Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA
Redatt taht id-direzzjoni ta’
XAVIER LEON DUFOUR
INDICI
Komunjoni – Kuxjenza – Ligi – Mard u Fejqan – Marija – Melh
Fil-komunjoni ewkaristika, in-nisrani juri quddiem kulhadd l-originalita` tat-twemmin tieghu; jigifieri, ic-certezza ta’ kuntatt intimu u reali ma’ Alla li mur ‘l hinn minn kull deskrizzjoni. Hemm kelma ghal din l-esperjenza: ghalkemm it-TQ m’ghandu ebda kelma specjali ghaliha, fit-TG il-kelma koinonia tesprimi r-relazzjoni tan-nisrani ma’ Alla veru rivelat minn Gesu` u dik ta’ l-insara bejnithom.
It-tfittxija ta’ komunjoni ma’ l-oghla alla li jkollu, mhix xi haga gdida ghall-bniedem: ir-religjon li tidher gewwa fih bhala xewqa ghal ghaqda ma’ Alla, ta’ spiss tiehu l-ghamla ta’ sagrificcji jew ta’ ikliet sagri, fejn dak l-alla jigi immaginat bhala li qed jaqsam l-ikel flimkien ma’ dawk li jemmnu fih. Min-naha l-ohra, l-ikliet tal-patt ghandhom bhala mira li jissigillaw ir-rabtiet ta’ fratellanza jew hbiberija bejn il-bnedmin.
Huwa Gesu` Kristu biss, il-medjatur wahdieni, li jista’ jwettaq din ix-xewqa ghall-komunjoni. Izda t-TQ, ukoll filwaqt li jhares b’certu ghira d-distanza kbira bejn Alla u l-bniedem, li ma setghet qatt titqassar qabel l-inkarnazzjoni, xorta wahda hejja ghat-twettiq ta’ xewqat il-bniedem.
TQ
1. Il-qima ta" Israel turi bic-car il-htiega li nidhlu f’ghaqda ma’ Alla. Din il-htiega tigi espressa b’mod specjali f’dawk li huma "sagrificcji tas-sliem", fejn parti millo-vittma tinghata lura lil min ikun qed jaghmel l-offerta. Meta ijkun qed jiekol din il-parti, l-bniedem ikun qed jintlaqa’ lura madwar il-mejda ta’ Alla. Diversi traduzzjonijiet sejhu ‘l dan kollu semplicement "sagrificcju ta’ hbiberija" (ara Lev 3) ghalkemm it-TQ qatt ma jitkellem b’mod esplicitu minn komunjoni ma’ Alla, izda biss minn ikelu xorb "quddiem Alla" (Ez 18, 12; ara 24, 11).
2. Il-patt. Il-htiega ghall-komunjoni kienet tibqa’ semplici holma li kieku Alla ma tax lill-poplu tieghU struttura ghal relazzjoni tabilhaqq u hajja ta’ komunjoni. Fil-patt il-Mulej jiehu taht idejH l-ezistenza ta’ Israel u jaghmel kull interess t’Israel dak tieghU nnifsU (Ez 23, 22). Huwa jfittex li jiltaqa’ ma’ Israel (Gham 3, 2) u li jirbhilha qalbha (Hos 2, 16). Dan il-pjan ghall-komunjoni huwa evidenti mill-patt u jidher car mill-istruttura li Alla juza biex iwettaq l-inizjattiva tieghU: it-tahditiet tieghU fit-tul ma’ Mose` (Ez 19, 20; 24, 12-18) u l-isem innifsu "it-tinda tal-laqgha" fejn Huwa jiltaqa’ ma’ Mose` (Ez 33, 7-11).
3. Il-Ligi hija l-kitba bil-kbir tal-patt u ghandha l-ghan li tghallem lil Israel il-mod kif iwiegeb Alla (Dt 24, 18; Lev 19, 2). L-ubbidjenza lejn il-Ligi u stil ta’ hajja regolat mill-precetti taghha tfisser li tiskopri lil Alla u tinghaqad mieghU (S 119). L-istess, l-imhabba ta’ Alla u t-tfittxija tieghU tfisser l-osservanza tal-kmandamenti tieghU (Dt 10, 12w).
4. It-talb. L-Israelit li jghix fidil lejn il-patt jiltaqa’ ma’ Alla b’mod dejjem iktar intimu f’zewg ghamliet ta’ talb fundamentali: (1) fit-tnehidiet spontanji ta’ ghageb u ferh ghall-opri kbar ta’ Alla, li jwasslu ghal barka, tifhir, u radd il-hajr; u (2) f’petizzjoni ardenti biex wiehed jaghmel esperjenza tal-prezenza ta’ Alla (S 42, 2-5; 63, 2-6) f’ghaqda li se tibqa’ ssehh ‘l hinn mill-mewt (S 16, 9; 49, 16; 73, 24).
5. Il-komunjoni tal-qlub fost il-poplu hija r-rizultat tal-patt. Is-solidarjeta` normali tal-familja, clan, u tribu` ssir komunjoni ta’ ta’ hsieb u ta’ hajja fis-servizz ta’ dak Alla li gab lil Israel flimkien. Il-lealta` lejn dan Alla li jsalva tinvolvik filli tqis lil siehbek Israelit bhala "huk" (Dt 22, 1-4; 23, 20) u li tkun liberali mal-klassijiet li m’ghandhom xejn taghhom (24, 19-21). L-assemblea liturgika tat-tradizzjoni sacerdotali tidher ukoll bhala l-komunita` nazzjonali li tinsab miexja lejn l-ghan divin li ghandha quddiemha ara Num 1, 16-18; 20, 6-11; 1 Kron 13, 2), "l-poplu ta’ Israel kollu" (1 Kron 15, 3).
TG
Fi Kristu, il-komunjoni ma’ Alla ssir realta`, hekk kif Gesu` jaghti lill-bnedmin sehem fin-natura divina tieghU (2 Pt 1, 4); ghaliex Hu nnifsU jiehu sehem fin-natura komuni ghall-bnedmin kollha, ukoll fid-dghufija taghha (Lhud 2, 14).
1. Il-komunjoni ma’ Alla kif imgarrba bhala esperjenza fil-Knisja. Fil-bidu tal-hajja pubblika tieghU Gesu` jghaqqad mieghU nnifsU tnax -il sieheb li ghandhom jippartecipaw f’solidarjeta` intima mieghU il-missjoni tieghU ta’ taghlim u hniena (Mk 3, 14; 6, 7-13). Huwa jghid li dawk li jimxu warajH ghandhom jaqsmu fit-tbatija mieghU biex ikunu jisthoqquH (Mk 8, 34 - 37p; Mt 20, 22; Gw 12, 24 - 26; 15, 18). Huwa l-Messija veru, is-sultan maghqud mal-poplu tieghU. Fl-istess hin, Huwa jishaq fuq l-ghaqda taz-zewg kmandamenti l-kbar li huma l-qofol ta’ l-imhabba (Mt 22, 37 - 39).
L-ghaqda fraterna ta’ l-ewlenin insara tinkiseb mill-fidi komuni taghhom fil-Mulej Gesu`, mix-xewqa taghhom li jimitawH flimkien ma’ imhabbithom ghaliH, dik l-imhabba li lejha tabilhaqq iwassal l-affett reciproku taghhom. Huma ghandhom biss "qalb wahda u ruh wahda" (Atti 4, 32). Din il-komunjoni ta’ bejniethom huma kienu fl-ewwel post izommu shih fil-qsim tal-hobz (2, 42). Fil-knisja ta’ Gerusalemm il-komunjoni tinsab f’li l-fidili kellhom kollox flimkien (4, 32 - 5, 11), u mbaghad, fost il-komunitajiet li gew mill-paganizmu u minn Gerusalemm, fil-gabra li Pawlu heggeg li ssir (2 Kor 8 - 9; ara Rum 12, 13). L-ghajnuna materjali pprovduta ghall-habbara tal-Bxara t-Tajba juru din il-komunjoni f’dawl specjalibilli jaghtuha l-karatteristika ta’ gratitudni spiritwali (Gal 6, 6; Fil 2, 25). F’li jbatu flimkien minn persekuzzjoni gab fihom ghaqda fir-ruh (2 Kor 1, 7; Lhud 10, 33; 1 Pt 4, 13), l-istess bhalma ghamlet il-hidma flimkien fit-tixrid tal-vangelu.
2. It-tifsir ta’ din il-komunjoni
.a) Ghal San Pawl, billi min jemmen jinsab maghqud ma’ Kristu permezz tal-fidi u tal-maghmudija, huwa jippartecipa fil-misteri tieghU (ara dawk il-verbi bil-prefiss syn-, "ma’, go"). In-nisrani jmut ghad-dnub ma’ Kristu u jirxoxta mieghU ghal hajja gdida (Rum 6, 3w; Efes 2, 5w). Bis-sofferenzi u l-mewt tieghu, in-nisraqni jsir bhal Kristu fil-passjoni, mewt, u qawmien tieghU (2 Kor 4, 14; Rum 8, 17; Fil 3, 10w; 1 Tess 4, 14). Il-partecipazzjoni fil-gisem ewkaristiku ta’ Kristu (1 Kor 10, 16) twassal l-insara fl-istess waqt biex jidhlu "fix-xirka ta’ Ibnu" (1, 9) u fl-ghaqda tal-membri tal-Gisem (10, 17). Ir-rigal ta’ l-Ispirtu s-Santu lill-insara kollha jissigilla l-komunjoni intima ta’ bejniethom (2 Kor 13, 13; Fil 2, 1).
b) Ghal San Gwann, id-dixxipli li jilqghu it-thabbira ta’ "il-Kelma tal-hajja" jidhol f’komunjoni max-xiehda taghha (l-appostli) u permezz taghhom ma’ Gesu` u mal-Missier ( 1 Gw 1, 3; 2, 24). Finalment, ghax l-insara jinsabu maghqudin bejniethom, huma jghammru fl-imhabba tal-Missier u ta’ l-Iben, l-istess bhalma l-Missier u l-Iben jghammru f’xulxin u huma haga wahda (Gw 14, 20; 15, 4.7; 17, 20-23; 1 Gw 4, 12). L-osservanza tal-kmandamenti ta’ Gesu` hija s-sinjal awtentiku tax-xewqa ghal komunjoni permanenti (Gw 14, 21; 15, 10): din iggibha l-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu (Gw 14, 17; 1 Gw 2, 27; 3, 24; 4, 13) u l-hobz ewkaristiku huwa n-nutriment essenzjali taghha (Gw 5, 56).
Hekk in-nisrani jibda jduq minn quddiem dik l-hena li ma tintemm qatt u li hi l-holma ta’ kull qalb tal-bniedem u li kienet it-tama ta’ Israel: li "inkunu dejjem mal-Mulej" ( 1 Tess 4, 17; ara Gw 17, 24), u hekk niehdu sehem mill-glorja tieghU (1 Pt 5, 1).
Il-kelma kuxjenza tfisser dik il-fakulta` mentali li biha ahna niggudikaw att, sew jekk dan ikun diga` sehh sew jekk ikun ghadu ma sehhx. Hija iktar minn gharfien teoretiku tat-tajjeb u l-hazin; hija dak il-gudizzju prattiku li bih nistqarru li haga hi (kienet) tajba jew hazina ghalija.
Il-Bibbja m’ghandha ebda kelma specjali ghal kuxjenza qabel ma taghmel kuntatt ma’ l-univers Grieg. Fil-fatt, syneidisis tidher biss f’Koh 10, 20 (fejn tfisser hsibijiet il-bniedem). Ma tinsabx fl-Evangelji, izda tintuza b’mod specjali minn Pawlu. Izda r-realta` li l-kelma tfisser qeghda hemm tul il-Bibbja kollha; dan hu li jippermettilna ninnotaw id-differenza bejn il-hsieb ta’ Pawlu u l-mentalita` Griega.
1. "Ma ccanfarnix il-kuxjenza dwar hajti." Meta din tissemma b’mod esplicitu, il-funzjoni tal-kuxjenza tigi attribwita lill-qalb jew lill-gewwieni. "Wara c-censiment tal-poplu David hass qalbu ttaqtaq, u qal lill-Mulej: ‘Dnibt bil-kbir b’li ghamilt;’ " (2 Sam 24, 10). Gralu l-istess meta kien qata’ l-keffa tal-mantar tal-Midluk tal-Mulej (1 Sam 24, 6), jew meta Abigajl qaltlu li seta’ jkun ta’ ghali u xewka f’qalbu li jkun xerred id-demm ghalxejn (25, 31). Ghall-ewwel, it-tingiz tal-kuxjenza kien imsieheb mal-patt li kien sar mal-Mulej. Ghaliex hu tabilhaqq f’ghajnejn il-Mulej li jsir haqq mill-ghemejjel tas-slaten (1 Slat 16, 7), f’ghajnejn dak il-Mulej li jifli sa fil-qiegh tal-gewwieni u l-qlub (Ger 11, 20; 17, 10; S 7, 10) u li jara ssehh kull azzjoni tal-bniedem (S 139, 2).
Izda dan il-gudizzju li jsir permezz tal-"kuxjenza" forsi ghandu s-sies tieghu biss fuq din l-idea tal-qrubija ta’ Alla? Id-drama ta’ Gob mid-dehra tghidilna xort’ohra. Gob jista’ jistqarr bil-qawwa kollha quddiem dawk li jridu jgarrbuh I quddiem Alla nnifsU li qalbu hija safja: "Nzomm shih mas-sewwa tieghi u ma ncedix, ma ccanfarnix il-kuxjenza dwar hajti" (Gob 27, 6), u dan ftit jew wisq ifisser "Qalbi ma ccanfarni b’ebda mod." Ghalhekk huwa ghandu jindem fit-trab u r-rmied (42, 6). Tkun kemm tkun fil-fond il-kuxjenza fi hdan il-bniedem, x’aktarx li tqis il-misteru ta’ Alla skond l-gharfien li jkollha tar-rieda tieghU kif miktuba fil-Ligi.
Il-Farizej li Gesu` jikkundanna jharsu lejn il-haqq b’mod differenti milli jaghmel Gob; huma qieghdu l-gharfien taghhom tal-haqq fi prattika tal-Ligi li tidher biss minn barra. Gesu` ma jnehhix il-Ligi, izda juri li l-prattika taghha ghandha tkun regolata bis-safa tal-hsieb. Dan jaghmlu car fejn tidhol il-kuxjenza, meta Huwa jghallem lill-bnedmin jaghmlu haqq mill-qalb (Mt 15, 1-20p), b’ghajn safja (Lq 11, 34-36), u quddiem il-Missier li jara dak li hu fil-mohbi (Mt 6, 4.6.18). Meta Gesu` jkun qed jaghmel dan, Huwa jkun qed ihejji t-triq ghal kuxjenza hielsa, ghall-jum meta, skond Pawlu, il-Ligi ma tibqax xi haga li qieghda biss ‘il barra mill-bniedem izda li ssib it-tifsir u s-setgha tassew taghha bl-ghajnuna ta’ l-Ispirtu li jitferra’ fi qlub il-bnedmin.
