Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA
Redatt taht id-direzzjoni ta’
XAVIER LEON DUFOUR
INDICI
Hamiema – Hniena – Holm – Hsad – Ikla – Ilma
1. Hemm diversi tipi ta’ hamiem, bl-ismijiet varji taghhom ta’ tjur tas-sema salvaggi jew xort’ohra, li l-Bibbja tigbor flimkien taht it-titolu generiku ta’ hamiema (Ebr. yonah). Hija l-unika tajra li tigi offruta b’sagrificcju fit-tempju. Hija l-offerta tal-fqar u fuq kollox tintuza fir-riti ta’ tisfija (Lev 1, 14; 5, 7.11; Num 6, 10; Lq 2, 24 meta jikkwota Lev 12, 8). Huwa ghaldaqstant li nsibu fit-tempju lill-bejjiegha tal-hamiem (Mt 21, 12p; Gw 2, 14.16).
2. Hekk kif inhuma midhla sew ta’ dak li taghmel il-hamiema, il-Lhud jaghmlu uzu sew minnhom b’mod ta’ paragun. Meta Israel ikun qed jistenna s-salvazzjoni li tibqa’ ma tasalx, l-ilment taghhom jkun qisu l-krib tal-hamiem (Is 38, 14; 59, 11; Nah 2, 8). Meta jkunu mbezzghin u mrieghda, huma jitilqu jiggerrew fid-dezert (S 55, 7w). Il-passa ta’ l-istaguni turi li l-hamiema ghandha certu gharfien instintiv, ix-xorta ta’ gharfien li Israel ma jurix ghar-rigward ta’ Alla (Ger 8, 7). Dawn il-pases jissuggerixxu l-harba fl-ezilju f’waqt wiehed (Ezek 7, 16) u l-gbir flimkien f’post ta’ mistrieh f’waqt iehor (Hos 11, 11; Is 60, 8). Min-naha l-ohra "Efrajm sar qisu hamiema, belha u bla ghaqal" (Hos 7, 11), mbezza’ mill-hemm. Lanqas wiehed biss minn dawn il-paraguni ma jintuza b’mod dirett minn Gesu`; Huwa juza l-kuntrasti u jghid lid-dixxipli tieghu jkunu "ghaqlin bhas-sriep u safjin bhall-hamiem" (Mt 10, 16).
3. Finalment, fil-Bibbja hekk kif fil-kaz ta’ diversi poeti, il-hamiema tista’ tkun simbolu ta’ mhabba. F’ghajnejn l-gharus, il-mahbuba hija "hamiema tieghi" (Ghan 2, 14; 5, 2.....). Israel isejjah lilu nnifsu b’dan l-isem u jitlaqx "lill-bhejjem" il-hamiema tieghu (S 74, 19). Fil-maghmudija ta’ Gesu`, l-Ispirtu ta’ Alla jinzel bhal hamiema u joqghod fuq Gesu` (Mt 3, 16p). Ma kienx possibbli li tinsab tifsira certa ta’ dan is-simbolu. Wisq probabbli mhux xi riferenza ghall-hamiema li qed terga’ lura ghalfuq l-Arka ta’ Noe` (Gen 8, 8-12). Xi kritici, bl-appogg tat-tradizzjonijiet Lhudin, jidentifikaw lill-hamiema ma’ Israel. Izda mhix forsi iktar suggeriment li l-imhabba ta’ Alla tinsab niezla simbolikament fuq din l-art? U fl-ahharnett, skond xi tradizzjonijiet Lhudin ohra li raw l-Ispirtu ta’ Alla jittajjar fuq wicc l-ibhra (Gen 1, 2) bhala hamiema, xi kritici jqisu li hawnhekk ghandna suggeriment tal-holqien gdid li jkun qed isehh fil-maghmudija ta’ Gesu`.
Il-lingwagg ta’ llum, bla ebda dubju ispirat mill-Latin tal-Knisja, ixebbah "hniena" ma’ kompassjoni jew mahfra. Din it-tixbiha, ghalkemm mhux wahda hazina, tista’ tahbi minn quddiem ghajnejna l-ghana li din il-kelma kienet tfisser ghal Israel. Fil-fatt, ghal Israel, "hniena" laqqghet flimkien l-ideat ta’ kompassjoni u fedelta`.
Il-kelma Ebrajka ghal kompassjoni, rahamin, tispjega l-gibda istintiva li wiehed ihoss lejn persuna ohra. Skond il-hsieb Semitiku, dan is-sentiment jinhass fizikament fil-gewwieni tal-bniedem, fil-guf ta’ l-omm (raham : 1 Slat 3,26), fl-imsaren (rahamin) - tista tghid, fil-qalb - ta’ missier (Ger 31,20; S 103, 13) jew ta’ Guzeppi li "hass gewwenih jitqanqlu ghal huh" (Gen 43,30). Huwa sentiment ta’ tenerezza li fil-waqt jghaddi ghal azzjoni, u ta’ kompassjoni f’mumenti ta’ avveniment tragiku (S 106,45) jew ta’ mahfra ta’ nuqqasijiet (Dan 9,9).
It-tieni kelma Ebrajka, hesed, li soltu tinqaleb f’eleos bil-Grieg, titkellem minn moghdrija, relazzjoni li tghaqqad zewg hlejjaq u timplika fedelta`. Ghaldaqstant, hniena m’hijiex xi eku ta’ xi tjubija istintiva, imma aktar kuxjenza safja li tigi minn obbligu li wiehed ihoss gewwa fih ; hija bl-istess mod risposta ghal dmir gewwieni, fedelta` lejn wiehed innifsu.
Traduzzjonijiet adattati ghal dawn il-kelmiet bil-Grieg u bl-Ebrajk huma hniena u mhabba, li jistghu jfissru wkoll, tenerezza, moghdrija, mahfra, tjubija u anki grazzja (Ebrajk hen) li, pero`, ghandha sens aktar wiesa. Minkejja din l-ghazla, wiehed jista jasal ghat-tifsira Biblika tal-kelma hniena. Mill-bidu sat-tmiem, il-mizerja umana dejjem taghti lok ghat-turija tat-tenerezza ta’ Alla; u ghalhekk il-bniedem, min-naha tieghu, ghandu juri hniena lejn ghajru sabiex ikun jixbah lil Min halqu.
TQ
I. ALLA TA’ KULL HNIENA
Kulmeta l-bniedem jinduna bil-qaghda mwieghra u midinba tieghu, hemm jigi rivelat lilu, xi ftit jew wisq b’mod car, il-wicc tal-hniena infinita.
1. Ghajnuna ghall-mizerabbli. Is-salmista jokrob minghajr waqfien: "Henn ghalija u isma’ talbi’ (S 4,2; 6,3; 9,14; 25,16); jew ahjar, ighajjat bil-ferh: "Roddu hajr lill-Mulej, ghax hu tajjeb, ghax ghal dejjem it-tjieba (hesed) tieghu" (S 107,1). Huwa juri din il-hniena bla waqfien lejn dawk li jsejhulU fid-dwejjaq taghhom: nghidu ahna, lejn bahhara f’xi saram (S 107, 23); Huwa juri hniena lejn "ulied Adam," ikunu min ikunu. Huwa juri lilu nnifsU bhala t-tarka tal-fqir, ta’ l-armla, u ta’ l-orfni, il-mahbubin tieghU.
Din l-esperjenza divina bdiet tinhass fost in-nies twajba ta’ Israel sa mill-hrug mill-Egittu. Ghalkemm il-kelma hniena ma tintuzax fir-rakkont ta’ din il-grajja, il-helsien mill-Egittu huwa meqjus bhala att ta’ hniena divina. L-ewwel tradizzjonijiet tas-sejha ta’ Mose` juru dan b’mod car: "Jien harist u rajt it-tbatija tal-poplu tieghi fl-Egittu. U jien smajt il-karba taghhom ..... Hsibt fikom u x’qeghdin jaghmlulkom ..... Jien inweghdkom li ntellaghkom mit-tbatija ta’ l-Egittu" (Ez 3,7w. 16w). Aktar tard, l-awtur iqis din id-decizjoni ta’ Alla bhala frott tal-fedelta` tieghU lejn il-patt (6,5). Fil-hniena tieghU, Alla ma felahx jara l-mizerja tal-poplu maghzul minnU. Meta dahal f’patt ma’ Israel, Alla donnu ghamel lil Israel "tassew in-nisel tieghu" (ara Atti 17,28w): Huwa marbut ma’ Israel b’rabta ta’ mhabba ghal dejjem.
