Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA

Redatt taht id-direzzjoni ta’

XAVIER LEON DUFOUR

INDICI

Mixja – Ghammar – Ghazla – Gherf – Ghid – Pentekoste

 

MOGHDIJA, MIXJA

Il-bniedem Levita tal-qedem kien nomadu. Ghalhekk, il-moghdija, il-mixja jew it-triq kienu elementi importanti hafna fil-hajja tieghu. Huwa juza dan l-istess kliem b’mod naturali meta jkun qed jitkellem fuq il-hajja religjuza u morali. Dan l-uzu huwa xi haga komuni fl-ilsien Ebrajk.

I. IL-MOGHDIJIET TAL-MULEJ

Abaraham beda jterraq hekk kif sejjahlu Alla (Gen 12, 1-5); u hekk bdiet avventura religjuza mill-ikbar. Il-problema dejjem tibqa` kif se taghraf il-moghdijiet tal-Mulej u timxi fihom. Dwan ta` spiss ihawdu l-imhuh: "It-triqat tieghi ma humiex triqatkom", qal il-Mulej (Is55, 8); izda dawn iwasslu ghal twettiq meraviljuz.

1. L-ezodu huwa l-ezempju li jispikka ta` din l-avventura religjuza. Il-poplu jaghmel esperjenza ta` xi jfisser "li tkun umli fl-imgiba tieghek ma` Alla tieghek" (Mik 6, 8) u li jidhlu fil-patt mieghU. Alla jimxi qabilhom biex jurihom il-moghdija, bis-shaba u l-kolonna tan-nar (Ez 13, 21w) b’mod li tidher il-prezenza tieghU. Lanqas il-bahar ma jzommu: "Triqtek fuq il-bahar, fuq l-ibhra il-kbar il-mixja tieghek" (S77, 20); bir-rizultat li Israel jahrab minn taht l-Egizzjani u jikseb il-helsien. Mbaghad tibda il-mixja fid-dezert (S68, 8). Hemmhekk Alla jitqabad ghall-poplu tieghU u jgorrhom bhalama missier igorr lil ibnu ckejken. Huwa jipprovdilhom ikel u ilma u jfittex post fejn huma jistghu iwaqqfu t-tined taghhom. Tassew li xejn ma jonqos taht il-harsien tieghU (Dt 1, 30-33).

Izda Alla jagixxi ukoll biex jikkastiga n-nuqqas ta` fidi li wera Israel. Hekk jigri li din il-mixja flimkien ma` Alla ikollha d-diffikultajiet taghha. Dan iz-zmien fid-dezert jidher car bhala zmien ta` tigrib, zmien li fih Jahweh igarrab lill-poplu tieghU sa l-iktar fond ta` qlubhom u jfittex li jikkorregihom (Dt 8, 2-6). Ghaldaqshekk, il-mixja mal-Mulej hi wahda twila u iebsa (Dt 2, 1w). Izda kellha tmiem ukoll, ghax Alla kien qed imexxi l-poplu tieghU lejn il-mistrieh f’art tal-ghageb fejn Israel issa kuntent kellu jbierek lil Jahweh (Dt. 8, 7-10). Hekk jidher car li "il-moghdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedelta`" (S25, 10; ara S 136), u li "lkoll gusti t-triqat tieghU" (Dt 32, 4).

It-tifkira ta` l-ezodu, imfakkra ta` kull sena waqt l-Ghid u l-festa ta` l-Gherejjex, halliet impronta qawwija fuq il-hsieb Lhudi. Il-pellegrinaggi li bdew isiru f’Sikem, Xiloh u aktar tard f’Gerusalemm inisslu idea profonda tal-mixja qaddisa li twassal ghall-mistrieh li Alla jaghti. Meta l-idolatrija thedded li tqaccat ‘l barra l-fidi f’Jahweh, Elija jibda l-mixja tieghu lejn Horeb. Iktar ‘il quddiem, il-profeti jidealizzaw dwar iz-zmien meta Jahweh ghamel il-mixja ma` ibnU (Hos 11, 1w).

2. Il-Ligi. Wara li Israel wasal fl-art imweghda, dan ma kellux xi obbligazzjonijiet inqas milli jkompli jimxi fit-triqat tal-Mulej (S128, 1). Dak li Israel kien jaf dwar dawn il-moghdijiet kien li kellu privilegg uniku (ara S 147, 19w). Alla kien kixef quddiem il-poplu tieghU "it-triqat kollha ta` l-gherf"; dan "hu l-ktieb tal-kmandamenti ta`Alla, hu l-ligi li tibqa` ghal dejjem" (Bar 3, 37; 4, 1). Ghax tabilhaqq "henjin dawk li triqthom bla htija, li jimxu fil-ligi tal-Mulej" (S 119, 1), sabiex ikompli l-parti u jimxi ‘l quddiem lejn id-dawl, is-sliem u l-hajja (Bar 3, 13w). Il-Ligi hija l-vera triq ghall-bniedem ghaliex hija l-mixja li twassal ghand Alla.

Min ma jobdix il-Ligi jkun qieghed jghawweg triqtu (Dt 31, 17) lejn il-qerda. L-ahhar pass ikun l-ezilju (Lev 26, 41), f’moghdija li hi l-maqlub ta` l-ezodu (Hos 11, 5). Izda Alla ma jistax jippermetti l-ahhar telfa tal-poplu tieghU (Lev 26, 44w); jerga` jenhtieg li tithejja "t-triq ghall-Mulej fid-dezert" (Is 40, 3). Ikun il-Mulej innifsu li se jiftah triq fix-xaghri (Is 43, 19) u li minn kull muntanja jaghmel triq (Is 49, 11) ghall-migja tieghU lura rebbihija.

II. IZ-ZEWG MOGHDIJIET

Fi zmien il-Gudajizmu t-taghlim dwar "iz-zewg moghdijiet" jigbor flimkien l-imgieba morali tal-bniedem. Hemm zewg ghamliet ta` mgieba, zewg moghdijiet: it-triq it-tajba u t-triq il-hazina (S 1, 6; Prov 4, 18w; 12, 28). It-triq it-tajba hija dritta u perfetta (1 Sam 12, 23; 1 Slat 8, 36; S 101, 2.6; 1 Kor 12, 31); tikkonsisti fit-twettiq tal-haqq (Prov 8, 20; 12, 28), fil-fedelta` ghas-sewwa (S 119, 30; Tob 1, 3),fit-tfittxija ghas-sliem (Is 59, 8; Lq 1, 79). Kitbiet il-Gherf jghallmu x’inhi t-triq ghall-hajja (Prov 2, 19; 5, 6; 6, 23; 15, 24), moghdija li twassal ghal ezistenza twila u mimlija gid fuq din l-art.

It-triq il-hazina hi mghawwga (Prov 21, 8); u twassal lill-boloh (Prov 12, 15), midinbin (S 1, 1; Sir 21, 10) u hziena (S 1, 6; Prov 4, 14.19; Gen 12, 1) lejn id-dizastru (S 1, 6) u lejn il-mewt (Prov 12, 28). Meta l-bniedem isib ruhu quddiem dawn iz-zewg moghdijiet, hemm ikun hieles li jaghzel u li jkun responsabbli ghall-ghazla tieghu (Dt 30, 15-20; Sir 15, 12).

L-Evangelju jitkellem car dwar kemm hi dejqa l-moghdija li twassal ghall-hajja u l-ghadd daqshekk zghir ta` nies li jghaddu minnha : filwaqt li l-ikbar ghadd jaqbad il-moghdija l-wiesgha li twassal ghall-mewt (Mt 7, 13w).

III. KRISTU, L-MOGHDIJA GHALL-HAJJA

Il-migja lura mill-ezilju kienet biss xbiha tar-realta` ahharija ta` helsien. Din kienet thabbret minn Gwanni l-Battista bil-kliem proprju uzat mit-Tieni Isaia ghall-ezodu l-gdid : "Hejju t-triq ghall-Mulej" (Lq 3, 4 = Is 40, 3). Ezodu gdid, fiz-zmien Messjaniku, effettivament iwassal ghall-mistrieh li Alla jaghti (Lhud 4, 8w). Gesu`, Mose` il-gdid, huwa dak li juri t-triq u fiha jindokrak u jmexxik (Lq 24, 15; Lhud 2, 10w; 12, 2w). Huwa jsejjah lill-bnedmin biex jimxu warajH (Mt 4, 19; Lq 9, 57-62, Gw 12, 35w). Bhala prefigurazzjoni tas-saltna glorjuza tal-gejjieni, kienet it-trasfigurazzjoni li ghal xi waqtiet dawwlet il-moghdija; izda t-tbassir tal-passjoni jfakkar li l-ewwel jehtieg li jkun hemm waqfa fuq il-Kalvarju. L-unika triq ghall-glorja hija dik tas-salib (Mt 16, 23; Lq 24, 26; 9, 23; Gw 16, 28). Gesu` jitlaq b’mod resolut lejn Gerusalemm fi vjagg li jintemm bis-sagrificcju tieghU (Lq 9, 51; 22, 22.33). B’kuntrast mas-sagrificcju tal-qedem, is-sagrificcju tieghU jasal ‘il fuq sas-sema (Lhud 9, 24) u fl-istess hin jindikalna moghdija li rridu nterrqu fiha. Bid-demm ta` Gesu`, issa ghandna dhul fil-veru santwarju. F’gismu, Gesu` fethilna moghdija gdida ta` ghajxien (Lhud 10, 19w).

Fl-Atti tal-Appostli, il-Kristjanezmu ghall-ewwel semplicement jissejjah "il-mixja" (Atti 9, 2; 18, 25; 24,22). Tabilhaqq l-insara jafu li sabu l-vera triq, issa rivelata ghall-ewwel darba (Lhud 9, 8). Din it-triq ma ghadhiex xi ligi, imma persuna, Gesu` (Gw 14, 6). FiH jitwettqu l-Ghid u l-ezodu tan-nisrani. FiH wiehed jimxi (Kol 2, 6), fil-moghdija ta` l-imhabba (Efes 5, 2; 1Kor 12, 31); ghaliex fiH sew Lhud sew Griegi l-istess ghandhom dhul ghal ghand il-Missier fi Spirtu wiehed (Efes 2, 18).

GHAMMAR

Ghalkemm kien dejjem f’mixja, Israel, li kien poplu nomadiku u wara eziljat, qatt ma skopra sewwa xi jfisser tassew li "tghammar". Lanqas biss kellu kelma biex ifisser b’mod ezatt il-hsieb, izda kien imgieghel jiddeskrivi dak li ra: ragel bil-qieghda (Gen 25, 27), ir-rebbieh bil-wieqfa, l-uniku wiehed li baqa` haj fit-taqtigha (Goz 7, 12), jew ukoll, it-tined tieghu dejjem miftuha fl-istess kampijiet tal-battalja (Gen 16, 12; 25, 18). Huma bis it-tradutturi Griegi li jesprimu l-hsibijiet familjari taghna ta` dar, stabbilita`, u li toqghod fiss f’post.

Minkejja dan kollu, dan il-poplu dejjem miexi, holom li jistrieh mill-ghejja tad-dezert: xtaqu li jsibu post fiss u jghixu fil-paci fl-art li Alla kien weghdhom (ara Gen 47, 9.15; Dt 33, 12.20). Fl-ghabex ta` kull mument importanti ta` l-istorja tieghu, Israel johlom li se jtella t-tined "ghal dejjem" (Dt 12, 8-10). U fl-ghodwa ta` tluq gdid jerga` jaghmel il-kuragg billi jisma` lill-profeti jhabbru post fejn kien se jrabbi l-gheruq (Gham 9, 15), tinda li ma tinqala` b’xejn (Is 33, 20), jew ukoll dar ghal dejjem u belt imwaqqfa fis-sod (2 Slat 7, 9-11; ara Is 54, 2). Izda dejjem hemm Jahwe, ir-raghaj tieghu, "kisser id-djar tieghu" (ara Gham 5, 15; Ger 12, 14) biex jikkastigah u jreggghu lura lejn d-dezert, jew, mill-banda l-ohra, biex imexxih lejn merghat kollhom hdura (S 23; Ger 50, 19; Ezek 34, 23-31). Li jkollhom post fejn jghammru kien ghalhekk ideal mixtieq izda qatt milhuq. Dan l-ideal isib it-twettieq tieghu biss f’Alla.