2. Il-kuxjenza skond Pawlu.
a) Pawlu ssellef il-kelma syneidisis la minn xi ghajn letterarja, lanqas mill-filosofija Stojka (il-kelma la tidher f’Epiktetu, Plutarku u lanqas Marku Aurelju), izda mil-lingwagg religjuz ta’ dak iz-zmien. Kellha bhala ghan li tesprimi l-arbitriju rifless u awtonomu li kien jappartjeni ghan-nozjoni biblika ta’ qalb. Il-moghdija minn idea ghall-ohra tista’ tintwera bic-car fil-parir moghti lil Timotju: "Issa l-iskop ta’ din it-twissija hu l-imhabba li tohrog minn qalb safja, minn kuxjenza tajba u minn fidi sinciera" (1 Tim 1, 5). Il-qalb, il-kuxjenza u l-fidi jinsabu bil-modi differenti taghhom fl-gherq ta’ kull azzjoni ta’ karita`. Jekk l-intenzjoni hija wahda tajba, jekk il-fidi taghti konvinzjoni soda, ghaldaqstant il-kuxjenza se tkun sodisfatta. Ghaldaqshekk in-nisranti jobdi lill-awtoritajiet civili "mhux biss minhabba l-korla, imma wkoll minhabba l-kuxjenza," ghax il-fidi tieghu turih kif dawn "l-awtoritajiet huma ufficjali ta’ Alla" (Rum 13, 4-6). U ghalhekk Pawlu ta’ spiss jistqarr li jqis li ghandu kuxjenza "safja" (2 Kor 1, 12; ara Atti 23, 1; 24, 16).
Ma jsegwix li din il-kuxjenza hija awtonoma, kif kienu jemmnu l-Istojci. Ghalihom il-kuxjenza hija hielsa ghax nafu kif jahdmu l-ligijiet tan-natura. Ghal Pawlu, il-gudizzju li taghmel il-kuxjenza huwa dejjem wiehed suggett ghall-haqq li jaghmel Alla: "Tassew li jiena stess ma nhoss xejn fuq il-kuxjenza tieghi; izda mhux b’daqshekk jien iggustifikat; hu l-Mulej li jiggudikani" (1Kor 4,4). Dak li huwa ma jhossx fuq il-kuxjenza tieghu normalment jigi segwit bit-tismija ta’ Alla (2 Kor 4, 2) jew bix-xhieda fl-Ispirtu s-Santu (Rum 9, 1). Il-kuxjenza hija "teonoma". Meta din tigi murija bhala wahda "tajba" u "safja", din tinsab radikalment imdawla b’fidi genwina ( 1 Tim 1, 5.19; 3, 9; 4, 1w; 2 Tim 1, 3; ara Lhud 13, 18; 1 Pt 3, 16).
b) U hekk min jemmen jikseb liberta` perfetta. Filwaqt li l-Ligi kienet timponi fuq il-Lhud l-ghazla bejn certu laham u iehor, bejn festa u ohra, ghan-nisrani "kollox safi" (Rum14, 20; Tit 1, 15), ghalih "kollox jiswa" (1 Kor 6, 12; 10, 23). Il-fidi tat "il-gherf" (8, 1) li jippermetti lill-bniedem jaghraf it-tjubija li hemm f’kull bniedem iehor (3, 21-23; 8,6; 10, 25w). Ghalhekk in-nisrani li jkollu kuxjenza mdawla jsib ruhu mehlus mill-preskrizzjonijiet ritwali tal-Ligi ta’ Mose`: "fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-helsien" (2 Kor 3, 17), u Pawlu jsaqsi "Ghaliex il-liberta` tieghi ghandha tkun imxekkla mill-kuxjenza ta’ haddiehor?" (1 Kor 10, 29). Il-kuxjenza tieghu taghmlu hieles daqs l-Istojk, izda b’mod differenti u fil-limiti li issa jridu jigu mfissra.
Wara li jghid: "Kollox hu sewwa,"Pawlu minnufih izid "izda mhux kollox jaqbel" (1 Kor 10, 23). Fil-fatt jista’ jqum konflitt bejn dawk il-kuxjenzi li ma jkunux zviluppaw bl-istess manjiera jew fl-istess qjies. Kif kienu jarawha certu fidili, il-laham ikkonsagrat lill-idoli jibqa’ wiehed imnigges; u proprju ghax kienu jemmnu dan, huma ma kellhomx jaqsmu fl-ikel tieghu: dan kien il-verdett tal-kuxjenza taghhom. Dawk li huma "shah fil-fidi" (Rum 15, 1) iridu jaghmlu minn kollox biex jghinu lid-dghajfa milli jinqatghu: "Qis li ma tmurx, minhabba l-ikel tieghek, iggarraf lil dak li ghalih miet Kristu" (Rum 4, 15). "Kollox safi, imma jaghmel hazin il-bniedem li jiekol xi haga li biha jiskandalizza lil haddiehor" (14, 20; 1Kor 8, 9-13). Il-gherf, ghaldaqshekk, ghandu jcedi ghall-imhabba ta’ bejn l-ahwa.
Il-kuxjenza taghmel ukoll restrizzjonijiet fuq il-liberta` minhabba fil-prezenza divina li taghtiha t-tifsira taghha. "Kollox jiswa ghalija," qal Pawlu lill-Korintin, imma zied ukoll: "izda ma nhalli ‘l xejn jahkimni" (1 Kor 6, 12). Lanqas m’ghandi ninghaqad ma’ mara zienja: gismi m’huwiex tieghi nnifsi. Hawnhekk ukoll, il-gherf u l-liberta` huma limitati minn xi hadd li ghall-ewwel jidher li hu persuna ohra li mhix jien, izda li qajla qajl jirrivela lilU nnifsU fil-fidi bhala t-twettiq tassew tieghi nnifsi.
Hekk Pawlu ma jinsabx regolat b’ligijiet mhux miktuba u li ma jinbidlux; dak li jorbot il-kuxjenza tieghu hija r-relazzjoni tieghu mal-Mulej u ma’ l-ahwa tieghu. Dak li huwa jaghraf mhux xi qafas rigidu imqieghed b’ligi miktuba, izda dik ir-relazzjoni flessibbli u bilwisq iktar qawwija mal-Kelma ta’ Alla u ma’ bnedmin ohra. Iktar minn hekk, dan ma jolqotx l-utilita` tal-ligijiet miktuba, izda jnehhi minn fuqhom dik il-kwalita` assoluta li xi mindaqqiet ikollhom f’ghajnejn il-gwejdin.
c) Huwa car li Pawlu kien irrifletta ghal zmien twil fuq il-liberta` l-gdida li kienet intrebhet fi Kristu, meta, bl-esperjenza li kien kiseb mid-dinja pagana, ghamel din l-istqarrija li gejja: "Meta l-pagani, li ma ghandhomx il-Ligi, jaghmlu bl-istint naturali taghhom dawk l-opri li titlob il-Ligi, huma jkunu ligi ghalihom infushom. Dawn juru b’ghemilhom li l-precetti tal-Ligi huma miktuba f’qalbhom, u dan tixhdu wkoll il-kuxjenza u r-raguni taghhom, li issa jakkuzaw u issa japprovaw ghemilhom" (Rum 2, 14w).
Meta thares lejn din l-istqarrija fil-kuntest taghha, din qabel xejn tfisser li l-haqq li jaghmel Alla ma jsirx skond l-gherf ta’ x’inhu tajjeb u hazin izda fuq it-twettiq li jsir. U dan jigi determinat fl-ahhar mill-ahhar mhux mil-Ligi rivelata izda mill-gharfien tat-tajjeb u l-hazin; f’dan issir tidher ir-rieda ta’ Alla. Hekk naraw lil Adam, li meta ma obdiex lil Alla, gharaf li kien gharwien u harab minn quddiemU (Gen 3, 8-10). Din ukoll tissoponi, skond Pawlu, li l-pjan ta’ Alla jinsab miktub f’qalb kull bniedem sa minn qabel ma r-rivelazzjoni taghmel dan car bla ebda dubju ta’ xejn. Ukoll jekk Alla ma ntgharafx bhala l-Hallieq (Rum 1, 19-21), ukoll jekk m’hemmx Ligi rivelata, il-bniedem jitwieled fi djalogu ma’ Alla u, meta jsib ruhu quddiem l-inizjattiva tieghU, jirrejagixxi skond il-pjan ta’ Alla.
3. Il-kuxjenza msoffija bil-qima. L-Ittra lil-Lhud normalment tuza l-kelma f’kuntest sagrifikali. Is-sagrificcji tat-TQ ma kellhomx is-setgha li "jaghmlu perfetta l-kuxjenza ta’ min ikun qieghed joffri l-kult" (Lhud 9, 9); ghax kieku, jekk dawk li jaghtu dan il-kult ta’ qima kienu fil-kuxjenza taghhom ihossu li m’ghandhomx dnubiet, huma kienu forsi jwaqqfu dawn is-sagrificcji ta’ qima (10, 2). B’kuntrast, l-awtur jghid lil-Lhud "id-demm ta’ Kristu jista’ jnaddaf il-kuxjenza taghkom mill-ghemil mejjet biex taqdu lil Alla haj (9, 14p). Din it-tisfija issa ssehh fil-maghmudija (10, 22), ghax, skond Pietru, il-maghmudija ssalva "ghax hi talba lil Alla hierga minn kuxjenza safja bis-sahha tal-qawmien ta’ Gesu` Kristu" (1 Pt 3, 21). Finalment, huwa biss id-demm u l-qawmien ta’ Kristu li jaghmlu kuxjenza safja possibbli.
Il-kelma bl-Ebrajk Torah ghandha tifsira iktar wiesgha u inqas guridika mill-Grieg Nomos, li hi t-traduzzjoni li hemm fis-Septuagint. Torah ghalhekk tfisser "taghlima" moghtija lill-bnedmin minn Alla ghar-regolament tal-kondotta taghhom. Ghaldaqstant il-kelma Torah tintuza principalment ghar-rigward ta’ dak il-korp ta’ ligijiet li t-TQ jassocja ma’ Mose`. It-TG jadotta l-istess tifsir u jsejjah il-Ligi bhala dak il-pjan shih imsejjes fuq il-ligijiet ta’ Israel (Rum 5,20), kuntrarju ghal dik it-tregija ta’ grazzja mwaqqfa minn Gesu` Kristu (Rum 6,15; Gw 1,17). Madankollu, it-TG jitkellem ukoll dwar "il-Ligi ta’ Kristu" (Gal 6,2). Iktar minn hekk, it-teologija nisranija tiddistingwi z-zewg Testmenti bit-termini "il-Ligi l-qadima" u "il-Ligi l-gdida". It-TG jaghraf ukoll "il-Ligi naturali" (Rum 2,14w) bil-ghan li tithaddan l-istorja kollha tas-salvazzjoni, liema ligi tapplika ghall-bnedmin kollha li ma humiex suggetti ghal xi wahda mil-ligijiet ta’ qabel. Ghaldaqstant it-tliet stadji essenzjali fil-pjan ta’ Alla huma karatterizzati bil-kelma ligi, kelma li tenfasizza l-aspett etiku u istituzzjonali taghhom. Din id-diskussjoni dwar il-ligi se ssir skond tlett stadji: il-ligi naturali, il-Ligi l-qadima, il-Ligi l-gdida.
A. QABEL MOSE`: IL-LI
GI NATURALIL-espressjoni ligi naturali ma tintuzax fl-Iskrittura b’mod daqstant esplicitu, izda din ir-realta` tohrog b’mod tassew car taht suriet diversi.
1. It-testment il-Qadim. Gen 1 sa 11 (u t-testi paralleli rari) jaghtu dehra cara tat-tregija religjuza tal-bniedem saz-zmien deciziv tal-weghdiet (Abraham u l-patrijarki) u tal-Ligi (Mose`). Sa mill-bidu l-bniedem isib quddiemu precett pozittiv tar-rieda ta’ Alla (Gen 2,16w). Huwa sewwasew dan il-precett li jikkostitwixxi l-prova gewwa l-Gheden, u l-htija li tohrog minn din il-prova tfisser it-tnissil tal-mewt gewwa d-dinja (Gen 3,17w; ara Gherf 2,24; Rum 5,12). Huwa car li minn dawn il-konsegwenzi Alla ma telaqx lill-bniedem minghajr ebda ligi. Il-bniedem huwa regolat minn ligi morali, li Alla jfakkar lil Kajjin dwarha (Gen 4,7), u li giet miksura min-nies ta’ zmien id-dilluvju (Gen 6,5). Hemm ukoll certi precetti religjuzi li jinsabu fi hdan il-patt ta’ Noe` ma’ Alla (Gen 9,3-6), kif ukoll certi ghamliet ta’ qima maghmula min-nies ta’ dak iz-zmien (Gen 4,3w; 8,20). Il-bnedmin huma nies sewwa (Gen 4,3; 5,24; 6,9) jew nies hziena (Gen 4,4; 6,5.11w; 11,1-9; ara Gherf 10,3w) skond kif igibu ruhhom quddiem din il-ligi elementari.
2. It-testment il-Gdid. Il-hsieb ta’ Pawlu dwar il-pjan tas-salvazzjoni jinkludi dak l-istadju fl-istorja sagra minn Adam sa Mose` (Rum 5,13w). Fil-fatt, il-gnus pagani li ma kellhomx sehem mis-sejha ta’ Israel ghadhom suggetti ghar-religjon kif kienet qabel Mose`. Ghalkemm Alla hallihom jaqbdu t-triqat differenti taghhom (Atti 14,16; ara Rum 1,24-31) u li jhossu b’idejhom u jsibuH (Atti 17,27), sakemm kienu ghadhom ma jafux (Atti 17, 30), madankollu huma ma tistax tghid li kienu nies minghajr l-gharfien tar-rieda tieghU. Ir-rieda tieghU giet rivelata lilhom mill-kuxjenza taghhom (Rum 2,14w). Fl-uzu li jaghmel mill-kelmai ligi f’dan is-sens, it-tifsir ewlieni ta’ Pawlu jinsab fil-preskrizzjonijiet ta’ l-ordni morali. Alla jiggudika l-pagani skond dawn il-preskrizzjonijiet (Rum 1,18; 2,12) u jikkundannhom talli jkunu kisru l-ordni morali, billi huma jafu x’inhu l-verdett ta’ Alla kontra l-offizi tal-bniedem (Rum 1,32; ara Gham 1,2-2,3). Pawlu jinzel fil-gherq tad-dizordni morali u jinghi kontra dak id-dnub fir-religjon li jizvela n-natura vera ta’ disubbidjenza lejn il-Ligi, jigifieri li taghraf li hemm Alla izda ma taghtiHx glorja (Rum 1,21).