2. Is-salvazzjoni tal-midneb. Madankollu, x’jigri li kieku dak il-poplu maghzul kellu jinfired minnU bid-dnub? il-hniena kienet se terga’ ggibhom lura sakemm huma ma jkunux webbsu qlubhom; ghaliex billi jhoss hafna b’dak li jgibu l-kastigi li jmorru mad-dnub, Alla jixtieq isalva lill-midneb. Ghaldaqstant, ghalkemm id-dnub jipprovdi l-okkazjoni, il-bniedem jidhol iktar fil-fond fil-misteru tal-hniena divina.
a) Ir-rivelazzjoni centrali. Fuq is-Sinaj, Mose` jisma’ r-rivelazzjoni fondamentali ta’ l-esseri tal-bniedem. Il-poplu maghzul ghadu kemm waqa’ fl-apostasija. Izda Alla, li jhenn ghal min irid ihenn, u jithassar lil min irid jithassar (Ez 33,19), jipproklama li l-hniena divina tieghU tista’ tittrijonfa fuq id-dnub minghajr prehudizzju ghal qdusitU: "Jahweh! Jahweh! Alla li jaghder (rahum) u jhenn (hanun), tqil biex jaghdab u kbir fit-tjieba (hesed) u l-fedelta` (‘emet). Ihares it-tjieba (hesed) ghal elf generazzjoni u jahfer il-hazen, id-dnub u l-htija; imma ma jhalli xejn ghaddej ..... sat-tielet u r-raba’ generazzjoni" (Ez 34,6w). Alla jippermetti li l-konsegwenzi jibqghu jigru wara l-midneb, ukoll sar-raba’ generazzjoni, u b’hekk juri kemm id-dnub huwa haga serja. Izda l-hniena tieghU, li tibqa’ shiha sal-elf generazzjoni, turi s-sabar infinit tieghU. Dan huwa l-hsieb li hemm wara r-relazzjoni ta’ Alla mal-poplu tieghU tul iz-zmien kollu sal-migja ta’ IbnU.
b) Hniena u kastigi. Fil-perkors ta’ l-istorja sagra Alla juri b’mod effettiv illi filwaqt li Huwa ghandu jikkastiga ‘l poplu tieghU ghal dnubiethom, madankollu Huwa juri hniena maghhom meta huma jsejhulu mill-qieghan tal-mizerja taghhom. Hekk fil-Ktieb tal-Imhallfin insibu t-tema kontinwa tar-rabja divina, imhegga bl-infedelta`, u dik il-hniena li tibghat salvatur (Mh 2,18). L-esperjenza profetika ser taghti tifsir stranament uman lil din l-istorja. Hosegha jirrivela li jekk il-Mulej qataghha li mhuwiex aktar se jhobb id-dar ta’ Israel (Hos 1,6) u li jikkastigaha, il-Mulej jghid li "daret ghalija qalbi, tqanqlet bil-bosta hnienti; le, ma nhaddimx il-korla mhegga tieghi (11,8w): iktar minn hekk l-gharusa infidila jum wiehed ser tircievi isem gdid, "Ruhama, Mahbuba"(2, 3). Ghaldaqstant, ukoll jekk il-profeti ihabbru katastrofi koroh, huma jifhmu li l-qalb ta’ Alla hija wahda mimlija hniena: "Jaqaw Efrajm l-iben ghaziz! Jaqaw it-tfajjel ta’ l-ghaxqa tieghi? Ghax kull meta nitkellem kontrih, jien niftakar aktar fih. Ghalhekk gewwenija mqanqla ghalih; u zgur li nhenn ghalih (Ger 31,20; ara Is 49,14w; 54,7).
c) Hniena u konverzjoni. Jekk Alla hekk jabbanduna l-intenzjoni tieghU minhabba fil-mizerja jew konsegwenzi tad-dnub, dan jaghmlu biss ghaliex Huwa jixtieq lill-midneb li jerga’ lura lejH, li jikkonverti. Jekk Huwa ghaldarbohra johrog il-poplu tieghU fid-dezert, dan jaghmlu ghax jixtieq lil qalbhom ikellem (Hos 2,16); wara l-ezilju huma jifhmu li Jahweh jixtieqhom jergghu lura f’arthom biex dan ikun ta’ xebh ghall-migja taghhom lura fil-hajja tieghU (Ger 12,15; 33,26; Ezek 33,11; 39,25; Is 14,1; 49,13). Le, Alla jghid "Ma nzommx il-korla ghal dejjem" (Ger 3,12w), izda Hu xewqan li l-midneb jaghraf li jkun miexi fuq triq qarrieqa: "Ha jhalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-hazin fehmietu; ha jerga’ lura ghand il-Mulej u jhenn ghalih, ghand Alla taghna ghax hu jahfer hafna" (Is 55,7).
d
) Is-sejha tal-midneb. Israel zgur li apprezza fil-qiegh ta’ qalbu l-konvinzjoni ta’ hniena li ma kellha xejn minn dak li kien uman: "Hu sawwat, imma se jinfaxxalna l-griehi" (Hos 6,1). "Min hu Alla bhalek li jnehhi l-hazen, u jahfer id-dnub lill-fdal tal-wirt tieghu? Hu ma zammx il-korla tieghu ghal dejjem, ghax lilu joghgbu juri hniena. U hu jerga’ jhenn ghalina, jixhet hzunitna taht saqajh, jarmi htijietna kollha f’qiegh il-bahar" (Mik 7,18w). Ghalhekk tidwi l-karba tas-salmista bla waqfien, liema karba hi fil-qosor il-Miserere: "Ikollok hniena minni, O Alla, fi tjubitek: fil-kobor tal-hniena tieghek hassar htijieti. Ahsilni kollni mill-htija tieghi; naddafni mid-dnub tieghi" (S 51,1).3. Mimli hniena ghal kull gisem. Jekk il-hniena divina hija miftuha ghal kollox minbarra ghall-midneb li jwebbes qalbu (Is 9,16; Ger 16,5.13), din kienet prerogattiva tal-poplu maghzul ghal zmien twil. Izda permezz tal-liberalita` ta’ l-ghageb tieghU, Alla saflahhar farrak dan il-fdal ta’ mizerja umana (ara Hos 11,9). It-taghlima nftehmet wara l-ezilju. L-istorja ta’ Gona hija satira tal-ghebusija ta’ qalb li ma tistax taccetta it-tenerezza bla tarf ta’ Alla (Gon 4,2). Bin Sirak jghidilna b’mod car: "Il-hniena tal-bniedem hi mal-gar tieghu, imma l-hniena tal-Mulej hi ma’ kull min hu haj" (Sir 18,13).
It-tradizzjoni unanima ta’ Israel (ara Ez 34,6; Nah 1,3; Goel 2,13; Nah 9,17; S 86,15; 145,8) tingabar mis-salmista b’mod tal-ghageb minghajr ebda xamma ta’ partikolarizmu: "Hanin u twajjeb il-Mulej, idum ma jaghdab u kollu moghdrija. Ma joqghodx jitlewwem maghna, u anqas jinkorla ghal dejjem. Ma mexiex maghna skond ma haqqhom htijietna ..... Bhalma jhenn il-missier ghal uliedu, hekk ihenn il-Mulej ghal min ghandu l-biza’ tieghu. Ghax hu jaf kif ahna maghguna, jiftakar li ahna trab" (S 103,8-14). "Imxennaq il-Mulej biex jaghdirkom, u ghalhekk iqum biex ihenn ghalikom; ghax Alla gust hu l-Mulej: henjin dawk li jafdaw fih" (Is 30,18), "ghax ghal dejjem it-tjieba tieghu" (S 136), "ghax ghand il-Mulej hemm it-tjieba, u l-fidwa ghandu bil-kotra" (S130,7).
II. "IR-RIEDA TIEGHI HI LI NURI HNIENA"
Jekk Alla hu tenerezza, kif jista ma jitlobx minghand il-kreaturi tieghU li juru l-istess tenerezza ma’ xulxin? Imma dan is-sentiment m’huwiex wiehed naturali ghall-bniedem: homo homini lupus! David dan fehmu sew ghax kien ahjar ghalih: "Halli naqa’ f’id il-Mulej, ghax kbira l-hniena tieghu, imma ma rridx naqa’ f’idejn il-bnedmin" (2 Sam 24,14). Fuq dan ukoll, Alla kellu jdawwal il-poplu tieghU bil-mod il-mod.
Il-Mulej iwiddeb ‘l pagani li jifgaw il hniena (Gham 1,11). Ir-rieda tieghU hi li l-bnedmin jinhabbu bejniethom (Ez 22,26), iktar milli jmorru joffru sagrificcji (Hos 4,2; 6,6). Huwa jrid li l-gustizzja ssir billi "thobb u tkun hanin" (Mik 6,8). Jekk wiehed tassew jixtieq isum, huwa ghandu jghin lill-fqir, lill-armla u lill-orfni aktar milli joqghod jinheba minnu nnifsu (Is 58,6-11; Gob 31,16-23). Huwa veru li din l-imhabba baqghet limitata ghal ma’ nies ta’ l-istess razza jew twemmin (Lev 19,18), imma fuq l-ezempju tieghU, Alla ried li huma jibdew ihobbu bil-qies ta’ mhabbtu: "Ghax Alla jien u mhux bniedem" (Hos 11,9; Is 55,7). Bis-sahha tal-kmandament li ma tithallasx b’idejk lanqas ma tbejjiet il-mibgheda f’qalbek, il-qies ta’ din l-imhabba jibqa’ dejjem jikber. Imma kien biss lejn tmiem il-kotba ta’ l-gherf li bdiet tohrog l-idea ta’ Gesu` dwar dan: li l-mahfra ghandha tintwera lejn kull bniedem (Sir 27,30-28,7).
