Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA
Redatt taht id-direzzjoni ta’
XAVIER LEON DUFOUR
INDICI
Isem – Isem ta' Gesù – Israel – Jimpurtak – Karità – Knisja
TQ
Ghan-nies ta’ zmien il-qedem l-isem mhuwiex biss mod ta’ kif wiehed jingharaf bi drawwa, izda tabilhaqq dikjarazzjoni tal-post li wiehed jokkupa fl-univers. Alla jipperfezzjona l-holqien tieghU billi jaghti ismijiet lill-kreaturi, il-jum, il-lejl, is-smewwiet, l-art, il-bahar (Gen 1, 3-10); Huwa jaghti isem lil kull kewkba (Is 40, 26); u jamar lil Adam li jaghti isem lil kull wiehed mill-annimali (Gen 2, 20). Iktar tard, il-bnedmin jibdew ta’ spiss jaghtu ismijiet sinjifikanti lil dawk il-postijiet fejn ikunu sehhew avvenimenti importanti. Din id-drawwa taghti lok ghal xi tnissil tal-kliem zorr, bhalma nghidu ahna hu dak ta’ Babel (Gen 11, 9).
1. L-ismijiet tal-bnedmin. L-isem li jinghata mat-twelid ikun wiehed li soltu jesprimi xi jkun jaghmel dak il-bniedem jew xi tkun xortih : Gakobb jaqla` ‘l Ghesaw darbtejn ‘il- barra (Gen 27,36); u "Nabal, dan ragel mill-aghar: Ismu mieghu, Nabal, bla mohh, u bluha wahdu" (1 Sam 25, 25). Isem jista’ jaghti wkoll hjiel fuq ic-cirkostanzi tat-twelid jew ikun tnebbiha tal-gejjieni skond kif jifhmu li se jkun il-genituri tat-tarbija: waqt li Rakele kienet qieghda tmut, hi ssemmi lil binha Benoni, jigifieri "iben in-niket tieghi", izda Gakobb isemmih Benjamin jigifieri "iben il-leminja tieghi" (Gen 35, 18). Xi minn daqqiet l-isem ikun tip ta’ xewqa profetika li biha tintalab l-ghajnuna ta’ Alla ta’ Israel ghal dik it-tarbija: Isaia (Jexa-Jahu), li jfisser "li kien Alla jsalva!" L-isem dejjem jesprimi x’setgha socjali li l-bniedem jista’ jkollu, biex hekk isem jista’ wkoll ifisser gharfien (Num 16, 2); filwaqt li ma jkollokx isem ifisser li int imwarrab (Gob 30, 8). Minn naha l-ohra, li bniedem ikollu diversi ismijiet ifisser li jkun bniedem importanti, li jkollu hafna funzjonijiet x’jaqdi; hu ghalhekk li Salamun inghata wkoll l-isem ta’ Gedidija, jigifieri "il-mahbub tal-Mulej" (2 Sam 12, 25).
Billi l-isem hu l-persuna nnifisha, li twettaq xi haga li jkollha x’taqsam ma` isem qisu ghandek ‘il min igib dak l-isem taht il-hakma tieghek. Ghalhekk jigri li censiment jiftihem bhallikieku ifisser jasar ghal dawk li se jinkitbu fih (ara 2 Sam 24). Meta jinbidel isem dak ikun ifisser li qed issehh bidla fil-personalita’; ifisser li minn issa ‘l quddiem dak il-bniedem se jitjassar (2 Slat 22,34; 24,17). Sabiex Alla juri sew li qieghed jiehu pussess ta’ hajjithom, Huwa jibdel isem Abraham (Gen 17, 5), ta’ Sara (17, 15), ta’ Gakobb (32, 39). Hekk ukoll Alla jaghti ismijiet godda lill Gerusalemm mahfura - Belt is-Sewwa, il-Belt Fidila (Is 1, 26), Belt tal-Mulej (60, 14), l-Imfittxija (62, 12), Ghaxqti fiha (62, 4) - u dan jaghmlu sabiex jesprimi l-hajja gdida ta’ belt fejn il-qlub jergghu jitkebbsu bil-patt il-gdid.
2. L-ismijiet ta’ Alla. Fost il-gnus kollha, isem l-allat kien tabilhaqq ifisser hafna; u jekk il-Babilonizi gebbduha daqstant li taw hamsin isem lil Marduk, l-alla ewlieni taghhom, sabiex jaghmlu sagra r-rebha tieghu fi zmien il-holqien, il-Kanaghnin zammew mohbija ismijiet l-allat taghhom taht it-titlu generiku ta’ "Baghal", jigifieri "sid" (ta’ dan u dak il-post).
Fost il-Lhud, huwa Alla nnifsU li joghgbU jaghti isem lilU nnifsU. Qabel ma ghamel hekk, Alla ta’ Mose` kien biss maghruf bhala Alla ta’ l-antenati taghhom, Alla ta’ Abraham, Isakk u Gakobb, Dak l-anglu li ssielet ma` Gakobb ma riedx jghid x’jismu meta gie mistoqsi (Gen 32, 30); gie fdat biss lil missier Sansun aggettiv relatat ma` l-isem: "Hu isem ta’ l-ghageb!" (Imh 13, 18). Kien ukoll permezz ta’ aggettivi bhal Xaddaj (Hu li qieghed fuq il-Muntanja) jew espressjonijiet bhal Biza` Kbira ta’ Izakk jew Qawwi ta’ Gakobb li Alla ta’ Israel kien jissejjah bihom fi zmien il-patrijarki. Izda jum wiehed f’Horeb, kien Alla nnifsU li kixef ismU ma` Mose`. Il-mod uzat xi minn daqqiet jiftihem bhala cahda simili ghal dik li I-anglu ghamel lil Gakobb sabiex hu ma jintelaqx f’idejh: "Jien Li Jien" (Ez 3, 13-16; 6,3). Izda l-kitba sagra xtaqet taghti tifsira pozittiva lil dan il-mod hekk uzat. Fil-fatt, skond l-isfond tal-kitba, dan l-isem kellu jkollu tifsira ghall-poplu dwar il-missjoni ta’ Mose`; "Jiena-Hu baghatni ghandkom", Mose` jghidilhom; u l-poplu jigi jadura lil "Min-Hu" (jew "Min igib fl-ezistenza") fuq il-muntanja qaddisa. F’kull kaz, dan l-isem ifisser li Alla hu prezenti fost il-poplu tieghU : Huwa hu Jahweh.
3. Issejjah l-isem t’Alla. Jekk Alla kixef ismU dan ghamlu sabiex ikun jista’ jinghata qima skond ismU ghal dejjem u jfakkar lill-popli fiH minn nisel ghal nisel (ara Ez 3, 15). Dan l-isem se jkun is-sejha li tigbor it-tribujiet ghall-glied u wara r-rebha (Imh 7, 20). Huwa l-isem ta’ dak Alla wiehed u veru : hu ghalhekk li l-profeti jghidu ftit zmien wara : "Qabli qatt alla ma kien imsawwar, u lanqas warajja qatt ma jkun hemm. Jiena, jiena, l-Mulej" (Is 43, 10w).
Isem Alla hu ghalhekk l-uniku isem permess fuq fomm Israel (Ez 23,13), l-uniku wiehed imsemmi f’Gerusalemm meta David ikun ghamel dik il-belt il-kapitali religjuza tieghu: "ghax il-Mulej ‘Ghajjur’ ismu" (Ez 34,14). Li tghanni lill-Mulej, li ssejjah ismU, hu sewwasew li taghti qima lil Alla, li titolbU : ismU jixxandar fil-gholi (Is 12, 4), ismU jissejjah (S 28, 1; ara Is 41, 25), u Hu jwegibhom (S 99, 6). Izda jekk Alla fada ismU tassew lil Israel, dan il-poplu ghandu amar li "la ssemmix l-isem tal-Mulej, Alla tieghek, fix-xejn" (Ez 20, 7; Dt 5, 11): fil-fatt dan l-isem ma nghatalhomx biex juzawh hazin, u hekk jispiccaw jittantaw lil Alla: dan ifisser li ma jaqdux iktar ‘l Alla, imma biss li juzawH ghall-ghanijiet taghhom.
4. L-isem, jigifieri, Alla nnifsU. Alla hekk iwahhad lilU nnifsU ma ismU li, meta jitkellem dwarU, Huwa jkun qed isemmi lilU nnifsU. Huwa l-isem mahbub (S 5, 12), imfahhar (S 7, 18), imqaddes (Is 29, 23). "Dan l-isem imsebbah u tal-biza`" (Dt 28, 58) "ghal dejjem idum" (S 135, 13). Huwa ghall-kobor ta’ ismU (Goz 7, 9), minhabba f’ismU (Ezek 20, 9), li Jahweh jidhol ghal Israel; jigifieri ghall-glorja tieghU, sabiex jingharaf bhala Alla kbir u qaddis.
Sabiex tigi emfasizzata ahjar it-traxxendenza ta’ dak Alla li qieghed fil-gholi u misterjuz, l-isem hu fih innifsu bizzejjed biex ifisser Alla. Hekk, biex jigi evitat xi post iehor li ma jixraqx lil Alla, it-tempju huwa l-post li Alla jaghzel "biex hemm iqieghed ismU" (Dt. 12, 5); huwa hemm li l-irgiel ta’ Israel jidhru quddiem il-Mulej (Ez 34, 23), f’dak "it-tempju li hu msemmi ghalija" (Ger 7, 10.14). Huwa isem li "gej mill-boghod, mixghul bil-korla u b’duhhan tiela` madwaru ....... biex igharbel il-gnus" (Is 30, 27w). Finalment, f’kitba ahharija (Lev 24, 11-16), l-isem ifisser Jahweh, minghajr htiega ta’ iktar spjegazzjoni, l-istess bhalma l-lingwagg rabbiniku se jaghmel iktar ‘il quddiem. Minhabba f’certu rispett li dejjem jibqa` joktor, il-Gudajizmu attwalment jimxi lejn il-qaghda li ma jibqax jazzarda jlissen l-isem li gie rivelat f’Horeb. Meta tkun qed tinqara xi kitba, minflok idahhlu l-kelma Alla (Elohim) jew iktar ta’ spiss Adonai (Mulej tieghi). Hekk, meta l-Lhud jaqilbu l-Iskrittura mill-Ebrajk ghall-Grieg, huma ma jiktbux isem Jahweh, izda minflok jiktbu Kyrios (Mulej). L-istess bhalma l-isem Jahweh, fil-forma ta’ Jaou jew f’xi forma ohra, jghaddi f’uzu magiku jew profan, dan l-isem Mulej jidhol fit-TG b’mod li jircievi l-konsagrazzjoni tieghu.
TG
1. Isem il-Missier. B’mod li jikkorrispondi mal-kxif li Alla ghamel ta’ ismU fit-TQ, hekk insibu fit-TG il-kxif li bih Gesu` jgharraf lid-dixxipli tieghU b’isem Missieru (Gw 17, 6.26). Meta juri lilU nnifsU bhala l-Iben, Huwa jikxef l-isem "Missier" bhala dak l-isem li jesprimi l-essenza ta’ Alla b’mod l-iktar profond. Dan il-Missier, li ghandu b’IbnU lil Gesu` (Mt 11, 25-27), jestendi wkoll il-paternita’ tieghU lil dawk kollha li jemmnu f’IbnU (Gw 20, 17).
Gesu` jitlob lill-Missier jaghti glorja lil IsmU (Gw 12, 28) u jistieden lid-dixxipli tieghU jitolbuH iqaddes ismU (Mt 6, 9): dan Alla se jaghmlu meta juri il-glorja u s-setgha tieghU (Rum 9, 17; ara Lq 1,49), u jaghti glorja lil IbnU (Gw 17, 1. 5. 23w). L-insara ghandhom id-dmir li jfahhru lil Alla billi jistqarru ismU (Lhud 13, 15) u li jishru biex Alla ma jigix imkasbar u mzeblah bl-imgieba taghhom (Rum 2, 24; 1Tim 6, 1).
2. Isem Gesu`. Meta d-dixxipli jsejhu l-isem ta’ Gesu`, huma jfejqu l-morda (Atti 3, 6; 9,34), ikeccu x-xjaten (Mk 9, 38; 16,17; Lq 10, 17; Atti 16, 18; 19, 13), jaghmlu kull xorta ta’ miraklu (Mt 7, 22; Att 4, 30). Gesu` hekk jidher li Hu l-istess bhalma ismU jfisser : Min isalva (Mt 1, 21-25), irodd lura s-sahha lill-morda (Atti 3, 16), imma wkoll u fuq kollox, jikseb is-salvazzjoni eterna ghal dawk li jemmnu fiH (Atti 4, 7-12; 5,31; 13,23).