B. MOSE` U LI
GI L-QADIMAAlla fired il-popli tat-TQ mill-gnus l-ohra u qeghedhom taht tregija ta’ ligi pozittiva li rrivela hu stess, it-Torah ta’ Mose`.
I. DIVERSITA`TAL-LIGI
1. Il-Ligi ta’ Mose` tinsab b’mod eskluziv fil-hames kotba tal-Pentatewku. L-istorja sagra tal-pjan ta’ Alla mill-bidu sal-mewt ta’ Mose` tinsab minsuga b’kitbiet legislattivi. Dawn il-kitbiet jinsabu fil-qafas tal-holqien (Gen 2,2w), il-patt ta’ Noe` (Gen 9,1-7), il-patt ta’ Abraham (Gen 17,9-14), l-ezodu (Ez 12,1-28. 43-51), il-patt tas-Sinaj, u l-harga fid-dezert (Ez 20,1-17; 20,22-23.32; 25-31; 34,10-28; 35-40; Lev kollu; Num 1,1-10.28; 15; 17-19; 26-30; 35; Dt kwazi kollu).
2. Dan il-korp legislattiv li jigbor daqstant kollox, it-Torah, jirregola l-hajja tal-poplu ta’ Alla fil-livelli kollha. Il-preskrizzjonijiet morali, specjalment l-Ghaxar Kmandamenti (Ez 20,2-17; Dt 5,6-21), jigbru flimkien il-htigiet fondamentali tal-kuxjenza tal-bniedem bi precizjoni u certezza li rarament intlahqet mill-filosofi pagani. Ir-regolamenti guridici, li jinstabu f’kodicijiet diversi differenti, jikkontrollaw l-istituzzjonijiet civili varji, bhalma huma dawk tal-familja, dawk socjali, ekonomici u gudizzjarji. Mbaghad hemm ukoll regolamenti dwar kif Israel ghandu jqim b’mod li jindikaw x’inhuma r-riti, min ghandhom ikunu l-ministri u l-regolamenti dwar l-indafa. Xejn ma jithalla kif gie gie; billi l-poplu ta’ Alla huwa msejjes fuq l-istrutturi socjali ta’ gens partikulari, l-istituzzjonijiet sekulari taghhom huma wkoll milqutin bil-ligi religjuza u pozittiva.
3. Fl-ghemil tal-ligi b’mod letterarju hemm tahlita li tikkorrispondi. Dawk il-ligijiet ta’ tip bhal ma nsibu f’Ez 21,18 huma ta’ tip li soltu nsibu f’kodicijiet orjentali antiki u li jitnisslu minn decizjonijiet gudizzjarji partikolari. Ligijiet ohra bhal ma hemm f’Ez 21,17 ifakkru s-sahtiet popolari li jsiehbu t-tigdid ceremonjali tal-patt (Dt 27,15...). Il-kmandamenti cari (bhad-Dekalogu) huma l-ordnijiet diretti li bihom Alla jgharraf ir-rieda tieghU lill-poplu. Fl-ahhar, hemm mbaghad certu precetti motivati li jixbhu lit-taghlim li hemm fil-Kotba ta’ l-Gherf (ara Ez 22,25w). Izda dejjem jibqghu il-kmandamenti li jhejju t-triq ghall-gabra shiha ta’ ligijiet. B’dan il-mod it-Torah ta’ Israel huwa b’mod car differenti mill-kodicijiet l-ohra li huma biss gabriet ta’ decizjonijiet gudizzjarji. It-Torah jidher fuq kollox bhala t-taghlim obbligatorju moghti f’isem Alla nnifsU.
4. Billi hemm diversi tipi ta’ ligi, it-TQ ghandu diversi ismijiet skond ma tkun il-ligi: it-taghlim hu maghruf bhala Torah, imbaghad tista’ tkun ukoll ligi ta’ xhieda, precett, kmandament, decizjoni (jew gudizzju), kelma, rieda, triq ta’ Alla (ara S 19,8-11; 119). B’dan huwa car li l-Ligi ta’ Alla tizboq il-limiti kollha tal-legislazzjoni tal-bniedem.
II. KIF TAHDEM IL-LIGI FIT-TQ
1. Il-Ligi ghandha x’taqsam fil-qrib mal-patt. Meta Alla permezz tal-patt jaghmel lil-Israel il-poplu specjali tieghU, Huwa jkun qieghed jghaqqad certi weghdiet ma’ din l-ghazla, li t-twettiq taghha ghad jiddomina kull storja li tigi wara (Ez 23,22-33; Lev 26,3-13; Dt 28,1-14). Izda Alla jimponi wkoll certi kundizzjonijiet ghall-weghda tieghU. Israel ghandha tobdi l-vuci tieghU u zzomm il-kmandamenti tieghU; inkella s-sahtiet ta’ Alla jintbaghtu fuq il-poplu (Ez 23,21; Lev 26,14-45; Dt 28,15-68). Fis-sehh, ic-ceremonja tal-patt tinvolvi ftehim li tinzamm il-ligi divina (Ez 19,7w; 24,7; Goz 24,21-24; 2 Slat 23,3). Il-Ligi hija ghalhekk l-element baziku tal-pjan religjuz sabiex tipprepara lil Israel ghall-wasla tas-salvazzjoni. Il-htigiet taghha, ghalkemm jidhru tqal, huma tassew ghajnuna divina; ghaliex dawn il-htigiet ghandhom l-ghan li jaghmlu lil Israel poplu gharef (Dt 4,5-8) u li jqeghduh f’kuntatt mar-rieda ta’ Alla. Bis-sahha tat-taghlim tal-Ligi, il-poplu ta’ ghonq iebes jibda jitghallem dwar dik il-qdusija li Alla jkun jistenna minnhom. Dan hu l-iktar veru dwar l-Ghaxar Kmandamenti, il-qofol tat-Torah, izda japplika wkoll ghall-preskrizzjonijiet li jirrigwardaw hwejjeg civili u l-kult li jaqilbu l-astratt ideali fil-qafas sod ta’ l-istituzzjonijiet ta’ Israel.
2. Ir-rabta bejn il-Ligi u l-patt tispjega l-fatt li Israel ma ghandux ligi ohra hlief dik ta’ Mose`. . Mose` huwa l-medjatur tal-patt li fuqu kien imsejjes l-ordni qadim; ghaldaqstant, huwa wkoll il-medjatur li permezz tieghU Alla jirrivela lill-poplu tieghU l-htigiet li johorgu mill-patt (S 103,7). Dan il-fatt essenzjali johrog b’dan il-mod: l-ewwel, ebda legislatur li hu bniedem, anke fi zmien David u Salamun, ma qatt jissostitwixxi jew izid l-awtorita` tieghu ma’ dik tal-hallieq tal-gens (anke Ez 40-48, ghalkemm imnebbah minn Mose`, mhuwiex inkorporat fit-Torah). Mbaghad jezisti l-kuntrarju ta’ dan, jigifieri li l-kitbiet kollha legislattivi jinghadu li saru minn Mose` u ghalhekk jitqeghdu fil-kuntest tal-hrug fis-Sinaj.
3. Dan ma jfissirx li t-Torah ma jghaddi minn ebda zvilupp tul il-moghdija taz-zmien. Il-kritika interna tieghu tiddistingwi sew sezzjonijiet ta’ tonalita` u ta’ xorta differenti. Dan jindika li l-wirt li kien gej minn Mose` gie trasmess f’diversi nixxieghat ta’ tradizzjoni li jikkorrispondu ghall-ghejjun tal-Pentatewku. Dan gie rivedut u aggornat ghal diversi drabi. Id-Dekalogu (Ez 20, 1-17) u l-Kodici tal-Patt (Ez 20, 22 - 23, 33) huma ghaldaqstant trattati u amplifikati mid-Dewteronomista (Dt 5, 2-21; 12-28), li juri l-imhabba lejn il-Mulej hija l-ewwel kmandament li lejh iwasslu l-kmandamenti l-ohra kollha (6,49). Il-Kodici tal-Qdusija (Lev 17 -26) huwa tentattiv lejn sintesi ohra li bhala tema ghandha t-tixbih ta’ Alla qaddis (19, 1). Id-diversi riformi li saru taht is-slaten (1 Slat 15, 12-14; 2 Slat 18, 3-6; 22, 1- 23, 25) dejjem isejsu l-izvilupp u l-approfondament taghhom tal-Ligi fuq it-Torah ta’ Mose`. L-ahhar xoghol ta’ Esdra, li x’aktarx sar f’konnessjoni ma’ l-ahhar kitba tal-Pentatewku, ma jaghmilx hlief jikkonsagra l-validita` u l-awtorita` tal-Ligi tradizzjonali (ara Esd 7, 1-26; Neh 8) li s-sies u l-orjentament essenzjali taghha kien gie stabbilit minn Mose`.
III. ISRAEL QUDDIEM IL-LIGI
Il-prezenza tal-Ligi tinhass fil-kors tat-TQ kollu. Il-htigiet taghha jiffaccaw lill-poplu l-hin kollu; hija qeghda dejjem hemm biex tiftiehem bla tahbit ta’ xejn fil-hsibijiet tal-kittieba mqaddsa.
1. Il-qassisin huma, mis-sejha taghhom stess, il-kustodji u l-ispecjalisti tat-Torah (Gos 5,1; Ger 18,18; Ezek 7,26). Xoghlhom hu li jghallmu lill-poplu d-decizjonijiet u t-taghlim ta’ Jahweh (Dt 33,10). Dan it-taghlim, li jinghata fis-santwarju (Dt 31,10w) jittratta b’mod car dwar hwejjeg ta’ kult (Lev 10,10w; Ezek 22,26; Hag 2,11w; Zak 7,3); izda wkoll dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ l-imgieba fil-hajja xorta jidhol fl-iskop tieghU. Il-qassisin, bhala interpreti tad-depozitu sagru, ghandhom l-inkarigu li jittrasmettu l-gharfien tal-moghdijiet ta’ Jahweh (Hos 4,6; Ger 5,4w). Huma dawk, ghaldaqstant, li jwettqu l-gabra tal-kodicijiet legislattivi; u t-Torah jizviluppa taht l-awtorita` taghhom.
2. Il-profeti, li huma nies tal-Kelma, imgieghla mill-Ispirtu ta’ Alla, jaghrfu l-awtorita` tat-Torah, u jcanfru wkoll lill-qassisin talli jabbandunawha (ara Hos 4,6; Ezek 22,26). Hosegha jaf hafna mill-ghadd ta’ precetti li hemm fit-Torah (Hos 9,12), u d-dnubiet li huwa jattakka huma principalment ksur ta’ l-Ghaxar Kmandamenti (Hos 4,1w). Geremija, biex isahhah ir-riforma Dewteronomika (2 Slat 22), jippriedka ubbidjenza lejn "il-Kelma ta’ dan il-Patt" (Ger 11,1-12). Ezekjel jaghti Gabra ta’ dnubiet li qishom ittiehdu mill-Kodici tal-Qdusija (Ezek 22,1-16.26). Il-moralita` li huma daqstant jistmaw hija semplicement harsa iktar ‘il gewwa u fil-fond lejn il-htigiet tat-Torah ta’ zmien Mose`.
3. Mhu ta’ ebda sorpriza li wiehed isib l-istess mentalita` ukoll fost dawk li huma storici ta’ Israel. Meta dawn jigbru t-tradizzjonijiet qodma huma jharsu lejn il-patt tas-Sinaj bhala l-bidu tal-gens taghhom. L-istorici Dewteronomici (Dt, Imh, Sam, Slat) ifittxu t-tifsir ta’ dak li jkun gara fl-imghoddi fid-dawl tal-kriterji moghtija mid-Dewteronomista. Il-qassis storiku tal-Pentatewku huwa regolat bit-tradizzjoni legislattiva ta’ niesu. L-awtur tal-Kronaki, meta jerga’ jhares lejn l-istorja tat-teokrazija ta’ Israel, ihalli lilu nnifsu jitmexxa mill-ideal tal-Pentatewku, li sa fl-ahhar kien gie stabbilit. In-nies taz-zminijiet l-imghoddija jiccanfru jew jitfahhru skond kemm kellhom stima lejn it-Torah. Din it-tip ta’ storja ssir ghalhekk ezortazzjoni hajja ghall-poplu ta’ Alla biex jibqa’ fidil lejH.
4. Fost in-nies li kellhom l-gherf, it-taghlim ta’ l-istess Torah jidher taht ghamliet godda. Hemm l-ghajdut tal-Proverbi u Bin Sirak u l-biografija ta’ Tobit. Iktar minn hekk, Bin Sirak jaghmel l-istqarrija esplicita li l-Gherf veru mhu xejn iktar hlief il-Ligi (Sir 24,23...) u li t-tinda ta’ l-Gherf twaqqfet f’Israel meta Mose` ta l-Ligi (Sir 24,8...). Galadarba l-Gudajizmu rega’ sar fidil wara t-tigrib ta’ l-ezilju, is-Salmisti setghu ikantaw dwar il-kobor tal-ligi divina (S 19,8...), l-oghla rigal li Alla ma ta lil ebda poplu (S 147, 19w). L-istqarrijiet taghhom ta’ mhabba ghal-Ligi (S 119) jizvelaw imhabbithom ghal Alla nnifsU. B’dan il-mod huma ghaddew is-sies tal-hniena kif kienu jwettquha l-Lhud f’dak il-perjodu.