T
GI. WICC IL-HNIENA DIVINA
1. Gesu`, "il-qassis il-kbir hanin" (Lhud 2,17). Qabel ma wettaq il-pjan divin, Gesu` ried li jsir bhal hutu f’kollox, biex ikun jista’ jduq dik il-mizerja li kien gie biex jehlishom minnha. L-ghemejjel tieghu huma kollha sinjal tal-hniena divina, anki jekk l-evangelisti ma juruhomx b’dan il-mod f’kull okkazjoni. Imma Luqa juri din il-hniena b’mod car. Gesu` wera preferenza lejn il-fqir (Lq 4,18; 7,22); fiH il-midinbin isibu habib (7,34), ghax Hu ma jisthix jaghmilha maghhom (5,27.30; 15,1w; 19,7). Filwaqt li l-evangelisti l-ohra jitkellmu fuq il-hniena li Gesu` wera mal-folol (Mt 9,36; 14,14; 15,32). Luqa jitkellem fuq il-hniena li Gesu` generalment wera ma’ individwi: l-iben wahdieni ta’ l-armla (Lq 7,13) u ma’ missirijiet li mietulhom uliedhom (8,42; 9,38.42). Fl-ahharnett, Gesu` juri mhabba specjali lejn in-nisa u l-barranin. Huwa hekk li l-holqien kollu jasal ghall-milja tieghu: "il-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla (3,6). Jekk Gesu` juri daqstant hniena mal-bnedmin kollha, mhux ta’ b’xejn li dawk fil-bzonn kienu jharsu lejH bhalma jharsu lejn Alla nnifsu filwaqt li jghidulu Kyrie eleison! (Mt 15,22; 17,15; 20,30w).
2. Il-qalb ta’ Alla l-Missier. B’kull ma kien jaghmel, Gesu` ried juri ghal dejjem il-kobor tal-hniena ta’ Alla mal-bniedem. Lill-midinbin, li kienu jhossu ruhhom maqtughin mis-saltna ta’ Alla minhabba l-atteggament tal-farizej, Huwa habbar evangelju ta’ hniena infinita bhalma kienu ghamlu l-profeti qablu kif jinghad fit-TQ. M’humiex dawk li jhossu ruhhom gustifikati li joghhbu lil Alla, imma l-midinbin niedma, li huwa xebbah ma’ harufa jew munita li kienu mitlufa u li regghu instabu (Lq 15,7.10). Il-missier ikun qieghed jistenna fuq ix-xwiek lil ibnu l-hali jerga lura, u meta jarah gej mill-boghod huwa jitqanqal u jmur jigri lejh biex jiltaqa’ mieghu (15,20). Alla kien stenna ghal zmien twil; Huwa ghadu jistenna lil Israel li, bhas-sigra niexfa tat-tin, ma jikkonvertix (13,6-9).
3. Il-kotra kbira ta’ hniena. Alla huwa tassew "Missier il-hniena" (2 Kor 1,3; Gak 5,11), li wera hniena ma’ Pawlu (1 Kor 7,25; 2 Kor 4,1; 1 Tim 1,13) u jwieghdha lil kull min jemmen (Mt 5,7; 1 Tim 1,2; 2 Tim 1,2; Tit 1,4; 2 Gw 3). Pawlu jhabbar il-kobor u l-qawwa tal-hniena hekk kif tidher fis-salvazzjoni u s-sliem li kienu mhabbra fil-kantici evangelici (Lq1,50.54.72.78). Il-qofol ta’ l-ittra lir-Rumani qeghda f’din ir-rivelazzjoni. Peress li l-Lhud ma kienux fehmu il-bzonn tal-hniena, huma kienu qed iwettqu l-gustizzja hazin ghax hasbu li jistghu jigu salvati bl-ghemejjel tajba taghhom u bil-harsien tal-ligi, u ghalhekk Pawlu jishaq li huma wkoll huma midinbin u ghandhom htiega tal-hniena permezz tal-gustifikazzjoni fil-fidi. Quddiem ghajnejn il-Lhud innifishom il-pagani, li Alla ma kien ghamlilhom ebda weghda, jiddahhlu fil-kobor bla tarf tal-hniena tieghU. Kulhadd ghandu jaghraf lilu nnifsu bhala midneb sabiex ikun jista’ jikseb il-gid mill-hniena tieghU: "Ghax Alla halla ‘l kulhadd fil-jasar tad-dizubbidjenza, biex jaghmel hniena ma’ kulhadd" (Rum 11,32).
II. URU L-HNIENA
Il-perfezzjoni li skond Mt 5,48 Gesu` jitlob mid-dixxipli tieghU, tikkonsisti skond Lq 6,36 fid-dmir li nhennu "bhalma hu hanin Missierkom". Din hija kundizzjoni essenzjali sabiex wiehed jidhol fis-saltna tas-sema (Mt 5,7) li Gesu` jislet mill-Profeta Hosegha (Mt 9,13; 12,7). Din it-tenerezza ghandha taghmilna, bhas-Samaritan it-Tajjeb (Lq 10,30-37), girien ma’ dik il-persuna sfortunata li niltaqghu maghha filwaqt li nkunu qeghdin interrqu u mimlijin bil-hniena lejn dawk li jkunu htew kontrina (Mt 18,23-35), ghaliex Alla diga` kellu hniena minna (18,32w). Hekk ahna ser inkunu gudikati skond il-hniena li ahna nkunu wrejna, ukoll bla ma nafu, lil persuna ta’ Gesu` nnifsu (Mt 25,31-46).
Meta wiehed jara li n-nuqqas ta’ hniena fost il-pagani tqanqal il-korla divina, in-nisrani ghandu juri mhabba u simpatija (Fil 2,1), li jkollu hniena f’qalbu (Efes 4,32; 1 Pt 3,8); huwa ma jistax jaghlaq qalbu ghal xi wiehed mill-ahwa fil-bzonn: ghax l-imhabba ta’ Alla tinsab biss f’dawk li juru l-hniena (1 Gw 3,17).
Sew ix-xjenza ta’ zmien il-qedem u dik moderna jattribwixxu importanza kbira ghall-holm. Fil-qedem kienu jaraw fihom mod kif il-bniedem seta’ jidhol f’kuntatt mas-sopranatural; filwaqt li x-xjenza moderna tara fihom turija tal-profondita` tal- personalita` umana. Dawn iz-zewg punti di vista mhumiex inkompatibbli ma’ xulxin: jekk Alla jagixxi fuq il-bniedem, dan jaghmlu sa fil-qiegh nett ta’ l-esseri tieghu.
TQ
Il-popli li gew qabel u kienu jdawwru lil Israel kienu jaraw fil-holm mezz ta’ rivelazzjoni divina; u dal-holm tant kien jigri ta’ spiss li s-slaten ta’ l-Egittu u tal-Mesopotamja kellhom fis-servizz taghhom interpreti ufficjali ta’ dan il-holm (Gen 41, 8; Ger 27, 9).
It-TQ isemmi li f"israel ukoll kienet issehh ir-rivelazzjoni fil-holm, li maghhom irridu nzidu wkoll il-kliem u d-dehriet ta’ Alla matul il-lejl. Dawn ir-rivelazzjonijiet xi mindaqqiet kienu indirizzati lejn individwi privati (Gob 4, 12-21; Sir 34, 6), ukoll lill-pagani (Gen 40 - 41; Dan 4). Izda bosta minnhom kienu jirrigwardaw il-pjanijiet ta’ Alla ghall-poplu tieghU: urew kif ghandhom imexxu l-patrijarki (Gen 15, 12-21; 20, 3-6; 28, 11-22; 37, 5-11; 46, 2-4: u dan hu l-mod kif dejjem sar fit-tradizzjoni Elohista), lil Gidghon (Mh 6, 25w), Samwel (1 Sam 3), Natan (2 Sam 7, 4-17) u Salamun ( 1 Slat 3). Wara l-Ezilju, Zakkarija (1 - 6) u Danjel (2; 7) saru jafu permezz tal-holm li s-salvazzjoni kienet gejja. U Goel weghed li se jkun hemm il-holm fi zmien it-tiswib ta’ l-Ispirtu tal-Mulej (3, 1).
B’mod differenti mill-girien pagani ta’ madwaru, Israel ma jidhirx li kellu interpreti ufficjali tal-holm. Abraham, Izakk, Gakobb, Samwel, Natan u Salamun, ilkoll fehmuhom minghajr ebda ghajnuna; lanqas ma kien hemm xi interpreti fit-tempju jew fil-qorti tas-slaten. Izda, meta l-Mulej hallem lis-slaten pagani, kienu l-qaddejja tal-veru Alla li spjegaw il-misteri taghhom, li baqghu ma jistghu jinftehmu minn interpreti li ma kienux Lhud (Gen 41; Dan 2; 4). Hekk il-pagani kienu mgieghla jaghrfu li l-Mulej biss kien sid dawn il-misteri; u li Hu kien biss jirrivelhom lil tieghU.
Daqskemm il-profeti kienu jirriflettu fuq id-distinzjoni bejn profeti tassew u dawk foloz, daqstant kienu huma wkoll li kkundannaw holm giddiebi (Dt 13, 2-6; Ger 23, 25-32; Zak 10, 2), minghajr, madankollu, ma cahdu l-origni divina tal-holm ta’ dawk li gew qbilhom. Izda l-fatt li l-Bibbja ma ssemmix holm matul is-sekli li skadew bejn Salamun u Zakkarija, matul l-epoka l-kbira tal-profeti, ghandha s-sinjifikat taghha: tissugerixxi li matul dan iz-zmien il-holma kienet tiftiehem bhala ghamla ta’ rivelazzjoni sekondarja, mahsuba jew ghall-individwu (fiz-zminijiet bikrija l-patrijarki kien ikollhom holm, izda f’dak iz-zmien la l-poplu lanqas l-attivita` profetika ma kienu jezistu) jew ghall-pagani. Min-naha l-ohra l-Kelma profetika kienet l-ghamla ewlenija ta’ rivelazzjoni indirizzata lill-poplu.