3. Isem il-Mulej. Meta Alla jqajjem lil Gesu` u jqeghdU fuq il-leminija tieghU, Huwa jaghtiH "l-Isem li hu fuq kull isem" (Fil 2, 9; Efes 1, 20w), isem gdid (Apk 3, 12) li jixbah isem Alla (14,1 ; 22,3w) u jiehu sehem fil-misteru tieghU (19, 12). Dan l-isem li ma jitlissinx madanakollu jigi tradott fit-tismija Mulej, li hija t-tismija ta’ Gesu` mqajjem mill-mewt l-istess bhalma hi t-tismija ta’ Alla (Fil 2, 10w = Is 45, 23; Apk 19, 13.16 = Dt 10, 17), u fit-tismija Iben, li Hu, f’dan is-sens, ma jaqsamx ma` ebda hlejqa ohra (Lhud 1, 3-5; 5,5; ara Atti 13, 33; Rum 1, 4 l-istess bhal S 2, 7). L-ewlenin insara ma qaghdux jahsbuha biex isemmu lil Gesu` b’wahda mill-iktar tismijiet karatteristici fil-Gudajizmu filwaqt li huma jkunu qed jitkellmu dwar Alla : l-appostli "hargu minn quddiem is-Sanhedrin ferhana talli kienu gew meqjusa denji li jkunu mmaqdra minhabba l-isem ta’ Gesu` (Atti 5, 41); ghax dawk il-barranin li siefru dan ghamluh ghal isem Gesu` (3 Gw 7).
a) Il-Fidi nisranija tikkinsosti filli "temmen b’qalbek li Alla qajjem lil Gesu` mill-imwiet", "jekk inti tistqarr b’fommok li hu l-Mulej", filwaqt li "ssejjah isem il-Mulej": dawn it-tlett espressjonijiet prattikament ifissru daqsinsew (Rum 10, 9-13). L-ewlenin insara kienu volontarjament isejhu lilhom infushom "dawk li f’kull pajjiz isejhu l-isem ta’ Gesu`` Kristu Sidna, taghhom u taghna" (1Kor 1, 2; 2 Tim 2, 22; Atti 9, 14.21; ara Atti 2, 21=Goel 3, 5), biex b’hekk ifissru li huma jaghrfu ‘il Gesu` bhala l-Mulej (Atti 2, 36). B’mod partikolari meta bniedem jitghammed tinghatalu l-professjoni tal-fidi, u dan isir f’isem il-Mulej Gesu` (Atti 8, 16; 19,5; 1Kor 6, 11), jew ukoll f’isem Kristu (Gel 3, 27), jew Kristu Gesu` (Rum 6, 3). In-neofita (nisrani li ghadu kemm tghammed) isejjah isem il-Mulej (Atti 22, 16), u isem il-Mulej jissejjah fuqu (Gak 2, 7); b’hekk huwa jsib ruhu taht is-setgha ta’ Min jaghraf bhala l-mulej tieghu.
Fi Gwanni, l-ghan ewlieni tal-fidi nisranija huwa inqas l-isem ta’ Mulej minn dak ta’ Iben: sabiex bniedem ikollu l-hajja, jehtieglu jemmen f’isem l-Iben il-wahdieni ta’ Alla (Gw 3, 17w; ara 1, 12; 2, 23; 20 ,30w; 1Gw 3, 23; 5,5.10.13), jigifieri li jsir haga wahda mal-persuna ta’ Gesu` filwaqt li jistqarr li Huwa l-Iben t’Alla, u li Bin Alla huwa l-isem li jesprimi Min Hu tabilhaqq.
b) Il-predikazzjoni apostolika ghandha l-ghan li tipproklama l-isem ta’ Gesu` Kristu (Lq 24, 46w; Atti 4, 17w; 5, 28.40; 8,12; 10,43). Kull min jippriedka dan l-isem irid ibati ghalih (Mk 13, 13p), u dan igieghlhom tassew jifirhu (Mt 5, 11p; Gw 15, 21; 1Pt 4, 13-16). L-Apokalissi hu indirizzat lil dawk l-insara li jbatu minhabba f’ismU (Apk 2, 3), izda li jzommu shih ma` ismU (2, 13) u li ma cahdulux ismU (3,8). Il-ministeru ta’ l-isem ta’ Gesu` huwa b’mod specjali responsabbilita’ ta’ Pawlu : "hu ghodda maghzula minni biex iwassal ismi" (Atti 9, 15) ghax "Jien stess ghad nurih kemm irid ibati minhabba f’ismi" (9, 16); huwa madanakollu jaqdi il-missjoni tieghu b’hila u qlubija (9, 20.22.27w), ghax hu jghodd man-nies "li iddedikaw hajjithom ghall-isem ta’ Sidna Gesu` Kristu" (15, 26) u lest li mhux biss jorbtuh imma wkoll jaghtuh il-mewt (21, 13).
c) Il-hajja Nisranija hija ghal kollox mimlija bil-fidi : il-laqghat isiru f’isem Gesu` (Mt 18, 20), dawk li jilqghu "wiehed minn dawn ic-ckejknin minhabba f’ismi, ikun jilqa` lili" (Mk 9,37) ghalkemm ghandhom jitghassu l-qarrieqa li jigu f’isem Gesu` u jqarrqu b’hafna nies (Mk 13, 6). Jintradd hajr lil Alla f’isem il-Mulej taghna Gesu` Kristu (Efes 5, 20; Kol 3, 17), biex "hekk permezz taghkom, ikun msebbah l-isem ta’ Gesu`, li hu jsebbah lilkom skond il-grazzja ta’ Alla taghna" (2 Tes 1, 11w). Fit-talb, il-Missier jigi indirizzat f’isem Ibnu (Gw 14, 13-16; 15,16; 16, 23-27).
4. Ismijiet ohra. Kull hlejqa tinghata l-isem li jisthoqqilha skond il-funzjoni li tkun taqdi. Meta din ikollha missjoni divina, isimha jitnissel mis-smewwiet, bhal dak ta’ Gwanni (Lq 1, 13.63). Ukoll meta l-isem jinghata mill-bnedmin, dan huwa sinjal tat-tmexxija ta’ Alla : Zakkarija (Lq 1, 5.72; "Alla jimpurtah"), Elizabetta (Lq 1, 5.73 : "il-halfa li Alla ghamel"), Marija (Lq 1, 27.46.52 : "msebbha, mghollija, mkabbra"). Meta Gesu` jaghti lil Xmun l-isem ta’ Pietru, Huwa jkun qed juri x’funzjoni qieghed jaghtih u l-personalita’ gdida li jkun qed johloq fih (Mt 16, 18).
Ir-raghaj it-tajjeb jaf lil kull nghaga fil merhla tieghU b’isimha (Gw 10, 3). Isem il-maghzulin huwa miktub fis-sema (Lq 10, 20), fi ktieb il-hajja (Fil 4, 5; Apk 3, 5; 13, 8; 17, 8). Meta dawn jidhlu fil-glorja, jircievu isem gdid u li ma jitlissinx (Apk 2, 17); b’mod li filwaqt li jiehdu sehem fl-ezistenza ta’ Alla, huma jkollhom minqux fuqhom isem il-Missier u l-isem ta’ Gesu` Kristu (3, 12; 14,1); il-Missier ser isejjhilhom uliedU (Mt 5, 9), ghaliex tassew hekk ahna (1Gw 3, 1).
ISEM TA’ GESU`
`Il-hsieb wara din il-kitba huwa biss sabiex juri x’jissuggerixxi u xi jfisser l-isem ta’ Gesu`, li hu isem fost tant ismijiet ohrajn.
I. "DAN GESU`"
L-isem qabel xejn ifisser dak li soltu jinftihem fil-lingwagg uman u b’mod partikolari fil-hsieb bibliku permezz ta’ isem: l-esseri nnifsU u l-fatt li Hu wahdieni, l-individwalita’ personali u konkreta tieghU: Hu u ebda hadd iehor, Hu u dak kollu li Hu - dan Gesu`, kif Huwa jissejjah diversi drabi (Atti 1, 11; 2, 36; 5, 30; 9, 17). Dan l-isem li juri xi jfisser bic-car, sew jekk imlissen jew le, igorr mieghu tista’ tghid it-twemmin nisrani baziku kollu li hemm - it-tkomplija bejn l-individwu li deher fil-gisem u l-hlejqa divina mistqarra bil-fidi. "Lil dan Gesu`, li intom sallabtuh, Alla ghamlu Mulej u Messija (Atti 2, 36). "Dan Gesu`, li kien mehud minn maghkom lejn is-sema, ghad jerga’ jigi kif rajtuh sejjer" (Atti 1, 11). "Lil dak li ghal ftit taz-zmien kien imnizzel ftit inqas mill-angli, lil Gesu`, ahna issa qeghdin narawh imzejjen fil-glorja u l-gieh" (Lhud 2,9). Ir-rivelazzjoni li kkonvertiet lil Pawlu fi triqtu lejn Damasku hi ta’ l-istess xorta : "Jiena Gesu, li int qieghed tippersegwitah" (Atti 9, 5; 22, 8; 26,15). Din mhux biss tizvela lill-persekutur tieghU, li ma jistax jinfired mill-poplu tieghu, il-prezenza tal-Mulej taghhom, izda ggieghel lill-persekutur jifhem li dak l-esseri tas-sema li hu kien ghadu kemm daq l-esperjenza tas-setgha tieghU u dak il-midghi mill-Galilija li kien qieghed jippersegwita b’tant mibgheda kienu tabilhaqq persuna wahda. Huwa jkun gie darba ghal dejjem mahtuf minn Kristu Gesu` (Fil. 3,12). Kull titlu li seta’ kellu qabel issa ma jfisser xejn ghalih meta jiftakar fil-qligh kbir li hemm filli jaghraf lil Kristu Gesu` Sidu (Fil. 3,8). Dan Kristu kbir u fuq kollox li jimla l-univers bil-milja divina tieghU (Kol. 1,15-20) jibqa` dak Sidna Gesu` Kristu li n-nisrani kien irceva u nizzel gheruqu fiH (Kol. 2,6).
II. GESU` TA’ NAZARET
Bhala holqien imgissem, "imwieled minn mara, imwieled taht il-ligi" (Gal. 4,4), Gesu` dahal fid-dinja fi zmien specifiku, "meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja" (Lq. 2,2), f’familja umana - li hi dik ta’ "Guzeppi, mid-dar ta’ David" (1,27); Huwa kien joqghod "f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret" (1,26). L-isem li nghata fic-cirkoncizjoni, bhalma kien jinghata kull wild Lhudi (Lq. 1,31; 2,21; Mt. 1,21.25), ma kienx xi isem eccezzjonali f’Israel (ara Sir. 51,30). Izda billi fil-laham ta’ dan il-wild Alla jsir Ghimmanu-El, "Alla maghna" (Mt. 1,23), Alla jwettaq fiH il-weghda maghmula lill-ewwel Gesu`, Gozwe`, li kien se jkun mieghu u li kien se juri ruhU bhala Jahweh is-Salvatur (Dt. 31,7w). L-origini ta’ l-isem jidher li hu komuni hafna; sabiex ikunu jistghu jaghrfu ‘l min qed isejjhu, huma normalment ma jghaqqdux ma` ismu, l-istess bhal fil-kaz ta’ xi familja maghrufa, isem missierU u l-antenati tieghU (ara Sir. 51,30), izda biss dak ta’ Nazaret, rahal zghoritu. Il-genealogiji ta’ Mattew u ta’ Luqa iktar ‘il quddiem jishqu fuq id-dixxendenza rjali li minnha tnissel Gesu`. L-ewwel stqarrijiet tal-fidi pjuttost jinsistu fuq l-isem normali li kienu jaghrfuH bih u kif kienu baqghu jiftakruH wara li Huwa ihallihom: "Gesu` ta’ Nazaret" (Gw. 19,19; Atti 2,22; 4,10; 6,14; 22,8).