5. Wara zmien Esdra, il-migemgha ta’ Israel definittivament stabbiliet it-Torah fic-centru ta’ hajjitha. Iz-zelu tal-qrubija taghhom lejn il-ligi jista’ jitqies bl-ghadd ta’ martirji mgarrba b’imhabba lejn it-Torah (1 Mak 1, 57-63; 2, 29-38; 2 Mak 6, 18-28; 7, 2...) meta Antijoku Epifani pprova jbiddel l-istaguni mqaddsa u l-Ligi (Dan 7, 25; 1 Mak 1, 41-51). Bla dubju kien hemm fosthom xi tradituri ellenizzati; izda r-rwwixta tal-Makkabin, kull wiehed minnhom imheggeg u "ghajjur ghal-Ligi" (1 Mak 2, 27), saflahhar reggghet lura f’postu l-ordni tradizzjonali li qatt iktar ma kien se jerga’ jigi dubitat. L-unika porblema li kienet se tohloq qasma bejn l-ghalliema u s-setet kienet l-interpretazzjoni tat-Torah, li fih kulhadd jaghraf ir-regola wahda u unika ghal hajtu. Filwaqt li s-Sadducej, li jqisu l-qassisin taghhom bhala l-unici interpreti veri, se jzommu rabta shiha mat-Torah kif miktub, il-Farizej sa jaghrfu li hemm awtorita` daqsinsew fit-Torah kif mitkellem, jigifieri fit-tradizzjoni ta’ l-antenati taghhom. Is-setta ta’ Qumran (probabbilment Esseni) imorru iktar ‘l hinn fil-kult taghhom tal-Legislatur, Mose`, li jinterpretaw skond in-normi taghhom.
Il-Gudajizmu jikseb il-kobor tieghu mid-devozzjoni tieghu lejn il-Ligi. Xorta jibqa’, pero`, li rabta bhal din mal-Ligi ghandha l-aspetti perikoluzi taghha. Periklu wiehed hu li tqieghed il-precetti kollha fuq bazi ndaqs, religjuzi u morali, civili u ritwali, minghajr ma tqeghdhom f’ordni sew ta’ kif jigu wara xulxin (Dt 6, 4). Il-kult tal-Ligi, galadarba dan jigi trasformat f’formaliznu mhawwad u jigi mholli f’idejn dawk li jridu jfettqu, iqieghed piz li ma bhalu fuq il-bnedmin (Mt 23, 4; Atti 15, 10). Periklu iehor, iktar fondamentali mill-ewwel wiehed, hu li ssejjes il-gustizzja tal-bniedem quddiem Alla mhux fuq il-grazzja divina, izda fuq l-ubbidjenza lejn il-kmandamenti u t-twettiq ta’ opri tajba, bhallikieku l-bniedem kien kapaci jiggustifika lilu nnifsu. It-TG se jaqbad lil dawn iz-zewg abbuzi minn qrunhom.
IV. LEJN LIGI GDIDA
Filwaqt li t-TQ nnifsu kien qed jaghti xhieda ghaz-zminijiet ta’ l-ahhar, il-Ligi, taht il-patt il-gdid, kienet ghaddejja minn bidla profonda. Ma kienux it-Torah, li Alla ta’ Israel ghallem lill-poplu fuq il-muntanja qaddisa (Is 2,3), u l-ordni li l-Qaddej ta’ Jahweh kellu jgib fuq din l-art (Is 42,1.4), jghaddu fil-valur religjuz dawk ta’ Mose`? L-ghajdut profetici ma jfissrux b’mod preciz il-kontenut tal-patt il-gdid; huwa Ezekjel biss li jipprova jfassalha fl-ispirtu tradizzjonali (Ezek 40-48). Izda dak li jigi affermat hu li r-relazzjoni tal-bniedem mal-Ligi jkollha tinbidel. Ma tibqax iktar kwistjoni ta’ Ligi esterna miktuba fuq twavel tal-gebel; il-Ligi, miktuba fi qlub il-bnedmin, ser iggib lil kulhadd dak l-gharfien ta’ Jahweh (Ger 31,33) li kien assenti taht il-patt il-qadim (Hos 4,2). Ghad jinbidlu wkoll qlub il-bnedmin; taht l-impuls intern ta’ l-Ispirtu divin, il-bnedmin ghad fl-ahhar mill-ahhar jobdu l-ligijiet u l-ordinanzi ta’ Alla (Ezek 36, 26w). Din ghad tkun il-Ligi l-gdida li Kristu jkun se jgib fuq l-art.
C.
GESU` U L-LIGI GDIDAI. L-ATTITUDNI PERSONALI TA’ GESU`
1. L-attitudni ta’ Gesu` lejn il-Ligi qadima hija wahda cara, ghalkemm fiha jista’ jkun hemm xi varjazzjonijiet. Huwa jopponi bil-qawwa kollha t-tradizzjoni tal-antiki kif mghallma mill-Farizej u Skribi, izda ma jaghmilx l-istess haga dwar il-Ligi. Ghall-kuntrarju, huwa jcanfar dik it-tradizzjoni ghaliex din twassal lin-nies biex jiksru l-Ligi u jxejjnu l-Kelma ta’ Alla u (Mk 12,28-34p). Fis-saltna ta’ Alla, il-Ligi ma ghandhiex tigi abolita, izda mwettqa sa l-ahhar farka taghha (Mt 5,17w), u Gesu` nnifsu jobdi l-istess Ligi (Mt 8,4). Sakemm l-Iskribi huma fidili lejn Mose`, l-awtorita` taghhom ghandha tintaghraf, ukoll jekk il-kondotta taghhom ma ghandhiex tigi kkupjata (Mt 23,2w).
Madankollu, fl-ippriedkar tal-bxara l-tajba tas-saltna, Gesu` jinawgura saltna gdida li hi gdida mis-sisien taghha. Kemm il-Ligi w il-profeti ntemmu ma’ Gwanni l-Battista (Lq 16,16p); l-imbid tal-bxara t-tajba ma jistax jintefa’ fil-glud qodma tas-sistema li harget minn Sinaj (Mk 2,21w). Meta Gesu` jwettaq il-Ligi, dan jikkonsisti fl-ewwel lok, fit-twaqqif ta’ ordni fost id-diversi precetti. Dan l-ordni hu differenti mill-gerarkija ta’ valuri mwaqqfa mill-Iskribi li ma jaghtux kaz tad-dmirijiet ewlenin (gustizzja, hniena, onesta`) filwaqt li jinsistu fuq id-dettalji minimi tal-Ligi (Mt 23,16-26). Iktar w iktar, l-imperfezzjonijiet imwettqin taht il-Ligi qadima "minhabba l-ebusija ta’ qalbkom" (Mt 19,8) ma ghandhomx jibqghu jezistu fis-saltna; ghax hemm tibda tghodd il-ligi tal-perfezzjoni mfassla bis-shih fuq il-perfezzjoni ta’ Alla (Mt 5,21-48). Dan hu ideal li ma jistax jintlahaq fil-kundizzjoni prezenti tal-bniedem (Mt 19,10). Izda anke hekk kif jimponi din il-ligi, Gesu` jipprovdi ezempju effettiv u s-sahha interjuri ta’ l-Ispirtu (Atti 1,8; Gw 16,13) li hi mehtiega ghall-osservanza taghha.
Il-Ligi tas-saltna thaddan ukoll iz-zewg kmandamenti tal-Ligi l-qadima li wiehed ihobb ‘l Alla u ‘l proxxmu tieghu bhalu nnifsu (Mk 12,28-34p); kollox huwa subordinat ghal dan il-kmandament u johrog minnu. Din ir-regola sublimi ta’ karita` pozittiva thaddan il-Ligi u l-profeti (Mt 7,12) ghal dawk li huma relazzjonijiet tal-bnedmin ma’ xulxin.
2. F’dak kollu li qal dwar il-Ligi, Gesu` diga` qed jidher bhala Legislatur. Minghajr ma jikkuntradixxi ‘l Mose`, Gesu` jispjega u jipperfezzjona t-taghlim ta’ Mose`, bhal meta jghid li l-bniedem jigi qabel is-Sibt (Mk 2,23-27p; Gw 5,18; 7,21w). Gesu` pero` qal iktar mil-Ligi u kkuntrarjaha b’ligijiet godda. Per ezempju, huwa jaqleb il-preskrizzjonijiet tal-kodici dwar l-indafa (Mk 7,15-23p). Dan it-tip ta’ taghlim jissorprendi ‘l min ikun qed jisimghu, ghax imur kontra dak tal-Iskribi u jirrivela konoxxenza ta’ awtorita` unika (Mk 1,22p). Mose` jinqabez, ghax fis-saltna hemm ghalliem wiehed biss (Mt 23,10). Il-bnedmin ghandhom jisimghu il-Kelma ta’ Gesu` u jagixxu fuqha (Mt 7,24w), ghaliex hekk biss ikunu jistghu iwettqu ir-rieda tal-Missier (Mt 7,21w). Hekk kif il-Lhud konservattivi li jsegwu t-taghlim tar-rabbini, hadu fuqhom infushom it-toqol tal-Ligi, hekk ukoll issa wiehed ghandu jerfa’ fuqu t-toqol ta’ Kristu u jitghallem minnu (Mt 11,29). Qabel ma sar dan, id-destin etern tal-bniedem kien determinat bl-attitudni tieghu lejn il-Ligi; minn issa ‘l quddiem dan jigi determinat skond l-attitudni tieghu lejn Gesu` (Mt 10,32w). Minghajr dubbju, hawn ghandna bniedem ikbar minn Mose`; il-Ligi gdida mhabbra mill-profeti issa qeghda tinkiteb u titwettaq.
II. IL-PROBLEMA TA’ L-INSARA EWLENIN
1. Gesu` ma kiex ikkundanna l-prattika tal-Ligi Gudajka; Huwa essenzjalment obdiha Hu nnifsU, bhal fil-kwistjoni tat-taxxa tat-tempju (Mt 17,24-27) jew il-Ligi ta’ l-Ghid (Mk 14,12w). Ghall-ewwel din kienet ukoll l-attitudni tal-komunita` appostolika, li kienu fidili fis-servizzi tat-tempju (Atti 2,46) "imma kulhadd kien ifahharhom hafna" fost il-poplu Lhudi (Atti 5,13). Ghalkemm huma ghamlu uzu minn certi libertajiet awtorizzati bl-ezempju ta’ Gesu` (Atti 9,43), huma kienu osservanti tal-preskrizzjonijiet legali u wkoll hadu fuqhom infushom certu twettiq zejjed ta’ hniena (Atti 18,18; 21,23w). U fosthom kienu jinsabu nies "imhegga ghal-Ligi" (Atti 21,20).
2. Tfaccat problema gdida meta pagani li ma kienux cirkoncizi gew direttament konvertiti ghall-fidi minghajr ma kellhom ebda sfond Gudajku. Pietru nnifsu ghammed lic-centurjun Kornelju wara dehra li fiha gie kkmandat biex iqis bhala nadif dak kollu li Alla ghamel pur bil-fidi u bid-don ta’ l-Ispirtu (Atti 10). L-oppozizzjoni ta’ dawk li kienu mheggin ghal-Ligi (Atti 11,2w) iggarfet quddiem ix-xhieda ta’ intervent divin (Atti 11,4-18). Izda konverzjoni bil-kbir ta’ Griegi fl-Antjokja (Atti 11,20), bl-appogg ta’ Barnaba u ta’ Pawlu (Atti 11,22-26), regghet hegget il-kontroversja. Xi osservaturi minn Gerusalemm, u b’mod iktar preciz minn shab Gakbu (Gal 2,12), riedu jobbligaw lil dawk li kkonvertew li josservaw it-Torah (Atti 15,1-5). Matul iz-zjara tieghu lill-Knisja ta’ Antjokja, Pietru baqa’ jilaghbha fuq din id-diffikulta` (Gal 2,11w). Kien Pawlu biss li zamm dak li kien qed jghid u sahaq fuq il-helsien tal-konvertiti pagani dwar it-twettiq tal-Ligi (Gal 2,14-21). F’koncilju plenarju li sar f’Gerusalemm, Pietru w Gakbu sa fl-ahhar qablu mieghu (Atti 15,7-19). Titu, sieheb Pawlu, anqas ma kien obbligat li jigi cirkonciz. L-unika kondizzjoni li l-komunita` nisranija kellha, kienet li tibghat l-elemozina lill-Knisja matrici (Gal 2,1-10). Zdiedet ukoll regola prattika sabiex tithaffef l-ghaqda f’dak li jsir waqt l-ikel fil-knejjes tas-Sirja (Atti 15,20w; 21,25). Izda din id-decizjoni li jaghtu l-helsien lill-pagani halliet corma iebsa mhegga ghal-Ligi li ma kellhom dispozizzjoni xejn tajba lejn Pawlu (ara Atti 21,21).
III. IL-HSIEB TA’ SAN PAWL
Fil-kors taz-zjajjar appostolici tieghu f’artijiet pagani, Pawlu ltaqa’ ma’ certu oppozizzjoni li kienet gejja mill-Insara Lhud, specjalment fil-Galazia (Gal 1,6w; 4,17w), fejn din l-oppozizzjoni organizzat missjoni ohra kuntrarja. Dan ta opportunita` lil Pawlu li juri hsibijietu dwar il-Ligi.
1. Pawlu jippriedka vangelu wiehed biss. Skond dan il-vangelu, il-bniedem huwa biss gustifikat bil-fidi f’Gesu` Kristu, u mhux bl-opri tal-ligi (Gal 2,16; Rum 3,28). Ghalhekk Pawlu jhabbar kemm ma jfissru xejn il-prattika ritwali tal-Lhud -- ic-cirkoncizjoni (Gal 6,12) u l-osservanzi (Gal 4,10); il-Ligi li tiftiehem b’dan il-mod hija limitata ghall-istituzzjonijiet tal-patt il-qadim. Mbaghad Pawlu jattakka opinjoni hazina ta’ x’inhi s-salvazzjoni li skondha il-bniedem jimmerita l-gustifikazzjoni tieghu bl-osservanza tieghu tal-Ligi divina, filwaqt li fir-realta` il-bniedem huwa gratwitament gustifikat bis-sagrificcju ta’ Kristu (Rum 3,21-26; Rum 4,4w); ghalhekk hawn isehhu wkoll argumenti dwar kmandamenti fl-ordni morali.
