ Gesu` sa minn meta ha s-sura ta’ bniedem. Dan il-gisem, li gie meqrud u rega’ nbena wara tlett ijiem, issa jiehu l-post li kellu t-tempju li fl-antik kien sinjal tal-prezenza ta’ Alla fost il-bnedmin (1 Gw 2,18-22).
II. IS-SAGRAMENT TAL-GISEM TA’ KRISTU
1. "Dan huwa Gismi". Wara l-qawmien mill-mewt, il-gisem ta’ Kristu ma baqax biss jezisti fis-smewwiet bhalma jidher "fuq in-naha tal-lemin ta’ Alla" (Lhud 10,12). Qabel il-mewt tieghU, Gesu` waqqaf rit biex permezz tas-sinjali il-prezenza tieghU tibqa’ tinhass ghal dejjem. Ir-rakkonti tat-twaqqif ta’ l-Ewkaristija juru li dan ir-rit twaqqaf fil-kuntest tas-salib li kien fil-qrib u dan b’hekk jizvela s-sinjifikat tal-mewt ta’ Gesu` fil-gisem: "Dan huwa gismi li jinghata ghalikom" (1 Kor 11,24p); "Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred ghall-kotra" (Mk 14,24p). Ghalhekk l-ispeci tal-hobz u l-inbid illum jirraprezentaw fuq din l-art il-gisem ta’ gesu` li nghata u d-demm tieghu li xxerred ghall-kotra.
2. L-esperjenza ewkaristika tal-Knisja. Meta dan l-istess rit hu mhedded fil-Knisja, dan huwa tifkira tal-mewt ta’ Gesu` (1 Kor 11,24w). Fl-istess waqt, din it-tifkira titwettaq fid-dawl tal-qawmien li permezz tieghu il-gisem ta’ Kristu sar "spirtu li jaghti l-hajja" (1 Kor 15,45). Iktar minn hekk, l-Ewkaristija ghandha dimensjoni eskatologika, billi tipproklama r-ritorn tal-Mulej u tistieden lill-bnedmin kollha jithejjew ghal dan (1 Kor 11,26). Ghalhekk, b’dan ir-rit, il-Knisja tippartecipa fl-esperjenza unika "tal-qsim tal-gisem ta’ Kristu", li sservi biex il-Knisja mill-gdid tghix l-elementi kollha essenzjali li jwettqu l-misteru tas-salvazzjoni.
III. IL-KNISJA, IL-GISEM TA’ KRISTU
1. Membri ta’ gisem wiehed. Meta nitqarbnu, nindunaw li ahna naghmlu sehem mill-gisem ta’ Kristu. "Il-hobz li naqsmu m’huwiex ghaqda mal-gisem ta’ Kristu? Ghax la l-hobza hi wahda, ahna, li ahna hafna, ahna gisem wiehed" (1 Kor 10,16w). Ghalhekk ahna ghandna nifhmu l-ghaqda taghna ma’ Kristu fis-sens veru taghha. Ahna verament il-membri tieghu, u n-nisrani li jizni jkun qed jaghmel "mill-membri ta’ Kristu membri tal-mara zienja" (1 Kor 6,15). Meta Pawlu jghid li ahna wkoll naghmlu gisem wiehed (1 Kor 12,12), li nifformaw parti minn xulxin (Rum 12,5), huwa ma jkunx qed jitkellem metaforikament, bhalma jaghmel fil-hrafa Griega taz-zaqq u tal-membri l-ohra (1 Kor 12,14-26). Huwa l-gisem innifsu ta’ Kristu li jghaqqad flimkien id-diversi membri fil-maghmudija (1 Kor 12,13.27) u fl-ghaqda ewkaristika (1 Kor 10,17), F’dan il-gisem kull nisrani ghandu l-funzjoni tieghu ghall-gid ta’ kollox u ta’ kulhadd (1 Kor 12,27-30); Rum 12,4). Fi ftit kliem hu madwar il-gisem tal-laham ta’ Gesu` li l-ghaqda tal-umanita` kollha ssir realta` billi l-bnedmin kollha huma msejha biex isiru haga wahda ma’ dak il-gisem.
2. Il-gisem ta’ Kristu li hu l-Knisja. Fl-ittri li kiteb bhala prigunier, Pawlu jerga jipprezenta din id-duttrina u jaghti stampa aktar cara taghha, waqt li jenfasizza li Kristu huwa r-ras ta’ dan il-gisem u ghalhekk tal-Knisja (Kol 1,18). Fl-istess waqt huwa jinsisti fuq ir-rwol kosmiku tieghU billi Huwa l-hallieq (Kol 1,16w; Efes 1,22) u fuq is-superjorita` tieghU quddiem l-angli (Kol 1,16; 2,10; Efes 1,21). Bhalma r-ragel, ir-ras (Efes 5,28), ihobb lil martu, l-istess bhal gismu (5,23), bl-istess mod Kristu jhobb il-Knisja u jinghata ghaliha (5,25) bhala s-salvatur taghha (5,23). Ghalhekk il-Knisja hi gismU u l-milja tieghU (Efes 1,23; Kol 1,24), filwaqt li Hu r-ras (Kol 1,18; Efes 1,22) li taccerta l-ghaqda tal-gisem (Kol 2,19). F’dan il-gisem li ahna lkoll membri fih (Efes 5,30), ahna lkoll haga wahda (Kol 3,15). Ahna min ahna, gejna msejha mill-gdid biex insiru haga wahda ma’ Alla, u hekk, poplu wiehed, bniedem wiehed gdid (Efes 2,14-16). Ghal dan il-kobor iwassal il-gisem ta’ Kristu. L-esperjenza Nisranija ghandha bhala bazi kemm il-fatt storiku ta’ Kristu inkarnat, kif ukoll ir-rit ewkaristiku - esperjenza li mbaghad twassal biex wiehed jifhem il-misteru tal-Knisja fil-ghana kollha tieghu.