III. GESU` FL-EVANGELJI
Gesu` huwa l-isem li soltu jntuza fl-evangelji sabiex jintgharaf Kristu u biex jigi rakkontat dak li kien qed jaghmel. Jidher ukoll li b’mod generali kienu jsejjhulu "Rabbi", mghallem (Mk. 4,38; 5,35; 10,17); u wara mewtU u d-dhul tieghU fil-glorja Huwa jissejjah "Mulej". Izda bi ftit eccezzjonijiet definittivi (ara Mt 21, 3 u specjalment it-taqsimiet li nsibu f’luqa biss : Lq 7, 13; 10, 1; ecc), l-evangelji dejjem isemmu b’mod semplici lil Gesu`. Dan mhuwiex xi tentattiv artificjali biex jerga` jiddahhal lingwagg li jigi qabel il-fidi miz-zmien meta Gesu` kien ghadu ma wettaqx ir-rivelazzjoni tieghU nnifsU u meta bosta nies rawH biss bhala bniedem. Minghajr ebda hjiel ta’ xi makakkerija, l-evangelji jsegwu l-istess moviment ta’ fidi li dejjem jikkonsisti filli wiehed jaghti lil "dan Gesu`", lill-persuna konkreta tieghU, titoli salvifici u divini bhal dawk ta’ Mulej (Atti 1, 21; 2, 36; 9, 17; ecc), Kristu (2,36; 9,22; 18,28; ecc.), Salvatur (5, 31; 13,23), Bin Alla (9, 20; 13,33), u " qaddej qaddis tieghek Gesu`" (4, 27.30). Kull meta jitkellmu dwar Gesu`, l-evangelji jsibu ruhhom proprju fejn iridu jaslu: l-evangelju huwa t-thabbira tal-bxara t-tajba ta’ Gesu` (8, 35), ta’ Kristu Gesu` (5, 42; 8,12), tal-Mulej Gesu`(11, 20; ara 15, 35). L-evangelju ta’ Gwanni, li jaghmel l-ikbar attenzjoni biex il-hin kollu jindika il-kwalita’ divina ta’ Kristu u biex juri f’kull wiehed mill-atti tieghU il-glorja tal-Iben il-wahdieni (Gw 1, 14) u s-sovranita’ fdata lil Bin il-Bniedem (1, 51; 3,14), ma jitlef ebda opportunita’ milli jlissen l-isem ta’ Gesu`, ukoll jekk itennih fl-iktar tahditiet semplici meta jkun jidher li hu zejjed (Gw 4, 6.21; 11, 32-41). Minhabba fix-xewqa li kull spirtu ghandu "li jistqarr li Gesu` Kristu sar bniedem" (1 Gw 4, 2) kull meta jokkorri l-isem, din l-attenzjoni tikxef ic-certezza li l-isem jolqot u jikxef l-ghana tal-Kelma tal-Hajja (1,1).
IV. L-ISEM LI HU FUQ KULL ISEM
Jekk il-fidi nisranija ma tistax tinqata’ minn Gesu` u minn dak kollu li dan l-isem ifisser dwar tickin (kenosis) u umanita’ konkreta, dan ghaliex dan l-isem sar "l-Isem li hu fuq kull isem", dak l-isem li "fis-sema, fl-art u f’qiegh l-art - il-hlejjaq kollha jinzlu gharrkobbtejhom" quddiemu (Fil 2, 9w). L-isem ta’ Gesu` sar l-isem xieraq tal-Mulej. Meta Israel sejjah l-isem tal-Mulej biex jikseb is-salvazzjoni (Goel 3, 5), lissen l-isem li Alla kien ta lilU nnifsU, Jahweh, dak l-isem li qieghed dejjem mal-poplu tieghU sabiex jehlishom (Ez 3, 14w). Dan l-isem fakkar f’personalita’ li kienet b’mod straordinarju qawwija u energika hafna u li kien ikun fieragh li wiehed jixtieq irazzan jew jimpustura. L-isem ta’ Gesu ifakkar fl-istess omnipotenza divina, fl-istess hajja qawwija li ma tindarabx, imma bil-pekuljaritajiet li ahna nafu; u hekk niskopru lilna nfusna fil-prezenza ta’ dak ix-xi hadd li ta lilU nnifsU ghalina ghal dejjem u li jappertjeni lilna.
Is-salvazzjoni wahdanija ta’ l-umanita’ (Atti 4, 12), l-ghana wahdanija tal-Knisja (3, 6), is-setgha wahdanija li hija ghandha, hu Gesu` : "Gesu` Kristu jfejqek" (9, 34). Il-missjoni kollha tal-Knisja hi li titkellem fuq l-isem ta’ Gesu` (5, 40). Hekk jigri li fis-sinagoga gewwa Damasku l-ghada li jkun ikkonverta, Pawlu "jxandar lil Gesu`" (9, 20). Fl-Agora gewwa Ateni "kien ixandar lil Gesu` u l-qawmien mill-imwiet" (17, 18). Gewwa Korintu, huwa jxandar "‘il Kristu Gesu`, u ‘l dan imsallab" (1 Kor 2,2). L-ezistenza kollha nisranija tikkonsisti filli hemm "nies li iddedikaw hajjithom ghall-isem ta’ Sidna Gesu` Kristu" (Atti 15, 26), u l-ikbar ferh fihom qieghed filli "kienu gew meqjusa denji li jkunu mmaqdra minhabba l-isem ta’ Gesu`" (5, 41) u "ghall-isem tal-Mulej Gesu`.... jaghtuni l-mewt" (21,13).
TQ
Israel (kelma li probabbilment tfisser "Alla jitqabad", "Alla b’sahtu"), tindika fit-TQ jew poplu jew inkella l-antenat b’isem rinomat li jidentifika ruhu fil-patrijarka Gakobb (Gen 35, 10.20w; 43, 8; 50, 2 ecc.). Il-grajja li tispjega l-isem doppju tal-patrijarka hija bbazata fuq l-etimologija, jew tnissil tal-kelma, popolari ghal Israel bhala "issarajt ma` Alla" (Gen 32, 29; Hos 12, 4).
1. Israel, poplu tal-patt.
a) Israel, isem qaddis. Israel mhuwiex biss l-isem ta’ xi tribu` bhal Edom, Gharam u Mowab. Huwa isem qaddis, l-isem tal-poplu tal-patt. Dan il-poplu flimkien huwa "l-gemgha kollha ta’ dar Israel" (Ez 12, 3.6), u msejjah b’dan it-titlu jisma t-tlissim tad-diskorsi kollha li jinsabu fid-Dewteronomju ("Isma`, Israel!...." Dt 5, 1; 6, 4; 9, 1; ara S 50, 7; 81, 9) bhala weghdiet profetici (Is 41, 8; 43, 1; 44, 1; 48, 1).
b) Israel, poplu ta’ tnax il-tribu`.
Bhala struttura nazzjonali fondamentali, Israel ghandha t-tnax it-tribu` li jgibru l-isem tat-tnax il-wild ta’ Gakobb sa mill-bidu nett tal-patt (Ez 24, 4). Jekk l-elenku tat-tribujiet kellu xi tibdiliet zghar (ara Gen 49, Dt 33, Imh 5, Apk 7, 5....), madankollu l-ghadd taghhom huwa wiehed qaddis u relatat mas-servizz tal-kult tat-tnax il-xahar tas-sena. Din hi l-ewwel ghamla storika li l-poplu ta’ Alla kellu fuq din l-art.c
) Jahweh Alla ta’ Israel u Israel il-poplu ta’ Jahweh. Matul il-patt kollu, b’xi mod jew iehor dejjem hemm ghaqda ma` Alla. Huwa hu Alla taghhom (Is 17,6; Ger 7, 3; Ezek 8, 4). il-Qaddis taghhom (Is 1, 4; 44, 14; S 89, 19), li ghandU sahha kbira (Is 1, 25), il-Blata taghhom (Is 30, 29), is-sultan taghhom (Is 43, 15), u l-feddej taghhom (Is 44, 6). Dak Alla tar-rivelazzjoni b’hekk jidhol fl-istorja tar-religjonijiet bhala dak Alla li jixraq lil Israel. Huwa Israel wahdu li Alla jaghzel bhala fiducjarju tal-pjan tieghU ta’ salvazzjoni. Ghal darb’ohra, it-titoli moghtija lil Israel ifissru hafna. Israel huwa l-poplu ta’ Jahweh (Is 1, 3; Gham 7, 8; Ger 12, 14; Ezek 14, 9; S 50, 7), il-qaddej tieghU (Is 44, 21), il-mahtur tieghU (Is 45, 4), ibnU il-kbir (Ez 4, 22; Hos 11, 1), il-qaddis tieghU (Ger 2, 3), il-wirt tieghU (Is 19, 25), il-merhla tieghU (S 95, 7), l-ghalqa tad-dwieli tieghU (Is 5, 7), is-saltna tieghU (S 114, 2), l-gharusa tieghU (Hos 2, 4). Ghaldaqshekk Israel ma jappartjenix biss ghall-istorja politika ta’ l-umanita`. B’ghazla divina Israel qieghed fic-centru sew ta’ l-istorja religjuza.2. Israel u Guda.
a) Il-firda politika ta’ Israel.
L-ghaqda qaddisa tat-tnax il-tribu` kienet tahbi firda politika li dehret car hafna waqt l-epoka tas-slaten. David l-ewwel sar sultan ta’ Guda f’nofsinhar (sud), u mbaghad ta’ Israel fit-tramuntana (nord) - (2 Sam 2, 4; 5, 3). Meta miet Salamun, Israel inqata’ minn dar David (1Slat 12, 19) bl-ghajta : "Ghat-tined tieghek, Israel!" (1 Slat 12, 16; ara 2 Sam 20, 1). B’dan il-mod il-poplu ta’ Alla jitfarrak. Il-lingwagg tal-profeti adatta ruhu ghal kondizzjoni li kienet tmur kontra t-taghlim tal-patt, u li fil-futur iddistingwa lil Guda minn Israel, li ta’ spiss kienet tigi identifikata ma` Efrajm, it-tribu` hakkiem tat-tramuntana (Gham 2, 4; Hos 4, 15w; Is 9, 7w.....; Mik 1, 5; Ger 3, 6w).b) Israel u l-Gudajizmu.
Wara l-waqgha tas-Samarija, Guda saret ic-centru fejn rega` ingabar flimkien Israel kollu (2 Slat 23, 19....; 2 Kron 30, 1w). Wara l-waqgha ta’ Gerusalem, ix-xbiha ideali tar-restawrazzjoni nazzjonali titfittex fl-ghaqda tat-tnax il-tribu` li kienet tezisti qabel. Il-parti importanti li Guda kellha f’din ir-restawrazzjoni tispjega ghaliex minn dak iz-zmien ‘il quddiem jinghata l-isem ta’ Gudew lill-membri ta’ dan il-poplu mxerred, u ghaliex jinghata l-isem ta’ Gudajizmu lil dik l-istituzzjoni li se terga` tigbor lil-Lhud flimkien (Gal 1, 13w). Izda l-isem ta’ Israel jerga` jikseb mill-gdid il-valur tieghu fl-istess zmien (Neh 9, 1w; Sir 36, 11; ara Mt 2, 20w; Atti 13, 17; Gw 3, 10).3. Il-weghda ta’ Israel gdid. L-ghajdut eskatologici tal-profeti tassew habbru ghall-gejjieni ta’ Israel li dan kien se jerga` lura ghall-ghaqda originali li kellu : ghaqda mill gdid ta’ Israel u Guda (Ezek 37, 15....), gabra flimkien mill-gdid ta’ l-Israeliti mxerrdin li huma membri tat-tnax il-tribu` (Ger 3, 18; 31, 1; Ezek 36, 24.....; 37, 21.....; Is 27, 12). Din hija tema fondamentali tat-tama li dejjem kellhom il-Lhud (Sir 36, 10). Izda l-gid li jinkiseb minn dawn il-weghdiet ghandu jithalla biss ghal fdal ta’ Israel (Is 10, 20; 46, 3; Mik 2, 12; Ger 31, 7). Jahweh ghad inissel Israel gdid minn dan il-fdal. Huwa se jehilsu (Ger 30, 10) u jerga` jwaqqfu f’artu stess (31, 2); Huwa se jaghmel mieghu patt gdid (31, 31) u jaghtih sultan gdid (33, 17). Mbaghad Israel isir ic-centru ta’ l-ghaqda tal-gnus (Is 19, 24w). Dawn il-gnus, meta jaraw f’Israel il-prezenza ta’ Alla veru (45, 15), se jdawwru qlubhom lejH; il-konverzjoni taghhom se tahbat mas-salvazzjoni (45, 17) u mal-glorja ta’ Israel (45, 25).
TG
1. L-evangelju u Israel tal-qedem. Il-providenza riedet li s-salvazzjoni kellha tigi realizzata f’Israel, u li Israel, bhala l-poplu tal-patt, jircievi l-ewwel thabbira taghha. Diga` dak huwa l-ghan tal-maghmudija ta’ Gwanni (Gw 1, 31). Matul hajtU, il-missjoni tal-Feddej, kif ukoll dik tad-dixxipli tieghU, kienet biss limitata ghal Israel (Mt 10, 6.23; 15, 24). Wara l-qawmien tieghU, l-ahbar it-tajba l-ewwel ma twasslet kien lil Israel (Atti 2, 36; 4, 10). Israel u l-gnus, li flimkien hadu sehem fid-dramm tal-passjoni (4, 27), lit-tnejn waslitilhom is-sejha ghall-fidi (9, 15), it-tnejn daqsinsew izda f’ordni differenti : l-ewwel il-Lhud li huma "skond il-gisem : l-Israelin" (Rum 9, 4), mbaghad l-ohrajn (ara Rum 1, 16; 2, 9w; Atti 13, 46). Is-salvazzjoni li tasal permezz ta’ l-evangelju twettaq it-tama ta’ dawk li qeghdin jistennew il-farag ta’ Israel (Lq 2, 25), il-fidwa ta’ Israel (Lq 24, 21), it-twaqqif mill-gdid tas-Saltna ta’ Israel (Atti 1, 6). Permezz ta’ Gesu`, Alla gie jiehu "hsieb Israel qaddej tieghu" (Lq 1, 54), juri hniena mieghu (Lq 1, 68), "jaghti lil Israel l-indiema u l-mahfra tad-dnubiet" (Atti 5, 31). Gesu` huwa l-glorja ta’ Israel (Lq 2, 32), is-sultan tieghu (Mt 27, 42p; Gw 1, 50; 12, 13), is-salvatur tieghu (Atti 13, 23w). It-tama gdida msejsa fuq il-qawmien tieghu mill-mewt mhi xejn hlief it-tama ta’ Israel innifsu (Atti 28, 20). Fi ftit kliem, Israel jikkostitwixxi l-ghaqda organika li ggib flimkien ir-realizzazzjoni tas-salvazzjoni ma` l-istorja kollha tal-bniedem.