2. Fid-dawl ta’ dan it-taghlim, hemm problema dwar fejn tidhol il-Ligi fil-pjan tas-salvazzjoni. Mhemmx dubju li l-Ligi gejja minn Alla. Ghalkemm din inghatat lill-bnedmin permezz ta’ l-angli, li hu sinjal ta’ l-inferjorita` taghha (Gal 3,19), hija tibqa’ xi haga qaddisa w spiritwali (Rum 7,12.14), wiehed mill-privileggi ta’ Israel (Rum 9,4). Izda minnha nnifisha ma ghandha ebda sahha biex issalva l-bniedem tad-demm u l-laham li hu lsir tad-dnub (Rum 7,14). Ukoll jekk wiehed iqis il-Ligi fl-aspett morali taghha, din taghti biss gharfien ta’ x’inhu tajjeb, u mhux is-sahha li twettqu (Rum 7,16w); din tghidilna biss x’inhu d-dnub (Rum 3,20; Rum 7,7; 1 Tim 1,8), u mhux kif naharbu mis-setgha tieghu. Il-Lhud li jfittxu fiha l-gustizzja taghha u li qeghda f’qalbhom (Rum 9,31) huma midinbin bl-istess mod daqs il-pagani (Rum 2,17-24; Rum 3,1-20). Minflok ma tehles lill-bniedem mill-hazen, il-Ligi tista’ tinghad li tinvolvih fih; il-Lihi ggib sahta fuq il-bnedmin li Kristu biss jista’ jehlishom minnha billi jehodha fuqu nnifsu (Gal 3,10-14). Il-Ligi serviet bhala ghalliema u tutrici ghall-poplu ta’ Alla meta dan kien ghadu tarbija (Gal 3,23w; Gal 4,1w). Ghallmithom jixxenqu ghall-gustizzja li wiehed ma setax jikseb sabiex hekk ikunu jistghu jifhmu ahjar il-htiega assoluta taghhom ta’ l-uniku Feddej taghhom.
3. Galadarba jkun wasal dan il-Feddej, il-poplu ta’ Alla ma jibqax iktar suggett ghall-ghalliem (Gal 3,25). Billi jehles ‘l bniedem mid-dnub (Rum 6,1-19) Kristu jehilsu wkoll mit-tutela tal-Ligi (Rum 7,1-6). Huwa jnehhi dik il-kontradizzjoni interna li taghmel il-kuxjenza umana priguniera tal-hazen (Rum 7, 14-25). Ghalhekk huwa jxejjen is-saltna provvizorja tal-Ligi; Hu nnifsu huwa t-tmiem tal-Ligi (Rum 10,4) ghaliex igieghel ‘l dawk li jemmnu li jaghtu l-kunsens taghhom lill-gustizzja tal-fidi (Rum 10,5-13).
Allura dan ifisser illi minn issa ‘l quddiem mhux ser ikun hemm regola ta’ mgieba konkreta ghal dawk li jemmnu fi Kristu? Zgur li le. Ukoll jekk inhu veru li r-regolamenti guridici u ritwali tal-istituzzjonijiet Israeliti m’ghadhomx validi, l-ideal morali tal-kmandamenti ghadu jsehh; izda issa dak l-ideal huwa inkorporat fil-kmandament ta’ l-imhabba, li hu t-twettiq shih tal-Ligi (Rum 13,8w). Izda dan l-ideal innifsu huwa maqtugh mill-htigiet qodma u huwa trasfigurat bil-prezenza ta’ Kristu li qieghed l-ideal bhala realta` fil-hajja tieghU innifsU. Bhala "il-Ligi ta’ Kristu" (Gal 6,2; ara 1 Kor 9,21), dan hu ideal li ma ghadux barra mill-bniedem; l-Ispirtu ta’ Alla jistampah fuq qalbna meta Huwa jimla dawn il-qlub bl-imhabba tieghU (Rum 5,5; ara 8,14w). It-twettiq prattiku tal-ideal tal-kmandamenti huwa l-effett normali ta’ l-Ispirtu (Gal 5,16-23). San Pawl jadotta dan it-twemmin meta huwa jpingi l-ideal morali mqieghed fuq in-nisrani. Hu ghalhekk kapaci li jelenka regoli ta’ kondotta li huma wisq iktar esigenti ghax il-mira taghhom hija l-qdusija nisranija (1 Tes 4,3); huwa jista’ jiddiskuti wkoll kazi individwali, billi jfittex soluzzjoni ghalihom fi kliem Gesu` (1 Kor 7,10). Kuntrarju ghal-Ligi l-qadima, il-Ligi l-gdida twettaq il-weghdiet ta’ patt miktub fil-qalb (2 Kor 3,3).
IV. KITBIET APPOSTOLICI OHRA
1. L-ittra lil-Lhud tirrigwarda l-Ligi (jigifieri l-pjan ta’ qabel) mill-aspett tal-qima. L-awtur jaf sew x’jinvolvu c-ceremonji preskritti mill-Ligi (Lhud 7,5w; 8,4; 9,19.22; 10,8), izda huwa jaf ukoll li din il-Ligi ma kienetx kapaci tilhaq il-mira li kienet miexja lejha, il-qdusija tal-bnedmin, "il-Ligi xejn ma wasslet ghall-perfezzjoni" (Lhud 7,19). Bhala tip imperfett tas-sagrificcju ta’ Gesu`, kull ma fiha huwa "biss id-dell tal-gid li ghandu jigi" (Lhud 10,1). Min-naha l-ohra, il-pjan il-gdid fih ir-realta` ta’ dan il-gid, u jgibu ghandna taht xbiha (Lhud 10,1) li twassalulna billi ahna nkunu nistghu naraw u nhossu dan il-gid. Dan hu ghaliex it-tibdil tas-sacerdozju ta’ Gesu` mas-sacerdozju provvizorju ta’ Melkisedek gab tibdil ukoll fil-Ligi (Lhud 7,12). B’dan twettqet il-weghda profetika ta’ Ligi miktuba f’qalbna (Lhud 8,10; 10,16).
2. L-ittra ta’ Gakbu titkellem biss dwar il-Ligi mill-aspett tal-preskrizzjonijiet morali taghha konfermati bit-taghlim ta’ Gesu`. Hekk mifhuma, il-Ligi ma tibqax aktar element tal-pjan ta’ qabel li issa mghadux isehh. Hija l-Ligi perfetta tal-helsien li ahna ninsabu suggetti ghaliha f’kull zmien (Gak 1,25). Il-qofol tal-perfezzjoni taghha jinsab fl-imhabba lejn "ghajrek bhalek innifsek" (Gak 2,8). Izda ebda wahda mill-preskrizzjonijiet l-ohra taghha ma ghandhom jintesew; ghax inkella wiehed li l-Ligi "jiksirha f’haga wahda biss, ikun hati ta’ kollox" u jsir haqq minnu skond ma jkun gab ruhu ma’ l-ohrajn (Gak 2,10-13; ara 4,11). Il-Ligi l-gdida mhi xejn inqas esigenti mill-Ligi l-Qadima.
3. Fil-vokabularju ta’ Gwanni, il-Ligi dejjem tirreferi ghal-Ligi ta’ Mose` (Gw 1,17.45; 7,19.23), il-Ligi tal-Lhud (Gw 7,49.51; 12,34; 18,31; 19,7), "il-Ligi taghkom", kif isejjhilha Gesu` (Gw 8,17; 10,34). Il-kelma Kmandament hija dik il-kelma li titlissen minflok il-kelma peggorattiva Ligi. Gesu` nnifsU rcieva l-kmandamenti minghand MissierU u huwa jzommhom, ghaliex dawn ifissru l-hajja ta’ dejjem (Gw 12,49w). Huwa rcieva l-ghamar li jaghti hajtu, haga li fiha nnifisha hi l-akbar att ta’ mhabba (Gw 15,13); issa, dan il-kmand hu fih innifsu sinjal ta’ l-imhabba tal-Missier ghalih (Gw 10,17w). L-insara ghandhom min-naha taghhom izommu l-kmandamenti ta’ Alla (1 Gw 3,22), li jikkonsistu filli wiehed jemmen fi Kristu (1 Gw 3,23) u li jghix fil-verita` (2 Gw 4). Dawn il-kmandamenti huma l-istess bhal dawk ta’ Kristu, li t-taghlim tieghU jigi minghand il-Missier (Gw 7,16w). Hija haga wahda u unika li tobdi l-Kmandamenti ta’ Alla u li tkun xhud ta’ Gesu` (Apk 12,17; 14,12).
Gwanni ghandu wkoll il-hsieb li jfakkar il-kmandamenti personali ta’ Gesu`. Wiehed ghandu jzomm sew dawn il-kmandamenti sabiex ikun jafU fil-verita` (1 Gw 2,3w), sabiex ikollna mhabbtU gewwa fina (1 Gw 2,5), sabiex nghixu f’imhabbtU (Gw 14,15; 2 Gw 5), l-istess bhalma Gesu` jzomm il-kmandamenti ta’ Missieru u jghix f’imhabbtU (Gw 15,10). Li zzomm il-kmandamenti -- dan huwa s-sinjal ta’ xi tkun l-imhabba vera (Gw 14,21; 1 Gw 5,2w; 2 Gw 6). U hemm kmandament wiehed fosthom kollha li jigi l-ewwel u qabel kollox, kemm fil-Qadim u fil-Gdid Testment, il-kmandament ta’ l-imhabba ta’ xulxin (Gw 13,34; 15,12; 1 Gw 2,7w) li tnixxi mill-imhabba ta’ Alla (1 Gw 4,21). Hekk ix-xhieda ta’ Gwanni tinghaqad ma’ dik ta’ Pawlu u ta’ evangelisti ohra. Meta l-Ligi l-qadima inqerdet ghal kollox wara l-kundanna ta’ Gesu` skond il-preskrizzjonijiet taghha (Gw 18,31; 19,7), twieldet Ligi gdida, ghamla ta’ Ligi diversa, wahda li tiddependi fuq il-Kelma ta’ Gesu`. Din il-Ligi tibqa’ ghal dejjem ir-regola tal-hajja nisranija.
MARD U FEJQAN
Il-mard, bit-tbatija li jgib mieghu, ipoggi problema quddiem il-bnedmin ta’ kull zmien. It-twegiba taghhom tiddependi mill-idea li huma jkollhom tad-dinja li jghixu fiha u tal-qawwiet u setghat li jikkontrollawhom. Fil-Lvant Nofsani tal-qedem kienu jqisu l-mard bhal pesta kagunata mill-ispirti hziena jew mibghuta mill-allat li treghxu minhabba f’xi haga hazina li saret fil-kult. Bil-ghan li jiksbu l-fejqan huma wettqu ezorcizmi mahsuba biex jehilsu mill-ispirti l-hziena u kienu jixxenqu ghall-mahfra ta’ Alla b’suppliki u sagrificcji. Xi kitbiet tal-Babilonizi fihom formoli dwar kif ghandhom isiru l-affarijiet ta’ zewg tipi. Il-medicina bl-istess mod kienet funzjoni partikolari li tappartjeni lill-qassisin. F’certu sens kollox baqa’ midhla tal-magija. Il-bniedem kellu jistenna l-ispirtu empiriku tal-Griegi biex jaraha tizviluppa b’mod indipendenti bhala xjenza pozittiva. Billi r-rivelazzjoni biblika titlaq minn din is-sitwazzjoni, hija twarrab l-aspett xjentifiku tal-problema. Ir-rivelazzjoni hi eskluzivament interessata fis-sinjifikat religjuz ta’ mard u fejqan fil-pjan tas-salvazzjoni. Dan hu tabilhaqq veru ghaliex fil-mard diga` tkun qed tidher is-setgha tal-Mewt fuq il-bniedem (ara 1 Kor 11, 28-32); ghalhekk din zgur li ghandha sinjifikat simili.
TQ
I. MARD
1.
Is-sahha tippresupponi milja ta’ energija vitali; il-mard l-iktar li jidher hu bhala qaghda ta’ telqa u dghufija (S 38, 11). ‘l hinn minn din il-verifika empirika, l-osservazzjonijiet medici huma mqassma hafna. Huma biss limitati ghal dak li wiehed jara: mard tal-gilda, griehi u ksur, deni u roghda (hekk fis-salmi tal-morda : S 6; 32; 38; 39; 88; 102). Il-klassifika ta’ diversi mardiet baqghet vaga (per ezempju, il-gdiem). Lanqas ma kienu jfittxu x’inhuma l-kawzi naturali, hlief ghal dawk li kienu ovvji - griehi, xi waqgha (2 Sam 4,4), anzjanita’. Kohelet jiddeskrivi l-inzul lejn eta’anzjana b’certu spirtu tqil (Koh 12, 1-6; ara Gen 27, 1; 1Slat 1, 1-4; u b’kuntrast Dt 34, 7). Fil-fatt, ghall-bniedem religjuz il-punt essenzjali hu ghalkollox differenti. Xi jfisser il-mard ghall-migruh?2. Fi zmien meta kollox kien jiddependi mill-kawza divina, il-mard ma kienx xi eccezzjoni. Ma tistax fih ma tarax l-id setghana ta’Alla li tolqot lill-bniedem (Ez 4, 6; Gob 16, 12-14; 19,21; S 39, 11w). Bl-istess mod, filwaqt li jibqghu jiddependu minn Alla, hemm hlejjaq li huma superjuri ghall-bniedem li jistghu ukoll jintgharfu bhala hlejjaq li qed jaghmlu intervent, l-istess bhall-anglu qerriedi (2 Sam 24, 15-17; 2 Slat 19, 35; ara Ez 12, 23), pesti personifikati (S91, 5w), jew ix-Xitan (Gob 2, 7). Fil-Gudajizmu ta’wara l-ezilju l-attenzjoni tintefa` iktar u iktar ghal fuq l-azzjoni ta’ xi ghafried jew spirtu hazin. Il-mard jippermettielna nimirhu fl-influwenza taghhom fuq id-dinja taghna. Imma ghaliex din l-influwenza demonijaka, din il-prezenza tal-hazen fid-dinja, jekk Alla hu s-sid assolut?
3. F’waqt wiehed, it-tnebbih religjuz tal-bniedem stabbilixxa konnessjoni bejn il-mard u d-dnub. Ir-rivelazzjoni biblika mhix ta’kontradizzjoni ghal dan, imma biss ticcara l-kondizzjonijiet li tahthom ghandha tinftihem din il-konnessjoni. Alla halaq lill-bniedem biex dan ikun ferhan (ara Gen 2). Il-mard, bhal kull saram iehor tal-bniedem, imma kontra il-hsieb ewlieni. Il-mard dahal fid-dinja biss bhala konsegwenza tad-dnub (ara Gen 3, 16-19). Huwa wiehed mis-sinjali tal-qilla ta’Alla kontra dinja midinba (ara Ez 9, 1-12). Din it-tifsira tispikka b’mod specjali fl-iskema tat-taghlim dwar il-patt. Huwa wiehed mis-sahtiet ewlenin li se jolqtu lill-poplu infidil ta’Alla (Dt 28, 21-35). L-esperjenza tal-mard, ghalhekk, ghandha tirrizulta f’gharfien aktar profond li l-bniedem ghandu jkollu tad-dnub. Dan jidher car hafna fis-salmi ta’supplikazzjoni. It-talba ghal fejqan dejjem tinghaqad ma`stqarrija tad-dnubiet (S38, 2-6; 39, 9-12; 107, 17). Madanakollu dejjem tfigg il-mistoqsija dwar jekk huwiex kull mard li jigi kagunat mid-dnubiet persoanli ta’min ikun marid. Hawn it-taghlim li ghandna hu inqas preciz. Jekk inharsu lejn il-principju ta’htija kollettiva jkollna twegiba ftit adeqwata (ara Gw 9, 2). It-TQ jara fil-boghod biss zewg soluzzjonijiet possibbli: Meta l-bniedem gust jintlaqat mill-mard, bhal Gob jew Tobit, din tista’ tkun prova providenzjali biex tidher il-fedelta’ tieghu (Tob 12, 13). Fl-ezempju li jispikka tal-bniedem gust li jsofri, il-Qaddej ta’Jahweh, dan se jkollu valur ta’ tpattija ghall-htijiet tal-midinbin (Is 53, 4w).