TG
It-TG ma jghidilna xejn dwar li Gesu` kellu xi holm: probabbilment ghax ma jittrattax fuq il-psikologija ta’ l-Imghallem, izda iktar ghax jara fiH lil dak li "jaf" lill-Missier minghajr il-htiega ta’ xi intermedjarju.
Madankollu, il-holm mhuwiex ghalkollox assenti mit-TG. F’Pentekoste Pietru habbar it-twettiq tal-profezija ta’ Goel (3, 1), fejn il-holm intwera bhala dehra ta’ l-Ispirtu fl-ahhar jiem (Atti 2, 17). Il-Ktieb ta’ l-Atti jirregistra diversi dehriet li kellu Pawlu matul il-lejl (16, 9w; 18, 9; 23, 11; 27, 23); dawn id-dehriet qawwew u mexxew lill-appostlu fil-missjoni tieghu izda ma wasslulu ebda messagg dottrinali. Mattew jirrapporta diversi holmiet bhal dawk li nsibu fit-TQ; jew biex iwasslu xi rivelazzjoni lill-pagani (Mt 27, 19), jew biex imexxu lil Guzeppi fit-tfulija ta’ Gesu` (1, 20; 2, 13.19.22: dawn huma tliet dehriet ta’ l-Anglu tal-Mulej kif nafuhom fit-TQ). Hekk, it-TG jaghraf dan il-mezz ta’ rivelazzjoni uzat minn Alla fiz-zminijiet bikrija tat-TQ. Jara fihom, bhall-profeti, rivelazzjoni mahsuba biex iddawwal lil xi individwu (u xi mindaqqiet lil xi pagan). Izda jqishom f’ordni inqas ghall-Kelma, li kienet indirizzata lejn il-Knisja kollha u li giet rivelata b’mod bilwisq iktar superjuri f’Gesu` Kristu.
Bhal fi zmien il-qliegh u l-ghasir tal-gheneb, il-hsad b’mod generali jfisser ghall-bidwi l-frott tal-hidma tieghu u kemm se jkollu biex jghix bih ghas-sena li tkun gejja. Dan il-gudizzju li n-natura taghmel fuq il-hidma tal-bniedem jista` wkoll ifisser il-gudizzju li Alla jaghmel.
I. L-HENA TAL-HASSADA
Hsad ix-xghir f’April u hsad il-qamh f’Mejju huma okkazzjonijiet ta’ ferh popolari: l-ghanja tal-hassada tidwi minn gholja ghall-ohra, b’mod li jinsew ix-xoghol iebes li jkunu qeghdin jaghmlu bil-mingel fis-shana taqli tax-xemx (Rt. 2; Is. 9,2; Ger.31,12; S. 126,6). F’dan il-ferh, Jahweh ma jintesiex: zmien il-hsad huwa sinjal u l-frott ta’ barka divina. Lil dak Alla li ta dan it-tkattir (1Kor. 3,6w) il-barkiet jergghu lura fuqU (S. 67,7; 85,13); dawn il-barkiet jitlissnu bil-festa liturgika tal-hsad ta’ Pentekoste li matulha jinghata il-bikri tal-hsad lil Alla (Ez. 23,16; 34,22), b’mod specjali l-ewwel qatta (Lev. 23,10).
Il-hassad irid ukoll ihalli ohrajn jaqsmu l-hena tieghu billi juri ruhu bhala bniedem b’idu miftuha. Il-Ligi kienet tippreskrivi li "ma ghandekx taghmel is-sarima lill-gendus li jkun jidres" (Dt. 25,4; 1Kor. 9,9) u l-iktar li "meta tahsdu l-hsad ta’ artkom, tibqax sejjer tahsad sa tarf il-ghalqa u lanqas ma ghandek tlaqqat li jaqa` mill-hsad tieghek" (Lev. 19,9; Dt. 24,19), sabiex jithalla sehem ghall-fqar u ghall-barrani. Kienet din il-liberalita`, din l-id miftuha, li wasslet lil Boghaz jiltaqa` u jitgharres ma` Rut, il-barranija, li hi meqjusa bhala n-nanna ta’ David u tal-Messija (Rt. 2,15w; Mt. 1,5).
Madankollu dan il-ferh legittimu qisu ta’ bejn l-ahwa ma ghandux jitfa harset il-bidwi unikament lejn ndak li taghti l-art. Bla dubju il-Ligi tixtieq tishaq fuq dan permezz tas-seba` sena, is-sena tal-mistrieh, li tistabilixxi li kull seba` sena "l-art ikollha l-mistrieh tas-Sibt" (Lev. 25,4w), u hekk il-bidwi jigi mistieden jerga` lura ghal hajja pastorali, tar-raghajja, u b’hekk jerga` jerhi ruhu b’mod aktar assolut f’idejn Alla. Gesu` qal dan b’mod car hafna: li l-bniedem ghandu jintelaq f’idejn il-Missier Alla bhalma jaghmel ic-cawl li "la jizra` u lanqas jahsad" (Lq. 12,24p). Ghalhekk il-bidwi mghandux iserrah mohhu jew it-tamiet tieghu ghax ikollu mhazen mizghuda bil-qmuh, lanqas mghandu jgeddes tezori ghalih innifsu, izda ghandu "jistaghna quddiem Alla" li jum wiehed se jahsadlu ruhu (Lq. 12,16-21; ara Ger. 17,11).
II. IL-HSAD U Z-ZRIEGH
1. Il-hsad jigi b’rizultat taz-zriegh. Bejn dawn iz-zewg hsibijiet hemm qbil fuq diversi punti. "Dak li bniedem jizra`, dak huwa jahsad" (Gal. 6,7); minghajr xoghol ma jkunx hemm hsad (Prov. 20,4); "min jizra` d-dnewwa jahsad il-ghawg" (Prov. 20,4); "min jizra` ghalih il-gustizzja, jahsad il-frott tat-tjieba (Hos. 10,12w). Dan kollu jfisser li Alla jaghti "‘l kull wiehed skond l-imgiba tieghu, skond ma jkun jisthoqq ghamilu" (Ger 17, 10). Ghalxejn toqghod tipprotesta mal-qaddej ghazzien ghax Alla jfittex dak li ma hazinx u jahsad dak li ma zeraghx (Lq 19, 21), ghaliex meta halaq u feda l-bniedem, Alla hawwel KelmtU fi qlubna kollha (Gak 1, 21; Mk 4, 20).
2. Jekk il-hsad ghandu x’jaqsam maz-zriegh, dan ta’ spiss jigi realizzat f’temperament spiritwali differenti. "Dawk li jizirghu fid-dmugh jahsdu bil-ghana ta’ ferh!" (S 126, 5). Anke il-qies huwa differenti. Certament, "min jizra` ftit, jahsad ftit, u min jizra` hafna, jahsad hafna" (2Kor 9, 6); izda billi Alla huwa dejjem ferm iktar abbundanti fil-hidmiet tieghU, il-hsad jista` jkun aktar miz-zriegh u dan b’daqstant mija fil-wiehed, bhal fil-kaz ta’ Izakk (Gen 26, 12) minhabba fl-art ghammiela li tilqa` il-Kelma ta’ Alla (Mt 13, 8.23p).
3. Fl-ahhar, ghalkemm ikun ideali li wiehed jahsad dak li jkun zera` (Is 37, 30), huwa Alla li ghamel iz-zmien ghaz-zriegh u ghall-hsad (Gen 8, 22; Ger 5, 24) b’mod li wiehed irid jistenna bis-sabar il-frott isir (Mk 4, 26-29), izda filqwaqt li jkollu kull tama minkejja l-qawl li jghid li "min jizra` jifrah hu wkoll bhal min jahsad" (Gw 4, 37).
III. IL-HSAD, IL-HAQQ LI JAGHMEL ALLA
Meta Alla jahsad ghemejjel il-bniedem, Huwa jaghmel haqq skond il-gustizzja tieghU. Dan il-haqq li ghad isir fl-ahhar zminijiet jista` jinghata harsa bil-quddiem fil-migja ta’ Kristu.
1. Jum il-Mulej. Il-hsad tista` thares lejh minn zewg angoli. Hemm il-hsad, u dan hu l-aspett ferriehi; il-qamh jinqata`, jitqieghed f’qatet, jindahan, u fl-ahhar jinharaq it-tiben (Is 28, 27w), u dan hu l-kastig.
Il-hassad huwa Alla li jaqta`, li jxerred "bhall-karfa, imtajra mir-rih tad-dezert" meta jikkastiga lil Israel (Is 17, 5; Ger 13, 24) jew lil Babilonja (Ger 51, 2.33). U meta l-hazen tal-bniedem jilhaq il-quccata tieghu, Huwa jghidilhom "Ressqu l-mingel; ghax lahaq il-hsad!" (Goel 3, 13), dak tal-haqq tal-popli. U fl-istess hin, permezz ta’ kuntrast radikali li johrog fl-ghajdut profetici, tasal profezija ta’ hsad hieni, li hi fil-qrib sew tax-xoghol li jkun sar (Goel 3, 18; Gham 9, 13; Hos 6, 11; S 126, 5w).