3. Il-gisem ta’ Kristu u gisimna. Anki l-igsma taghna huma msejha biex jidhlu f’din id-dinja gdida ghax gew impjantati fi Kristu bhala membri tieghU, saru tempji ta’ l-Ispirtu s-Santu (1Kor 6,19), u jqumu ma’ Kristu li "ghad irid ibiddlilna l-gisem imsejken taghna fis-sura tal-gisem glorjuz tieghu" (Fil 3,20w). Ikun hawn li l-kompitu` tal-gisem ta’ Kristu fil-fidwa taghna jkun imwettaq fis-shuhija kollha tieghu.
F’civilta` ta’ raghajja bhal dik tal-Lhud fid-dezert, il-halib, bhala wiehed mill-ghotjiet tan-natura li ma jehtieg ebda hidma min-naha tal-bniedem, huwa ghajn ta’ nutriment ta’ htiega vitali. Kien dejjem wiehed mill-ikel normali ta’ Israel (Imh. 5,25; Prov. 27,27; Sir. 39,26), u abbundanza ta’ halib kienet sinjal ta’ gid (Gob 29,6). Permezz tal-ghaqda taghha mal-weghdiet u l-uzu taghha bhala xbieha, il-kelma halib tiehu fuqha tifsira simbolika.
1. Il-hlewwa divina.
Omm li titma t-tarbija taghha hija wahda mix-xbihat l-aktar naturali illi hemm biex tfisser hlewwa bla qies u devozzjoni (2Mak. 7,22). Ghalhekk, mhux ta’ min jistaghgeb illi din ix-xbieha kellhom jinqdew biha f’Israel biex juru is-sura ta’ hlewwa bla qies u l-ghozza attenta ta’ Jahweh ghall-poplu tieghu, l-aktar fil-kuntest tal-grajja ta’ l-ezodu mill-Egittu u l-mixja lejn l-art imwieghda (Num. 11,12). Dak hu ghaliex is-salmista jistieden lill-poplu biex jintelaq f’idejn Alla, l-istess bhalma tarbija tistrieh kuntenta ma’ sider ommha wara li tkun xorbot (S. 131,2w).2. Xbieha tal-barkiet divini u l-weghdiet messjanici. L-abbundanza tal-halib hija sehem mis-suriet klassici tal-weghdiet. L-art li Israel se jidhol fiha hija ta’ sikwit murija fit-TQ bhala "art tnixxi halib u ghasel" (Ez. 3,8; 13,15; Dt. 6,3; 11,9; Ger. 11,5; Ezek. 20,6.15 ecc.). Dik li hi "art tajba u wiesgha" (Ez. 3,8; ara Dt. 32,12w), "gawhra fost kemm huma l-artijiet" (Ezek. 20,6.15), tintwera skond il-gid tal-hajja nomada. Fil-barka ta’ Guda (Gen. 49,8-12), li ghandha bixra Messjanika, l-ghana straordinarju ta’ l-art ta’ Guda tintwera fil-qies ta’ abbundanza ta’ mbid u halib. Il-profeti jinqdew b’din l-istampa ta’ ghana bhala turija ta’ l-art ideali fiz-zminijiet li ghad iridu jigu (Goel 4,18; Is. 55,1; 60,16); hija xbieha ta’ farag u salvazzjoni Messjanika (Is. 66,11w). Fl-Ghanja tal-Ghanjiet, il-halib ixebbah l-ghaxqiet ta’ l-imhabba bejn l-gharus u l-gharusa (Ghan. 4,11; 5,1). Fiz-zmien tal-ghaks, dan in-nutriment tad-dezert se jerga` jsir l-ikel baziku ta’ Emmanuel u ta’ dawk li jibqghu hajjin; l-abbundanza tieghu se tkun tifkira tal-weghdiet (Is. 7,15.22).
3. Il-halib tat-tfal ta’ Alla. Normalment it-TG isemmi l-halib f’tifsira metaforika u jifhem bih taghlim li hu meqjus bhala l-ikel tat-tfal ta’ Alla. Ghal Pawlu, li jzomm harstu wieqfa fuq in-nuqqas ta’ maturita` tat-tifel, il-halib moghti lill-Korintin li ghadhom nies tal-laham huwa l-ewwel bxara Nisranija, ghall-kuntrarju ta’ l-ikel solidu tal-gherf li hu merfugh ghall-perfetti (1Kor. 3,2; ara Lhud 5,12w). Mill-banda l-ohra, skond 1Pt. 2,2, il-fidil li gie mwelled ghall-hajja l-gdida jehtieglu jissokta jixxennaq ghall-halib tal-Kelma sabiex jikber b’sahhtu u jikseb is-salvazzjoni, ghaliex huwa se jibqa` dejjem tifel li qieghed jikber u se jibqa` dejjem jehtieg il-halib tal-Kelma ta’ Alla. Fl-ahharnett, dan il-Kelma huwa Kristu nnifsU (2,3), bhalma hafna mill-missirijiet tal-Knisja ghallmu: "Ahna nehtiegu l-Kelma, l-ikel tas-sewwa" (Klement ta’ Lixandra).