I. DAK LI JGHADDI U DAK LI JIBQA`

1. "Is-sura ta` din id-dinja ghad tghaddi" (I Kor 7, 31; 2 Kor 4, 18). Il- bniedem li qieghed fi vjagg kontinwu, mhux kapaci jghammar ghal dejjem fid-dinja, ghax ma jirnexxilux bhal kull gisem iehor, li jixbah lill-haxix, hajtu hi qasira, hu jbatti u jmut (Is 40, 8; Gob 14, 2). Madanakollu id-dinja li fiha jghix il-bniedem tidher li se tibqa` ghal zmien itwal (2 Pt 3.4). Id-dinja hi fis-sod fuq is-sisien taghha (S 104, 5), u Alla zgura lil Noe li l-ligijiet tan-natura se jibqghu ghal dejjem (Gen 8, 22). Izda din il-weghda tghodd biss "sakemm iddum l-art", l-ghaliex "is-sema tithezzez" (Lhud 12, 26w). U Kristu wkoll avza lid-dixxipli tieghu: "Is-sema u l-art ighaddu, imma kliemi ma jghaddix" (Mt 24, 35 p).

Sahansitra il-patt tas-Sinaj, ghalkemm imwaqqaf fuq il-Ligi u fuq il-kliem ta` Alla, kien imhabbar bhala wiehed li jghaddi: il-Lhud, li ma kienux fidili lejn Jahwe, li ma obdewx il-Ligi, ma setghux jibqghu ghal dejjem fl-art imweghda (Dt 8, 19w; 28, 30.36). F’kelma wahda huma "ma baqghux izommu mal-patt taghhom" (Lhud 8, 9.13). Fuq kollox dan il-patt kien biss ghamla li tghaddi ta` patt gdid (Ger 31, 31; Mt 26, 28p; Gal 4, 21-31).

Anke fost ir-realtajiet ta` l-ekonomija gdida, xi elementi ghad jintilfu, bhal ma huma il-karizmi tal-profezija u ta` l-gherf jew id-don ta` l-ilsna; izda "fidi, tama u mhabba, it-tlieta jibqghu" (1 Kor 13, 8-13). Ghalhekk din d-dinja m’hijiex "belt li tibqa` ghal dejjem"; u rridu nitilqu minnha (Lhud 13, 13w). In-nisrani nnifsu jaf li "l-ghamara tieghu fuq din l-art" hija biss "tinda" li minnha jrid jinqala biex jghammar mal-Mulej (2 Kor 5, 1-8).

2. Alla biss jghammar; tabilhaqq Hu, li hu, li kien, u li se jigi (Apk 4, 8; 11,17), "Hu l-Alla l-haj ta` dejjem" (Dan 6, 27; S 102, 27w). Bilqeghda fis-smewwiet li ma jintlahqux, l-ghamara qaddisa u ta` dejjem, Hu jiddiehaq bit-theddid (S 2, 4; 9, 8; Is 57, 15). Hu l-blata soda li fuqha tistrieh. Kelmtu (Is 40, 8; 1 Pt 1, 23-25), il-pjan tieghU (Is 14, 24), il-weghda tieghU (Rum 4,16), is-saltna tieghU (Dan 4, 31), il-gustizzja tieghU (S 3, 3), l-imhabba tieghU (S 136) jibqghu ghal dejjem. Huwa Hu li jaghti s-sahha lil kull haga dejjiema fuq l-art fl-ordni fiziku kif ukoll fl-ordni morali (S 119, 89-91; 112, 3.6).

Il-bniedem gust hu ghalhekk bhal sigra mhawla li zzom wieqfa sa jum il-haqq (S 1, 3-5), jew bhal ragel li bena daru fuq il-gebel (Mt 7, 24w), jigifieri fuq Kristu, l-unika gebla tax-xewka li ma titharrikx (Is 28, 16; 1 Kor 3, 10-14; Efes 2, 20-22). Sabiex izomm il-bniedem irid tabilhaqq jistrieh fuq is-sahha ta` Alla, jigifieri, irid jemmen (Is 7, 9) u jzomm shih fil-fidi (Gw 8, 31; 15, 5-7; 2 Tim 3, 14; 2 Gw 9) fiH li hu "dak li kien, fl-imghoddi, issa u ghal dejjem " (Lhud 13, 8).

II. ALLA JGHIX FINA U AHNA FIH

1. Bil-prezenza tieghu, Alla jhalli l-bnedmin jghammru. Fuq Sijon Hu bena tempju fejn jghammar ismU u li hu mimli b’sebhu (Dt 12, 5-14; 1 Slat 8,11; Mt 23, 21). Biss dan il-post fejn jghammar hu wiehed provvizorju. Fil-fatt, dan il-post se jigi mnigges bid-dnub: mbaghad is-sebh ta` Jahwe jitlaq minn gewwa fih u n-nies jittiehdu ‘l barra fl-ezilju (Ezek 8, 1 - 11, 12).

2. "Il-Verb sar bniedem u ghammar fostna" (Gw 1, 14). Huwa "Ghimmanu-El" (Mt 1,23; Is 7, 14), li saltnatu ma jkollhiex tmiem (Lq 1, 33), u li "tibqa` ghal dejjem" (Gw 12, 34), ghaliex il-Missier jghammar fiH u Hu fil-Missier (14, 10). Biss il-prezenza sensibbli tieghU se jkollha tieqaf; Hu jkollu jitlaq lil tieghU (13,33) u dan ghaliex irid ilestilhom il-hafna ghamajjar f’dar MissierU (14, 2w).

3. Sabiex l-Ispirtu s-Santu jista’ jinghata lilna u jghammar fina (Gw 14, 17), kienet haga mehtiega li Kristu jerga` lura ghand il-Missier (16, 7). Ghalhekk wara li jkun ircieva l-unzjoni ta` Kristu (1Gw 2, 27w), in-nisrani jghammar fiH jekk "jiekol minn gismu" (Gw 6,27, 56), jekk jghix kif ghex Hu (1 Gw 2, 6) - f’imhabbtU (Gw 15, 9), bla ma jidneb (1 Gw 3, 6) - u billi jzomm il-kelma tieghU (Gw 14, 15-23; 1 Gw 3, 24). Permezz ta` dan, il-Missier, bhal Kristu u l-Ispirtu, jghammru fih (Gw 14, 23). Hi ghaqda daqstant intima u li taghti l-frott daqs kemm hi dik tad-dielja u l-frieghi taghha li tinbena bejn Alla u n-nisrani (Gw 15, 4-7). L-ghaqda tippermetti lin-nisrani li jghammar, jigifieri, li jaghmel il-frott (15, 16) u li jghix ghal dejjem (Gw 6, 56-58).

Hu ghalhekk li Kristu, "li fih tghammar il-milja tad-divinita`" (Kol 1, 19; 2, 9), jinawgura is-saltna li tibqa` ghal dejjem (Lhud 12, 27w) u jibni il-belt soda (Lhud 11, 10) li taghha Hu nnifsU hu l-uniku pedament (Is 28, 16; 1 Kor 3, 11; 1 Pt 2, 4).

GHAZLA

Jekk ma jkunx hemm ghazla isir impossibli li wiehed jifhem xi haga dwar il-pjani u r-rieda ta` Alla dwar il-bniedem. Izda l-midneb, dak li qatt ma jafda f’Alla u jghir ghall-ahwa, dejjem isibha bi tqila li jaccetta l-grazzja u l-generosita` ta` Alla: dawn jahtu meta jkun xi hadd iehor li jikseb il-gid minnhom (Mt 20,15); u meta jkun hu li jikseb dak il-gid, huwa juzah bhallikieku kellu siwi daqskemm huwa jaghtih. Bejn ir-rabja ta` Kajjin ghal huh (Gen 4,4w) u l-karba ta` Pawlu, qalbu maqsuma ghal hutu skond il-gisem (Rum 9,2w) u li jbattal id-dieqa tieghu billi jrodd hajr ‘l Alla ghax "tassew hadd ma jista` jaghrbel il-gudizzju tieghu u jifhem it-triqat tieghu" (Rum 11,33), hemm mixja shiha li twassal mid-dnub ghall-fidi; din hi s-shuhija tal-fidwa; din hi l-milja ta` l-Iskrittura.

TQ

I. L-ESPERJENZA TA` L-GHAZLA

1. Il-fatt tal-bidu. L-esperjenza ta` l-ghazla hija dik ta` destin li hu differenti minn dak ta` gnus ohra, ta` kondizzjoni unika li mhix dovuta ghal rabta bla sens ta` cirkostanzi jew ghall-inizjattiva meqjusa u sovrana ta` Jahweh. Il-konoxxenza ta` din l-attivita` divina ta` l-ghazla tmur lura ghall-bidu ta` l-ezistenza ta` Israel bhala l-poplu ta` Jahweh. Din il-konoxxenza hija haga wahda mal-Patt, u fl-istess waqt tittratta dwar il-karattru uniku ta` Israel bhala l-gens wahdieni minn fost tant gnus ohra, u dwar is-sigriet gewwieni ta` l-istess Israel bhala l-maghzul ta` Alla. Huwa b’dan il-mod li l-Patt jinghata t-tifsir religjuz tieghu, il-qies tal-misteru.

2. L-ewwel stqarrijiet dwar l-ghazla qaddisa jmorru lura ghall-eqdem tlissin tal-fidi ta` Israel. Ir-ritwali li jolqot il-bikri kif rakkontat f’Dewteronomju 26, 1-11 jinkludi fih twemmin qadim li fil-qofol tieghu hemm l-inizjattiva qaddisa li harget il-Lhud mill-Egittu bies twassalhom f’art fejn hemm kull barka. Ir-rakkont tal-Patt li Gozwe ghamel f’Sikem iregga lura l-istorja ta` Israel lejn ghazla - "Jien hadt lil missierkom Abraham..... " (Goz 24,3) - u jemfasizza l-fatt li t-twegiba ghal din l-inizjattiva tista` tkun biss ghazla: "Ghazlu llum lil min tridu taqdu" (Goz 24,15). Mhemmx dubbju li t-tlissin tal-Patt fuq is-Sinaj huma iktar ricenti --- "Hudna b’wirt ghalik" (Ez. 34,9), "Intom tkunu il-wirt tieghi minn fost il-popli kollha" (Ez. 19,5). Izda l-fidi li huma jesprimu diga` tinsab f’wiehed mill-orakli ta` Balgham: "Kif nista` nishet lil min Alla ma sehtux.....Dan poplu jghammar wahdu; mal-gnus ma jithallatx" (Num 23, 8 w), u fil-pront fl-ghanja ta` Debora li tqalleb bejn l-ghegubijiet ta` "Jahweh, Alla ta` Israel" (Imh 5, 3.5.11) u l-ghoti bla qies tal-qalbenin li taw lilhom infushom "lil Jahweh" (Imh 5,2.9. 13.23).

3. L-ghazla bhala avveniment li dejjem ikompli. Dawn l-istqarrijiet kollha jfakkru storja u jghannu t-tkomplija ta` pjan wahdieni. Jidher li l-ghazla tal-poplu tkun ilha tithejja b’rabta ta` ghazliet precedenti, u din tigi zviluppata l-hin kollu bl-ghazla ta` individwi godda.

a) Qabel Abraham, il-qafas ta` l-istorja tal-bniedem kien ghadu ma jhaddanx fih il-kuncett shih ta` l-ghazla, ukoll jekk dan kien jinkludi il-preferenzi ta` Alla (Abel, Gen 4,4), it-trattamenti privileggati (Henok, Gen 5,24), il-kaz uniku ta` Noe` li kien "gust fost in-nies ta` dan iz-zmien" (Gen 7,1), il-barka li tinghata lil Sem (Gen 9,26). Izda l-qafas storiku jippresupponi l-ghazla l-hin kollu. Din l-istorja kollha tizvolgi sabiex minn fost din l-migemgha ta` bnedmin li hi priza tad-dnub u li tohlom li tibni torri "bil-quccata tieghu tilhaq is-smewwiet" (Gen 11,4), Alla, li jara kull generazzjoni, gurnata wahda jaghzel lil Abraham sabiex jitbierku bih "it-tribujiet kollha ta` l-art" (Gen 12,4). b) Lill-patrijarki Alla juri t-tkomplija tal-pjan ta` l-ghazla tieghU. Alla ghazel gens u Huwa jzomm ma` dik l-ghazla. Izda f’dan il-gens ma jkunux l-eredi naturali, Eliezer, Ismael, Esaw, jew Ruben, li jiksbu il-barka ta` Alla. Ta` kull darba jkun intervent partikolari ta` Alla li juri l-ghazla Tieghu: Izakk (Gen 18,19), Gakobb, u Guda. Il-Ktieb tal-Genesi kollu ghandu bhala tema it-tlaqqigh paradossali bejn il-konsegwenzi normali ta` l-ghazla tal-bidu ta` Abraham u l-azzjonijiet li bihom Alla jaqleb il-progetti tal-bniedem ta` taht fuq u hekk fl-istess hin jibqa fidil ghal-weghdiet tieghU u ghall-precedenza ewlenija ta` l-ghazla tieghU.