2. Fi zminijiet Messjanici. Din it-thabbira ssir realta` bil-migja ta’ Kristu.
a) Min jizra’ u l-hassad. Billi ghall-prekursur Kristu hu l-bidwi li jderri l-qiegha tieghu u jigbor il-qamh fil-mahzen, imma t-tiben jaharqu b’nar li ma jintefiex" (Mt 3, 12p), ghall-insara Gesu` huwa sew il-bidwi li jizra` l-Kelma fi qlub il-bnedmin (Mk 4, 3-9p) kif ukoll il-hassad li jmidd idu ghall-mingel, ghax ikun wasal zmien il-hsad "(4, 29). Mhemmx ghaliex toqghod tistenna: "l-ghelieqi bjadu ghall-hsad........ min jizra` jifrah hu ukoll bhal min jahsad" (Gw 4, 35w).
b) Il-haddiema hassada. Billi l-hsad huwa kbir, Sid il-hsad jistieden il-haddiema ghall-hsad tieghu (Mt 9, 38p). Id-dixxipli, li jintbaghtu fid-dinja, se jigbru l-frott li gej mill-hidma ta’ dawk ta’ qabilhom, u l-iktar mill-hidma ta’ Gesu` li hallas b’demmU sabiex il-habba tal-qamh tkun tista` toktor. F’dan kollu, il-qawl li jiddistingwi bejn min jizra` u min jahsad (Gw 4, 37) jibqa` wiehed genwin. Madankollu, il-hassada nnifishom jghaddu mill-gharbiel tat-tigrib u tal-persekuzzjoni (Lq 22, 31).
c) Fl-istennija ta’ l-ahhar hsad. Filwaqt li hu minnu li Pentekoste l-gdid jinawgura l-hsad tal-Knisja, dan il-hsad se jsehh biss f’jum il-Mulej, meta Bin il-Bniedem jmidd idu ghall-mingel ghax il-qamh ikun mimli fis-sbula (Apk 14, 14w; Mk 4, 29). Sa dak il-waqt is-sikrana tibqa` mhallta mal-qamh it-tajjeb. Il-Knisja ghandha taghmel haqq mill-hazen u tikkundannah, izda ma ghandha ebda missjoni li titfa` lil min jaghmel il-hazin fl-infern. Din bicca xoghol ta’ Bin il-Bniedem, fi tmiem kull zmien, meta se jibghat l-angli tieghU biex igibu fis-sehh il-haqq li Huwa jaghmel fuq l-ghemejjel tal-bnedmin (Mt 13, 24-30.36-43).
IKLA MESSJANIKA
F’diversi hinijiet tal-gurnata wiehed jersaq lejn il-mejda tal-ikel flimkien mal-familja tieghu jew waqt xi bankett. Wiehed jista` jiekol bil-qies jew jaghti lilu nnifsu orgija shiha. Li tiehu sehem f’ikla komuni johloq komunita` ta’ ghajxien fost il-mistednin. Izda l-ikla jista` jkollha wkoll sura sagra, xi haga li tidher sew fir-religjonijiet pagani daqskemm tidher ukoll fl-Iskrittura. Wiehed jista` jersaq ghall-ikel fil-prezenza ta’ xi idolu u hekk jinghaqad max-xjaten, jew inkella wiehed jista` jiehu sehem fl-ikla tal-Mulej sabiex jinghaqad fit-tqarbin mal-Gisem u d-Demm tieghU. Permezz ta’ dan is-simbolu, il-bniedem jirrealizza li hemm komunita` ta’ ghajxien li huwa mxennaq ghaliha, jew ma` Alla jew mad-dinja tax-xjaten.
I. IKLIET UMANI
L-iktar ikla semplici li hemm fl-Iskrittura hi diga` minnha nfissha azzjoni umana eccezzjonali. Bhala sinjal ta’ ospitalita` grazzjuza (Gen. 18,1-5; Lq. 24,29), jew memorjal ta’ hbiberija (Mt. 9,11), simbolu ta’ ferh mal-wasla ta’ xi qarib (Tob. 7,9), mal-migja lura ta’ l-Iben il-hali (Lq. 15,22-32), l-ikla tista` wkoll issir att ta’ radd il-hajr lil Alla l-Feddej (Atti 16,34). Ukoll jekk il-ferh ghandu jkun shih u mfawwar (Gw. 2,1-10; ara Koh. 9,7w), it-tahlit dizordinat ta’ l-imhabba u l-ixxalar mhijiex xi haga li wiehed ghandu jaccettah (ara Gdt. 1,16), ukoll meta dan jigri lil Salamun u n-nies ta’ madwaru (1Slat. 10,5). Izzejjed jiddegenera f’aberrazzjoni bla sens (Mt. 14,6-11; Lq. 16,19), li minn naha taghha tista` twassal ghall-kastig (Gdt. 13,2). Hieni l-bniedem li jkollu daqstant melh f’mohhu li jaghti kaz tat-twiddib fuq dan kollu (Dan. 5,1-20; Lq. 12,19w)!
Mghallma mill-esperjenza, il-filosfi ta’ l-gherf stipulaw regoli dwar kif wiehed ghandu jgib ruhu waqt l-ikel; pariri semplici dwar qies fl-ikel u fix-xorb (Prov. 23,20w; Sir. 31,12-22) jew dwar il-prudenza (Prov. 23,1w; Sir. 13,7), li wiehed jiehu hsieb li jimxi skond il-haqq morali (Sir. 6,10; 40,29). Huma b’mod specjali raw minn qabel kemm ma jkunx kuntent dak il-bniedem li ma jirrispettax il-ligijiet ta’ l-ospitalita`, u ghalhekk ikkundannaw lil dak li ntrefa kontra ahwa li kienu maghqudin flimkien fuq il-mejda tal-ikel (S. 41,10). Ghad jigi jum meta x-Xitan jidhol f’qalb Guda li kien ghadu kemm ha l-gidma hobz lilu moghtija minn Min huwa kien se jittradixxi (Gw. 13,18.26w).
II. IKLIET SAGRI
Il-kult tal-Lvant fi zmien il-Bibbja kien jinkludi banketti sagri ta’ xorta misterjuza li matulhom l-ikkunsmar ta’ ikel moghti b’sagrificcju kien jitqies li jassigura tqassim tajjeb tas-setghat divini. F’Israel minn dejjem kien hemm it-tentazzjoni li jiehdu sehem f’dawn il-kulti ritwali, sew jekk kienet dik ta’ Mowab (Num. 25,2), jew ta’ Kanghan (Ezek. 18,6.11.15; 22,9). Dawk li kienu jemmnu f’Jahweh kellhom ukoll l-ikliet sagri taghhom, b’mod kif kien isir dak iz-zmien (Lev. 3), u b’mod idolatru bhalma gara fil-kult ta’ l-ghogol tad-deheb (Ez. 32,6). Tabilhaqq kull ikla, jew ghall-inqas kull ikla li fiha kien jigi servut il-laham, kellha ghamla sagra (1Sam. 14,31-35). Ukoll, kull att solenni religjuz kien jinkludi ikla sagrifikali (1Sam. 9,12w, ara 1,4-18). It-tifsira preciza ta’ din l-ikla sagra mhuwiex car, u din it-tifsira mid-dehra qarrqet lill-Israelin nnifishom (ara l-incertezza li Lev. 10,17w juri). Iktar minn hekk, il-profeti ma jitkellmux dwarha. Ma jissemma mkien il-hsieb animista ta’ tqassim ta’ setghat sagri b’dan il-mod, ghall-kuntrarju tal-oppost semplici tieghu, il-hsieb li titma lil Alla b’ikel b’riha tfuh (Num. 28,2), li dwar s-salmista ma jridx jisma aktar (S. 50,12).
Hemm qbil fid-diversi tradizzjonijiet fuq din il-haga : l-ikla sagra kienet rit mahsub mhux biex johloq izda kien jikkonferma patt, liema patt jista` jitwaqqaf fost ir-razez (Gen. 31,53w; ara 26,26-31), jew bejn Alla u l-midluk tieghU (1Sam. 9,22), jew mal-qassisin tieghU (Lev. 24,6-9), jew mal-poplu tieghU (Ez. 24,11; Dt. 27, 7). Ghaldaqstant l-ikla tal-Ghid hija memorjal ta’ l-ghegubijiet li graw fil-bidu tal-patt (Ez. 12-13); u l-ikkunsmar tal-bikri huwa tifkira tal-providenza li ma taqtax li Alla jaghti lil niesU (Dt. 26).
Id-Dewteronomju jizvolgi din l-idea billi it-tema ta’ l-ikla ghal dik tal-festa ferrihija fil-prezenza ta’ Jahweh (Dt. 12,4-7. 11w.18; 14,22w; 15,20; 16,10-17). L-unika ikla sagra hija dik li tghaqqad il-poplu kollu fil-post maghzul minn Alla biex hemm tidher il-prezenza tieghU. U permezz ta’ din l-ikla l-poplu jfakkar, permezz tar-rit ta’ radd il-hajr, il-barkiet ta’ Alla, filwaqt li jfahhruH bir-rigali li Hu jkun tahom. Ic-celebrazzjoni bil-kelma, bil-kant jew biz-zfin hekk tigi qabel kull aspett materjali ta’ xi bankett. Din l-evoluzzjoni, li tispikka wkoll f’xi liturgici celebrati mill-insara, sabet ghajnuna fis-sehh taghha tal-polemika li kellhom il-profeti dwar kuncett wisq materjali ta’ x`jaghmel sagrificcju, kif ukoll billi jaghtu importanza kbira lis-sagrificcju ta’ tifhir bhala dak it-tajjeb li johrog mix-xofftejn: "Ifrah, Gerusalemm. Il-Mulej, Alla tieghek, qieghed f’nofsok. Minhabba fik jithenna b’ hena kbir, fi mhabbtu jgeddek, jinfexx minhabba fik f’aghjat ta’ ferh" (Sof. 3,14-17; ara Is. 30,20; Neh. 12,27-43). Din it-tema se tkun wahda essenzjali sabiex wiehed jifhem x’inhu s-sagrificcju tal-Ligi l-gdida (Lhud 13,9-16).