II. FEJQAN
1. It-TQ b’ebda mod ma jwaqqaf milli titwettaq xi prattika medika. Isaija jfejjaq lill Ezekjel (2 Slat 20, 7), u Rafel idur b’Tobit (Tob 11, 8-12). Hu maghruf li kienu jintuzaw ukoll certu rimedji semplici (ara Is 1, 6; Ger. 8, 22; Gherf 7, 20), u Bin Sirak ukoll fahhar sew lill-professjoni medika (Sir 38, 1-13). Dak li ma kienx accettat kien kull xorta ta’ magija li kellha x’taqsam mal-kulti idolatri (2 Slat 1, 1-4) li ta’ spiss hassru l-medicina nnifisha (ara 2 Kron 16, 12).
2. Izda wiehed ghandu jirrikorri fuq kollox lejn Alla nnifsU ghaliex Hu s-sid ta’ kull hajja (Sir 38, 9-14). Hu jidrob kif ukoll ifejjaq (Dt 32, 39; ara Hos 6,1). Huwa it-tabib tal-bnedmin (Ez 15, 26): hu ghalhekk li l-anglu mibhgut biex ifejjaq lil Sara jissejjah Rafel (="Alla jfejjaq") (Tob 3, 17). Ghaldaqstant, il-morda jirrikorru lejn ir-rapprezentanti tieghU, il-qassisin (Lev 13, 49-51; 14, 2-4; ara Mt 8, 4) u l-profeti (1 Slat 14, 1-13; 2 Slat 4, 21; 8, 7-9). Bi stqarrija umli ta’dnubiethom, huma jitolbu ghall-fejqan bhala grazzja. Is-Salterju jipprezenthom qeghdin johorgu fil-berah il-mizerja kollha taghhom, jitolbu l-ghajnuna ta’Alla filwaqt li jfittxu l-omnipotenza u l-hniena tieghU (S6; 38; 41; 88; 102 ...). Minhabba fil-fiducja li huma ghandhom fiH, huma lesti li jilqghu kull favur li jitolbu. Dan xi mindaqqiet jasal fis-sura ta’ xi miraklu (1 Slat 17, 17-24; 2 Slat 4, 18-37; 5). F’kull kaz, dan ghandu t-tifsira ta’ sinjal; Alla tbaxxa quddiem in-natura umana sofferenti biex itaffilha l-ugiegh taghha.
3. Il-mard madanakollu, ukoll jekk ghandu tifsira, jibqa` xi haga hazina. Hu ghalhekk li l- weghdiet eskatologici tal-profeti jaraw bil-quddiem il-qirda tal-mard fid-dinja li gejja fejn Alla se jqieghed lill-poplu tieghU fi tmiem kull zmien. Mhux se jkun hemm iktar morda (Is 35, 5w), iktar tbatija jew dmugh (25, 8; 65, 19). F’dinja mehlusa mid-dnub, ghandhom jghibu l-konsegwenzi tad-dnub li daqstant itaqqlu r-razza umana. Meta il-bniedem gust sofferenti jkun "refa` fuqu il-mard taghna", ahna nfiequ wara li Hu jkun gie migruh ghalina (53, 4-6)
TG
I. GESU` JAFFRONTA L-MARD
1. Matul il-ministeru tieghU kollu, Gesu` sab il-morda kull fejn mar. Minghajr ma ta xi tifsira dejqa hafna lill-hsieb ta’ tpattija (ara Gw 9, 2w), Huwa ra fil-mard deni li l-bnedmin ibatu hafna minnu, konsegwenza tad-dnub, sinjal tas-setgha tax-Xitan fuq il-bnedmin (Lq 13, 16). Huwa kellu hniena minhabba fih (Mt 20, 34), u din il-hniena tat lok ghall-azzjoni tieghU. Minghajr ma qaghad jithasseb dwar x’kien mard naturali u x’kien pussess tax-xitan, Huwa hareg l-ispirti hakkiema "u fejjaq il-morda kollha" (Mt 8, 16). Il-mard u l-hkim imorru flimkien. Huma daqstant juru setghetU (ara Lq 6, 19) u fl-ahhar mill-ahhar ghandhom l-istess tifsir. Huma jfissru r-rebha ta’ Gesu` fuq ix-Xitan u t-thabbira tal-bidu tas-Saltna ta’ Alla fuq din l-art skond l-Iskrittura (ara Mt 11, 5p). Dan ma jfissirx li minn issa ‘l quddiem il-mard se jghib minn fuq wicc id-dinja; izda s-setgha divina li saflahhar se tirbhu qeghda minn issa ‘l quddiem twettaq hidmietha fuq din l-art. Hu ghalhekk li mill-morda kollha li urew il-fiducja taghhom fiH (Mk 1, 40; Mt 8, 2-6p), Gesu` sahaq biss fuq haga wahda, li jemmnu; ghax "kollox jista jkun ghal min jemmen" (Mt 9, 28; Mk 5, 36p; 9, 23). Il-fidi taghhom fiH kienet timplika fidi fis-saltna ta’ Alla, u din hi l-fidi li issalva (Mt 9, 22p; 15, 28; Mk 10, 52p).
2. Il-mirakli tal-fejqan, ghaldaqstant, janticipaw f’certu qies l-istat ta’ perfezzjoni li n-natura umana fiz-zmien li gej ghad tirkupra fis-saltna ta’ Alla, skond il-profeziji. Izda ghandhom ukoll tifsir simboliku ghaz-zmien attwali. Il-mard huwa simbolu ta’ l-istat li fih il-bniedem midneb isib lillu nnifsu; spiritwalment huwa ghami, trux, paralizzat....... Il-fejqan tal-marid hu ukoll ghalhekk simbolu. Dan jirrapprezenta l-fejqan spiritwali li Gesu` gie biex iwettaq fil-bnedmin. Huwa hafer dnubiet il-miflug, u biex juri li Huwa kellu din s-setgha fejqu wkoll (Mk 2, 1-12p). Dan l-aspett tal-mirakli jigi rivelat b’mod specjali fir-raba` vangelu. Il-fejqan tal-paralitiku ta’ Betzata juri l-hidma li wettaq Gesu` fil-ghoti lura tal-hajja (Gw 5, 1-9. 19-26), u l-fejqan tar-ragel aghma minn twelidu juri lil Gesu`bhala d-dawl tad-dinja (Gw 9). L-atti ta’ Gesu` ghall-morda, ghalhekk, iservu ta’ preludju ghas-sagramenti nsara. Huwa gie fid-dinja bhala tabib ghall-midinbin (Mk 2, 17p), dak it-tabib li biex inehhi minn fuqna kull ugigh u mard taghna, minflok jitghabba bihom fuqu nnifsU (Mt 8, 17 = Is 53, 4). Dan hu t-tifsir tal-passjoni; Gesu` jippartecipa fil-kondizzjoni ta’ l-umanita’ sofferenti sabiex ikun jista’ saflahhar jirbah fuq kull niket taghha.
II. L-APPOSTLI U L-KNISJA JAFFRONTAW IL-MARD
1. Is-sinjal tas-saltna ta’ Alla mwaqqaf permezz ta’ fejqan mirakoluz ma baqax limitat biss ghall-hajja ta’ Gesu` fuq din l-art. Huwa sieheb lill-appostlu, sa mill-ewwel missjoni taghhom, mas-setgha tieghU li jfejjaq il-morda (Mt 10, 1p). Meta wasal iz-zmien tal-missjoni definittiva taghhom, Huwa weghedhom it-tkomplija tat-twettiq ta’dan is-sinjal biex isahhah it-thabbir taghhom tal-bxara t-tajba (Mk 16, 17w). L-Atti l-hin kollu jsemmu kull ghamla ta’fejqan mirakoluz (Atti 3, 1-3; 8, 7; 9, 32-34; 14, 8-10; 28, 8w) li juru s-setgha ta’ l-isem ta’ Gesu` u r-realta’ tal-qawmien tieghU mill-imwiet. Hekk ukoll Pawlu li fost il-karizmi jsemmi l-fejqan (1 Kor 12, 9. 28.30). Dan is-sinjal permanenti jkompli jaghti xhieda ghall-Knisja ta’Gesu`, billi juri li l-ispirtu s-Santu jahdem gewwa fiha. Izda l-grazzja ta’ Alla soltu tasal ghand il-morda b’mod inqas spettakolari. Billi ghamlu bhalma qabel kienu ghamlu l-appostli (Mk 6, 13), il-"presbiteri" tal-Knisja dilku l-morda biz-zejt f’isem il-Mulej, filwaqt li talbu bil-fidi u stqarru dnubiethom. Din it-talba salvathom, ghax dnubiethom inhafrulhom u setghu jittamaw li, bir-rieda ta’Alla, huma kienu se jitfejqu (Gak 5, 14-16).
2. Dan il-fejqan, madanakollu, ma jigix prodott infallibilment, bhallikieku kien xi effett magiku tat-talb li jsir waqt ir-rit. Sakemm iddum iddur id-dinja, l-umanita’ trid tibqa ggorr il-konsegwenzi tad-dnub. Izda "billi ha fuqU nnifsU kull ma jghakkisna "matul il-passjoni, Gesu` tah tifsira gdida. Bhal kull tbatija, dan ghandu minn issa ‘l quddiem valur redentiv li jgib il-fidwa. Pawlu kellu esperjenza ta’ dan ghal diversi drabi (Gal 4, 13; 2 Kor 1, 8-10; 12, 7-10), u jaf li dawn it-tbatijiet jghaqqdu lill-bniedem ma` Kristu li jbati. "F’gisimna dejjem ingorru l-mewt ta’ Gesu` biex f’gisimna tidher ukoll il-hajja ta’ Gesu`" (2Kor 4, 10). Filwaqt li Gob ma setax jifhem it-tifsira tat-tigrib tieghu, in-nisrani jifrah ma` Pawlu fit-tbatijiet tieghu "ghaliex bihom jiena ntemm f’gismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’Kristu ghall-gisem tieghu li hu l-Knisja" (Kol 1, 24). Filwaqt li nistennew il-migja ta’ dan ir-ritorn fil-genna fejn il-bnedmin se jitfejqu ghal dejjem b’kull frott tas-sigra tal-hajja (Apk 22, 2; ara Ezek 47,12), il-mard hu fih innifsu mwahhad, l-istess bhalma huma t-tbatija u l-mewt, mal-fidwa nnifisha. Dan ma jfissirx li din se tkun xi haga facli li tifhem u twettaq. Ghax dan se jibqa` ghamla ta’ tigrib, u mezz ta’ karita’ li tghin lill-fqajrin igarrbuh billi zzurhom u ssabbarhom. "Garrbu l-mard ta’ kulhadd," jghidilna Injazju ta’ Antokja. Izda li taqdi lill-morda hu li taqdi lil Gesu` nnifsU f’dawk tieghU li jbatu. "Kont marid u gejtu tarawni", se jghidilna f’jum il-haqq (Mt 25, 36). Il-marid fl-ambjent nisrani m’ghadux il-bniedem mishut li kullhadd jaharbu (ara S 38, 12; 41, 6-10; 88,9). Issa huwa sar ix-xbiha u sinjal ta’ Gesu` Kristu.
Ir-rwol importanti li ghandha omm Gesu` fit-tradizzjoni nisranija jsib il-qafas tieghu fir-rivelazzjoni skritturali. Jekk it-tnax ikkoncentraw l-interess taghhom fuq il-ministeru ta’ Gesu` mill-maghmudija tieghU sa l-Ghid (Atti 1, 22; 10, 37-39; 13, 24-26), dan kien ghaliex huma setghu biss jitkellmu dwar avvenimenti li kienu hadu sehem fihom u huma kellhom idawru harsthom lejn il-htigiet iktar urgenti tal-missjoni li kellhom. Kif mistenni, in-narrativi dwar it-tfulija ta’ Gesu` dehru biss wara dan. Mark ma ta xejn kazhom, u semma lil omm Gesu` ghal darbtejn biss (Mk 3, 31-35); 6, 3). Filwaqt li Mattew kien jaghraf dawn l-avvenimenti, huwa qeghed bhala protagonista lil Guzeppi, d-dixxendent ta’ David, li rcieva t-tahbiriet smewwija (Mt 1, 20w; 2, 13.20.22) u semma lil bin il-Vergni, Gesu` (1, 18-25). Huwa permezz ta’ Luqa li Marija tispikka. Fil-bidu tal-vangelu tieghu, hi Marija l-protagonista, b’personalita` genwina. Fit-twelid tal-Knisja, insibuha qed tiehu sehem flimkien mad-dixxipli gewwa c-Cenaklu (Atti 1, 14). Fl-ahhar, Gwanni jinkwadra l-hajja pubblika ta’ Gesu` bejn zewg xeni Marjani (Gw 2, 1-12; 19, 25-27). Sew f’Kana sew fuq il-Kalvarju, Gesu` iddefinixxa b’awtorita` ir-rwol ta’ Marija, l-ewwel bhala mara ubbidjenti, mbaghad bhala omm id-dixxipli tieghU. Dan l-gharfien tar-rwol ta’ Marija li bil-mod isib il-milja tieghum’ghandux jigi spjegat semplicement b’motivi psikologici. Jirrifletti fehim dejjem iktar profond tal-misteru nnifsu ta’ Gesu`, inseparabbli mill-"mara" li Huwa ried jitwieled minnha (Gal 4, 4). Diversi titoli jaghmluha possibbli nigbru flimkien il-materjal imferrex tat-TG.