F’dawn ir-rakkonti tigi konfermata karatteristika permanenti ta` l-ghazla. Ghalkemm f’ghajnejn il-bniedem il-privilegg tal-maghzulin jinvolvi b’mod awtomatiku it-telfa ta` dawk li jkunu gew maqbuzin - "Qaddej fost il-qaddejja jkun ta` hutu!" (Gen 9,25; 27,29; 27,40) - fil-weghdiet qaddisa il-Kelma ta` Alla fuq il-maghzulin tieghU taghmilhom barka ghad-dinja kollha (Gen 12,3; 22,18; 26,4; 28,14).

c) Fi hdan il-poplu maghzul, Alla l-hin kollu jaghzel nies li jafda missjoni f’idejhom, sew jekk ghal xi zmien jew permanenti. Din l-ghazla, li ggennibhom mill-bqija u li tikkonsagrhom, terga` ggib fuq quddiem il-karatteristici ta` l-ghazla ta` Israel. Lill-profeti l-ghazla tintwera ta` spiss permezz tas-sejha, l-appell dirett ta` Alla li jipproponi mod gdid ta` ezistenza u jitlob twegiba. Il-kaz tipiku huwa Mose` (Ez 3; ara S 106,23: "il-maghzul tieghU"); izda Ghamos (Gham 7,15), Isaija (Is 8,11), Geremija (Ger 15,16-17; 20,7), ilkoll kellhom l-istess esperjenza. Huma inhatfu, tnehhew mill-hajja ordinarja taghhom, mill-gemgha tan-nies , u ngieghlu jipproklamaw il-mod kif jahsibha Alla u jiehduha kontra nieshom stess.

Is-slaten intghazlu, bhal Sawl (1 Sam 10,24), u b’mod specjali David, li ntghazel minn Jahweh proprju fil-waqt li Sawl kien qed jitnehha (1 Sam 16,1), u ntghazel ghal dejjem flimkien mad-dixxendenti tieghu, li forsi ghad jigu kastigati severament izda qatt imwarrba (2 Sam 7,14-16). Issa mhemmx iktar is-sejha li tinstama tidwi; l-ghazla divina issa titgharraf lis-sultan mill-profeta (1 Sam 10,1) li jirceviha mill-Kelma ta` Alla (1 Sam 16, 6-12; Hag 2,23); u hu ta` spiss permezz ta` xaqlib ta` avvenimenti li Alla jwassal ghat-tron lil dak is-Sultan li Huwa jkun ghazel; per ezempju, Salamun li jigi preferut flok Adonija (1 Slat 2,15). Izda certament li hemm ghazla (Dt 17,15), mhux biss minhabba fil-gieh irjali u fil-karattru sagru tad-dilka, izda wkoll ghaliex l-ghazla tal-midluk ta` Jahweh hija dejjem marbuta mal-Patt ta` Alla mal-poplu tiehgU (S 89,4) u ghaliex ix-xoghol principali tas-sultan hu li jzomm lill-Israel fidil ghall-ghazla tieghu.

Qassisin u Leviti jaqghu bl-istess mod fil-qafas tal-ghazla. Il-ministeru fdat lilhom biex "joqoghdu quddiem il-Mulej" jippresupponi "firda" (Dt 10,8; 18,5), ghamla ta` ezistenza li hi differenti minn dik tal-bqija tal-gnus. Ghalhekk issa ghandna inizjattiva gejja mis-sema li hi s-sisien ta` din il-konsagrazzjoni. Alla ha l-Leviti ghaliH innifsu minflok dawk li ghandhom il-primogenitura li kienu tieghU bi dritt (Num 8,16-18), u b’hekk wera li s-saltna tieghU zgur mhijiex hakma ghamja u indifferenti, izda li hi saltna li tinteressa ruhha fil-ghamla ta` dawk li qeghdin fis-shubija u li tistenna minghandhom twettiq ferhan. Maghzulin minn Jahweh biex ikunu s-sehem u l-wirt tieghU, il-Leviti ghandhom ihabirku sabiex jiehduh b’sehem u wirt taghhom (Num 18,20; S 16,5 w). U jekk ikun hemm tkomplija bejn l-ghazla tal- qassisin u l-Leviti u l-ghazla ta` Israel, dan ghaliex Jahweh jkun ghazel il-gens teighU sabiex ikun ghal kollox "saltna ta` qassisin u gens qaddis" (Ez 19,6).

L-istess bhalma Hu ghazel il-gens tieghU, Jahweh ghazel id-dinja u l-postijiet imqaddsa li Huwa jahtar ghaliH innifsu; ghaliex Hu mhuwiex, bhall-Baghalim Kananiti, prigunier tan-nixxieghat jew tal-muntanji fejn Huwa joqghod. Hekk kif Huwa " ghazel it-tribu` ta` Guda", Huwa wkoll, ghax Huwa jhobbha, ghazel "l-gholja ta` Sijon" (S 78,68) li hi dik "il-gholja li Alla ghazel b’ghamartu" (S 68,17; 132,13). Fuq kollox, huwa t-tempju ta` Gerusalemm "il-post li l-Mulej Alla jaghzel minn fost it-tribujiet kollha biex hemm iqieghed ismu "(Dt 12,5....; 16,7-16).

II. IT-TIFSIRA TA` L-GHAZLA

1. Il-bidu ta` l-ghazla huwa inizjattiva gratwita ta` Alla: huwa Jahweh li "tghaxxaq bikom u ghazilkom" (Dt 7,7), u mhux intkom li ghaziltu lilU. L-ispjega ta` din il-grazzja hija l-imhabba; ebda mertu jew tjubija kbira ma jiggustifikawha. Israel jigi l-ahhar fost il-popli, "izda l-Mulej..... habbkom" (Dt 7,7 w). L-ghazla tohloq relazzjoni intima bejn Alla u l-poplu tieghU: "Intom ulied" (Dt 14,1). Izda dan in-nisel mhuwiex wiehed naturali, kif ta` spiss huwa l-kaz bejn dak li l-pagani jqisu b’divin u dak li jemmnu fil-paganizmu. Dan hu r-rizultat ta` l-ghazla li jaghmel Jahweh (14,2) u tesprimi t-traxxendenza ta` Alla "li habbna l-ewwel" (1 Gw 4,19).

2. L-ghan ta` l-ghazla hu biex jahtar poplu qaddis, konsagrat lil Jahweh, "biex hu jghollik fuq il-gnus kollha li ghamel, fl-isem u fil-gieh" (Dt 26,19), billi jaghmel il-kobor bla tarf u l-generozita` tal-Mulej tiddi fost il-popli kollha. Il-Ligi, b’mod partikolari bil-fruntieri li ttella` bejn Israel u l-gnus, hija l-mezz li jizgura din il-qdusija (Dt 7,1-6).

3. Ir-rizultat ta` l-ghazla li tissepara lil Israel mill-popli l-ohra huwa li jorbotha ma` destin li ma ghandu xejn x’jaqsam mad-destin taghhom: jew gid u ghana straordinarji jew sfortuna li ma bhalha (Dt 28). Il-kelma ta` Ghamos tibqa` r-regola ta` l-ghazla: "Mir-razez kollha ta` l-art ma ridt naf b’hadd hliefkom; ghalhekk se nikkastigakom minhabba l-hazen kollu taghkom" (Gham 3,2).

III. L-GHAZLA ESKATOLOGIKA LI HI GDIDA

1. Ghazla u rifjut. Din it-theddida, ghalkemm wahda serja, thaddan sens rassikurattiv: biex Alla jikkastiga l-poplu tieghU b’dan il-mod, Huwa ma ghandux jirrinunzja t-theddida. L-effett taghha jkun wisq aktar tal-biza` jekk Alla jannulla l-ghazla u jhalli lil Israel jintilef fost il-popli. Bl-istess mod li Huwa warrab is-seba` ulied il-kbar biex ghazel lil David (1 Sam 16,7), bl-istess mod kif Huwa cahad lil Efrajm favur Guda (S 78, 67 w), Huwa ma jazzardax li jwarrab "lil din il-belt, lil Gerusalemm li jien ghazilt" (2 Slat 23,27)? Il-Profeti, b’mod partikolari Geremija, huma mgieghla jipprefiguraw dan ir-rizultat. Israel jixbah lill-fidda li ma tistax tissaffa, u ghalhekk tigi kundannata ghar-rimi (Ger 6,30; ara 7,29); "Abbandunajt int ‘il Guda ghal kollox?" (Ger 14,19).

It-twegiba finali hi wahda negattiva: "Jekk is-smewwiet fil-gholi jistghu jitkejlu, u jinkixfu s-sisien tad-dinja minn taht, jien inwarrab in-nisel kollu ta` Israel, ghal kull ma ghamlu" (Ger 31,37; ara Hos 11,8; Ezek 20,32). Huwa veru li l-gharusa infidila tkecciet "minhabba dnubietkom", izda Alla ghadu jista` jsaqsi "Fejn hi il-kitba tad-divorzju li bih keccejt lil ommkom?" (Is 50,1). L-ghazla tkompli izda f’ghamla gdida: "U il-Mulej..... mill-gdid jahtar lil Gerusalemm!" (Zak 1,17; 2,16), Huwa "jerga` jaghzel lil Israel" (Is 14,1) minkejja d-dnub u l-qirda taghha, fl-ghamla ta` fdal li ma jitnissilx minn xi kumbinazzjoni imma mis-setgha ta` Alla: "zerriegha qaddisa" (Is 6,13), "ir-Rimja" (Zak 3,8), "sebat elef, jigifieri dawk kollha li ma nizlux gharkobbtejhom quddiem Baghal" (1 Slat 19,18) u li skond it-tifsira moghtija minn San Pawl, Alla jghid li "Jien hallejt ghalija" (Rum 11,4).

2. Ara l-mahtur tieghi. It-titlu ta` mahtur ta` spiss hafna jinghata lil dan Israel il-gdid fit-tieni Isaija, dejjem minn Alla nnifsu (jew "il-mahtur tieghi", Is 41,8; 43,20; 45,4; jew "il-mahturin tieghi", Is 43,10; ara Is 65,9.15.22). Dan jiddeskrivi b’mod perfett l-inizjattiva kreativa ta` Alla li ghandu l-kapacita` li jaghmel poplu li hu ghal kollox idolatra isir wiehed devot ghas-servizz ta` Alla veru. Alla ghazel lil dan il-poplu minn fost id-dinja u l-istorja taghha kollha; u hu proprju ghalihom li Huwa jahseb u ghalihom li Huwa jmexxi l-art kollha, meta jaghzel lil Ciru (Is 45,1) u jaghmlu konkwistatur "minhabba Israel, il-mahtur tieghi" (Is 45,4).

Fil-qalba ta` din l-opra Alla jipprovdi li jidher persunagg misterjuz li lilu ma jaghtih ebda isem ieher hlief "il-Qaddej tieghi" (Is 42,1; 49,3; 52,13) u "il-mahtur tieghi" (Is 42,1). Dan il-persunagg la mhu sultan, la qassis, lanqas profeta, ghaliex dawn kollha jintghazlu minn fost il-bnedmin, qabel ma huma jifhmu xi tkun il-missjoni taghhom. Huma jisimghu is-sejha ta` vokazzjoni, huma jircievu dilka. Izda Huwa sema sejha ta` Alla "qabel ma sawwartek fil-guf" (ara Ger 1,5) u ismU ma jinghatax mill-bnedmin izda jinghata biss minn Alla (Is 49,1). L-ezistenza kollha tieghu gejja minn Alla; mhijiex hlief ghazla u proprju ghalhekk hija wkoll servizz u konsagrazzjoni: il-mahtur huwa bi htiega il-Qaddej.