III. KRISTU U L-IKLIET
Ic-celebrazzjonijiet ta’ l-ikliet umani ghandha tifsira ghalkollox gdida meta jkun qet jattendi ghalihom dak Alla li sar bniedem. Huwa l-habib mistieden ghall-ikel f’dar Lazzru (Lq 10, 38-42), ghall-festa tat-tieg f’Kana (Gw 2, 1-11). Kristu jaccetta l-istedina ta’ Xmun il-Farizew, izda f’dak l-istess post Huwa jilqa` bi hniena s-sinjal li twettaq il-mara midinba u soghbiena (Lq 7, 36-50). Bla ma joqghod jahsibha darbtejn, Huwa joqghod ghall-ikel mal-publikani Mattew (Mt 9, 10) jew Zakkew (Lq 19, 2-10).
Bil-prezenza tieghU Gesu` jaghti lill-ikliet il-valur shih taghhom. Huwa jghaqqad lil dawk li huma tieghU billi jaghmilhom haga wahda f’ikla ta’ bejnithom, u jkun Hu nnifsU li jaghmel barka (Mt 14, 19; 15, 36). Huwa japprova l-ligijiet ta’ l-ospitalita` ((Lq 7, 44w); Huwa jirrakkomanda l-ghazla umli ta’ l-ahhar post (Lq 14, 7-11) u l-karba tal-povru Lazzru (Lq 16, 21). Dawn l-ikliet gia` qeghdin igibu fis-sehh il-bxara Messjanika tat-Testment il-Qadim billi jaghmlu jidhru id-doni divini : ferh (Mt 9, 15), mahfra (Lq 7, 47), Salvazzjoni (Lq 19, 9), abbundanza kbira, meta Gesu` fil-persuna tieghU jkattar l-ikel fid-dezert ghall-gemgha mgewwha (Mt 14, 15-21). B’dan wiehed jerga` lura ghall-ferh ta’ l-Gheden u ghal tigdid tal-mirakli ta’ l-ezodu (Gw 6, 31w; ara Ez 16, 18), u dawn l-opri ta’ Kristu bl-istess mod ihabbru bankett iehor, l-ewkaristija, u ‘l hinn minn dan kollu, il-festa eskatologika.
Fl-istennija tal-migja lura tieghU, Gesu` jinawgura l-ikla tal-fatt il-gdid sigillata b’demmU. Minflok il-manna, Huwa jaghtina gismU b’nutriment, il-hobz veru haj offrut ghall-hajja tad-dinja (Gw 6, 31w. 48-51). Din l-ikla kienet tabilhaqq tkomplija ta’ dawk l-ikliet li soltu kien jaghmel ma` shabU d-dixxipli, li minghajr dubju kienet tikkonsisti f’hobz u nbid u li kienet mezz kif Huwa jigbor lil tieghU madwarU. Izda qabel din l-ikla ta’ tluq gie l-hasil tas-saqjn li kien espressjoni simbolika tat-tifsira li ghandha l-ewkaristija bhala sagrificcju. Bl-istess mod din l-ikla fakkret fil-htiega li jkun hemm umilta` u mhabba sabiex wiehed jiehu sehem sew fil-bankett sagru (Gw 13, 2-20).
F’Hadd il-Ghid, Gesu` mqajjem mill-mewt jidher lil tieghU filwaqt li jkunu qeghdin jieklu flimkien (Lq 24, 30; Gw 21, 13). Il-komunita` ewlenija ta’ Gerusalem hasbet li l-ahjar mod kif tista` tghix mill-gdid l-ikla ma` Kristu rxoxt (Atti 1, 4) kien billi ggedded "il-qsim tal-hobz" f’ghaqda ta’ ferh u mhabba fraterna (Atti 2, 42.46).
Skond Pawlu, l-ewwel kondizzjoni sabiex wiehed jiehu sehem fl-ewkaristija kienet sewwasew l-imhabba (1Kor 11, 17-33). Huwa hekk jghallem li l-ikla mqaddsa ghandha dimensjoni doppja. Fiha nnifisha, hija ikla "sagramentali", billi kull min jiekol minn dan il-hobz huwa f’ghaqda mal-gisem ta’ Kristu u biH "ahna, li ahna hafna, ahna gisem wiehed" (1Kor 10, 17). Izda din l-ikla xorta wahda ghadha mhijiex l-ikla ahharija ghax hi stess tipproklama li l-Mulej ghad jerga` lura biex jiccelebra l-festa eskatologika.
IV. IL-BANKETT ESKATOLOGIKU
Ix-xbiha ta’ bankett kienet tintuza fit-TQ mill-filosofi ta’ l-gherf biex jaghtu hajja lill-ferh li kien ikun hemm fil-festa ta’ l-Gherf (Prov 9, 1w). Fi tmiem iz-zminijiet, Jahweh se jhejji ghall-popli kollha festa "straordinarja" (Is 25, 6; ara 65, 13), li fiha ghad jiehdu sehem dawk kollha li huma bil-guh, ukoll dawk li ma ghandhomx flus (Is 55, 1w). Gesu` jwieghed din il-beatitudni (Mt 5, 3.6) lid-dixxipli tieghU, li se titwettaq fil-parousia. Dawk kollha li wiegbu bil-fidi ghall-istedina tas-sultan se joqoghdu fuq il-mejda mieghU (Lq 22, 30) sabiex jixorbu inbid gdid (Mt 26, 29) flimkien "ma` Abraham u ma` Izakk u ma` Gakobb fis-Saltna tas-Smewwiet" (Mt 8, 11). Ghall-inqas, ghandu jkollhom libsa tat-tieg (Mt 22, 11-14). U jekk il-qaddejja jishru, sidhom "jithazzem, iqeghidhom madwar il-mejda, u jghaddi quddiemhom iservihom" (Lq 12, 37). Dik tkun ikla fejn kulhadd jingema` flimkien, izda tkun ukoll ikla li fiha kull bniedem ikollu ghaqda intima mal-Mulej : "Ara, jiena fil-bieb, u qieghed inhabbat; jekk xi hadd jismaghni u jiftahli l-bieb, jiena nidhol ghandu u niekol mieghu, u hu jiekol mieghi" (Apk 3, 20).
L-Ilma huwa qabel xejn il-ghajn u l-qawwa tal-hajja: minghajru d-dinja mhi xejn ghajr dezert niexef, art ta’ guh u ghatx, fejn bnedmin u bhejjem huma moghtijin ghall-mewt . Izda jezistu wkoll l-ilmijiet tal-mewt : id-dulluvju qerriedi li kaxkar mieghu id-dinja u jibla lill-hajjin. Ukoll, fit-tindif bil-hasil li jitwettaq b’ kult, li gej minn drawwa ta’ hajja domestika, l-ilma jsaffi kemm lill-bniedem kif ukoll oggetti mit-tbajja li jgarrbu fil-hajja ta’ kuljum. B’hekk l-ilma, kemm jekk ikun qed jaghti l-hajja jew ikun qed jhedded, filwaqt li dejjem inaddaf, huwa dejjem haga wahda mal-hajja umana u mal-grajja tal-poplu tal-patt.
I. HLEJQA TA’ ALLA
Alla, is-sid ta’ l-univers, ixerred l-ilma skond ir-rieda tieghU u ghalhekk ghandu f’idejH id-destin tal-bniedem. L-Israeliti, filwaqt li jzommu ix-xbieha tal-kosmogonija qadima tal-Babilonja, jaqsmu l-ilmijiet f’zewg gemghat li jinghazlu minn xulxin. "L-ilma ta’ fuq il-medda" kien jinzamm ‘il- fuq mis-sema li kienet mahsuba li hi xi wicc iebes (Gen 1,7; S 148,4; Dan 3, 60; ara Apk 4, 6). Meta jinfethu bwieb is-smewwiet, l-ilma jithalla jaqa` fuq id-dinja bhala xita (Gen 7, 11; 8,2; Is 24, 18; Mal 3, 10) jew bhala nida li tintraxx matul il-lejl fuq il-haxix (Gob 29, 19; Gham 5, 2; Ez 16,13). In-nixxighat u x-xmajjar, madankollu ifawru mhux mix-xita izda minn gibjun ta’ kobor bla qies li fuqu tistrieh id-dinja : "l-ghejun tal-qiegh", jew l-abbiss (Gen 7, 11; Dt. 8, 7; 33, 13; Ezek 31, 4).