2. Israel il-gdid. Fil-frattemp minn zmien Gesu`, deher fuq din l-art Israel il-gdid li kien thabbar bil-weghda tal-profeti. Sabiex jaghmilha istituzzjoni posittiva, Gesu` ghazel tnax l-appostlu, u b’hekk sawwar il-Knisja tieghU fuq il-mudell ta’ Israel tal-qedem li kien msejjes fuq tnax il-tribu`. Iktar minn hekk l-appostli tieghU se joqoghdu jaghmlu haqq mit-tnax il-tribu` ta’ Israel (Mt 19, 28p). Din il-Knisja hija Israel eskatologika li ghaliha Alla rriserva l-patt il-gdid (Lhud 8, 8w). Fiha jitwettaq il-gbir flimkien mill-gdid tal-maghzulin fit-tnax il-tribu` (Apk 7, 4). Hija belt imqaddsa msejsa fuq il-pedament tat-tnax l-appostlu, u ghandha l-ismijiet tat-tnax it-tribu` mnaqqxa fuq il-bibien taghha (Apk 21, 12; ara Ezek 40, 30w).
3. Israel tal-qedem u Israel il-gdid. Il-Knisja , Israel il-gdida, hija ghaldaqshekk it-twettiq ta’ Israel tal-qedem. F’Israel tal-qedem, li tkun Lhudi kien jigi mit-twelid (Fil 3, 5), u l-pagani kienu "barra mic-cittadinanza ta’ Israel (Efes 2, 12). Izda mghadux bizzejjed li wiehed jappartjeni lil "Israel skond il-gisem" (1Kor 10, 18) sabiex ikun jista’ jaghmel sehem minn dak Israel ta’ Alla, "ghax mhux dawk kollha li huma mnissla minn Israel huma Israelin" (Rum 9, 6). Konfrontati b’Gesu` u l-bxara tajba tieghU, issehh ghazla (ara Lq 2, 34w) : il-waqgha ta’ dawk li "jfittxu l-ligi li tiehu ghall-gustizzja" u li webbsu rashom meta semghu t-thabbira tal-gustifikazzjoni bil-fidi (Rum 9, 31; 11, 7), u l-helsien ta’ dawk l-ohrajn, bhal Natanjel "tassew wiehed minn Israel" (Gw 1, 48), li huma l-fdal ta’ Israel kif imhabbar fl-Iskrittura (Rum 9, 27w) u li jitghaqqdu ma` Israel il-gdid mill-pagani konvertiti. Israel tal-qedem ma twarrabx ghalkollox, izda meta wera nuqqas ta’ fehmien u qbil mal-bxara t-tajba, Alla xtaq iqajjmilha l-ghira taghha (Rum 10, 19). Meta l-pagani kollha kemm huma ghad jikkonvertu, "l-ebusija tal-qalb li waqghet fuq il-bicca l-kbira ta’ Israel "ghad tintemm, u "imbghad Israel kollu jkun salv" (Rum 11, 26). Dik il-qalb hekk terga` tkun tappartjeni lil dak Israel spiritwali li jkun dahal fit-triq tas-salvazzjoni.
1. Theggig li tkun jimpurtak. Li jkun jimpurtak hija l-ewwel haga li wiehed jahseb fiha meta tkun fdata f’idejh xi bicca xoghol jew xi missjoni. Il-Bibbja tammira u tirrikkomanda din l-attenzjoni intelligenti u attiva li l-bniedem ghandu lejn id-dmirijiet kollha tieghu. L-ewwel jigu dawk il-bicciet tax-xoghol l-aktar umli, bhal dawk tad-dar (Prov 31,10-31), dawk professjonali (Sir 38,24-34) jew ta’ xi responsabbilta` pubblika (Sir 50,1-4). Il-Bibbja tpoggi iktar fil-gholi il-fatt li jkun jimpurtak ghal dmirijiet spiritwali: li wiehed ifittex l-gherf (Gherf 6,17; Sir 39,1-11) jew ghal progress morali (1 Tim 4,15; ara Tit 3,8; 1 Kor 12,25), il-hegga ta’ l-appostlu (2 Kor 11,28; ara 4,8w). Hawnhekk, l-ikbar ezempju huwa dak ta’ Gesu` Kristu nnifsU, li jaghti lilu nnifsU bla ebda riserva ghat-twettiq shih tal-missjoni tieghU (Lq 12,50; 22,32). Iktar, li jkun jimpurtak minn "dak li ghandu x’jaqsam mal-Mulej" hu kuncett daqstant gholi li jista’ jwassal, jekk Kristu jsejjah, ghac-cahda tal-hwejjeg tad-dinja biex wiehed ikun jista’ jimpurtah biss u direttament dwar il-haga wahda mehtiega (1 Kor 7,32w; ara Lq 10,41w)
2. Il-fidi u hwejjeg li jimpurtawna. Kull fejn tqalleb fil-Bibbja issib kundanna ghan-negligenza u l-ghazz. Izda l-Bibbja turina wkoll kif il-bniedem jirrikorri r-riskju li jhalli lilu nnifsu jigi assorbit bl-affarijiet ta’ din id-dinja b’detriment ghall-gid spiritwali tieghu (Lq 8,14p; 16,13p; 21,34p). Gesu` tkellem bil-qawwa kollha: huwa jwiddeb lill-appostli tieghU biex jimpurthom biss dwar is-Saltna ta’ Alla. Il-helsien ta’ l-Ispirtu tant mehtieg ghalihom ma jigix milli jiehdu attitudni li ma jimpurtahomx - ghax ix-xoghol ta’ kuljum tal-hajja jibqa’ dejjem doveruz - izda jigi milli jkollhom tama u fidi shiha fl-imhabba paterna ta’ Alla l-Missier (Mt 6,25-34p; ara 16,5-12).
Barra minn hekk, il-hwejjeg li jimpurtawna, huma x’inhuma dawn il-hwejjeg, jibqghu dejjem sejha ghalina ghall-fidi u t-tama. Jekk bicca xoghol li tkun saret sew twassal persuna li "thares dahkana lejn il-gejjieni" (Prov 31,25), il-hwejjeg li jimpurtawna hekk involuti huma hafna drabi ta’ okkazjoni ghall-bniedem biex jaghraf il-limitazzjonijiet tieghu fl-incertezza, fil-biza’, jew fil-krib tieghu. It-tbatija li hekk tirrizulta mhi xejn hlief id-destin ta’ kull biedem (Gherf 7,4). Din l-istess tbatija tistedinhom li jafdaw fil-Mulej it-"toqol" tal-hwejjeg li jinkwetawhom l-aktar (S 55,23; ara 1 Pt 5,7), anke jekk dan it-toqol ikun rizultat ta’ dnubithom, (S 38,19; ara Lq 15,16-20), b’fidi li taf li "Alla l-gholi jzommhom fi hsiebu" (Gherf 5,15). Ikunu mbaghad jistghu "igawdu d-dinja" bhal haga li jimpurtahom minnha "bhallikieku ma ghandhom xejn" (1 Kor 7,31). ‘l hinn minn kull hsieb jew inkwiet, pero` "is-sliem ta’ Alla, sliem li jghaddi kull ma l-mohh jista’ jifhem, izommilkom qalbkom u mohhkom shah fi Kristu" (Fil 4,6w).
`TQ
1. It-tifsir tal-kelma. Fil-Lhudi m’hemm l-ebda kelma preciza li tispjega x’inhi li taghti l-karita`. Elemosina gejja mill-kelma Griega eleemosyne li fis-Septuagint tista’ tfisser kemm il-hniena ta’ Alla (S 24,5; Is 59,16), u xi kultant gustizzja, ir-risposta sinciera tal-bniedem lil Alla (Dt 6,25), jew fl-ahharnett il-hniena ta’ bniedem ghal bniedem iehor (Gen 47,29). Din ta’ l-ahhar tkun biss genwina meta titwettaq f’azzjonijiet fejn tispikka l-ghajnuna materjali li tinghata lil dawk li veru jkollhom bzonnha. Tliet kotba tat-TQ - Danjel, Tobit u Bin Sirak - isemmu l- eleemosyne ta’ Alla lejn il-bniedem (Dan 9,16; Tob 3,2; Sir 16,14; 17,29). Fil-Bibbja kollha naraw li l-ghoti ta’ karita` minn persuna lill-ohra jixbah l-ghemil ta’ Alla li mill-bidu wera bic-car l-imhabba tieghU lejn il-bniedem.
2. Id-dover ta’ l-ghoti tal-karita`. Din l-idea ghall-poplu Lhudi tmur lura lejn ir-religjon biblika li titlob sa mill-bidu imhabba lejn il-proxxmu u l-fqar. Fil-ligi l-qadima jidhru xi modi kif Lhudi kellu jaghti karita`; meta jahsdu l-ghelieqi kellhom ihallu parti mill-hsad ghall-fqar (Lev 19,9; 23,22; Dt 24,20w; Rut 2); u tliet darbiet fis-sena jhallsu l-ghexur lil dawk li ma kellhomx art: Leviti, barranin, orfni u romol (Dt 14,28w ara Tob 1,8). Il-fqir qieghed hemm u ghalhekk il-karba tieghu trid titwiegeb b’generosita` (Dt 15,11; Prov 3,27w; 14,21) u ghaqal (Sir 18,15w).
3. Karita` u hajja religjuza. Din il-karita` m’ghandhiex tkun azzjoni filantropika wahedha imma gest religjuz. Gafna drabi marbuta ma’ celebrazzjonijiet liturgici specjali (2 Sam 6,19); Neh 8,10w; 2 Kron 30,21-26; 35,7w), il-generosita` mal-fqar hi parti integrali mill-festi li jsiru (Dt 16,11.14; Tob 2,1w). Dan il-gest jiehu aktar valur mill-fatt li qisu qed jikseb lil Alla nnifsu (Prov 19,17) li jhallas lura bi prezz tajjeb (Ez 18,7 ara 16,49; Prov 21,13; 28,27) u jahfer id-dnubiet (Dan 4,24; Sir 3,30). Huwa l-istess bhal sagrificcju offrut lil Alla (Sir 35,2). Meta jiccahhad mill-gid tieghu, il-bniedem jaghmel tezor ghalih innifsu (Sir 29,12). "Imbierek dak li jahseb fil-fqir u l-batut" (S 41,1-4; ara Prov 14,21). Ghalhekk l-anzjan Tobit iheggeg lil ibnu: "Qatt iddawwar wiccek minn bniedem fqir, u Alla qatt mhu se jdawwar wiccu minnek - Jekk ghandek hafna aghti iktar, jekk ghandek ftit, aghti inqas, imma qatt tahsibha darbtejn biex taghti karita` - Meta taghti karita`, aghtiha mill-qalb" (Tob 4,7-11.15w).
TG
Mal-migja ta’ Kristu, il-karita` baqghet tiswa imma tqeghdet f’qies gdid li jaghtiha tifsira gdida.
1. Id-drawwa ta’ l-ghoti ta’ karita`. Din id-drawwa hija ammirata mill-fidili l-aktar meta ssir mill-barranin, dawk "li jibzghu minn Alla," li wkoll juru simpatija lejn il-fidi (Lq 7,5; Atti 9,36; 10,2). Barra minn hekk, flimkien ma’ sawm u talb, Gesu` jqis il-karita` bhala wahda mit-tliet plieri tal-hajja spiritwali (Mt 6,1-18).
Imma meta irrakkomandaha, Gesu` ra l-bzonn li ssir minghajr ebda hsieb ta’ gwadann personali, minghajr ebda ftahir (Mt 6,1-4), "bla ma’ tistennew xi haga lura" (Lq 6,35; 14,14), u anki minghajr qies (Lq 6,30). Hadd m’ghandu jikkuntenta b’li jaghti ghax ikun wasal ghal xi "tariffa" bil-qies, gholja kemm hi gholja: jidher li ghal Gwanni l-Battista l-ghexur tradizzjonali ghandhom ikunu nofs il-gid li kull wiehed ikollu (Lq 3,11) u Zakkew dan jifhmu tassew (Lq 19,8); imma mid-dixxipli tieghu Kristu jitlob li huma jifthu widnejhom ghal kull ghajta (Mt 5,42p), ghax il-fqar huma dejjem maghna (Mt 26,11); u, jekk ma jibqaghlkom xejn minn taghkom (Atti 2,44), xorta wahda ghad ghandhom id-dmir li jaqsmu r-rigali ta’ Kristu (Atti 3,6) u li jahdmu biex jipprovdu ghal dawk li huma fil-bzonn (Efes 4,28).