TG

I. GESU KRISTU, IL-MAHTUR TA` ALLA

Ghalkemm dan it-titlu rari hafna jinghata lil Gesu` fit-TG (Lq 9,35; 23,35; Gw 1,34), dan dejjem jigi f’mument solenni hafna; fil-maghmudija, fit-trasfigurazzjoni, jew fil-krucifissjoni; u dan dejjem iqanqal ix-xbiha tal-qaddej. Fit-tlissin ta` dan it-titlu Alla nnifsu jafferma li f’Gesu` ta` Nazzaret Huwa jkun saflahhar wasal fi tmiem ix-xoghol li Huwa jkun dahal ghalih meta ghazel lil Abraham u lil Israel. Huwa jkun sab lill-uniku mahtur li dak l-isem ikun tassew jixraqlu ghal kollox, l-uniku wiehed li lilu jkun jista` jafdalu x-xoghol tieghU u li Hu kapaci igib fis-sehh ix-xewqa tieghU. Il-kliem "Ara l-mahtur tieghi!" li jlissen Isaia jipproklama t-trijonf ta` Alla filli wasal biex ikollu persuna li qatt ma kien ser iqarraq biH. Il-kliem "Ara l-mahtur tieghi!" li jlissen il-Missier dwar Gesu` jikxef is-sigriet ta` din ic-certezza. Huwa dan il-bniedem tal-laham li, sa minn guf ommU, kien qaddis u ssejjah Bin Alla (Lq 1,35), u li, "Sa minn qabel il-holqien tad-dinja" kellu jsehh "li kollox jingabar taht Ras wahda, li hu Kristu" (Efes 1,4.10; 1 Pt 1,20). Kristu wahdu huwa l-mahtur ta` Alla, u mhemm ebda maghzula hlief fiH. Huwa l-blata l-maghzula, l-uniku wiehed li ghandu l-hila jkun il-gebla tax-xewka fid-dar li jibni Alla (1Pt 2,4 - 8).

Ghalkemm qatt ma jlissen dan l-isem, Gesu` jinsab konvint ghal kollox mill-ghazla tieghU: jinsab zgur li Huwa gej minn band’ohra (Mk 1,38; Gw 8, 14), li jappartjeni ghal dinja ohra (Gw 8,23), li jkollu jghix destin uniku, dak ta` Bin Alla, u li jwettaq ix-xoghol proprju ta` Alla (Gw 5,19; 9,4; 17,4). L-iskrittura kollha tirrakkonta l-ghazla ta` Israel, u Gesu` jaf li l-istorja kollha hija diretta lejH (Lq 24,27; Gw 5,46). Izda dan l-gharfien iqanqal biss gewwa fiH ir-rieda li jaqdi u jwettaq sat-tmiem dak li ghandu jitwettaq (Gw 4,34).

II. IL-KNISJA, POPLU MAGHZUL

1. L-ghazla tat-tnax turi sa minn kmieni li Gesu` jixtieq iwettaq ix-xoghol tieghU billi "sejjah lejh lil dawk li ried" (Mk 3,13w). Kif inhuma migburin madwarU dawn jirrapprezentaw it-tnax il-tribu` tal-poplu gdid. Dan il-poplu ghandu bi tnissil tieghu l-ghazla li Kristu ghamel (Lq 6,13; Gw 6,70), li tmur lura ghall-ghazla ta` Kristu maghmula mill-Missier (Gw 6,37; 17,2) u li ssehh bl-azzjoni tal-Ispirtu (Atti 1,2). Sa mill-bidu tal-Knisja, bhalma kien fit-tnissil ta` Israel, wiehed jara l-ghazla li Alla jaghmel: "Mhux intom ghaziltu lili" (Gw 15,16; ara Dt 7,6). L-ghazla ta` Mattija (Atti 1,24) u l-ghazla ta` Pawlu (Atti 9,15) juru li Alla mhuwiex bi hsiebU jibni l-Knisja tieghU hlief fuq ix-xiehda li Huwa ghazel minn qabel (Atti 10,41; 26,16).

2. L-ghazla divina titkompla fil-Knisja bhala realta` mghixa. Il-komunitajiet insara u l-mexxejja taghhom jaghmlu ghazliet u jaghtu missjonijiet (Atti 6,5), izda dawn l-ghazliet jikkonfermaw biss l-ghazliet li Alla jaghmel u jaghtu gharfien lill-Ispirtu tieghU (Atti 6,3). Meta t-tnax iqeghdu idejhom fuq is-sebgha (Atti 6,6), meta l-Knisja ta` l-Antjokja qajmet persekuzzjoni kontra Pawlu u Barnaba, dan kollu jigri ghaliex kien l-Ispirtu li ghazilhom ghax-xoghol li ghalih sejhilhom (Atti 13,1w). Meta jidhru l-karizmi fil-Knisja dan juri li l-ghazla ma tkunx wahda li ttiehdet jew treggghet lura.

Il-Knisja tintghazel fil-gabra flimkien ta` dawn is-sejhiet individwali f’korp wiehed. Id-don tal-fidi u kemm tigi milqugha l-Kelma ma huma spjegati la bl-gherf uman, anqas b’xi setgha jew nisel, izda biss bl-ghazla li Alla jaghmel (1Kor 1,26w; ara Atti 15,7; 1Tes 1,4w). Hu ta` min jistennih li l-insara, filwaqt li jaghrfu li ssejhu "mid-dlam ghad-dawl" biex ikunu "gens mahtur..... nazzjon qaddis (1Pt 2,9), huma semplicement jissejhu "il-maghzulin" (Rum 16,13; 2Tim 2,10; 1Pt 1,1), u li Ekklisia (Knisja) u Eklekti (Maghzulin) huma kliem bl-istess gherq (ara 2Gw 13; Apk 17,14).

III. MAGHZULIN JEW RIFJUTATI

Dwar il-maghzulin, it-TG jirreferi ghalihom bhala "l-mahturin li l-Mulej ghazel", u b’hekk jikkonferma l-bixra personali ta` din l-oghla ghazla (Mk 13,20.27p; Rum 8,33). Madankollu dan it-testment jirreferi wkoll semplicement ghall-maghzulin f’kuntesti eskatologici, u b’hekk jara ‘l hinn mit-tigrib li jkollhom jghaddu minnu dawk li l-ghazla tkun saret bhal realta` li tidher u rivelata (Mt 22,14; 24,22.24): u dwar il-kundanna jigri l-istess haga.

It-TQ jirreferi ghal rifjut li jigi qabel l-ghazla, ir-rifjut ta` wiehed li ma jkunx maghzul; izda dan ir-rifjut huwa wiehed xi ftit provvizorju, ghal l-ghazla ta` Abraham ghandha tkun barka ghall-gnus kollha. Fil-qalba ta` l-ghazla, ir-rifjut konsekuttiv tal-hatjin u ta` dawk li ma jisthoqqilhomx ma jgharraqx l-ghazla. L-ghazla divina hija wahda irrevokabbli. L-ghazla ta` Abraham titwettaq f’Gesu` Kristu u hawn jintemm ir-rifjut tal-gnus. F’Gesu` sew Lhud sew Griegi gew maghzulin, wara li garraf il-hajt li kien jifridhom (Efes 2,14 w), "maghzula, iddestinati minn qabel" sabiex ikunu gens wiehed, "il-Poplu li Alla kiseb ghalih" (Efes 1, 11.14); l-ghazla gabret kollox fi hdanha.

Huwa possibli, madanakollu, illi "wara li hadna t-taghrif shih tal-verita`" wiehed "ikasbar lil Bin Alla, li jnigges id-demm tal-patt li bih tqaddes..... haga tal-biza` li taqa` f’idejn Alla l-haj" (Lhud 10, 26-31). Hemm rifjut li jista jsehh u li mhuwiex cahda ta` l-ghazla, izda li jesprimi fl-ghazla nnifisha il-gudizzju tal-maghzul li ma jafx lil dawk li nghatawlU. Meta jinghad "lilkom ma nafkomx" (Mt 25,12) dan ma jhassarx li "ma ridt naf b’hadd hliefkom" (Gham 3,2) kif jinghad fil-ghazla. Dan jesprimi l-hegga ta` Alla. "Ghalhekk se nikkastigakom minhabba l-hazen kollu taghkom."

Dan ir-rifjut ma ghadux wiehed li jsehh fiz-zmien izda fl-eskatologija. Kien ghalhekk li dan ir-rifjut ma waqafx fuq il-poplu Lhudi. Veru li hemm dnub fl-istorja taghhom. Ulied Israel tgerbu fil-blata maghzula u mqeghda minn Alla (Rum 9,32 w); huma rrifjutaw il-maghzulin tieghU. Izda huma jibqghu "skond il-ghazla ..... mahbuba minhabba missirijiethom" (Rum 11,28); u l-izball taghhom, bhalma kien dak tal-gnus fil-patt il-qadim, huwa wiehed provvizorju u provvidenzjali (Rum 11,30 w). Sakemm il-Mulej ghadu ma wasalx, huma dejjem jibqghu imsejhin ghall-konverzjoni sa dak iz-zmien meta, wara li l-pagani kollha jkunu dahlu fl-ghazla, Israel kollu jerga` jircievi l-ghazla tieghu. (Rum 11, 23-27).

GHERF

It-tfittxija ghall-gherf hi xi haga komuni ghall-kulturi kollha tal-Orjent tal-qedem. Lilna thallew b’wirt gabriet shah ta’ letteratura sapjenzali mill-Egittu u mill-Mesopotamja, u fil-Grecja tal-qedem kien hemm il-leggenda tas-seba’ ghorrief. Dan il-gherf ghandu mira prattika: ghax ghandu x’jaqsam ma’ kif il-bniedem igib ruhu b’mod prudenti u kapaci sabiex huwa jirnexxi fid-dinja. Dan jimplika li trid toqghod tirrifletti xi ftit fuq id-dinja; u jwassal ukoll ghal certu hidma bir-reqqa ta’ etika li minnha xejn mhi nieqsa referenza religjuza (b’mod notorju fl-Egittu). Fil-Grecja tas-sitt seklu, ir-riflessjoni ssir wahda iktar spekulattiva u l-gherf jizviluppa f’dik li hi filosofija. Ras imb’ras ma’ xjenza primittiva u snajja li qed jizviluppaw, l-gherf ghalhekk jikkostitwixxi element importanti ta’ civilta’. Dan hu l-umanizmu tal-qedem.

Fir-rivelazzjoni biblika, il-Kelma ta’ Alla tiehu wkoll l-ghamla ta’ gherf. Dan huwa fatt importanti - li ghandu madanakollu jigi interpretat sew. Dan ma jfissirx li r-rivelazzjoni, f’xi stadju ta’ l-izvilupp tieghu, inbidel f’umanezmu. L-gherf imnebbah, ukoll meta dan jintegra fih l-ahjar gherf tal-bniedem, hu ta’ xorta differenti. Filwaqt li dan taghrfu wkoll fit-TQ, dan isir car fit-TG.

TQ

I. L-GHERF TAL-BNIEDEM U L-GHERF SKOND ALLA

1. It-thawwil tal-gherf f’Israel. Hlief ghal Guzeppi (Gen 41, 39w) u ghal Mose` (Ez 2, 10; ara Atti 7, 21w), Israel ma kellu ebda kuntatt ma’ l-gherf ta’ l-Orjent qabel ma qaghad jghammar fl-art ta’ Kanghan; u huwa mehtieg li nistennew sa zmien is-slaten biex naraw lil Israel jinfetah ghalkollox ghall-umanezmu ta’ zmienu. Hu Salamun li jiftah it-triq: "L-gherf ta’ Salamun kien akbar mill-gherf tan-nies tal-lvant u mill-gherf kollu ta’ l-Egittu" (1 Slat 5, 9-14; ara10, 6w.23w). Din l-istqarrija tirreferi sew ghall-kultura personali tiehgu sew ghad-dehen tieghu ta’ tmexxija ghaqlija. Issa, ghal min ghandu l-fidi, dan l-gherf maestuz mhu ta’ ebda probelma : huwa rigal ta’ Alla li Salamun kiseb bit-talb tieghu (1 Slat 3, 6-14). Dan hu apprezzament ottimista, u bhalu nsibu bnadi ohra: filwaqt li l-kittieba tal-qorti jikkoltivaw generu sapjenzjali (ara l-elementi qodma ta’ Prov 10-22 u 25-29), l-istorici sagri jfahhru lil Guzeppi, l-amministratur ghaqli li rcieva gherfu minghand Alla (Gen 41; 47).