Alla, li waqqaf din l-ordni, huwa is-sid ta’ l-ilmijiet. Huwa jzommhom lura jew jehlishom kif joghgbU, kemm l-ilma ta’ fuq kif ukoll dak ta’ taht il-medda; u b’hekk jew taqa` n-nixfa jew jerhi l-ilmijiet u dawn jifqghu l-art (Gob 12, 15). "Hu jaghti x-xita lill-art" (Gob 5, 10, S 104, 10-16), xita li tigi minghand Alla u mhux mill-bnedmin (Mk 5,6; ara Gob 38, 22-28). Huwa "qassam bil-qjies l-ilmijiet" (Gob 28, 25). Huwa jaghtina "ix-xita f’waqtha" (Lev 26, 4; Dt. 28,12) : u jekk din tigi tard wisq (f’Jannar) iz-zmien taz-zriegh jitwarrab, l-istess bhalma jigri ghall-hsad jekk jieqaf kmieni zzejjed "tliet xhur boghod" (Gham 4, 7). Minn naha l-ohra, meta Alla joghgbu jibghat lill-bniedem "ix-xita bikrija u x-xita imwahhra" (Dt 11,14; Ger 5, 24), din tqieghed fiz-zgur il-prosperita` tal-pajjiz (Is 30, 23-25).
Hekk Alla jahkem "fis-smewwiet u fuq l-art, fil-bahar u f’qiegh l-ibhra kollha" skond ir-rieda tieghU (S 135, 6; Prov 3, 19-20). Jekk Alla jnixxef il-qiegh il-kbir, Huwa jtemm il-gliegel tan-nixxighat u tax-xmajjar (Gham 7, 4; Is 44,27; Ezek 13, 15) u jgib herba. Jekk Huwa jiftah ix-xtiebi ta’ l-Abbissi, ix-xmajjar ifawru u jahju l-hdura fuq xtuthom biex jaghmlu l-frott (Num 24, 6; S 1, 3; Ezek 19, 10), l-iktar meta tonqos ix-xita (Ezek 17, 8). Fl-inhawi tad-dezert in-nixxighat u l-bjar huma l-ghejjun wahdanin ta’ l-ilma li jhallu kemm bnedmin kemm bhejjem jitrejqu minnhom biex itaffu l-ghatx taghhom (Gen 16, 14; Ez 15, 23.27). Huma jirrapprezentaw il-gwiebi tal-hajja li tant jiggieldu bl-ahrax ghalihom (Gen 21, 25; 26,20-21).
Salm 104 jigbor fih il-hakma tal-ghageb li ghandu Alla fuq l-ilmijiet; huwa Hu li waqqaf fuq l-ilma l-ghamajjar gholja tieghu (S104, 3) u li bl-ibhra kesa l-art (v 6); huwa Hu li jaghtihom posthom mal-gholjiet u fil-widien (v 8), li jhazzilhom tarf biex qatt iktar ma jergghu jgharrqu l-art (v 9), li jgerri l-ghejun qalb l-gholjiet (v 10) u jibghat ix-xita mill-imhazen gholja tieghu (v 13), li b’rihitha jinfirex kull gid u abbundanza fuq l-art u li bihom tithenna qalb il-bniedem (vv 11-18).
II. L-ILMIJIET FIL-GRAJJA TAL-POPLU
TA’ ALLA
1. L-ilmijiet u t-tpattija temporali. Jekk Alla jaghti jew jichad l-ilmijiet skond kif joghgob lilU, Hu madanakollu ma jaghmilx dan kif irid u b’kapricc, izda skond l-imgiba tal-poplu tieghU. Alla jaghti jew jichad l-ilma skond kif huma jibqghu jew ma jibqghux fidili lejn il-patt. Jekk l-Israeliti jghixu skond il-Ligi divina u jobdu l-lehen ta’ Alla, Alla jiftah is-smewwiet biex jibghat ix-xita fi zmienha (Lev 26, 3w. 10; Dt 28, 1-12). L-ilma hu ghalhekk l-effet u s-sinjal tal-barka ta’ Alla lejn dawk li jaqduH bil-fedelta` (Gen 27, 28; S 133, 3). Min-naha l-ohra, jekk Israel mhux fidil, Alla jikkastigah billi jaghmillu "smewwietek bhall-hadid u artek bhall-bronz" (Lev 26, 19; Dt 28, 23), sabiex hu jifhem u jikkonverti (Gham 4, 7w). In-nixfa hi, ghalhekk, effett tas-sahta divina lejn dawk li jghixu minghajr Alla (Is 5, 13; 19, 5-7; Ezek 4, 16w; 31, 15), bhal dik li ghamlet herba mill-pajjiz taht Ahaz meta Israel telaq il-kmandamenti tal-Mulej biex jimxi wara l-Baghalim (1Slat 18,18).
2. L-ilmijiet li jwerwru. L-ilma mhuwiex biss qawwa tal-hajja. L-ilmijiet tal-bahar juru car certu nuqqas ta’ trankwillita` li kollu gej mix-xitan u dan bic-caqliq taghhom kontinwu u d-dezolazzjoni ta’ Xeol bil-hruxija taghhom. Iz-zjieda f’daqqa wahda tar-rih mill-Punent, li jtajjar il-hamrija u kull hlejqa hekk kif tfigg maltempata (Gob 12,15; 40,23), huwa xbieha tax-xorti hazina li hi mhejjija li tmiss lill-bniedem bla mistenni (S 124), il-konfoffi li l-ghedewwa tal-bniedem gust jonsbu kontrih (S 18, 5w. 17; 42, 8; 71, 20; 144,7); bil-konfoffi taghhom huma jfittxu li jkaxkru ‘l bniedem gust sal-qiegh nett ta’ l-Abbissi (S 35, 25; 69, 2w). Issa, jekk Alla jaf ihares ‘l bniedem gust minn dan il-mwieg qerrieda (S 32, 6; ara Ghan 8, 6w), Huwa jista` b’mod daqstant facli jaghmel li dawn ihabbtu fuq il-bnedmin bla Alla -- b’dan li jkun kastig misthoqq ghal imgiba li tmur kontra l-imhabba tal-proxxmu (Gob 22, 11). Ghall-profet il-fawran qerriedi tax-xmajjar il-kbar huwa xbieha tal-qawwa tas-saltniet li jmorru jgharrqu u jeqirdu gnus zghar; il-qawwa tal-Assirja mqabbla ma` l-Ewfrate (Is 8, 7) jew ta’ l-Egittu mqabbla man-Nil (Ger 46, 7w). Dawn huma x-xmajjar li Alla se jibghat biex jikkastigaw lill-poplu tieghU li huwa hati ta’ nuqqas ta’ fidi fiH (Is 8, 6-8), kif ukoll lill-ghedewwa tradizzjonali ta’ Israel (Ger 47, 1w).
F’idejn il-Hallieq madanakollu, din il-frosta harxa ma ssawatx bil-ghami; ghalkemm din tibla d-dinja bla Alla (2 Pt 2, 5), id-dilluvju jhalli lil Noe` jghix, lill-bniedem gust li jibqa haj (Gerf 10, 4). L-ilmijiet tal-Bahar l-Ahmar bl-istess mod ghamlu ghazla bejn il-poplu ta’ Alla u l-popli ta’ l-idoli (Gherf 10, 18w). L-ilmijiet li jwerwru, ghalhekk, janticipaw l-ahhar haqq li jsir bin-nar (2 Pt 3, 5-7; ara S 29, 10; Lq 3, 16w); dawn ihallu art gdida wara li jkunu ghamlu l-moghdija taghhom (Gen 8, 11).
3. L-ilmijiet li jsaffu. It-tema ta’ l-ilmijiet tal-ghadab hi mghaqqda ma’ xejra ohra ta’ ilma li jaghmel il-gid: din mhijiex biss il-qawwa tal-hajja izda wkoll dik li tahsel u tnaddaf it-tbajja (ara Ezek 16, 4-9; 23,40) Wiehed mir-riti ewlenin ta’ l-ospitalita` kien li tahsel saqajn il-mistieden sabiex dawn jitnaddfu mit-trab tal-vjagg (Gen 18, 4; 19,2 ara Lq 7, 44; 1 Tim 5, 10); u awl il-lejl ta’ mewtU Gesu` xtaq li jwettaq Hu nnifsu dan id-dmir ta’ min jaqdi bhala sinjal ezemplari ta’ umilta` u ta’ mhabba nisranija (Gw 13, 2-15).
Bhala mezz ta’ ndafa tal-gisem, l-ilma huwa spiss xbieha ta’ safa tar-ruh. In-nies jahslu idejhom biex juru li huma bla htija u li ma ghamlux id-deni (S 26, 6; ara Mt 27,24). Il-midneb li jitlaq id-dnub u jikkonverti huwa bhal bniedem mtebba` li jinhasel (Is 1, 16). Bl-istess mod Alla "jahsel" il-midneb li Hu jkun li jahfirlu dnubietu (S 51, 4). Permezz tad-dilluvju Alla " naddaf" id-dinja meta Hu gieb il-mewt fuq il-bnedmin ta’ bla Alla (ara 1 Pt 3, 20w).