2. Il-karita` u Kristu. Jekk il-karita` hi obbligu tant baziku, dan ghaliex it-tifsira taghha qeghda fil-fidi fi Kristu, u dan b’mod xi ftit jew wisq profond.
a
) Jekk Kristu jaqbel mat-tradizzjoni Lhudija li l-karita` hi mezz ghall-premju fis-sema (Mt 6,2.4), li taghmel tezor fis-sema (Lq 12,21.33w), minhabba fil-hbieb li ssir taf meta taghmel dan (Lq 16,9), dan mhux b’xi pjan mahsub ta’ kif se tiggwadanja: imma ghaliex minhabba f’hutna anqas ixxurtjati minna ahna se naraw il-persuna ta’ Gesu`: "Kull ma intom ghamiltu ma’ wiehed mill-izghar fost dawn huti" (Mt 25,31-46).b) Jekk id-dixxiplu ghandu jaghti kollox f’karita` (Lq 11,41; 12,33; 18,22), dan jaghmlu primarjament biex ikun jista’ jmur wara Gesu` minghajr ma’ jitnikket ghall-oggetti li jkun halla warajh (Mt 19,21w); kif ukoll biex ikun hieles bhal Gesu` nnifsu li, "ghad li kien ghani, ftaqar minhabba fikom, sabiex intom tistaghnu permezz tal-faqar tieghU" (2 Kor 8,9).
c) Finalment, biex juri li l-karita` nisranija m’hijiex biss gest filantropiku, Gesu` ma qaghadx lura milli jiddefendi quddiem Guda l-gest twajjeb ta’ dik il-mara li kienet ghadha kemm "tilfet" il-valur ta’ tliet mitt jum xoghol meta ferrghat il-fwieha prezzjuza taghha. "Il-foqra ssibuhom dejjem maghkom, imma lili mhux se ssibuni dejjem maghkom" (Mt 26,11p). "Il-fqar" jaqghu fil-kategorija ordinarja (Dt 15,11) li hi haga normali ghall-umanita` midinba taghna; Gesu` nnifsu jfisser ordni Messjaniku sopranaturali, u ta’ l-ewwel isibu biss it-tifsira taghhom f’tat-tieni. Il-fqar huma mghejjuna b’mod nisrani biss b’referenza ghall-imhabba li Alla wera lejna fil-passjoni u l-mewt ta’ Gesu` Kristu.
3. Il-karita` fil-Knisja. Ukoll jekk certi gesti ta’ karita` jibqghu mehtiega sabiex jigi evitat li jithawwad l-evangelju tas-Saltna mal-qerda tal-faqar, dejjem jibqa’ l-fatt li biex wiehed jersaq lejn l-gharus li ttiehed minn maghna (Mt 9,15), irid jghin lill-proxxmu; "Kif tista’ l-imhabba ta’ Alla tghammar f’dak li jara ‘l huh fil-bzonn u jaghlaq ghajnejh" (1 Gw 3,17; ara 2,15)? Kif jista’ wiehed jiccelebra s-sagrament ta’ l-ghaqda fl-Ewkaristija minghajr ma jaqsam dak li ghandu ma’ l-ahwa (1 Kor 11,20w)?
Il-karita` jista’ jkollha skop aktar vast u tfisser l-ghaqda tal-knejjes. Dan irid ifisser Pawlu meta jaghti isem qaddis lil ghemil it-tallab, lill-gabra li hu jaghmel ghall-Knisja matrici ta’ Gerusalemm: huwa "servizz" (2 Kor 8,4; 9,1.12w), "rit" (9,12). Bl-iskop li jnehhi l-firda li bdiet tikber bejn il-Knisja tal-Gnus u l-Knisja tal-Lhud, Pawlu jiehu hsieb jispjega li b’hafna karita` tista’ ssehh l-ghaqda li tezisti bejn dawn iz-zewg qasmiet ta’ l-istess Gisem ta’ Kristu (ara Atti 11,29; Gal 2,10; Rum 15,26w; 1 Kor 16,1-4); b’liema hegga hu jaghmel "priedka fuq il-karita`" fid-diskors tieghu lill-Korintin (2 Kor 8-9)! Ghandna nimmiraw li jkun hemm l-egwaljanza bejn l-ahwa (8,13) fl-imitazzjoni tal-helsien ta’ Kristu (8,9); sabiex Alla jkun glorifikat (9,1-4), "min jizra hafna, jahsad hafna ghax Alla jhobb lil min jaghti bil-ferh" (9,6w).
Hafna llum, meta jitkellmu dwar il-Knisja, jieqfu fuq l-aspett uman taghha, jigifieri li hi socjeta’ ta’ bnedmin maghqudin fil-fidi u fil-kult. Imma l-Iskrittura titkellem dwar fidi u tiddeskrivi l-Knisja bhala misteru, li kien mohbi f’Alla imma li issa gie rivelat u kwazi mwettaq (Efes 1, 9w; Rum 16, 25w). Hija l-misteru ta’ poplu, li ghalkemm ghadu midneb, ghandu l-weghda tas-salvazzjoni ghax huwa estensjoni tal-gisem ta’ Kristu, il-bidu ghall-imhabba. Hija l-misteru ta’ istituzzjoni umana-divina fejn il-bniedem isib id-dawl, il-mahfra u l-grazzja "ghat-tifhir tal-glorja" t’Alla (Efes. 1, 14). Din l-istituzzjoni ghall kollox gdida inghatat l-isem bibliku ekklisia mill-Insara Griegi. L-isem kien jindika kontinwita’ bejn il-poplu Lhudi u dak nisrani, u fl-istess hin kien adattat biex jiehu tifsira gdida.
I. TIFSIRIET TAL-KELMA
Fid-dinja Griega l-kelma ekklisia, li taghha l-kelma knisja hija biss traduzzjoni ekwivalenti, tirreferi ghall-assemblea, il-gemgha tad-demos, il-poplu bhala forza politika. Dan is-sens profan (ara Atti 19, 32.39w) jaghti kulur lis-sens religjuz meta Pawlu narawh jitttratta dwar kif kienet qed iggib ruhha gemgha nisranija maghquda "fil-knisja" (1 Kor. 11, 18).
Fis-Septwagint, ghall-kuntrarju, il-kelma tiddeskrivi gemgha li ltaqghat ghal att religjuz, hafna drabi att ta’ qima (Dt 23, 1Slat 8, S22, 26). Tikkorrispondi ghal qahal bl-Ebrajk, kelma uzata l-izjed mill-iskola Dewteronomika biex tirreferi ghall-gemgha tal-Horeb (Dt 4, 10), dik fuq il-wesghat ta’ Moab (Dt 31, 30), jew dik fl-art imweghda (Goz. 8, 35; Imh. 20, 2). Tintuza wkoll fil-ktieb tal-Kronaki (1 Kron. 28, 8; Neh 8, 2) biex tiddeskrivi l-gemgha liturgika ta’ Israel fi zmien is-slaten, jew wara l-ezilju. Imma jekk ekklisia tigi dejjem tradotta qahal din ta’ l-ahhar gieli tigi tradotta l-iktar fil-kelma sinagogi (Num 16, 3; 20, 4; Dt 5, 22), kelma li hafna drabi tittraduci l-kelma sacerdotali edah. Knisja u sinagoga huma kliem li kwazi jfissru l-istess (ara Gak 2, 2). Ikunu jfisssru l-maqlub ta’ xulxin meta l-insara juzaw l-ewwel wahda ghalihom u jhallu l-ohra ghall-Lhud ta’ rashom iebsa. Is-Septwagint ghazel il-kelma ekklisia mhux biss ghax kien influwenzat mill-qbil fil-hoss (assonance) qahal ekklisia, imma wkoll mill-origini tal-kliem. Ekklisia gejja minn ekkaleo (jiena nsejjah minn, jiena nlaqqa’); minnha nfisha turi li Israel, il-poplu ta’ Alla, kien gemgha ta’ nies li gew mlaqqa` fuq inizjattiva divina. U permezz ta’ din il-kelma wiehed kien jiftakar fl-espressjoni sacerdotali li kellha l-ideja ta’ sejha: kliti hagia, li hija traduzzjoni kelma b’kelma ta’ miqra’ qodex, "laqgha mqaddsa".
Huwa naturali hafna li Gesu`, meta waqqaf il-poplu gdid ta’ Alla, li kien kontinwazzjoni ta’ dak qadim, isejjahlu bl-isem bibliku ghal laqgha mqaddsa. Bl-Aramajk probabbli uzu l-kelma edta jew kenista li hafna drabi tigi tradotta f’sinagogi, jew wisq probabbli uza l-kelma qehala, isem li jigi tradott f’ekklisia f’Mt 16, 18. L-istess, l-ewwel generazzjoni nisranija, li kienet issejjah lilha nfisha l-poplu gdid ta’ Alla (1 Pt 2, 10), bil-figura tal- "gemgha fid-dezert" (Atti 7, 38), bdiet tuza l-isem bibliku li kien adatt hafna biex juriha bhala "Israel ta’ Alla" (Gal 6, 16; ara Apk. 7, 4; Gak 1, 1; Fil. 3. 3). Dan l-isem, barra minn hekk, kellu l-vantagg li kien jinkludi fih it-tema tas-sejha li Alla jaghti b’xejn f’Gesu` Kristu lill-Lhud, u mbaghad lill-pagani, imsejha biex "ikunu qaddisin flimkien" ta’ l-ahhar zmienijiet (ara 1Kor 1, 2; Rum 1, 7).
II. THEJJIJA GHALL-KNISJA
U TWETTIQ TAGHHA
Ghal zmien twil Alla kien qed jipprepara biex jigbor flimkien lill-uliedu mxerrda (Gw 11, 52). Il-Knisja hija l-komunita’ ta’ bnedmin li huma werrieta tas-salvazzjoni f’Gesu` Kristu (Atti 2, 47): "ghal dawk li jsalvaw, ghalina" jikteb Pawlu (1 Kor 1, 18). Issa l-pjan divin tas-salvazzjoni, jekk isib il-milja tieghU f’din il-komunita’, allura kien fil-hsieb ta’ Alla "sa minn qabel il-holqien tad-dinja" (Efes 1, 4) u gie mgharraf lil-bniedem sa minn zmien Abraham, anke sa minn meta deher Adam.
1. L-ewwel holqien u holqien gdid. Sa mill-bidu l-bniedem kien imsejjah li jghix f’socjeta’ (Gen 1, 27; 2,18) u biex inissel l-ulied u joktor (1, 28) filwaqt li jghix fil-liberta’ ma` Alla (3, 8). Imma d-dnub farrak dak il-pjan ta’ Alla. Minflok ma jibqa` il-kap ta’ poplu msejjah li jghix ma` Alla, Adam isir il-missier ta’ umanita’ mifruda bil-mibeghda (4, 8; 6, 11), mxerrda minhabba s-suppervja (11, 8w), filwaqt li tahrab mill-Kreatur taghha (3, 8; 4, 14). Ghalhekk se jinholoq il-bzonn ta’ Adam gdid (1 Kor 15, 45; Kol 3, 10w) biex jaghti bidu ghal holqien gdid (2 Kor 5, 17w; Gal 6, 15), fejn il-hajja ta’ hbiberija ma` Alla terga` tinkiseb mill-gdid (Rum 5, 12.....), fejn l-umanita’ terga` tinghaqad (Gw 11, 52) u l-bnedmin ikunu rikonciljati ma` xulxin (Efes 2, 15-18). Hekk sa tkun l-knisja kif preparata minn Israel. L-Iskrittura tpoggi l-istorja ta’ Abraham u ta’ nislu fl-istorja universali tad-dinja fejn jidhru l-konsegwenzi tad-dnub. B’dan il-mod l-Iskrittura turi li l-Knisja, li hi l-poplu veru ta’ Abraham (Rum 4, 11w), ghandha tpoggi lilha nfisha fid-dinja, u hemm tkun ir-risposta ghad-dnub, ghan-nuqqas ta’ qbil, u ghall-mewt li tigi permezz tad-dnub. It-tradizzjonijiet tad-dilluvju diga` jaghtu lil Israel ezempju ta’ bniedem gust mqajjem minn Alla bhala bidu ta’ holqien gdid wara li d-dnub kien hakem sew lid-dinja. Din is-salvazzjoni universali li giet permezz tal-ilma ghan-nisel ta’ Noe` kienet figura ta’ dik is-salvazzjoni, mimlija mod iehor bil-ghana, li Kristu kien ghad irid jikseb permezz tal-maghmudija (1Pt 3, 20w).