2. L-gherf involut. Hemm gherf u gherf. L-gherf tassew jigi minn Alla; Huwa jaghti lill-bniedem "mohh hafif biex jifhem, u jaghraf it-tajjeb mill-hazin" (1 Slat 3, 9). Izda l-bnedmin kollha jkollhom it-tentazzjoni, bhal Adam li huma uliedu, li jisirqu ghalihom infushom dan il-privlegg divin, u li jiksbu b’sahhithom id-dehen "li jafu t-tajjeb u l-hazin" (Gen 3, 5w). Dak l-gherf qarrieqi, li lejh timbotta l-habta li ghandu s-serpent (Gen 3, 1). Dan huwa l-gherf tal-iskribi li jiggudikaw kollox skond ma jidhrilhom bhala bnedmin u li jaghmlu gidba mil-ligi tal-Mulej (Gen 8,8); dan hu l-gherf tal-kunsillieri rjali li jfasslu pjan ghlkollox uman (ara Is 29, 15-17). Il-profeti jiehduha bl-ahrax kontra dak l-gherf : "Gwaj ghal dawk li huma ghorrief f’ghajnejhom, u minghalihom ghandhom id-dehen" (Is 5, 21). Alla se jkun il-kagun li l-gherf taghhom jintemm u jghib (Is 29, 14). Huma se jinqabdu f’xibka talli zebilhu l-Kelma tal-Mulej (Gen 8,9). Ghaliex dik il-Kelma hi l-unika ghajn ta’ gherf li jiswa. Huwa dak l-gherf li l-ispirti li zbaljaw se jifhmu bil-biza’ wara l-kastig (Is 29, 24). Is-Sultan, bin David, li se jsaltan "fl-ahhar zminijiet" se jkollu dan l-gherf fis-sbuhija kollha tieghu, izda dan se jkunlu mill-Ispirtu tal-Mulej (Is 11,2). Hekk jigri li t-taghlim profetiku jwarrab fil-genb it-tentazzjoni ta’ umanezmu li jippretendi li hu awto-sufficjenti : is-salvazzjoni tal-bniedem tigi minn Alla wahdu.

3. Lejn l-gherf veru. Il-qirda ta’ Gerusalem tikkonferma t-twiddib tal-profeti: l-gherf qarrieqi tal-kunsillieri rjali wassal lill-pajjiz f’katastrofi! Meta l-izball gie hekk mikxuf, l-gherf tassew issa jista jespandi liberament f’Israel. Il-pedament tieghu se jkun il-Ligi divina li taghmel lil Israel l-uniku poplu gharef u intelligenti (Dt 4, 6). Il-biza’ tal-Mulej se jkun il-bidu u l-quccata tieghu (Prov 9, 10; Sir 1, 14-18; 19,20). Bla ma qatt jabbandunaw d-dehriet ta’ dan l-gherf religjuz, il-kittieba mnebbhin minn issa ‘l quddiem se jhaddmu f’kitbithom dak kollu li hu ta gid li jista’ toffrilhom ir-riflessjoni tal-bniedem. Il-letteratura sapjenzjali li ngabret jew inkitbet wara l-ezilju hija l-frott ta’ dan l-isforz. Mfejjaq mill-pretensjonijiet kburin tieghu, l-umanezmu jwarrad fid-dawl tal-fidi.

II. ASPETTI TAL-GHERF

1. Sengha kif tghix tajjeb. L-gharef tal-Bibbja jinsab kurjuz dwar l-affarijiet tan-natura (1 Slat 5, 13). Huwa jammirhom, u l-fidi tieghu tghallmu jara fihom l-id setghana ta’ Alla (Gob. 36, 22-37, 18; 38-41; Sir 42, 15-43, 33). Izda qabel xejn huwa jinsab imhasseb biex ikun jaf kif ghandu jmexxi hajtu biex jikseb il-ferh veru. Kull min jaf jaghmel xoghlu sew jisthoqqlu minhabba f’dan l-isem ta’ bniedem gharef (Is 40, 20;Gen 9, 16; 1 Kron 22, 15); il-bniedem gharef per eccellenza hu l-espert fl-arti tal-ghajxien tajjeb. Fuq id-dinja li huwa jghix go fiha, huwa jitfa harsa li tinfed u li ma tqanaqx bih; ghax huwa jaf sew x’inhuma d-difetti taghha, li ma jfissirx li huwa japprovahom (bhal Prov 13, 7; Sir 13, 21-23). Billi hu psikologu, jaf x’hemm mohbi f’qalb il-bniedem, x’inhu dak li jferrhu u dak li jweggghu (bhal Prov 13, 12; 14, 13; Koh 7, 2-6). Izda huwa ma jinqatax ghalih wahdu f’din il-parti li jaghmel ta’ osservatur. Edukatur sa minn twelidu, huwa jfassal ir-regoli ghad-dixxipli tieghu : prudenza, moderazzjoni fix-xewqat, hidma, umilta’, bilanc mentali, diskrezzjoni, lealta’ f’dak li jghid, etc. L-etika shiha tad-Dekalogu tghaddi minn quddiemu bil-parir prattiku tieghu. Is-sens socjali tad-Dewteronomju u tal-profeti inebbah fih theggig biex jaghti l-karita’ (Sir 7, 32-34; Tob 4, 7-11), rispett ghall-gustizzja (Prov 11, 1; 17,15), mhabba lejn il-fqar (Prov 14, 31; 17, 5; Sir 4, 1-10). Bil-ghan li jappogga l-pariri tajba tieghu, huwa jsemmi ghal kemm-il darba l-esperjenza; izda t-tnebbih profond tieghu jigih minn ghajn bil-wisq iktar gholja mill-esperjenza. Galadarba huwa jkun kiseb l-gherf permezz ta’ sforz qawwi, huwa ma jixtieq xejn aktar hlief li jghaddih lill-ohrajn (Sir 51, 13-20), u huwa jistieden lid-dixxipli tieghu li jaghmlu b’kuragg l-apprendistat difficli tal-gherf (Sir 6, 18-37).

2. Hsibijiet fuq l-ezistenza. M’ghandniex ghax nistennew mis-sid ta’ l-gherf ta’ Israel xi riflessjoni ta’ tip metafiziku fuq il-bniedem; in-natura tieghu, is-setghat tieghu, ecc. Min-naha l-ohra, huwa ghandu sens mimli ghaqal dwar fejn huwa jinsab flf-ezistenza tieghu u hu jifli bir-reqqa b’mod l-iktar attent id-destin tieghu. Il-profeti l-ewwel ma joqoghdu jqisu hi x-xorti tal-poplu ta’ Alla bhala tali, ghalkemm i-siltiet ta’ Ezekjel fuq ir-responsabilita individwali jidhru iktar bhal xi eccezzjonijiet (Ezek 14, 12-20; 18; 33, 10.20). B’kuntrast, l-ghorrief, minghajr qatt ma jieqfu ikunu attentu ghad-destin globali tal-poplu tal-patt (Sir 44-50; 36, 1-17; Gherf 10-12; 15-19), huma fuq kollox interessati fil-hajja ta’ l-individwu. Huma jhossu l-kobor tal-bniedem (Sir 16, 24-17, 14) kif ukoll li huwa holqien ta’ min jithassru (Sir 40, 1-11), is-solitudni tieghu (Gob 6, 11-30; 19, 13-22), id-dieqa tieghu meta jigi wicc’imb wicc mat-tbatija (Gob 7; 16) u mal-mewt (Koh 3; Sir 41, 1-4), l-impressjoni ta’ bahh assolut li hajtu taghtih (Gob 14, 1-12; 17; Koh 1, 4-8; Sir 18, 8-14), u t-tahbit tieghu quddiem Alla li jidhirlu li hadd ma jista’ jifhmU (Gob 10) jew li mhux qieghed hemm (23; 30, 20-23). F’din id-dehra, il-problema tal-hlas lura jew tal-premju ma tistax ma tissemmiex; ghax inkella l-ideat tradizzjonali jintemmu fic-cahda ghall-gustizzja (Gob 9, 22-24; 21, 7-26; Koh 7, 15; 8,14; 9,2w). Izda se jinhtiegu sforzi mtawlin sabiex, ‘l hinn mill-premju ta’ din id-dinja li hu daqstant qarrieqi, il-problema tigi solvuta bil-fidi fil-qawmien mill-imwiet (Dan 12, 2w) u fil-hajja ta’ dejjem (Gherf 5, 15).

3. L-gherf u r-rivelazzjoni. It-taghlim ta’ l-ghorrief, li jaghti daqstant lok ghall-espressjoni u riflessjoni umana, hu b’mod car ta’ xort’ohra mill-Kelma profetika, in-nixxiegha ta’ tnebbieha profetika li l-profeta nnifsu jaf biha . Izda dak ma jzommux milli jmexxi ‘l quddiem duttrina wkoll, billi jipprogetta fuq il-problemi d-dawl miksub permezz ta’ meditazzjoni mtawla fuq l-Iskrittura (ara Sir 39, 1-3). F’epoka bikrija, il-profezija u l-gherf maghqudin flimkien fil-generu apokalittiku biex jirrivelaw is-sigrieti tal-gejjieni. Jekk Danjel jirrivela misteri divini (Dan 2, 28-30.47), dan ma jaghmlux bis-sahha ta’ xi gherf uman (2,30), izda ghaliex l-Ispirtu divin, li jghammar fih, jaghtih gherf oghla (5,11.14). L-gherf religjuz tat-TQ hawn jilbes sura karatteristika li diga’ tinsab moghtija b’ezempju car fit-tradizzjoni qadima ta’ Israel (ara Gen 41, 38w). Hawnhekk, il-bniedem gharef imnebbah minn Alla jidher li hu daqsinsew il-profeta.

III. L-GHERF TA’ ALLA

1. L-gherf personifikat. Fost il-kittieba ta’ wara l-ezilju il-kult tal-gherf hu wiehed tali li huma jitghaxxqu jippersonifikawh sabiex jaghtuh xbieha isbah (Prov 14,1). L-gherf jixxebbah ma’ wahda mahbuba hafna li kulhadd iridha (Sir 14,22-24), omm li tipprotegi (14, 26w) u mara li ddur b’zewgha (15, 2w), mara li tilqghak sew f’darha u tistiednek ghall-ikel magha (Prov 9, 1-6) bil-maqlub tal-Mara Zienja li darha hi l-portiku li jwassal ghall-mewt (9, 13-18).

2. Gherf divin. Issa din ix-xbiha femminili m’ghandhiex sempliciment tinftihem li hi xi figura tad-diskors. L-gherf tal-bniedem ghandu ghajn divina. Alla jista’ jiskomunika lil min irid ghaliex huwa Hu nnifsU li hu l-ikbar gharef. U ghalhekk, l-awturi divini jistghu jikkontemplaw f’Alla dak l-gherf li minnu jnixxi l-gherf taghhom. Din hi realta’ divina li ilha tezisti mill-eternita’ u ghall-eternita’ (Prov 8, 22-26; Sir 24, 9). Filwaqt li johrog minn fommu l-aktar gholi bhala n-nifs tieghU jew il-Kelma tieghU (Sir 24,3), dan "hu bhal dahna hafifa tas-setgha ta’ Alla, nixxiegha safja tal-glorja ta’ Dak li jista’ kollox; hu ragg tad-dawl ta’ dejjem, mera bla tebgha tas-setgha haddiema ta’ Alla, u xbieha tat-tjieba tieghU" (Gherf 7, 25w). Dan jghammar fis-smewwiet (Sir 24,4), joqghod fuq it-tron flimkien ma’ Alla (Gherf 9, 4), u jghix f’intimita’ mieghU (8,3).

3. L-attivita’ ta’ l-gherf. Dan l-gherf mhuwiex xi principju qieghed. Huwa assocjat ma’ dak kollu li Alla jaghmel fid-dinja. Prezenti sa mill-holqien, dan l-gherf dejjem kien jinsab magenbU (Prov 8, 27-31; ara 3, 19w; Sir 24,5), u jkompli jmexxi l-univers (Gherf 8, 1). Matul l-istorja tas-salvazzjoni, Alla baghatu jwettaq missjonijiet fuq din l-art. Ghammar gewwa Israel, f’Gerusalem, bhala sigra tal-hajja (Sir 24, 7-19), filwaqt li wera lilu nnifsu taht ix-xbiha konkreta tal-Ligi (Sir 24, 23-34). Minn dak iz-zmien ‘l hawn, huwa joqghod b’mod familjari mal-bnedmin (Prov 8, 31; Bar 3, 37w). Huwa l-provvidenza li jmexxi l-istorja (Gherf 10, 1-11, 4), u hu dak li jizgura s-salvazzjoni lill-bnedmin (9,18). Il-parti tieghu hi bhal dik tal-profeti, li kienu jindirizzaw ic-canfir taghhom lil dawk li ma jimpurthomx u li huwa jipproklama l-haqq li ghandhom jiehdu (Prov 1, 20-33), u jistieden lil dawk li jridu jisimghu sabiex jiksbu beneficcji mill-gid kollu tieghu (Prov 8, 1-21.32-36), li joqoghdu mieghu ghall-ikel fuq il-mejda tieghU (Prov 9, 4-6; Sir 24, 19-22). Alla jagixxi permezz tieghu l-istess bhalma Huwa jagixxi permezz ta’ l-Ispirtu tieghU (ara Gherf 9, 17); ghaldaqstant l-istess haga li tircievi l-Ispirtu u li tkun hlejju lejh. Jekk dawn is-siltiet ghadhom ma jinkarnawx l-gherf f’persuna divina fis-sens tat-TG, dawn ghall-inqas jiflu fil-fond il-misteru ta’ Alla l-wahdieni u jhejju ghal rivelazzjoni tieghU iktar preciza.