I. BINT SIJON
1. Qabelxejn, Marija tidher qisha n-nisa ta’ zmienha. Bhalma juru l-iskrizzjonijiet ta’ dawk iz-zminijiet u l-ghadd bla qjies ta’ nisa bl-isem Marija fit-TG, isimha, li oht Mose` diga` kellha (Ez 15, 20), kien wiehed komuni fi zmien Gesu`. Bl-Aramajk, x’aktarx ifisser "Principessa", "Sinjura". Filwaqt li jserrah fuq it-tradizzjonijiet tal-Palestina, Luqa juri lil Marija bhala mara Lhudija devota, fidila ghal kliem il-Ligi (Lq 2, 22.27.39), li tesprimi t-twegibiet taghha ghat-tahbira divina bl-istess kliem tat-TQ (1, 38). L-Innu ta’ Tifhir taghha, b’mod partikolari, huwa ghazla mis-salmi u b’mod ewlieni mnebbah mill-kantiku ta’ Anna (1, 46-55; ara 1 Sam 2, 1-10).
2. Izda ghal Luqa, terga’ w tghid, Marija mhix xi mara Lhudija semplici. Fix-xeni tat-thabbira u taz-zjara (Lq 1, 26-56), huwa jipprezenta lil Marija bhala bint Sijon, fis-sens li din il-frazi kellha fit-TQ, il-personifikazzjoni tal-poplu ta’ Alla. Is-"Sliem ghalik" ta’ l-anglu (1, 28) ma kienetx xi tislima ordinarja..Tfakkarna fil-weghdiet tal-migja tas-Salvatur fil-belt qaddisa tieghU (Sof 3, 14-17; Zak 9, 9). It-titolu "moghnija b’kull grazzja", bhala l-mira ewlenija ta’ l-imhabba divina, jista’ jfakkarna fl-gharus fil-Ghanja ta’ l-Ghanjiet, figura tradizzjonali ghall-ahhar tal-poplu l-maghzul. Dawn l-indikazzjonijiet letterarji jikkorrispondu ghar-rwol li kellha Marija f’dawn ix-xeni. Kienet wahedha li f’isem dar Gakobb irceviet it-tahbira tas-salvazzjoni. Hija laqghetha u hekk ghamlet li t-twettieq taghha jkun possibbli. Fl-Innu ta’ Tifhir taghha, il-Magnificat, hija minnufih tghaddi ‘l hinn mill-gratitudni personali taghha (1, 46-49) biex tislef il-vuci taghha bi gratitudni u hena lir-razza ta’ Abraham (1, 50-55).
II. VERGNI
1. Il-fatt tal-verginita` ta’ Marija fit-tnissil ta’ Gesu` jissemma sew f’Mt 1, 18-23 sew f’lq 1, 26-38, (hemm hjiel ta’ dan f’xi verzjonijiet qodma ta’ Gw 1, 13: "Hu li twieled mhux bid-demm lanqas mill-gibda tal-gisem, izda minn Alla"). Il-firda ovvja tar-rakkonti ta’ Mt u Lq twassalna ghall-konkluzjoni li dan it-taghrif imur lura ghal tradizzjoni iktar qadima, li fuqha huma msejsa z-zewg testi.
2. Fis-socjeta` tal-Palestina l-post moghti lill-verginita` fil-migja tal-Messija jidher li hu fattur gdid. Sa dakinhar il-Bibbja ma uriet ebda valur religjuz ghall-verginita` (Mh 11, 37w). L-Esseni ta’ Qumran jidhru li huma l-ewwel Lhud li jintrabtu mac-cahda mis-sesswalita` b’turija cara ghal safa li tohrog mil-ligi.
3. Mattew jillimita ruhu biex jara t-twettieq tal-profezija ta’ Is 7, 14 (skond it-test Grg.) fit-tnissil verginali ta’ Gesu`.
4. Luqa, min-naha l-ohra, jattribwixxi importanza kbira lill-verginita` ta’ Marija, u fil-vangelu tieghu juri interess sew fic-cahda mis-sesswalita`(Lq 2, 36; 14, 26; 18, 29) sew fil-verginita` (Atti 21, 9). Tabilhaqq, huwa jikteb dwar iz-zwieg ta’ Marija ma’ Guzeppi (Lq 1, 27; 2, 5), ghaliex f’dan huwa jara l-gherq tal-legittimita` messjanika ta’ Gesu` (3, 23-25). Izda l-ewwel ma jghid dwar l-gharusa zaghzugha hu li hija tkun xebba (1, 27); skond id-drawwa tal-Palestina it-tieg taghha kellu jsir ftit zmien sew qabel ma l-gharusa tiddahhal f’dar zewgha (ara Mt 25, 1-13).
L-evangelista jishaq fuq il-verginita` ta’ Marija fil-waqt tat-Thabbira bl-oggezzjoni li hija taqghmel lill-anglu meta jghidilha li tkun se ssir omm il-Messija: "Kif ikun dan, ladarba ma naghrafx ragel?" (Lq 1, 34). Il-frazi "taghraf ragel" hi fil-fatt mod normali fil-Bibbja kif wiehed jitkellem dwar ir-relazzjonijiet tal-mizzewgin (Gen 4, 1.17.25; 19, 8; 24, 16....). B’dan il-mod Luqa jishaq li Marija tkun vergni fil-waqt li hija tnissel fi hdanha lil Gesu`.
Forsi Luqa qed jipprova jghid ukoll li qabel it-Thabbira Marija riedet izzomm il-verginita` taghha? Minn zmien Stu. Wistin kienu bosta dawk li hasbu b’dan il-mod. Ghamlu traduzzjoni tal-mistoqsija taghha lill-anglu billi tawha l-bixra: "jekk jien ma rridx naghraf ragel", ghax kienu jqisu din il-varjazzjoni sottili, jew sfumatura, mehtiega biex jiggustifikaw il-mistoqsija ta’ Marija. Billi hija kienet il-mara ta’ wiehed minn ulied David, kull ma kellha taghmel biex issir omm il-Messija kien li tikkonsma z-zwieg taghha; jekk hija ssib xi diffikulta` f’li taghmel dan, ghax trid izzomm mhux mittiefsa l-verginita` taghha.
Madankollu, din l-interpretazzjoni tistrieh fuq konsiderazzjoni dibattibbli: tissoponi li Marija zzewget lil Guzeppi kontra r-rieda taghha. U fuq kollox, ma tharisx sew lejn dak li tassew tfisser il-mistoqsija ta’ Marija, jigifieri: "Ma kellix fil-fatt relazzjonijiet ta’ bejn il-mizzewgin." Luqa qed jissuggerixxi b’dan li Marija tkun qeghda tifhem li hija jkollha ssir omm minnufih, l-istess bhalma omm Samwel nisslet fi hdanha hekk kif l-anglu habbrilha li kellha ssir omm (Mh 13, 5-8). L-oggezzjoni taghha hija li z-zwieg kien ghadu ma giex ikkunsmat. Il-mistoqsija taghha twassal lill-anglu biex jghidilha li t-tnissil fi hdanha ta’ Gesu` huwa wiehed verginali. Dan jigi rivelat lilha fl-istess waqt bhalma jigi rivelat li dak li se jitwieled minnha se jissejjah Bin Alla, u dan hu sinjal fih innifsu. L-Ispirtu ta’ l-Gholi, li mexxa l-holqien tad-dinja (Gen 1, 2), issa se jinawgura l-holqien tad-dinja l-gdida fit-tnissil ta’ Gesu`.
Ghaldaqshekk, it-tnissil verginali jidher f’ghajnejn Luqa bhala l-konsegwenza necessarja tal-fatt li Gesu` huwa Bin Alla. U Marija, proprju bit-thabbira tal-maternita` misterjuza taghha, hemm issir taf bis-sejha taghha ta’ vergni.
5. Ir-riferenza ghal hut Gesu`
(Mk 3, 31p; 6, 3p; Gw 7, 3; Atti 1, 14; I Kor 9, 5; Gal 1, 19) wasslet lil diversi kritici jahsbu li Marija ma zammitx il-verginita` taghha wara t-twelid ta’ Gesu`. Din il-fehma ma nsibuha mkien fit-tradizzjoni tal-qedem meta jissemmew hut Gesu`, u ma taqbilx ma’ diversi testi fil-Vangelu. Gakbu u Guzeppi, hut Gesu` f’Mt 13, 55p, mid-dehra huma uilied xi Marija ohra (Mt 27, 56p). U meta Gesu` jkun qieghed imut, Huwa jafda l-ommU f’idejn dixxiplu (Gw 19, 26w), u mid-dehra dan ifisser li ma kellhiex tifel iehor. Barra minn hekk, hu maghruf li fl-inhawi semin l-isem "hu" jinghata sew lil qraba mid-demm sew lil qraba bit-tahlit taz-zwieg.III. OMM
F’kull livell tat-tradizzjoni evangelika, Marija hi qabel xejn "omm Gesu`". Hemm diversi testi li jsejhulha b’dan it-titolu semplici (Mk 3, 31w; Lq 2, 48; Gw 2, 1-12; 19, 25w). Dan it-titolu jiddefinixxi l-funzjoni kollha taghha fl-opra tas-salvazzjoni.
1. Din hi maternita` li trid hi. Il-grajja tat-thabbira turi dan bic-car (Lq 1, 26-38). Meta tqis is-sejha li ma bhalha li l-anglu jhabbrilha, Luqa juri li l-Vergni tinsab anzjuza li tirrikoncilja din is-sejha gdida gejja minn Alla mas-sejha tal-verginita` li hi diga` semghet. L-anglu jirrivelalha li t-tnissil verginali kien se jippermettilha li twiegeb ghaz-zewg sejhat fl-istess hin. Hekk kif Marija ssib ruhha mdawla bis-shih, hija taccetta. Hija l-qaddejja tal-Mulej, bhal Abraham, Mose`, u l-profeti. Bhal ma gara fil-kaz taghhom, hekk ukoll ghal Marija, li taghti servizz hu li tikseb il-liberta`.
2. Meta Marija welldet lil Gesu`, il-hidma taghha, bhal dik ta’ kull omm, kienet ghadha qeghda tibda. Kellha tiehu hsieb it-trobbija ta’ Gesu`. Flimkien ma’ Guzeppi li kien jaqsam kull responsabbilta` maghha, hija gabet lil Gesu` fit-tempju biex tipprezentaH lill-Mulej, biex tesprimi dik l-offerta li dwarha Hu bhala bniedem kien ghadu ma jista’ jifhem xejn. Kien ghaliH li hi rfceviet minghand Xmun it-thabbira tal-missjoni tieghU (Lq 2, 29-35). Mbaghad hija kienet l-edukatrici tieghU, konsapevoli mill-awtorita` taghha (Lq 2, 48), u Gesu` kien suggett sew lejha sew lejn Guzeppi (2, 51).
3. Marija baqghet ukoll omm meta Gesu` lahaq zmien l-irgulija. Dejjem insibuha qrib Binha fil-waqt ta’ firdiet doloruzi (Mk 3, 21.31; Gw 19, 25-27). Izda hidmitha mbaghad waslet ghal ghamla gdida. Sew Luqa sew Gwanni jnebbhuna b’zewg qabziet kbar meta Gesu` kien jed jikber. Ta’ tnax-il sena, ghax bi dritt Lhudi, Gesu` jghid lill-genituri tieghU ta’ fuq din l-art li qabel xejn Huwa kien jappartjeni ghall-qima ta’ MissierU li jinsab fis-sema (Lq 2, 49). Meta fetah il-missjoni tieghU f’Kana, kliemU lil Marija, "X’hemm bejni u bejnek, mara?" (Gw 2, 4), mhumiex dawk ta’ iben imma pjuttost ta’ min hu responsabbli ghas-saltna. Hekk Huwa jirrikjama l-indipendenza tieghU bhala habbar ta’ Alla. Minn dak il-waqt ‘il quddiem, matul l-ezistenza taghha fuq din l-art, l-omm tqieghed lilha nnifisha wara s-sieheb fidil taghha (ara Mk 3, 32-35p; Lq 11, 27w).
4. Din il-privazzjoni imqeghda fuqha nnifisha, titwettaq ghalkollox f’riglejn is-salib. Meta Xmun kien irrivela lil Marija x’kellu jigri minn Gesu`, sejf kellu jinfdilha ruhha fil-firdaq ta’ Israel u l-kxif tal-fidi li kellu (Lq 2, 34w). Fuq il-Kalvarju naraw it-twettieq tal-maternita` taghha, bhalma Gwanni jurina f’xena fejn kull dettall ghandu l-importanza tieghu (Gw 19, 25-27). Marija tinsab f’riglejn is-salib. Gesu` jerga’ jindirizzaha bil-kelma solenni "mara" li tfisser l-awtorita` tieghU bhala Sid is-saltna. Meta Huwa ta lill-ommU d-dixxiplu li kien wieqaf biswitha, "Hawn hu ibnek," Gesu` kien qed isejhilha ghal maternita` gdida, li minn dak il-waqt ‘il quddiem kellha tkun ir-rwol taghha ghall-poplu ta’ Alla. Forsi Luqa xtaq jissuggerixxi din il-missjoni ta’ Marija fil-Knisja meta weriha titlob flimkien mat-tnax, fi stennija ta’ l-Ispirtu (Atti 1, 14). Din il-maternita` universali ghall-inqas twiegeb il-hsieb tieghu li f’Marija ra l-personifikazzjoni tal-poplu ta’ Alla, bint Sijon (Lq 1, 26-55).
IV. L-EWWEL LI EMMNET
L-evangelisti mhux biss juru l-kobor ta’ Marija fi dwal mhux tas-soltu li ma bhalhom, izda juru l-kobor taghha fil-fidi li kellha, hekk kif din kienet suggetta ghall-istess dlamijiet, ghall-istess progress, bhalma kellu min kien jemmen l-inqas.
1. Ir-rivelazzjoni li saret lil Marija. Sa mit-thabbira, Gesu` jigi offrut lil Marija bhala l-mira tal-fidi taghha, u din il-fidi tigi mdawla bil-messaggi li ghandhom gheruqhom fil-profeziji tat-TQ. Il-wild se jissemma Gesu`; Huwa se jkun Bin l-iktar Gholi; bin David, sultan ta’ Israel; il-Messija imwieghed. Waqt il-prezentazzjoni fit-tempju, Marija tisma l-profeziji tal-Qaddej ta’ Alla dwar Binha, dawl ghall-gnus u sinjal ta’ kontradizzjoni. Irridu nzidu ma’ dawn il-ftit kelmiet cari ghall-ahhar, ukoll jekk ma jinghad xejn dwar dan, li Marija ghad riedet titghallem tara l-faqar tal-Messija fil-hajja harxa u siekta ta’ Binha. Meta Gesu` jkellem lill-ommU, juza t-ton jidwi tal-profeti. Fihom Marija zgur li gharfet l-indipendenza u l-awtorita` ta’ Binha, kemm il-fidi tizboq bil-kbir il-maternita` umana.