2. Israel il-qadim u Israel il-gdid. L-ghazla ta’ Abraham, sigillata permezz tal-patt (Gen 15, 28), tibda l-process decisiv ta’ Alla biex johloq il-poplu tieghU. Minn din ir-razza qaddisa li taghha Hu l-bidu ghad johrog Kristu. Hu ghad iwettaq il-weghdiet kollha (Gal 3, 16). Hu ghad iwaqqaf poplu li jkun il-veru nisel spiritwali ta’ Abraham li jemmen (Mt 3, 9p; Gw 8, 40; Gal 4, 21-31; Rum 2, 28w; 4, 16; 9, 6w). Permezz tad-dhul fil-Knisja ta’ Gesu` Kristu u permezz tal-fidi, l-gnus kollha se jkunu mbierka f’Abraham (Gal 3, 8w = Gen 12, 3 LXX; ara S 47, 10).
Bejn Israel, li hu n-nisel tal-gisem tal-patriarki, u l-Knisja hemm kemm waqfien u kontinwita’. Ghalhekk it-TG jaghti lil dan il-poplu gdid ta’ Alla ismijiet ta’ l-imghoddi, imma biss bhala kuntrasti. It-tnejn huma l-ekklisia imma l-kelma issa turi misteru, li kien mohbi fit-TQ, tal-gisem ta’ Kristu (Efes 1, 22w); il-qima taghha lejn Alla hija wahda ghal kollox spiritwali. Il-Knisja hija Israel, imma Israel ta’ Alla (Gal 6, 16), f’sens spiritwali, mhux f’sens fiziku (1 Kor 10, 18). Israel hu poplu mixtri - mixtri bid-demm ta’ Kristu (Atti 20, 28; 1Pt 2, 9w; Efes 1, 14), u mehuda wkoll minn fost il-pagani (Atti 15, 14). Hija l-gharusa, minghajr tebgha (Efes 5, 27); mhux izjed l-gharusa adultera (Hos; Ger 2-3, Ezek 16). Hija d-dielja, mhux aktar baghlija (Ger 2, 21) imma dielja li taghti l-frott (Gw 15, 1-8). Hija l-fdal qaddis (Is 4, 2w). Hija l-merhla, mhux biex tigi migbura ghal darba (Ger 23, 3) u mxerrda aktar tard (Zak 13, 7w), imma hija l-ahhar merhla tar-raghaj taghha maqtul u rxuxtat (Gw 10). Hija l-Gerusalem niezla mis-sema, issa mehlusa minn kull jasar (Gal 4, 24w). Hija l-poplu tal-patt il-gdid mhabbra mill-profeti (Ger 31, 31w; Ezek 37, 26w). Il-patt il-gdid, izda, huwa ssigillat bid-demm ta’ Kristu (Mt 26, 28; Lhud 9, 12w; 10, 16), li Hu l-medjatur taghha ghall-gnus kollha (Is 42, 6). L-inkartament tal-patt tal-Knisja mhux izjed il-ligi ta’ Mose`, li mhix kapaci taghti l-hajja (Gal 3, 21), imma il-ligi ta’ l-Ispirtu (Rum 8, 2) minquxa fil-qalb (Ger 31, 33w; Ezek 36, 27; ara 1Gw 2, 27). Hija s-saltna tal-qaddisin mhabbra minn Danjel u li l-Kronista wrieha bi xbieha fil-gemgha ta’ David. Issa ma ghadhiex ghaqda li taqdi l-htigijiet materjali ta’ gens wiehed (Gw 18, 36), imma hija principju ta’ hajja li jidher kullimkien, xbiha spiritwali ta’ saltna eterna u li ma tidhirx fejn il-mewt sa tigi meqruda (1 Kor 15, 25w; Apk 20, 14). Fl-ahharnett, it-tempju ta’ din l-ghaqda l-gdida huwa l-gisem irxuxtat ta’ Kristu (Gw 2, 21w). Dan mhuwiex mibni minn idejn il-bnedmin (Mk 14, 58) anqas ma jista jigi meqrud (Mt 16, 18). La l-Knisja hija l-gisem ta’ Kristu, hija wkoll it-tempju l-gdid (2 Kor 6, 16; Efes 2, 21; 1Pt 2, 5); hija post ta’ prezenza u ta’ qima, li jisboq dak ta’ l-imghoddi fejn kien jista’ jidhol kulhadd (Mk 11, 17).
III. IT-TWAQQIF TAL-KNISJA MINN GESU`
It-TQ jippreparana ghall-Knisja u juriha bhala xbiha bil-quddiem. Gesu` jizvela l-Knisja u jwaqqafha.
1. It-tapep tal-Knisja. Il-hsieb ta’ Kristu jidher car fil-proklamazzjoni tieghU tas-saltna tas-sema. F’dan il-qafas Huwa juri, b’lingwagg profetiku fejn elementi diversi mhux dejjem jistghu jintgharfu, li l-fazi smewwija tas-saltna (Mt 13, 43; 25, 31-46) tigi wara fazi ohra ta’ tkabbir f’din id-dinja (13, 31w). U matul iz-zmien ta’ stennija ghall-hsad, is-sikrana tad-dnub mizrugha mill-Hazin trid tikber flimkien mal-qamh it-tajjeb (13, 24-30.36-43). Iz-zmien tad-dinja huwa maghmul minn zewg fazijiet. L-ewwel fazi hija l-hajja ta’ bniedem ta’ Gesu`. Bil-predikazzjoni tieghU, l-ghemil tieghU fuq ix-Xitan, u t-twaqqif ta’ komunita’ Messjanika, huwa jwaqqaf is-Saltna fil-prezent (Mt 12, 28; Lq 17, 21). It-tieni fazi hija z-zmien tal-Knisja fis-sens strett taghha (Mt 16, 18). Tlett grajjiet kbar jaghtu bidu ghaz-zmien tal-Knisja: l-ewwel, is-sagrificcju ta’ Gesu` li jwaqqaf (Mt 26, 28) dan il-post ghall-kotra herqan ghall-kult perfett (ara Mal 3, 1-5). Geremija kien xtaq dan it-tip ta’ qima perfett fiz-zmien ta’ Gosija (2Slat 23), imma tefghu (‘il quddiem) fil-futur eskatologiku (Ger 31). Xi gruppi f’Qumran u f’Damasku kienu jemmnu li kienu jirrapprezentaw il-kult imsoff1. Fit-tieni fazi hemm il Qawmien, li wara li sseh Hu se jerga` jigbor mill-gdid il-merhla tieghU mxerrda fil-Galilija (Mk 14, 27w). U fl-ahhar hemm il-qerda ta’ Gerusalemm (Mt 23, 37w; ara Lq 21, 24), li hi s-sinjal tal-Knisja li tiehu l-post tal-poplu Lhudi kif ukoll preludju ghall-gudizzju universali.
2. Is-sejha u t-tharrig tad-dixxipli. Matul il-hajja tieghU fuq din l-art, Gesu` jsejjah u jharreg dixxipli, u jkun lilhom li jirrivelalhom l-misteri tas-saltna (Mt 13, 10-17). Huma l-"merhla ckejkna" (Lq 12, 32) tar-Raghaj it-Tajjeb (Gw 10), mhabbra mill-profeti, s-saltna tal-qaddisin (Dan 7, 18-22). Gesu` ippreveda li l-grupp jibqa` jezisti u jikber wara mewtU, u jaghti hjiel dwar kif ghad ikun fil-futur. Jaghmel profeziji dwar il-persekuzzjoni li ghad igarrbu dawk li jimxu warajH (Mt 10, 17-25; Gw 15, 18.....), u ukoll juza` parabboli fuq il-gusti u l-midinbin (Mt 22, 11w; 13, 24-30.36-43, 47-50), u dan kollu biex imur ‘l hemm mill-hajja tieghU fuq din l-art. U fuq kollox l-istruzzjonijiet li jghati lit-Tnax juru li qed jitkellem dwar medda twila ta’ zmien.
a) It-tnax. Mid-dixxipli tieghU Gesu` jaghzel tnax il-mahbub biex dawn ikunu n-nukleju u l-mexxeja ta’ Israel il-gdid (Mk 3, 13-19; Mt 19,28). Jghaddihom minn zmien ta’ tahrig: ir-rit tal-maghmudija (Gw 4, 2), il-predikazzjoni, it-taqbida ma` l-ispirti hziena u mal-mard (Mk 6, 7-13). Jghallimhom jippreferu li jaqdu milli joqghodu fl-ewwel post (M 9,35), li jaghtu prijorita’ lin-"nghag il-mitlufa" (Mt 10, 6), li ma jbzghux mill-persekuzzjoni li se tigi zgur (10, 17.....), li jingemghu flimkien f’ismu ghat-talb ta’ bejnithom (18, 19w), li jahfru lil xulxin (18, 21-35), u li ma jqacctux midinba maghrufa ‘l barra mill-gemghat minghajr qabel ma jkunu ppruvaw iwissuhom u jipperswaduhom ibiddlu triqathom (18, 21-18). Meta il-Knisja tibghatna lura ghal zmien Gesu` meta tkun qed tadotta xi twettiq antik (qabbel Mt 18, 15-20 ma` 1Kor 5, 1-13; 2Kor 13, 1; 1Tim 5, 19). Il-Knisja turi li hija tibqa` tirreferi ruhha ghal l-esperjenza tat-tnax ta’ qabel il-Ghid biex hemm issib ir-regoli tal-hajja taghha.
b) Il-missjoni universali tat-tnax. L-ewwel zmien missjunarju tal-appostli ma johrogx ‘l barra minn Israel (Mt 10, 5w). Hu biss wara l-qawmien ta’ Gesu` li jigu mibghuta jghallmu u jghammdu lill-gnus kollha (Mt 28, 19). Imma anke qabel il-mewt tieghU Gesu` habbar li l-pagan ukoll jista’ jidhol fis-saltna. "Dawk li twieldu fis-Saltna" jigifieri l-Lhud, li kienu meqjusa minn ta’ l-ewwel, jaraw dan il-privilegg tax prijorita’ jittehdilhom (Mt 21, 43) ghax ma accettawx li jingabru (Mt 23, 37) minn Kristu. Minflok il-Lhud, li jithallew barra ghal xi zmien (ara Mt 23, 39; Rum 11, 11-32), jidhlu l-pagani (Mt 8, 11w; Lq 14, 21-24; Gw 10,16) u jkunu jitqiesu indaqs (Mt 20, 1-6) man-nukleju Lhudi ta’ midinbin spghbenin li jkunu emmnu f’Gesu`(Mt 21, 31w).
Ghalhekk il-Knisja, l-ewwel saltna vera li mhix ta’ din id-dinja (Gw 18, 36), twettaq u tisboq kull profezija universali tat-Testment il-Qadim (Gona; Is 19, 16-25; 49, 1-6). Gesu` ma jorbot bl-ebda mod il-Knisja mas-success dinji ta’ Israel, li Hu mhux interessat fih. Din hi lezzjoni iebsa ghall-kotra (Gw. 6, 15-66) u anke ghat-tnax (Atti 1, 6); huma jifhmuha biss wara Pentekoste. Xorta madankollu it-tnax ma jippruvawx jibnu l-missjoni universali taghhom fuq ritaljazzjoni kontra genshom stess. Huma jippriedkaw lealta` lejn l-awtoritajiet imperjali (Rum13, 1.....; 1Pt 2, 13w). Relazzjoijiet bejn il-Knisja u l-Stat jigu bbazati fuq il-kliem ta’ Kristu : "Aghtu lil Cesari dak li hu ta’ Cesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla" (Mt 22, 21). Ghall-imperatur, it-taxxa u dak kollu mitlub mill-htigijiet gusti tal-Istat ghall-gid temporali tan-nazzjon (Rum 13, 6w); lil Alla dak kollu li jifdal, jigifieri, lilna nfusna kollna kemm ahna, l-esseri taghna shih. Ghaliex huwa d-dritt sovran ta’ Alla hekk kif ippredikat mill-Knisja li johloq, jisboq u jiggudika d-dritt ta’ Cesari (Rum 13, 1).
c) L-awtorita` tat-tnax. Il-mexxejja jehtiegu s-setgha. Din Gesu` jweghda lit-tnax: Pietru huwa l-blata li jizgura stabbilita’ fil-Knisja; ghandu r-responsabbilta’ tal-maggiordomo li jiftah u jaghlaq il-bibien tal-belt tas-sema, u li ghandu l-awtorita’ li jghallem u jiddixxiplina (Mt 16, 18w; ara Lq 22, 32; Gw 21). L-appostli ghandhom itennu l-Ikla tal-Mulej (Lq 22, 19); aktar minn hekk ghandhom l-istess setgha li jorbtu u jhollu, s-setgha tal-gudizzju fuq il-kuxjenza tal-bniedem (Mt 18, 18; Gw 20, 22w). Dawn it-testi diga` jirrivelaw in-natura tal-Knisja li taghha Gesu` Kristu hu l-hallieq u l-Mulej. Ghandha tkun socjeta’ organizzata u li tidher, li taghti bidu hawn fl-art ghas-Saltna ta’ Alla. Hija mibnija fuq il-blata. Hija tkompli l-presenza ta’ Kristu billi thaddem is-setghat taghha appostolici u bl-Ewkaristija. Hija ghad tirbah fuq l-infern u tigbed lejha il-vittmi tax-Xitan. Hekk il-Knisja hija l-bidu ta’ kull hajja u hniena.