4. Id-doni tal-gherf. Mhux tal-ghageb li dan l-gherf ghandu jkun tezor ghall-bniedem li jisboq kull hag’ohra (Gherf 7, 7-14). Filwaqt li l-gherf fih innifsu hu rigal ta’ Alla (8,21), huwa dak li jqassam kull gid (Prov 8, 21; Gherf 7, 11): hajja u ferh (Prov 3, 13-18; 8, 32-36; Sir 14, 25-27), sigurta’ (Prov 3, 21-26), grazzja u glorja (4, 8w), ghana u gustizzja (8, 18-20), u kull virtu` (Gherf 8, 7w). Kif kien li l-bniedem ma riedx jiehu l-gherf b’gharustu? Fil-fatt l-gherf jaghmel lill-bnedmin hbieb ta’ Alla (7, 27w). Li tkun intimu ma’ l-gherf mhu xejn inqas milli tkun intimu ma’ Alla nnifsU. Meta t-TG jidentifika l-gherf ma’ Kristu, Iben u Kelma ta’ Alla, se jsib f’dan it-taghlim thejjija ezatta ghal rivelazzjoni shiha: maghqud ma’ Kristu, il-bniedem jippartecipa fl-gherf divin u jara lilu nnifsu mdahhal fl-intimita’ ma’ Alla.

TG

I. GESU` U L-GHERF

1. Gesu`, sid il-gherf. Gesu` jipprezenta lilU nnifsU lin-nies ta’ zmienu taht qoxra ftit jew wisq varjata: profeta tal-indiema, izda aktar minn profeta (Mt 12,41); Messija, izda wiehed li kellu jghaddi mit-tbatija tal-Qaddej tal-Mulej qabel ma sar jaf x’inhi l-glorja ta’ Bin il-Bniedem (Mk 8, 29-31); ghalliem, izda mhux kif kienu jghallmu l-kittieba (Mk 1, 21w). Dak li l-aktar iqarreb lejn il-mod kif kien jghallem hu dak tal-ghalliema ta’ l-gherf fit-TQ: Huwa generalment juza il-mod li taghhom (proverbi, parabboli) u bhalhom jaghti regoli ghall-hajja (ara Mt 5-7). F’dan kollu, dawk l-ispettaturi li jibqghu mghaggbin b’dan l-gherf li qatt ma raw bhalu u li hu mwiezen b’opri mirakoluzi (Mk 6, 2) ma jigux ingannati; Luqa josserva dan sa minn tfulitU (Lq 2, 40.52). Gesu` nnifsU jaghtina x’nifhmu li din tipprezentalna problema: is-sultana ta’ nofsinhar qamet biex tisma’ gherf Salamun, izda hawn jinsab wiehed ikbar minn Salamun (Mt 12, 42p).

2. Gesu`, l-gherf ta’ Alla. Effettivament, hu f’ismU stess li Gesu` jwieghed lil dawk li huma tieghU ir-rigal tal-gherf (Lq 21, 15). Mifhum hazin mill-generazzjoni tieghU li m’ghandhiex fidi, izda milqugh minn qlub mdawrin lejn Alla, Huwa jaghlaq bil-kliem mimli misteru: "L-ulied ta’ Alla kollha taw ragun lill-gherf tieghu" (Lq 7,35) jew "L-gherf ta’ Alla tawh ragun l-opri tieghu stess" (Mt 11,19). Is-sigriet tieghu jinfed izjed fil-fond meta Huwa jfassal kliemU fuq dawk li lissen it-TQ dwar l-gherf divin: "Ejjew ghandi...." (Mt 11, 28-30; ara Sir 24,19); "Min jigi ghandi ma jiehdu qatt il-guh, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-ghatx" (Gw 6, 35; ara 4, 14; 7,37; Is 55, 1-3; Prov 9, 1.6; Sir 24, 19-22). Dawn l-appelli jmorru ‘l hinn minn dak li tistenna persuna minn bniedem gharef wiehed fost bosta ohrajn; dawn joffru lemha fil-personalita’ kollha misteru ta’ l-Iben (ara Mt 11, 25-27p). It-taghlima ittiehdet mill-kitbiet appostolici. Jekk jghidu li "Kristu huwa........l-gherf ta’ Alla" (1Kor 1, 24.30), dan mhux biss ghaliex Huwa jikkomunika l-gherf lill-bnedmin; izda ghaliex Hu nnifsu huwa gherf. Hekk, sabiex huwa jitkellem dwar l-ezistenza tieghU sa minn qabel mal-Missier, juza l-istess kliem li kienu fil-qedem ifissru x’inhu l-gherf divin: Huwa l-ewwel wild qabel kull hlieqa ohra u l-artigjan tal-holqien (Kol 1,15-17; ara Prov 8, 22-31), "id-dija tal-glorja ta’ Alla u x-xbieha ta’ l-essenza tieghu" (Lhud 1,3; ara Gherf 7, 25w). L-Iben hu l-gherf tal-Missier l-istess bhalma Hu wkoll il-Kelma tieghU (Gw 1, 1-3). Fil-qedem, dan l-gherf personali kien mohbi f’Alla, ghalkemm dan kien jahkem fuq l-univers, kien imexxi l-istorja tal-bniedem, u wera lilu nnifsu car fil-Ligi u fit-taghlim tal-ghorrief. Issa, dan hu rivelat f’Gesu` Kristu. Hekk is-siltiet sapjenzali kollha tat-TQ isibu fiH it-tifsir ahhari taghhom.

II. GHERF ID-DINJA U L-GHERF NISRANI

1. Gherf id-dinja kundannat. Fil-waqt ta’ din ir-rivelazzjoni suprema tal-gherf, iggedded ix-xenarju li l-profeti kienu diga’ qeghdu quddiem ghajnejn il-bniedem. Billi dan l-gherf blieh miz-zmien meta naqas li jaghraf lil Alla haj (Rum 1, 21w; 1Kor 1, 21), l-gherf ta’ din id-dinja inkuruna l-bluha tieghu meta l-bnedmin sallbu "l-Mulej tal-glorja" (1Kor 2, 8). Ghalhekk Alla ikkundanna dan l-gherf ta l-ghorrief (1, 19w; 3, 19w), li hu "l-gherf ta’ din l-art, tal-gisem u tax-xitan" (Gak 3, 15); u biex idawwar kollox ghalfuq id-dinja, Alla qataghha li jsalvaha mil-bluha tas-salib (1Kor 1, 17-25). Hekk meta jithabbar il-vangelu tal-fidwa, il-bniedem jista’ jwarrab dan kollu li johrog minn gherf il-bniedem, mill-kultura u mid-diskors mirqum tieghu (1Kor 1, 17; 2, 1-5): ghax mal-bluha tas-salib ma ticcajtax.

2. L-gherf veru. U hekk, ir-rivelazzjoni tal-gherf veru issir b’mod paradossali. M’huwiex lill-ghorrief u lill-prudenti li dan jinghata, izda lic-ckejknin (Mt 11, 25); sabiex ihawwad lill-ghorrief kburin, Alla ghazel dak li kien iblah f’ghajnejn id-dinja (1Kor 1,27) sabiex jaghniha bil-gherf skond Alla (3, 18). Ghax l-gherf nisrani zgur ma jinkisibx bl-isforz uman, izda bir-rivelazzjoni tal-Missier (Mt 11, 25-27), Fih innifsu dan hu haga divina, kollu misteru u mohbi, xi haga li ghall-intelligenza tal-bniedem huwa impossibbli li tifhimha (1Kor 2, 7-9; Rum 11, 33-35; Kol 2,3). Ghalkemm dan jintwera car bit-twettiq storiku tas-salvazzjoni (Efes 3, 10), dan ma jistax jigi kumnikat hlief bl-Ispirtu ta’ Alla, lil dawk li ghandhom qalbhom imdawra lejH (1Kor 2, 10-16; 12,8; Efes 1,17).

III. ASPETTI TA’ L-GHERF NISRANI

1. Gherf u rivelazzjoni. L-gherf nisrani, l-istess bhalma ghadu kif gie muri, jipprezentalna xi rabtiet cari mar-rivelazzjonijiet Gudajci : primarjament, mhumiex regola tal-hajja, izda rivelazzjoni tal-misteru ta’Alla (1 Kor 2, 6-8), il-quccata tax-xjenza religjuza li Pawlu jitlob lil Alla jaghti lil min jemmen fiH (Kol 1, 9) u li huma jistghu jghallmu lil xulxin (3, 16) "bi kliem li ma tghallimnihx mill-gherf tal-bnedmin, imma mill-Ispirtu" (1Kor 2, 13).

2. Gherf u hajja morali. Jibqa’ li l-aspett morali tal-gherf mhuwiex, b’dak il-fatt, eliminat. Bil-maqlub, kull regola ta’ mgieba marbuta fit-Testment il-Qadim mal-gherf skond Alla jiksbu s-shuhija ta’ tifsirhom fid-dawl tar-rivelazzjoni ta’ Kristu, l-gherf ta’ Alla - mhux biss il-frott li johrog mill-hidma tal-appostlu (1Kor 3, 10; 2 Pt 3, 15); izda wkoll hwejjeg tal-hajja nisranija ta’ kuljum (Efes 5, 15; Kol 4, 5), li fiha l-imgieba tax-xebbiet ghaqlin, u mhux ta’ dawk boloh, ghandha tigi imitata (Mt 25, 1-12). It-taghlim tal-ghorrief tal-qedem issa jcedi postu lill-kunsilli ta’ l-etika prattika mistqarra minn San Pawl fl-ahhar ittri tieghu. Dan il-fatt johrog iktar car fl-ittra ta’ Gakbu, li sewwasew fuq dan il-punt jehoda kontra l-gherf qarrieqi "bil-gherf li gej mis-sema" (Gak 3, 13-17). Dan jimplika dritt morali perfett. Wiehed irid jisforza biex ikun uniformi fl-atti tieghu ma’ dan, filwaqt li l-hin kollu jitlob ghal dan bhala rigal minghand Alla (Gak 1, 5).

Dan hu l-uniku qafas li fih il-kisbiet tal-umanezmu jistghu jigu integrati mal-hajja nisranija u mal-hsieb nisrani. Il-bniedem midneb irid ihalli lilu nnifsu jigi msallab bl-gherf kburi tieghu b’kollox jekk huwa jixtieq li jitwieled mill-gdid fi Krstu. Jekk huwa jaghmel dan, l-isforz uman tieghu kollu jerga’ jiehu tifsira gdida, ghaliex hu se jwettaq lilu nnifsu taht is-setgha ta’ l-Ispirtu.

L-GHID

Fi zmien Gesu` , l-Ghid Lhudi, kien ilaqqa’ f’Gerusalemm lil dawk kollha li baqghu fidili lejn Mose` biex joffru u jieklu il-haruf ta’ l-ghid. Dan kien memorjal ta’ l-Ezodu, meta l-Lhud helsu mill-jasar ta’ l-Egittu. Illum l-Ghid Nisrani jghaqqad lid-dixxipli ta’ Kristu haga wahda mal-Mulej taghhom, il-veru Haruf ta’ Alla. Idahhalhom fil-mewt u l-qawmien tieghU li permezz taghhom inhelsu mid-dnub u l-mewt. Jidher car li hemm tkomplija minn festa ghall-ohra, imma l-Ghid ta’ Gesu` biddel il-mod ta’ kif wiehed kien qabel ihares lejn din il-festa fi zmien il-Patt il-Qadim u wara fi zmien il-Patt il-Gdid.