2. Il-fedelta` ta’ Marija.
Luqa ha hsieb josserva r-reazzjonijiet ta’ Marija meta sabet ruhha wicc imb’wicc ma’ dawn ior-rivelazzjonijiet divini; it-tahwid li kellha (Lq 1, 29), kull diffikulta` (1, 34), l-istaghgib taghha meta semghet il-profezija ta’ Xmun (2, 33), il-fatt li ma setghetx tifhem kelmet Gesu` fit-tempju (2, 50). Meta hija ssib ruhha quddiem misteru bhal dan li zgur ma tistax tifhem, hija tirrifletti fuq il-messagg (1, 29; 2, 33); terga’ lura ghal diversi drabi ghal dawk l-avvenimenti li kellha sehem fihom, filwaqt li zzomm tifkirietha u thewden fuqhom f’qalbha (2, 19.51).Attenta ghall-Kelma ta’ Alla, tifrah biha, wkoll jekk din taqleb ta’ taht fuq il-pjanijiet li kellha u titfa lil Guzeppi fi thassib bezghan kbir (Mt 1, 19w). Twegibietha ghas-sejhat divini, iz-zjara lil Elizabetta, il-prezentazzjoni ta’ Gesu` fit-tempju, dawn kollha huma atti li bihom Gesu` jagixxi permezz ta’ ommU. Huwa jqaddes lill-prekursur; Huwa joffri lilU nnifsU lil MissierU. Fidila kif kienet, Marija tibqa’ hekk fis-skiet meta Binha jibda l-hajja pubblika tieghU; tibqa’ hekk ukoll taht is-salib.
3. Magnificat. Fl-Innu ta’ Tifhir ta’ Marija, Luqa jwassal tradizzjoni tal-Palestina li inqas ghandha bhala ghan li ttenni kliem-il Vergni milli li tesprimi r-radd il-hajr tal-komunita`. Izda Luqa jaghmilha talba ta’ Marija (specjalment bil-v. 48). Filwaqt li juza l-forma klassika ta’ salm ta’ radd il-hajr, u bl-ghajnuna ta’ temi tradizzjonali mis-Salterju, Marija tinseg innu dwar grajja gdida. Is-saltna qeghda hawn. Hija tidher bhala ghalkollox fis-servizz tal-poplu ta’ Alla. Fiha u biha, tithabbar is-salvazzjoni; titwettaq il-weghda. Fil-faqar taghha nnifisha jitwettaq il-misteru tal-beatitudnijiet. Il-fidi ta’ Marija hi l-istess bhal dik tal-poplu ta’ Alla; fidi umli li qeghda l-hin kollu titfa gheruqha iktar fil-fond fid-dlam u t-tigrib, bil-meditazzjoni fuq is-salvazzjoni, bis-servizz generuz li ftit ftit idawwal il-harsa tal-fidili (Gw 3, 21; 7, 17; 8, 31w). Hu sewsew minhabba f’din il-fidi, attenta li thares il-Kelma ta’ Alla, li Gesu` nnifsU pproklama mbierka lil dik li garrietU fi hdanha (Lq 11, 27w).
V. MARIJA U L-KNISJA
Hu possibbli li naghmlu gabra fil-qosor tat-teologija biblika billi nigbru flimkien u nipprezentaw dak li nghad qabel.
1. Vergni.
Marija, it-tip ta’ min jemmen, msejha ghas-salvazzjoni fil-fidi bil-grazzja ta’ Alla, mifdija bis-sagrificcju ta’ Binha bhall-bnedmin kollha tar-razza umana, tokkupa madankollu post uniku fil-Knisja. Fiha naraw il-misteru tal-Knisja mghix ghalkollox minn ruh li tilqa’ l-Kelma ta’ Alla bil-fidi kollha taghha. Il-Knisja hija l-gharusa ta’ Kristu (Efes 5, 32), gharusa vergni (ara Apk 21, 2) li Kristu nnifsU qaddiesha meta saffiha (Efes 5, 25-27). Kull ruh ta’ nisrani, filwaqt li tiehu sehem f’din is-sejha tinsab mgharrsa "lil gharus wiehed, bhallikieku....xebba safja....quddiem Kristu" (2 Kor 11, 2). Issa, l-fedelta` tal-Knisja ghal din is-sejha divina l-ewwel ma tidher hu f’Marija, u dan bl-iktar mod perfett possibbli. Dan huwa t-tifsir kollu tal-verginita` li Alla stedienha ghaliha, u li l-maternita` taghha ma naqqset b’ebda mod, anzi kkonsagratha. Fiha, ghaldaqstant, huwa rrivelat fuq livell storiku l-ezistenza ta’ din il-Knisja-vergni, li bl-attitudni taghha hi l-kontroparti ta’ Eva (ara 2 Kor 11, 3).2. Omm. Iktar minn hekk, bir-relazzjoni taghha ma’ Gesu`, Marija tinsab f’sitwazzjoni specjali li fiha ma jinsab ebda membru iehor tal-Knisja. Hija l-omm; hija dik il-persuna fl-umanita` kollha fejn Bin Alla sar wild il-bniedem. Din hija l-funzjoni li taghmilha haga possibbli li titqabbel ma’ bint Sijon (Sof 3, 14; ara Lq 1, 28) u ma’ Gerusalemm il-gdida fir-rwol taghha ta’ omm. Jekk ir-razza umana gdida titqabbel ma’ mara li minnha, Kristu, ir-ras, hu l-ewwel wild (Apk 12, 5), nistghu qatt ninsew li proprju dak il-misteru jitwettaq b’mod konkret f’Marija; u li din il-mara, din l-omm, mhix xi semplici simbolu, izda li, ghax hi Marija, kellha ezistenza personali? Bl-istess mod fuq dan kollu, ir-rabta bejn Marija u l-Knisja tintwera b’daqstant qawwa li sew Marija, sew il-Knisja, jigu raffigurati fl-isfond tal-mara mahtufa minn Alla mill-attakki tas-serpent (Apk 12, 13-16), il-kontroparti ta’ Eva, mqarrqa mill-istess serpent (2 Kor 11, 3; Gen 3, 13). Din hi l-hidma ta’ Marija fil-pjan tas-salvazzjoni. Dan hu ghaliex it-tradizzjoni sewwa rat f’Marija u fil-Knisja, it-tnejn flimkien, lil "Eva l-gdida," l-istess bhalma Gesu` hu "Adam il-gdid".
3. Il-misteru ta’ Marija. B’din ir-rabta mal-misteru tal-Knisja, il-misteru ta’ Marija johrog bl-iktar mod car fid-dawl ta’ l-Iskrittura. Il-Knisja tirrivela bic-car dak li f’Marija inghex mistohbi. Fuq iz-zewg nahat hemm misteru ta’ verginita`, zwieg misterjuz, fejn Alla hu l-gharus. Fuq iz-zewg nahat hemm misteru ta’ li tkun omm u li tkun iben, fejn ikun qed jahdem l-Ispirtu s-Santu (Lq 1, 35; Mt 1, 20; ara Rum 8, 15), ghar-rigward ta’ Kristu qabel xejn (Lq 1, 31; Apk 12, 5), mbaghad ghar-rigward tal-membri tal-gisem tieghU (Gw 19, 26w; Apk 12, 17). Il-misteru tal-verginita` jimplika safa shih, il-frott tal-grazzja ta’ Kristu li tolqot persuna f’gheruqha u taghmilha "bla tebgha....imma qaddisa" (Efes 5, 27). Hu proprju dan li jaghti kull tifsir lit-tnissil bla tebgha ta’ Marija. Il-misteru tal-maternita` jimplika ghaqda shiha mal-misteru ta’ Gesu` fil-hajja tieghU fuq din l-art, ukoll waqt it-tigrib u fuq is-salib (Lq 2, 35; Gw 19, 25w; ara Apk 12, 13), u ghaqda fis-sebh tieghU, kif ukoll partecipazzjoni fil-qawmien tieghU (ara Apk 21). Dan hu li jfisser it-tlugh fis-sema ta’ Marija. It-tnissil bla tebgha u t-tlugh fis-sema, dawn iz-zewg grajjiet fil-hajja ta’ Marija li l-Iskrittura ma ssemmix b’mod esplicitu, jidhru cari, madankollu, meta jitfakkar fiha l-misteru tal-Knisja; u hekk il-fidi tal-Knisja setghet tiskoprihom hemmhekk. Mhux ghax hemm xi kwistjoni dwar jekk Marija ghandhiex tittella’ ghal-livell ta’ Gesu`, il-medjatrici ma’ genb il-medjatur! Hija li kienet "mimlija bil-grazzja" quddiem Alla (Lq 1, 28), tibqa’, f’ghajnejn il-membri tal-Knisja, il-glorja "tal-grazzja....li biha mliena fil-Mahbub tieghu" (Efes 1, 6). Izda kien permezz tal-medjazzjoni taghha li Bin Alla, il-medjatur uniku, sar hu l-bnedmin kollha u waqqaf rabta hajja maghhom. Bl-istess mod, il-bnedmin ma jistghu b’ebda mod jaslu ghandU minghajr il-medjazzjoni tal-Knisja, li hi l-gisem tieghU (Kol 1, 18). L-attitudni ta’ l-insara lejn Marija hija dominata b’dan il-fatt fondamentali. Hekk hu ghaliex Marija tinsab f’relazzjoni daqstant diretta ma’ l-attitudni taghhom lejn il-Knisja, l-omm taghhom (ara S 87, 5; Gw 19, 27).
1. Il-melh fl-inhawi tad-dezert. Dawk li jghammru fil-Palestina kienu joqoghdu hdejn il-Bahar il-Mejjet, li skond kitbiet qodma jissejjah ukoll "il-Bahar il-Mielah" (Gen 14, 3; Goz 3,16; 12, 3...) li kien jinfirex ‘l-isfel min-nofs Wied il-Melh (2 Sam 8, 13; 2 Slat 14, 7). Dawn il-friex ta’ art salina kienu tassew dezerti fejn hadd ma kien jghammar (Ger 17, 6; S 107, 34; Gob 39,6); huwa bhallikieku dik l-art kienet vittma tal-kastig, u l-melh kien l-ghodda tal-kastig: hekk, il-mara ta’ Lot "saret plier tal-melh" (Gen 19,26); u meta Abimelek garraf il-belt, hu "xerred il-melh fuqha" (Imh. 9, 45). Theddida bhal din tintghamel kontra dawk li jitkabbru (Sof 2, 9), u jidhru l-hsarat ta’ dik l-art fejn jintasab "kubrit, melh u hriq l-art kollha li ma tistax tinzera` jew tnibbet" (Dt 29, 22). Madanakollu ghad jasal il-jum meta l-ilma ghad jirbah: filwaqt illi "l-ilma qieghed u l-ghadajjar ma jitjibux, imma jibqghu mielha" (Ezek 47, 11) l-ilma hiereg mil-lvant tat-tempju "meta jasal fil-Bahar il-Mejjet b’dak l-ilma mielah, l-ilma jsir ilma helu" (47,8), b’mod li "kull fejn tghaddi dik ix-xmara, kull haga hajja li ticcaqlaq tghix....."(47,8 w)
2. Riti u Tisfijiet. Fir-riti sagrifikali tal-qedem l-offerti kollha kellhom jigu mmelhin (Lev 2, 13; Ezek 43,24). X’inhi sewwasew l-idea, li taghti t-toghma lill-"ikel ta’ Alla" (Lev 21, 6.8.17.22) jew li ma "thallix barra mill-offerta tieghek il-melh tal-patt ta’ Alla tieghek " (2, 13) li hu patt li jibqa` ghal-dejjem? Izda bhal fl-kaz ta’ l-incens (Ez. 30, 35) jidher li x’aktarx il-melh ghandu funzjoni "safja u qaddisa", l-istess bhalma jaghti x’jifhem Elizew meta jtejjeb l-ghajn ta’ l-ilma hazin (2Slat 2, 19-22). Jista’ jkun li naraw ukoll fid-drawwa li fiha joghrku tarbija tat-twelid bil-melh (Ezek 16, 4) gest ritwali li jixbah iktar lill-ezorcizmu milli xi interess igjeniku. U din il-funzjoni ta’ tisfija jista’ jkollha x’taqsam ma’ dak li jghid Gesu`: "Kulhadd ikun immellah bin-nar" (Mk 9, 49); ghaliex in-nar ghad jikxef "u jipprova x’jiswa x-xoghol ta’ kull wiehed" (1Kor 3, 13).
3. It-toghma u kemm jibqa` tajjeb. Il-melh huwa wiehed mill-htigijiet ewlienin fil-hajja tal-bniedem (Sir 39, 26), ghalhekk, li tiekol mill-melh tal-palazz (Esd 4,14) ifisser li wiehed jinghata s-SALARJU li haqqu (ara Latin SAL) minghand is-sultan. Il-melh jaghti t-toghma lit-tisjir (Gob 6,6). U ladarba ghandu wkoll il-qawwa li jmellah l-ikel u jzommu tajjeb (Bar 6,27), il-melh jinghata t-tifsir tax-xorta dejjiema ta’ kuntratt : patt tal-melh bi dritt ghal dejjem (Num 18,19) li hu patt li ma jithassarx bhal dak tal-Mulej Alla ma` David (2 Kron 13,15).
Fost dak li qal Gesu` li ghadu ma jiftiehemx, dak li qal dwar it-tixbiha tal-melh hu l-aktar maghruf.. "Imma jekk il-melh jaqta’, biex se jerga` jiehu t-toghma tieghu?" (Lq 14,34; Mk 9,50). Wahda mit-tifsiriet li tista’ tinghata dwar dan tista’ possibilment tirreferi ghall-patt tal-melh, u ghalhekk dan ikun ifisser li l-patt mal-Mulej ma jistax ikun imgedded galadarba dan ikun inkiser. Skond kif ifisser dan Mattew, il-fidil jehtieg li jkun "il-melh ta’ l-art" (Mt 5,13), jigifieri dak il-bniedem li jmellah u jaghti toghma lid-dinja tal-bnedmin permezz tal-patt tieghu m’Alla. Altrimenti l-fidil ma ghadu tajjeb ghal xejn, "la ghal l-art ma jkun jiswa, u l-anqas ghad-demel, jarmuh barra" (Lq 14, 35). Izda li "tajjeb il-melh....... fittxu li jkollkom il-melh fikom infuskom u li tghixu fis-sliem bejnietkom" (Mk 9,50) huwa kliem li nistghu insibu kummentarju ghalih f’Pawlu: "Ha tkun dejjem il-kelma taghkom kollha hlewwa, imhawra bil-melh tal-gherf, biex tkunu tafu twiegbu sewwa lil kulhadd" (Kol 4, 6).