Fil-hsieb ta’ Gesu`, il-missjoni tal-Knisja ghandha ddum daqs kemm tibqa` tezisti d-dinja. L-istess japplika ghall-istruttura vizibbli taghha u ghas-setghat moghtija lilha ghall-missjoni taghha. Naturalment il-qofol tax-xoghol appostoliku ma jistax jinghadda ‘l quddiem fiz-zmien. Il-fatt li l-appostli huma xiehda ta’ Gesu` matul hajtU u wara l-qawmien tieghU huwa uniku fl-istorja. Imma wara l-qawmien Gesu`, skond it-teologija ta’ San Mattew, jordna lill-hdax li jghallmu, jghammdu u jiggwidaw, u meta jwieghed li jibqa` dejjem maghhom sa l-ahhar tad-dinja (Mt 28, 20), b’dal-mod ihallihom jaraw li dawn is-setghat li Huwa tahom huma setghat li jibqghu ghal dejjem, ukoll wara l-mewt ta’ l-appostli. Hekk tifhem dawn is-setghat il-Knisja ewlenija. Is-setghat appostolici jibqghu jithaddmu mill-mexxejja li l-appostli se jaghzlu u li se jikkonsagraw ghal dan ix-xoghol bit-tqeghid ta’ l-idejn (2 Tim 1,6). Illum, ukoll, s-setghat li ghandhom l-isqfijiet ghandhom il-bidu taghhom f’dawn il-kliem ta’ Gesu`.
IV. IT-TWELID U L-HAJJA TAL-KNISJA
1. L-Ghid u Pentekoste. Il-Knisja twieldet fl-Ghid ta’ Kristu, meta "jghaddi minn din id-dinja ghal ghand il-Missier" (Gw 13, 1). Meta Kristu hareg mill-qabar u "sar spirtu li jaghti l-hajja" (1 Kor 15, 45) jidher il-bidu ta’ "il-bniedem il-gdid" (Efes 2, 15; Gal 6, 15), holqien gdid. Il-padres sikwit kienu jghidu li l-Knisja, l-Eva l-gdida, twieldet mill-gemb ta’ Kristu waqt li kien rieqed ir-raqda tal-mewt, l-istess bhalma Eva l-qadima twieldet mill-gemb ta’ Adam waqt li kien rieqed. Ix-xhieda ta’ Gwanni dwar l-effetti tan-nifda bil-lanza (Gw 19, 34w), tissuggerixxi dan, jekk huwa veru ghal Gwanni li d-demm u l-ilma huma simbolu l-ewwel tas-sagrificcju ta’ Kristu u ta’ l-Ispirtu li jaghti hajja lill-Knisja, u mbaghad tas-sagramenti tal-Maghmudija u ta’ l-Ewkaristija li jaghtuha l-hajja.
Imma l-gisem tal-Knisja jghix biss meta huwa l-gisem ta’ Kristu mqajjem mill-mewt ("stenbah", ara Efes 5, 14) li jsawwab l-Ispirtu (Atti 2, 33). Dan il-ghoti ta’ l-Ispirtu ghandu l-bidu tieghU fil-jum ta’ l-Ghid (Gw 20, 22) meta Gesu` "nefah" l-Ispirtu li jerga` jaghti l-hajja (Gw 20, 22; ara Gen 1, 2) fuq id-dixxipli li jerga` jigbor flimkien (ara Mk 14, 27) bhala l-mexxejja tal-poplu gdid ta’ Alla (ara Ezek 37, 9). Minn naha tieghU Luqa jipprezenta l-jum ta’ Pentekoste, li fil-Gudajizmu kien tifkira ta’ l-Ghid tal-Mulej u tar-rigal tal-patt, bhala okkazzjoni meta d-dixxipli "imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu" (Atti 2, 4), u dan jigri sew biex it-tnax ikunu jistghu jaghti x-xhieda taghhom, sew biex il-Knisja taghmel id-dehra taghha lid-dinja kollha. Dil-gurnata hija ghall-Knisja bhallikieku l-birthday ufficjali taghha. Pentekoste huwa ghaliha xi ftit minn dak li kien ghal Gesu` - li tnissel mill-Ispirtu s-Santu (Lq 1, 35), li kien midluk mill-Ispirtu fil-bidu tal-missjoni Messjanika tieghU (Atti 10, 38; Mt 3, 16); u ghal kull nisrani huwa r-rigal ta’ l-Ispirtu permezz tat-tqeghid ta’ l-idejn, is-sigill tal-hidma tieghU fil-Maghmudija (atti 8, 17; ara 2, 38).
2. It-tixrid tal-Knisja. Wara Pentekoste l-Knisja tikber b’pass mghaggel. Wiehed jidhol fiha billi l-ewwel jaccetta l-kelma ta’ l-appostli (Atti 2, 41), li tnissel il-fidi (2, 44; 4,32) f’Gesu` mqajjem mill-mewt, Mulej u Messija (3, 26), mexxej u salvatur (5, 31); u mbaghad billi jircevi l-maghmudija ta’ l-ilma (2, 41), u t-tqeghid ta’ l-idejn li jaghti l-Ispirtu u l-karizmi tieghU (8, 16w; 19, 6). Skond Luqa (atti 2, 42) hemm bzonn ta’ erba` hwejjeg sabiex tintwera l-fedelta` fit-tishib tal-Knisja: fedelta’ lejn t-taghlim ta’ l-appostli li ssahhah l-ewwel fidi mnissla permezz ta’ t-thabbira tal-messagg tas-salvazzjoni, fedelta’ lejn il-komunita’ ta’ l-ahwa (koinonia), lejn il-qsim ta’ l-hobz, u lejn it-talb flimkien. Fehma wahda (Atti 2, 46) tinholoq specjalment permezz tal-qsim tal-hobz, jigifieri, bl-ikla ta’ l-Ewkaristija (ara 1 Kor 11, 20.24). Hawnhekk tinhass il-presenza ta’ Kristu mqajjem mill-mewt li sa ftit ilu kien jiekol u jixrob mat-tnax (Atti 10, 41). Hawn jixxandar is-sagrificcju tieghU, u t-tama tat-tieni migja tieghU hekk tibqa` dejjem hajja (1 Kor 11, 26).
F’Gerusalemm il-komunjoni, l-ghaqda fl-Ispirtu tasal biex tohloq komunita’ volontarja biex tiehu hsieb htigijiet materjali (Atti 4, 32-35; Lhud 13, 16), u dan kien b’obbligu f’Qumran. Imma Luqa nnifsu jaghti daqqa t’ghajn lejn xi dellijiet fl-istampa (atti 5, 2; 6,1). Il-fidili huma migbura taht l-awtorita’ ta’ l-appostli. Pietru huwa r-ras, (Atti 1, 13w), u flimkien maghhom iwettaq is-setgha ta’ mexxej ewlieni li rcieva minn ghand Kristu. Gemgha ta’ appostli u presbiteri flimkien kellha sehem zghir fl-awtorita’ ta’ l-appostli wahedhom (Atti 15, 2); mbghad, wara t-tluq taghhom, fl-awtorita’ ta’ Gakbu (21, 18), li jsir ir-ras tal-Knisja lokali. Sebat irgiel, mimlijin bl-ispirtu, fosthom Stiefnu u Filippu, inhatru biex jiehdu hsieb dawk l-insara li kienu jitkellmu bil-Grieg (6, 1-6).
In-nuqqas ta’ biza` ta’ dawn l-irgiel mimlijin bl-Ispirtu, specjalment dak ta’ Stiefnu, kienet il-kawza tat-tixrid taghhom (Atti 8, 1.4). Permezz tat-tixrid taghhom inxterdet il-Knisja, mill-Gudea (8, 1; 9, 31-43) ghall-Antjokja (11, 19-25); mill-Antjokja "u sa truf l-art," (Atti 1, 8; ara Rum 10, 18; Kol 1, 23), jew ghallinqas ghal Ruma (Atti 28, 16-31). Il-fatt li Pawlu ma jkunx milqugh mil-Lhud, jaghmilha facli biex il-pagani jigu mlaqqma` maz-zokk mizbur tal-poplu l-maghzul(Rum. 11, 11-18). Izda la Pawlu u lanqas Pietru, li meta ghammed lil Kornelju ha decizjoni li ma marritx kontra l-koncessjonijiet eccessivi moghtija lil-Lhud cirkoncizi (Gal 2, 11-14), ma jhallu li l-pagani li kienu qed jidhlu fil-Knisja jkunu sfurzati li josservaw drawwiet tal-Lhud li l-insara josservaw (Atti 10, 14; 15,29).
3. Ghalhekk tigi konfermata l-originalita` tal-Knisja fil-konfront tal-Gudajizmu, tinkiseb il-kattolicita’ taghha miksubha, u l-kmand missjunarju moghti minn Kristu jigi mwettaq. L-ghaqda taghha tiddomina mkejjen u popli, ghax il-komunitajiet kollha jafu li huma celluli ta’ ekklisia wahda. L-estensjoni ta’ dan l-univers bibliku, minn kif kien jiftihem fil-bidu sa kif kien jirreferi ghall-Insara ta’ Gerusalemm, u li jinkludi ukoll lill-gemghat ta’pagani u nsara; il-kontribuzzjonijiet ghall-gabra li l-konvertiti ta’ Pawlu jaghmlu ghall- Insara ta’ Gerusalemm (2Kor 8, 7-24); l-appell biex jimxu skond id-drawwiet tal-Knisja sabiex jigi determinat xi punt ta’ dixxiplina (1Kor 11, 16; 14.33); tislijiet (1Kor 16, 19w; Rum 16, 6; Fil 3, 2w) -- dawn kollha huma sinjali li jaghtu dehra vera ta’ xínhi il-knisja.
V. RIFLESSJONIJIET INSARA FUQ IL-KNISJA
1. L-aspetti komunitarji tas-salvazzjoni f’Gesu` Kristu jinteressaw lill-Knisja. Pawlu, pero`, huwa l-uniku kittieb ispirat li jinvestiga l-misteru ghalih innifsu u f’ismu stess. Fil-vizjoni ta’ Damasku kellu r-rivelazzjoni ta’ identita’ misterjuza bejn Kristu u l-Knisja (Atti 9, 4w); u l-esperjenza gieghlitu jirrefletti fuq dak li hass l-ewwel darba. Tabilhaqq hekk kif jibni l-Knisja, Pawlu jiskopri d-dimensjonijiet kollha taghha. L-ewwelnett, jirrifletti fuq l-ghaqda vitali li dawk li jikkonvertu jhossu li ghandhom ma` Kristu u ma` xulxin permezz tar-rit tal-Maghmudija, u li l-Ispirtu juriha cara hafna permezz tal-karizmi tieghU. Lill-Korintin, li ma juzawx id-doni biex "jibnu" u jghaqqdu, jfakkarhom f’dan il-punt fundamentali: "Ahna lkoll tghammidna fi Spirtu wiehed biex naghmlu gisem wiehed" (1Kor 12, 13). L-imghammda li jiffurmaw il-Knisja, ghalhekk huma membri ta’ dan il-gisem wahdieni ta’ Kristu, u l-hobz ewkaristiku huwa sinjal ta’ din l-ghaqda (1Kor 10, 17). Din l-ghaqda f’fidi wahda u f’maghmudija wahda taghmilha impossibli li wiehed jghid li jsegwi lil Kefa jew lil Apollo jew lil Pawlu, bhallikieku Kristu jista’ jkun maqsum (1Kor 1, 12w; 3, 4). Biex juri u jsahhah din l-ghaqda Pawlu jorganizza gabra ghall-"qaddisin" ta’ Gerusalemm (1Kor 16, 1-4; 2Kor 8-9; Rum 15, 26w).