I. L-GHID LHUDI

1. L-Ghid tal bidu, nomadiku u domestiku. Fil-bidu l-Ghid kien festa fil-familja. Kienu jiccelebrawh bil-lejl, fil-qamar kwinta li jigi fil-bidu tar-rebbiegha, fl-14 tax-xahar ta’ Abib jew ix-xahar tal-qamh (li minn wara l-Ezilju jissejjah Nisan). Kienu joffru lil Jahwe annimal zghir li jkun twieled f’dik is-sena sabiex jigbdu l-barka tas-sema ghal fuq l-imriehel taghhom. Il-vittma kienet haruf jew gidi, ragel, bla difett (Ez 12, 3-6); ebda ghadma ma kellha tinkisirlu (12, 46; Num 9, 12). Kellhom iroxxu d-demm tieghu fuq il-bieb ta’ kull dar biex din tithares (Ez 12, 7.22). Lahmu kienu jiekluh bl-ghagla bhalma jaghmlu mistednin lesti biex jitilqu ghal xi vjagg (12, 8-11). Dawn il-karatteristici nomadici u domestici juru li l-Ghid kellu bidu fi zminijiet tassew imbieghda: seta’ kien dak is-sagrificcju li l-Lhud talbu l-permess mill-Farghun biex ikunu jistghu jiccelebrawh fid-dezert (3, 18; 5, 1-3). Ghaldaqstant imur lura ghal qabel zmien Mose` u t-tluq mill-Egittu. Izda kien l-Ezodu li tah it-tifsira definittiva tieghu.

2. L-Ghid u l-ezodu. Zmien ir-rebbiegha tal-ghageb ta’ Israel sehh meta Alla heles lill-poplu tieghU mill-jasar ta’ l-Egittu permezz ta’ sensiela ta’ interventi providenzjali. L-aktar intervent impressjonanti jidher fl-ghaxar kastig: il-qtil ta’ l-iben il-kbir ta’ l-Egizzjani (Ez 11, 5; 12,12.29w). Aktar tard, it-tradizzjoni ghaqqdet ma’ din il-grajja il-konsagrazzjoni lill-Mulej ta’ l-ewwel wild tal-merhla u l-ghoti ta’ kull l-ewwel wild ta’ Israel (13, 1w.11-15; Num 3,13; 8,17). Imma dan il-paragun parallel jibqa’ wiehed sekondarju. L-importanti hu li l-Ghid jahbat ma’ l-istess zmien tal-helsien tal-Lhud: sar il-memorjal ta’ l-ezodu, l-akbar grajja ta’ l-istorja taghhom. Ifakkar li Alla kien darab lill-Egittu u helisha lil dawk li kienu jemmnu fiH (12.26w; 13,8-10). Minn issa ‘l quddiem dan hu li se jkun ifisser l-Ghid u din hi t-tifsira gdida li se tinghatalu.

Ghid bil-Grieg hija paskha u tigi minn paskha bl-Aramajk u pesakh bl-Ebrajk. Hemm hafna diskussjoni fuq l-origini ta’ dan l-isem. X’uhud jaghtuh etimologija barranija ta’ l-Assirja (pasahu, tipplaka) jew Egizzjana (pa-sh, tifkira; pe-sah, id-daqqa); izda ebda ipotesi minn dawn ma twassal. L-iskrittura tassocja pesakh mal-verb pasakh, li jfisser jew izzappap, jew li tizfen zifna ritwali madwar sagrificcju (1Slat 18, 21.26), jew b’mod figurattiv "taqbez", "tghaddi", "tehles". L-Ghid huwa il-Moghdija ta’ Jahwe li ghadda minn fuq id-djar tal-Lhud filwaqt li laqat id-djar ta’ l-Egizzjani (Ez 12, 13, 23.27; ara Is 31, 5).

3. L-Ghid u l-hobz azzmu. Biz-zmien mal-Ghid inghaqdet festa ohra. Din il-festa tal-Hobz Azzmu kienet fil-bidu festa ghaliha wahedha, imma billi kienet tigi fir-rebbiegha ghaqqduha ma’ l-Ghid (Ez 12, 15-20). L-Ghid kienu jiccelebrawh fl-14 tax-xahar; il-festa tal-Hobz Azzmu giet fl-ahhar stabbilita ghal bejn il-15 u l-21 ta’ Nisan. Dan il-hobz azzmu kienu joffruh flimkien ma’ l-ewwel frott tal-hsad (Lev 23, 5-14; Dt 26,1 ). Kienu jnehhu l-hmira l-qadima bhala rit ta’ purifikazzjoni u ta’ tigdid li jsir ta’ kull sena. Jahsbu li dan kellu bidu tieghu fost in-nomadi jew il-bdiewa. Kien x’kien, it-tradizzjoni Lhudija ghaqqdet ukoll dan ir-rit mat-tluq mill-Egittu (Ez 23, 15; 34, 18). Il-Lhud tant kellhom jitilqu bl-ghaggla, li kellhom jiehdu l-ghagna taghhom maghhom qabel ma kellha cans tehmer (Ez 12, 34.39). Xi drabi, il-festi tal-Ghid u tal-Hobz Azzmu jidhru separati fil-kalendarji liturgici (Lev 23, 5-8; ara Esd 6, 19-22; 2 Kron 35, 17), filwaqt li drabi ohra dawn jidhru bhala haga wahda (Dt 16, 1-8; 2Kron 30, 1-13).

Hu x’inhu, huwa l-helsien ta’ l-ezodu li jerga’ jsir prezenti ta’ kull sena meta jigi celebrat l-Ghid, u l-Lhud kienu jhossu din t-tifsira profonda tal-festa b’tassew aktar qawwa f’okkazjonijiet importanti ta’ l-istorja taghhom: bhal fil-grajja tas-Sinaj (Num 9) u tad-dahla gewwa Kanghan (Goz 5); fir-riformi ta’ Hezekija madwar is-sena 716 (2 Kron 30), u ta’ Gosija madwar is-sena 622 (2 Slat 23, 21-23); fir-ritorn lura lejn pajjizhom wara l-ezilju fis-sena 515 (Esd 6, 19-22).

4. L-Ghid u r-ripetizzjonijiet ta’ l-ezodu. Kull meta jerga’ jaqa’ fil-jasar, Israel jiftakar fil-helsien mill-jasar ta’ l-Egittu:

Meta kienu taht il-madmad ta’ l-Assirja, madwar is-sena 710, Isaija jhabbar il-helsien bhala lejl ta’ moghdija (Is 30, 29), meta Alla se jehles (pasah) lil Gerusalemm (31, 5; ara 10,26). Mitt sena wara Geremija jiccelebra l-helsien ta’ l-ezilji tas-sena 721 bhala ezodu gdid (Ger 31, 2-21) u skond is-Septwagint bil-Grieg, tassew bhala l-anniversarju ta’ l-ewwel ezodu: "Ara, Jiena ngib lura ulied Israel, jghid il-Mulej, fil-festa ta’ l-Ghid!" (Ger 31, 8 = Grieg 38,8).

Meta kienu taht il-madmad tal-Babilonja, Geremija jghid li r-ritorn tal-poplu eziljat li sehh fis-sena 597 se jiehu l-post ta’ l-Ezodu fil-memorja ta’ Israel (23, 7w); u t-Tieni Isaija jhabbar tmiem l-ezilju (587-538) bhala l-ezodu decisiv li jkun jisboq l-ewwel ezodu (Is 40, 3-5; 41, 17-20; 43, 16-21; 49, 9-11; 55,12-13; ara 63, 7-64,11). Tkun il-hidma tal-Haruf-Qaddej (53, 7) li ser jigbor flimkien lill-imxerrdin (49, 6). Hu se jkun ukoll id-dawl tal-gnus u, flimkien mal-haruf ta’ l-Ghid, se jkun xbieha tas-Salvatur li ghandu jigi.

5. L-Ghid, il-festa tat-tempju. Hu b’dan il-mod li l-Ghid evolva matul is-sekli. Veru li kien hemm xi tibdil. L-aktar importanti kien it-tigdid tad-Dewteronomju li minn festa antika fil-familja biddilha f’festa tat-tempju (Dt 16, 1-8). Probabbli li din il-ligi bdiet issehh fi zmien Hezekija (2 Kron 30; ara Is 30, 29). Kien x’kien, din dahlet fiz-zgur taht Gosija (2 Slat 23, 21-23; 2 Kron 35). L-Ghid hekk jiehu postu fil-qima centralizzata. It-rit jinbidel xi ftit: ixerrdu d-demm fuq l-artal (2 Kron 35, 11) u l-qassissin u l-Leviti huma l-ministri principali fic-cerimonja.

Wara l-ezilju, l-Ghid sar l-ikbar festa; il-Lhud li ma kinux jiccelebrawh kienu jinqatghu minn ma nieshom (Num 9, 13). Ic-cirkoncizi kollha, u huma biss, setghu jiehdu sehem fil-festa (Ez 12, 43-49); f’kaz ta’ bzonn, il-festa setghet issir fix-xahar ta’ wara (Num 9, 9-13; ara 2 Kron 30, 2-4). Dawn il-ligijiet sacerdotali fasslu gurisprudenza li minn hemm ‘l quddiem ma kellhiex tinbidel. ‘il barra mill-belt qaddisa, l-Ghid kienu f’xi postijiet bla dubbju jiccelebrawh fil-familja . Skond dokument tas-sena 419, hekk kienu jaghmlu fil-kolonja Lhudija ta’ Elephantine fl-Egittu. Izda bil-mod il-mod is-sagrificcju tal-haruf beda jinqata’ f’dawn ic-celebrazzjonijiet domestici. Minn dan iz-zmien ‘l-quddiem kienet is-solennita’ tac-celebrazzjonijiet f’Gerusalemm li naqqsitilhom sew l-importanza taghhom.

6. L-Ghid, zmien l-ghegubijiet ta’ Alla. Hekk l-Ghid sar wiehed mill-pellegrinaggi l-kbar tas-sena liturgika. Fil-Gudaizmu jikseb tifsira qawwija hafna, zviluppata mit-Targum ta’ Ez. 12, 42: Israel mehlus mill-jasar hu xbieha tad-dinja mehlusa mill-kaos, Izakk salvat mill-mewt u l-umanita’ salvata mill-mizerja taghha mill-Messija, li d-dinja kienet imxennqa ghalih. L-Iskrittura issahhah dawn l-idejat:

a) L-Ghid u l-holqien: fil-fatt spiss tidher rabta bejn il-holqien u l-fidwa, specjalment fis-Salmi ta’ tifhir (Hallel) l-aktar maghrufa ta’ l-Ghid : Salm 136, 4-15; ara Hos 13, 4 (Grieg); Ger 32, 17-21; Is 51, 9w; Neh 9; Salm 33, 6w; 74, 13-17; 77, 17-21; 95, 5-9; 100, 3; 124, 4-8; 135, 6-9; Gherf 19. Jekk Alla jista’ jofroq il-Bahar l-Ahmar (Ez 14, 21), dan sar ghaliex kien Hu li fil-bidu taz-zmien fired ilma minn ilma (Gen 1, 6).

b) L-Ghid u Izakk: bl-istess mod, jekk Alla jista’ jsalva lil ulied Gakobb, dan ghaliex Hu kien l-ewwel salva lil missirijiethom. Wiehed jifhem li Abram qed ihares ‘l quddiem lejn l-Ezodu (Gen 15, 13w), u ghalih il-helsien ta’ Izakk hu garanzija ta’ dan (Gen 22). Izda Izakk kellu jkun sagrifikat fuq Sijon, jew l-gholja Morija (2 Kron 3, 1) bhalma kellu jkun sagrifikat il-haruf ta’ l-Ghid aktar tard (Dt 16). Izakk kellu wkoll ikun mehlus mis-sikkina (Gen 22, 12) bhalma kellu jkun mehlus Israel iktar tard (Ez 12, 23; ara 1 Kron 21, 15). Muntun jehles lil Izakk, u haruf jehles lil Israel. F’jum ic-cirkoncizjoni tieghu Izakk ixerred demm li diga’ ghandu valur kbir ta’ tpattija (Ez 4, 24-26), l-istess bhalma jkollu d-demm tal-vittmi ta’ l-Ghid aktar tard (Ezek 45, 18-24). Izda fuq kollox , Izakk jinsab lest li jxerred demmu kollu, b’mod li jisthoqqlu li jkun xbieha minn qabel tal-veru haruf ta’ l-Ghid, Gesu` Kristu (Lhud 11, 17-19).

c) L-Ghid u z-zmien messjaniku: l-interventi kollha tal-Mulej fil-passat jaghtu tama ghal intervent decisiv fil-gejjieni. Is-salvazzjoni ahharija (=eskatologika) tidher bhala holqien gdid (Is 65, 17), ezodu li ma jitreggax lura (65, 22w), rebha totali fuq il-hazen, u l-genna miksuba lura mill-gdid (65, 25). Il-mibghut ta’ Alla li jaghti bidu ghal dan il-bidla, mhu hadd hlief il-Messija (11, 1-9); tant hu qawwi dan il-hsieb li l-Lhud jistennew il-migja tieghu f’kull lejl ta’ l-Ghid. U billi x’uhud ikomplu jaraw ‘l Messija bhala xi gelllied , dejjem hemm il-periklu li jqum mill-gdid certu nazzjonalizmu : u hafna drabi jkun fi zmien l-Ghid li jergghu jitfaccaw certi movimenti politici (Lq 13, 1-3) jew li jitqanqlu sentimenti religjuzi (Atti 12, 1-4). Matul il-hakma Rumana, l-awtoritajiet jghassu sabiex tinzamm l-ordni matul il-festi ta’ l-Ghid, u f’dan iz-zmien ta’ kull sena il-prokuratur jitla’ Gerusalemm. Imma l-fidi religjuza tmur ‘l hemm minn dan it-tqanqil kollu u ma tidholx f’kompromessi : hija thalli f’idejn Alla meta u kif se jintervjeni l-Messija, il-mibghut tieghU.