Ir-ritwal Lhudi kien jitlob li jsir ghadd kbir ta’ tisfijiet bl-ilma; il-qassis il-kbir kellu jinhasel biex jithejja ghall-konsagrazzjoni tieghu (Ez 29, 4; 40, 12) jew ghall-festa ta’ Jum it-Tpattija (Lev 16, 4. 24); it-tindif bil-hasil bl-ilma kien preskritt ghal min imiss gisem mejjet (Lev 11, 40; 17, 15w), biex wiehed jitnaddaf mill-gdiem (Lev 14, 8w) jew minn kull nuqqas ta’ safa sesswali (Lev 15). Dawn it-tifsijiet tal-gisem differenti kellhom ifissru tisfija gewwinija tal-qalb, li kienet essenzjali ghal min kien jixtieq jersaq lejn dak Alla li hu ghal tlett darbiet qaddis. Izda huma ma kellhomx setgha li jgibu fis-sehh tassew is-safa fil-qalb. Fil-patt il-gdid Kristu waqqaf ghamla gdida ta’ tisfija; fit-tieg f’Kana, Huwa habbarha bil-quddiem f’ghamla ta’ tixbiha meta biddel l-ilma li kellu jintuza ghal-hasil ritwali (Gw 2, 6) f’imbid, li hu xbieha kemm ta’ l-Ispirtu kif ukoll tal-Kelma li ssaffi (Gw 15, 3; ara 13, 10).
III. L-ILMIJIET ESKATOLOGICI
1. It-tema ta’ l-ilma ghandha wkoll post importanti fid-dehra tal-qawmien mill-gdid tal-poplu ta’ Alla. Wara l-gbir lura flimkien ta’ l-imxerrdin kollha, Alla se jqassam f’kotra kbira l-ilmijiet li jsaffu u jnaddfu qalb il-bniedem u hekk jaghtuh il-qawwa li jwettaq bil-fedelta` u fil-milja il-Ligi ta’ Jahweh (Ezek 36, 24-27). Mbaghad, se jkun hemm tmiem ghas-sahtiet u n-nixfa: Alla se jibghat ix-xita f’waqtha (Ezek 34, 26), li hi r-rahan tal-prosperita` u ta’ kull tkattir (Ezek 36, 29 w). Iz-zrieragh se jnibbtu, u b’hekk jizguraw hsad kotran; il-merghat se jkunu jhaddru (Is 30, 23w). Il-poplu ta’ Alla se jitwassal ghan-nixxighat ibaqbqu; u l-guh u l-ghatx se jghibu ghal-dejjem (Ger 31, 9; Is 49,10).
Fi tmiem l-ezilju tal-Babilonja it-tifkira ta’ l-Ezodu hija ta’ sikwit maghquda ma` dan il-hsieb ta’ qawmien mill-gdid. Il-migja lura se tkun tabilhaqq ezodu gdid, li se jkun imsieheb b’ghegubijiet wisq aktar ta’ l-ghageb. Permezz ta’ Mose` Alla qabel gieghel l-ilma jnixxi mill-blata biex jaqta` l-ghatx tal-poplu tieghU (Ez 17, 1-7; Num 20, 1-13; S 78, 16.20; 114, 8; Is 48, 21). Minn dan il-waqt ‘l-quddiem. Alla se jgedded dan il-ghageb (Is 43, 20), se jkun b’kotor bhal dan illi d-dezert se jinbidel f’masgar mimli frott (Is 41, 17-20), "u l-art niexfa f’ghejun ta’ ilma" (Is 35, 6w).
Gerusalemm, il-post lejn fejn sejjer il-pellegrinagg, se jkollha nixxiegha li ma taqta` qatt. Se tnixxi xmara mit-tempju u din se tfawwar sal-Bahar il-Mejjet; din se tifrex il-hajja u s-sahha tul mixjitha, u s-sigar se jnibbtu, moghnija b’kotra ta’ frott ta’ l-ghageb: se tkun il-migja lura tal-ferh tal-Genna (Ezek 47, 1-12; ara Gen 2, 10-14). Il-poplu ta’ Alla se jsib is-safa f’dawn l-ilmijiet (Sof 13, 1), kif ukoll il-hajja (Goel 4, 18; Sof 14, 8), u l-qdusija (S 46, 5).
2. F’dawn id-dehriet eskatologici l-ilma ordinarjament ghandu valur simboliku. Israel tabilhaqq ma jwahhalx harstu fuq il-gid materjali; u l-ghana li jilmah mhi xejn ghajr risq kif tifhmu d-dinja. L-ilma li Ezekjel jara jnixxi mit-tempju hu xbieha tas-setgha li tahji ta’ Alla, setgha li se tfur fiz-zmien Messjaniku u li se taghti l-qawwa lill-bnedmin li jkattru frott bix-xaba` (Ezek 47,12; Ger 17, 8; S1, 3; Ezek 19, 10w). F’Isaija 44, 3-5, l-ilma huwa xbieha ta’ l-ispirtu ta’ Alla li jista` jibdel id-dezert fi gnien iwarrad u lill-poplu infidil f’Israel tassew, jigifieri poplu li hu Qawwi ma’ Alla. Fi bnadi ohra il-Kelma ta’ Alla hija mqabbla max-xita li tinzel u tahji l-art biex taghmel il-frott (Is 55, 10w; ara Gham 8, 11w); u t-taghlim li l-Gherf idahhal fl-imhuh hu ilma li jaghti l-hajja (Is 55, 1; Sir 15, 3; 24, 25-31). Fi ftit kliem Alla huwa l-ghajn tal-hajja ghall-bniedem u jaghtih il-qawwa li jikber fl-imhabba u l-fedelta` (Ger 2, 13; 17, 8). Meta il-bniedem ikun ‘il-boghod minn Alla, huwa jkun biss art niexfa u bla ilma, moghti ghall-mewt (S 143, 6); hu ghalhekk jixxennaq ghal Alla l-istess bhalma l-ghazziela titlebleb ghall- ilma gieri (S 42, 2w). Izda jekk il-bniedem ghandu lil Alla mieghu, huwa jsir bhal gnien li f’Alla jsib l-ghajn tassew tal-hajja tieghu (Is 58,11).
IV. IT-TESTMENT IL-GDID
1. Ilmijiet li jaghtu l-hajja. Kristu gie biex igib mieghu l-ilmijiet li jaghtu l-hajja imweghda mill-profeti. Huwa l-blata li meta titniffed (ara Gw 19, 34) johorgu minn genbU ilmijiet li jqawwu lill-bnedmin biex jaqtghu l-ghatx taghhom fi triqthom lejn l-art imwieghda tassew (1Kor 10, 4; Gw 7, 38, ara Ez 17, 1-7). Bl-istess mod Huwa t-tempju (ara Gw 2, 19-21) li minnu se tibda tnixxi x-xmara li se ssaqqi u taghti l-hajja lill-Gerusalemm il-gdida (Gw 7, 37w; Apk 22, 1.17; Ezek 47, 1-12), il-Genna l-gdida. Dawn l-ilmijiet mhumiex ghajr l-Ispirtu s-Santu, il-qawwa li tahji ta’ Alla l-Hallieq (Gw 7, 39). Fi Gw 4, 10 - 14, madankollu, l-ilma x’aktarx jidher li jixxebbah mat-taghlim li jaghti l-hajja mhabbar minn Kristu-Gherf (ara Gw 4, 25). Ikun x’ikun, meta jintemm kollox l-ilma haj se jkun ix-xbieha tal-ferh bla tmiem tal-maghzulin, li se jitmexxew lejn il-merghat kollhom hdura mill-Haruf (Apk 7, 17; 21, 6 ara Is 25, 8; 49,10).
2. L-ilmijiet tal-maghmudija. It-tixbiha ta’ l-ilma ssib it-tisira shiha taghha fil-maghmudija nisranija. Sa mill-bidu, fil-maghmudija kienu jinqdew "bl-ilma ghall-indiema" (Mt 3, 11p), u ghal dan l-ghan inqeda bl-ilma tal-Gordan li qabel kien naddaf lil Naghman mill-gdiem tieghu (2 Salt 5, 10-14). Izda l-maghmudija ma ggibx maghha l-indafa tal-gisem izda dik tar-ruh, tal-kuxjenza (1Pt 3, 21). Huwa hasil li jnaddafna minn dnubietna (1Kor 6, 11; Ef 5, 26; Lhud 10, 22: Atti 22, 16), billi jghaddilna s-setgha feddeja tad-demm ta’ Kristu (Lhud 9, 13w; Apk 7, 14; 22, 14).
Ma’ din it-tixbiha fondamentali ta’ l-ilma tal-maghmudija, Pawlu jzid tixbiha ohra: l-inzul fl-ilma u t-tlugh minnu tan-neofita li jixxebbah mad-difna tieghu ma` Kristu u l-qawmien tieghu spiritwali (Rum 6, 3-11). Gandu mnejn li hawn Pawlu ra fl-ilma tal-Maghmudija, dehra tal-bahar, l-imkien fejn jghammru l-qawwiet tal-hazen u xbieha tal-mewt, meghlub minn Kristu, l-istess kif qabel l-Bahar l-Ahmar kien meghlub minn Jahweh (1 Kor 10-12; ara Is 51, 10). Fl-ahharnett, billi tghaddilna gewwa fina l-Ispirtu ta’ Alla, il-maghmudija hija ukoll bidu ta’ hajja gdida. Jista` jkun li Kristu xtaq juri dan billi wettaq hafna fejqan permezz ta’ l-ilma (Gw 9, 6w; ara 5, 1-8). Il-maghmudija ghalhekk tidher bhala "hasil ta’ twelid gdid u t-tigdid ta’ l-Ispirtu s-Santu" (Tit 3, 5; ara Gw 3, 5).