Aktar tard, meta jkun mitfugh il-habs u l-fatt li jrid jiggieled kontra spekulazzjonijiet kosmici gewwa Kolosse jgieghlu lil Pawlu li jitbieghed minn xi problemi immedjati. Iz-zewg fatturi jghinuh ikabbar l-orizzonti tieghU. Il-pjan divin fit-totalita’ tieghU jarah bl-ghajnejn tal-appostlu tal-pagani (Gal 2, 8w; Rum 15, 20) fil-kobor u l-majesta’ kollha tieghU (Efes 1). Imbaghad l-Ekklisia ma tibqax dik jew din il-komunita’ lokali (kif kienet ftit qabel), hlief ghal 1Kor 12,28; 15,9, Gal. 1,13). Fl-universalita’ u t-totalita’ taghha hija l-gisem ta’ Kristu, l-post tar-rikonciljazjoni ghall-Lhud u l-pagani biex jiffurmaw bniedem wiehed perfett (Kol 1, 18-24; Efes 1, 23; 5, 23w; ara 4, 13). Fuq din l-ideja bazika Pawlu jpoggi x-xbiha ta’ Kristu, bhala r-ras tal-Knisja. Kristu huwa distint mill-Knisja tieghU; imma din tinsab maghquda mieghU bhallikieku mar-ras taghha (Efes 1, 22w; Kol 1, 18); u f’dan ghandha l-istess sehem tas-setghat ta’ l-angli (Kol 2, 10). Fuq kollox il-Knisja hi maghquda ma` Kristu bhala l-bidu tal-hajja taghha, tal-ghaqda u tat-tkabbir taghha (Kol 2, 19; Efes 4, 15w): l-gisem mhux komplut jikber "f’dak li hu r-Ras", il-Kristu glorjuz (4, 15). Hafna drabi, x-xbiha tat-tempju, mibni fuq Kristu bhala l-gebla tax-xewka, u fuq l-appostli u l-profeti bhala s-sisien (Efes 2, 20w), iddahhal lilha nfisha f’din l-istampa tal-gisem : il-bini jitla` (Efes 2, 21), u jinbena l-gisem (4, 12.16). F’Efesin 5,22-32, l-idejat ta’ gisem u ras jinghaqdu max-xbiha biblika ta’ l-gharusa: Gesu`, il-mexxej (=ras) tal-Knisja, huwa wkoll is-Salvatur li habb il-Knisja bhal gharusa (qabbel 2Kor 11, 2); Hu ssagrifika lilU nnifsU biex jinghaqad maghha permezz tal-maghmudija, tal-qdusija u t-tnaddif, biex iwassalha quddiemU sabiha, u jehoda bhala l-gharusa tieghU. Fl-ahharnett, hemm ideja li tidhol ma` l-idejat ta’ qabel biex tispjega l-Knisja kif jaraha Pawlu: il-Knisja hija l-aktar parti tajba ta’ din il-milja (pliroma) li tezisti fi Kristu ghax Huwa Alla, salvatur tal-bnedmin maghqudin f’gismU, u ras tal-univers kollu mahkum minn setghat kosmici (Kol 1, 19w). Il-Knisja nfisha tista’ tissejjah pliroma (Efes 1, 23); dan ghaliex Kristu hu il-milja taghha, u minn naha taghha l-Knisja hi "il-milja" tieghU ghax twettaq il-gisem tieghU bit-tkabbir progressiv taghha (Efes 4, 13). Il-bidu u t-tmiem ta’ dan kollu hija l-milja ta’ Alla nnifsU.
2. Minghajr ma juza l-kelma, Gwanni jaghti teologija profonda tal-Knisja. Jirreferi ghal esodu gdid (Gw 3, 14; 6, 32w; 7, 37w; 8, 12) u dan igieghlna nahsbu f’poplu gdid ta’ Alla, li jigi deskritt b’mod dirett bi xbihat biblici ta’ gharusa (3, 29), merhla (10, 1-16) u dielja (15, 1-17). Il-grupp zghir ta’ dixxipli li jigu maqtughin mid-dinja (15, 19; ara 1, 39.42w) huwa l-poplu gdid li qed jigi ffurmat bhalqiesu f’guf. Il-moghdija minn dan il-grupp ta’dixxipli ghal Knisja titwettaq mal-mewt u l-qawmien ta’ Gesu`. Kristu jmut "biex jigbor gemgha wahda l-ulied ta’ Alla li kienu mxerrdin" (11, 52) f’merhla wahda bla ebda distinzzjoni bejn Lhud, Samaritani u Griegi (10,16; 12,20.32; 4,21w.30-42). Huwa jitla` ghand il-Missier biex jaghti l-Ispirtu tieghU lil dawk li jimxu warajH, specjalment lil dawk rapprezentanti tieghU mahtura biex jahfru d-dnubiet (20, 21w). Il-Knisja ghad tahsad dak li zera` Kristu (4, 38) u hekk tkompli tifrex l-missjoni ta’ Kristu. Gwanni jista’ jaghti xhieda ta’ dan, hu li mess b’idejh il-Verb maghmul bniedem (1Gw 1,1) u ta l-Ispirtu lill-konvertiti ta’ Filippu (Atti 8, 14-17 -- qabbel dan ma’ Lq 9, 54). Imma ghal Gwanni l-aktar li jattirah u jippreferi hija l-hajja interna tal-Knisja. Il-membri tal-Knisja huma maghqudin taht il-hatar Pietru (21). Huma jiehdu l-hajja taghhom mill-ghaqda taghhom ma` Kristu, id-dielja (15); din l-ghaqda issir realta’ fil-maghmudija (3,5) u l-Ewkaristija (6). Jimmeditaw flimkien il-kliem ta’ Kristu taht id-direzzjoni ta’ l-Ispirtu (14, 26), permezz tal-imhabba lejn xulxin (13, 33-35) jaghtu l-frott li Alla jistenna minnhom (15, 12.16w). Permezz ta’ dan kollu l-Knisja turi l-ghaqda taghha, l-ghaqda li titnissel u ghandha bhala mudell l-ghaqda li tezisti bejn l-persuni divini li huma prezenti f’kull bniedem (17). Mdorrija bil-persekuzzjoni (15, 18-16, 4), tilqaghha b’tama rebbihija; ghax ir-rebha fuq id-dinja u l-Princep taghha diga saret (16,33).
Din l-ahhar ideja qieghda fil-qofol tal-Apokalissi. Hemm il-Knisja tidher daqqa bhala l-Belt Mqaddsa (Apk 11, 1-3), u daqqa bhala l-mara li titqabbel mad-dragun (ix-Xitan) (Apk 12) li juza lill-bhima (l-imperu pagan) biex jippersegwita lill-qaddisin imma li ghandu jiemu maghduda; mbaghad bhala t-tempju u l-ispazju ta’ madwaru, fejn ghadd ta’ nies li jemmnu tassew jibqa` jghix waqt li fil-misrah il-bhima toqtol zewg profeti-xiehda (11, 1-13). Mhux tassew li l-millenju li hemm fil-kap 20, li mhu bl-ebda mod zmien ta’ trionf dinji ghall-Knisja, jiddeskrivi tigdid spiritwali gewwieni (qabbel 20, 6 u 5, 10; u ara Ezek 37, 10 = Apk 11, 11), jew il-ferh tal-martri ukoll qabel il-gudizzju universali? Huwa zgur li l-Knisja tixxennaq u timxi lejn Gerusalemm il-gdida, is-sema (3, 13; 21, 1-8; 21, 9-22, 5). "L-Ispirtu u l-Gharusa jghidu: Ejja!" (22, 17).
Fil-hajja tas-sema, meta l-profeziji kollha jkunu mwettqa, d-dnub jitnehha ghalkollox (Is 35, 8; Apk 21, 27), kif ukoll it-tbatija u l-mewt (Apk 21, 4; ara Is 25, 8; 65, 19); u imbaghad it-tixrid ta’ Babel, li l-kuntrarju tieghu diga`hu Pentekoste, jinghata l-ahhar twegiba tieghu (Is 66, 18; Apk 7, 9w). Il-karikaturi jghibu: imperi arroganti, "sinagogi tax-xitan" (Apk 2, 9; 3,9). Dak li jibqa` huwa "l-ghamara ta’ Alla mal-bnedmin" (21, 3), "l-univers il-gdid" (v5).
VI. SINTESI TEOLOGIKA HAFIFA
Il-Knisja hi mahluqa minn Alla, mibnija minn Kristu, u l-Ispirtu jghammar fiha (1Kor 3, 16; Efes 2, 22). Ghalhekk il-Knisja hi fdata f’idejn il-bnedmin, l-appostli li Gesu` kine ghazel permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu (Atti 1, 2), u mbaghad lil dawk li permezz tat-tqeghid ta’ l-idejn jircievu l-karizma li jmexxu, (1Tim 4, 14; 2Tim 1, 6).
L-Ispirtu (Gw 16, 13) jmexxi l-Knisja, "kolonna u pedament tal-verita’" (1Tim 3, 15), il-Knisja li ghal dejjem ghandha l-hila li thares il-minjiera ta’ taghlima shih li rceviet minn ghand l-appostli (2Tim 1, 13w). Din s-setgha li thares id-depozitu tal-fidi hi s-setgha li tipproklamaha b’mod car u minghajr zball. Maghmula fil-gisem ta’ Kristu permezz tat-thabbir tal-Evangelju (Efes 3, 6), imwielda minn maghmudija wahda (Efes 4, 5), sostnuta minn hobza wahda (1Kor 10, 17), hi tingemgha f’poplu wiehed (Gal 3, 28), l-ulied ta’ Alla wiehed u Missier wiehed (Efes 4, 6). Il-Knisja telimina kull firda umana u tghaqqad f’poplu wiehed kemm Lhud u pagani (Efes 2, 14w), nies civilizzati u Barbari, sidien u lsiera, nisa u rgiel (1Kor 12, 13; Kol 3, 11; Gal 3, 28). Din l-ghaqda hi universali, kif intqal sa mis-seklu tnejn. Il-Knisja hi maghmula biex tirrikoncilja kull differenza ta’ bejn il-bnedmin (ara Atti 10, 13 : "Oqtol u kul"), tadatta ruhha ghal kull kultura (1Kor 9, 20w), u thaddan l-univers kollu (Mt 28, 19).
Il-Knisja hi qaddisa (Efes 5, 26w), mhux biss fir-ras u l-istruttura taghha, imma wkoll fil-membri taghha imqaddsin bil-maghmudija. Hemm il-midinbin fil-Knisja; imma huma persuni f’taqbida bejn id-dnub taghhom u dak mitlub minnhom permezz tad-dhul taghhom fil-gemgha tal-"qaddisin" (atti 9, 13). Il-Knisja, bhal Kristu, ma twarrabhomx, imma toffrilhom il-mahfra u t-tisfija (Gw 20, 23; Gak 5, 15w; 1Gw 1, 9); is-sikrana tista’ dejjem issir qamh qabel ma jasal il-hassad (mt 13, 30). Il-Knisja mhijiex ghan fiha nnfisha, imma tmexxi lejn is-Saltna ahharija li se tigi sostitwita bil-parousia ta’ Kristu. Xejn minn dak li hu imnigges ma jidhol f’din is-saltna (Apk 21, 27; 22, 15). Il-persekuzzjonijiet isahhu x-xewqa tal-Knisja li tigi mibdula f’Gerusalemm tas-sema.
Il-mudell perfett tal-fidi, tama u mhabba tal-Knisja hi Marija; hi kienet xhud tat-twelid tal-Knisja fuq il-Kalvarju (Gw 19, 25) u fic-Cenaklu (Atti 1, 14). Pawlu jimtela b’imhabba kbira (1Kor 4, 15; Gal 4, 19) u prattika ghall-Knisja. Hu mifni bil-"hsieb tal-Knejjes kollha" (2Kor 11, 28) u bix-xewqa li jwasssal il-merti infiniti tas-salib permezz tat-tbatijiet tieghU (1Kor 4, 9-13; 2Kor 1, 5-9) Hekk huwa jtemm f’gismU "dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu ghall-gisem tieghU li hu l-Knisja" (Kol1, 24). Hajtu bhala ministru ghall-Knisja (1, 25) hija ezempju ta’dan, specjalment ghal dawk msejhin biex ikomplu l-hidma appostolika.
Il-membri kollha tal-poplu Nisrani (laos) mhux biss il-mexxejja, huma msejha biex jaqdu l-Knisja billi juzaw il-karizmi taghhom. Huma msejha li jghixu fuq id-dielja bhal frieghi mghobbija bil-frott ta’ l-imhabba. Huma msejha li jaghtu gieh lis-sacerdozju taghhom (1Pt 2, 5) bis-sagrificcju tal-fidi taghhom (Fil 2, 17) u hajja pura skond l-Ispirtu (Rum 12, 1; 1Kor 6, 19; Fil 3, 3). In-nisrani ghandu jiehu sehem attiv fil-qima li taghti l-gemgha. Jekk ircieva l-karizma partikolari tal-virginita’; huwa ghandu jkun biss tal-Mulej; jekk ikun mizzewweg, huwa ghandu jfassal il-hajja mizzewwga tieghu fuq l-ghaqda ta’ Kristu mal-Knisja tieghU (Efes 5, 21-33). Il-belt qaddisa li Kristu habb bhala gharusa fertili (5, 25) u "li hi ommna" (S 87, 5=Gal 4, 26) jixirqilha l-imhabba taghna uliedha. Inhobbuha madankollu fil-qies li nkomplu nibnuha.