II. L-GHID TA’ GESU`

Tabilhaqq li l-Messija gie. Gesu` ha sehem fl-Ghid tal-Lhud; l-ghan tieghU kien li jaghmlu iktar perfett. Sa fl-ahhar kellha tidhol xi haga ohra minfloku li twettqu.

Fi zmien il-Ghid, Gesu` lissen kliem u wettaq azzjonijiet li bil-mod il-mod bidlulu tifsiru. Hekk ghandna l-Ghid ta’ l-Iben il-wahdieni, li ma jitlaqx ma’ l-ohrajn biex jibqa’ qrib il-kmamar ta’ gewwa tat-Tempju ghax jaf li hemm Huwa jkun tassew qrib ta’ MissierU (Lq 2, 41-51); l-Ghid tat-tempju l-gdid, fejn Gesu` saffa s-santwarju temporali u habbar is-santwarju li jibqa’ ghal dejjem, gismU mqajjem mill-mewt (Gw 2, 13-23; ara 1, 14.51; 4, 21-24); l-Ghid tal-hobz moltiplikat, li se jkun gismU offrut b’sagrificcju (Gw 6); fl-ahharnett u fuq kollox l-Ghid tal-Haruf il-gdid, li fih Gesu` jidhol bhala l-vittma ta’ l-Ghid, iwaqqaf l-ikla l-gdida ta’ l-Ghid, u jwettaq l-ezodu tieghU nnifsU il-"moghdija" minn din id-dinja midinba ghas-saltna tal-Missier (Gw 13, 1).

L-evangelisti fehmnu sew x’kienu l-hsibijiet ta’ Gesu` u tefghu dawl fuqhom bi sfumaturi differenti. Is-sinottici jiddeskrivu l-ahhar ikla ta’ Gesu` (ukoll jekk din saret lejliet l-Ghid) bhala ikla ta’ l-Ghid : ic-cena ssir ‘l gewwa mill-hitan ta’ Geruslaemm u ghandha bhala sfond liturgija li fost hwejjeg ohra tinkludi t-tlissin tal-Hallel (Mk 14, 26). Izda din hija l-ikla ta’ Ghid gdid: ghax fuq il-barkiet ritwali li hemm ghall-hobz u l-imbid, Gesu` jonqox l-istituzzjoni ta’ l-ewkaristija. Meta jaghti gismU b’ikel u demmU mxerred b’xorb, Gesu` jiddeskrivi mewtU bhala s-sagrificcju ta’ l-Ghid li tieghu Huwa l-Haruf il-gdid (Mk 14, 22-24). Gwanni jippreferi jaghmel emfasi fuq dan il-fatt billi jdahhal fil-Vangelu tieghu diversi riferenzi ghal Gesu` bhala l-Haruf (Gw 1, 29.36), u billi jgib jaqbflu flimkien fiz-zmien, fl-14 ta’ Nisan, is-sagrificcju tal-haruf (18, 28; 19, 14.31.42) u l-mewt fuq is-salib tal-vittma vera ta’ l-Ghid (19,36).

III. L-GHID NISRANI

1. Hadd-il Ghid. Wara li gie msallab lejliet jum is-Sibt (Mk 15, 42; Gw 19, 31), Gesu` qam fil-jum li jigi wara dal l-istess Sibt; l-ewwel jum tal gimgha (Mk 16, 2). Huwa wkoll f’dak l-ewwel jum li l-appostli jiltaqghu mal-Mulej taghhom imqajjem mill-imwiet: Huwa jidhrilhom filwaqt li jkunu qeghdin jaghmlu ikla li hi verzjoni gdida tac-cena (Lq 24, 30, 42w; Mk 16, 14; Gw 20, 19-26; 21, 1-14; Atti 1, 4). U hekk jigri li fl-ewwel jum tal-gimgha l-insara se jingemghu u jiltaqghu flimkien ghall-qsim tal-hobz (Atti 20, 7; 1 Kor 16, 2). Dan il-jum dalwaqt se jkollu tismija gdida : jum il-Mulej, dies Domini, Domenica (Apk 1, 10). Bir-Russu l-kelma "il-Hadd" tfisser bil-wisq iktar - Voskresenye : jum il-Qawmien tal-Mulej. Ghax dan kollu jfakkar lill-insara fil-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet, jghaqqadhom mieghU fl-ewkaristija tieghU, u jaghtihom direzzjoni gdida lejn it-tama tal-parousia tieghU (1 Kor 11, 26).

2. L-Ghid ta’ kull sena. Minbarra Hadd il-Ghid, hemm ukoll kontenut iehor : il-Lhud iccelebraw il-helsien taghhom minn toqla barranija, u stennew Messija - hellies nazzjonali, filwaqt li l-insara jiccelebraw il-helsien taghhom mid-dnub u mill-mewt, waqt li jghaqqdu lilhom infushom ma’ Kristu mislub u mqajjem mill-imwiet billi jaqsmu flimkien mieghU il-hajja ta’ dejjem, u jdawru t-tama taghhom lejn il-parousia glorjuza tieghU.

F’dak il-lejl li jiddi bhall-jum, l-insara jhejju ruhhom ghal-laqgha fic-cena qaddisa mal-Haruf ta’ Alla li jgorr fuqu u ‘l boghod minna d-dnubiet tad-dinja, u dan billi huma jingabru ghal velja li fiha jinqralhom b’sinifikat iktar profond ir-rakkont ta’ l-ezodu (1 Pt 1, 13-21). Ghax huma mghammdin, huma jiffurmaw il-poplu t’Alla fl-ezilju (17), huma jimxu ‘l quddiem b’gembejhom imhazzmin (13), mehlusin mill-hazen, lejn l-art imweghda tas-saltna tas-sema. Billi Kristu, il-vittma ta’ l-Ghid taghhom, gie sagrifikat, huma ghandhom ghaliex jiccelebraw din il-festa mhux bil-hmira il-qadima ta’ mgieba hazina, izda bil-hobz azzmu tas-safa u s-sewwa (1 Kor 5, 6-8). Flimkien ma’ Kristu, huma ghexu b’mod personali l-misteru ta’ l-Ghid billi mietu ghad-dnub u qamu ghal hajja gdida (Rum 6, 3-11; Kol 2, 12). Hu proprju ghalhekk li l-festa tal-qawmien tabilhaqq malajr saret il-waqt privileggat meta tinghata l-maghmudija, li hi l-qawmien ta’ l-insara li fihom jerga’ jinghix il-misteru ta’ l-Ghid. Il-kontroversja li nqalghet fit-tieni seklu dwar id-data tal-Ghid halla mhux mittiefes dan it-tifsir profond li jissottolineja u johrog bic-car il-fatt li l-festa tal-Lhud saflahhar ghadda zmienha.

3. L-Ghid eskatologiku. Il-misteru ta’ l-Ghid ghad jinkiseb mill-insara bil-mewt, bil-qawmien u bil-laqgha li huma jaghmlu mal-Mulej. L-Ghid ta’ fuq din l-art ihejjihom ghal dan l-ahhar "passagg", li hu dak l-Ghid taz-zmien li gej. Fil-fatt, il-kelma Ghid ma tfissirx biss il-misteru tal-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, lanqas ir-rit ewkaristiku ta’ kull gimgha jew sena, izda tindika wkoll il-bankett eskatologiku li lejh ninsabu lkoll mexjin. L-Apokalissi jghollilna harsitna lejn il-Haruf li ghadu mbiccer bil-griehi tieghU, izda li xorta wahda ghadu jghix u jinsab wieqaf dritt. Huwa jinsab imlibbes bil-glorja, u hekk jigbed il-martri tieghU lejH innifsU (Apk 5, 6-12; 12,11). Fi kliem Kristu nnifsU, Huwa tabilhaqq wettaq l-Ghid bl-offerta’ ewkaristika ta’ mewtU, bil-qawmien tieghU, bis-sagrament permanenti tas-sagrificcju tieghU, u fl-ahhar nett bil-parousia tieghU (Lq 22, 16), li ghandha tghaqqadna fil-hena tal-bankett finali fis-saltna ta’ MissierU (Mt 26, 29).

PENTEKOSTE

Il-kelma Pentekoste tindika li l-festa li tigi ccelebrata f’dak il-jum issehh hamsin jum wara l-Ghid. L-ghan ta’ din il-festa kiber tul iz-zmien. Ghall-bidu, kienet festa agrikola, izda iktar tard saret festa li tfakkar il-fatt storiku tal-patt. Finalment, saret il-festa tar-rigal ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-bidu tal-patt il-gdid fuq din l-art.

I. TQ U L-GUDAJIZMU

Pentekoste, flimkien ma’ l-Ghid u l-Gherejjex, kienet wahda mit-tliet festi meta Israel kellu jipprezenta lilu nnifsu quddiem Jahweh fil-post li Hu nnifsU jkun ghazel sabiex jaghmlulU dar ghal IsmU (Dt 16,16).

1. Fil-bidu, kien hemm il-festa tal-Hsad, jum ta’ ferh u radd il-hajr (Ez 23,16; Num 28,26; Lev 23,16w). F’dak iz-zmien kellu jinghata b’offerta il-bikri tal-prodotti ta’ l-art (Ez 34,22 li jirreferi ghall-festa bhala l-festa tal-gimghat, ghax tigi seba’ gimghat wara l-Ghid u l-offerta ta’ l-ewwel qatta’: ara Lev 23,15).

2. Aktar tard, il-festa bdiet tfakkar anniversarju. Il-patt kien sar hamsin jum (Ez 16) wara t-tluq mill-Egittu li kien jigi ccelebrat permezz ta’ l-Ghid. Pentekoste ghaldaqstant sar l-anniversarju tal-patt, bla ebda dubju, fit-tieni seklu qabel it-twelid ta’ Kristu. Jidher li beda jitqies bhala anniversarju l-aktar ghall-bidu taz-zmien prezenti, skond il-kitbiet rabbinici u l-manuskritti ta’ Qumran.

II. IL-PENTEKOSTE NISRANI

1. Il-wirja ta’ Alla (teofania). Ir-rigal ta’ l-Ispirtu, flimkien mas-sinjali li jmorru mieghu, ir-rih u n-nar, jixbhu hafna t-teofaniji tat-Testment il-Qadim. Hemm miraklu doppju li jenfasizza t-tifsira tal-Pentekoste nisrani: l-ewwelnett, sabiex l-appostli jkunu jistghu ifahhru l-ghegubijiet ta’ Alla, huma bdew jitkellmu "bl-ilsna" (Atti 2,3). Li titkellem bl-ilsna huwa mod karizmatiku ta’ talb li wiehed kien jiltaqa’ mieghu fil-komunitajiet insara ewlenin. Dak iz-zmien, ghalkemm dan ma setax jiftihem sew (ara 1 Kor 14,1-25), id-diskors bl-ilsna kien jinftihem minn dawk kollha li kienu prezenti waqt li jkun qieghed isir. Il-miraklu tas-smigh ta’ dawn l-ilsna huma sinjal tal-vokazzjoni universali tal-Knisja, ghax is-semmiegha kienu waslu mill-aktar oqsma diversi tad-dinja (Atti 2,5-11).

2. It-tifsira ta’ l-avveniment.

a) It-tifwir eskatologiku ta’ l-Ispirtu. Filwaqt li kien qed jikkwota il-profeta Goel (Goel 3,1-5), Pietru wera li Pentekoste wettaq il-weghdiet ta’ Alla ghaliex fil-milja taz-zminijiet l-Ispirtu kellu jinghata lil kulhadd (ara Ezek 36,27). Gwanni l-Battista kien habbar il-prezenza ta’ Min kellu jghammed fl-Ispirtu s-Santu (Mk 1,8). U Gesu`, wara l-qawmien tieghU, kien ikkonferma dawk il-weghdiet: "fi ftit jiem ohra titghammdu bl-Ispirtu s-Santu" (Atti 1,5).

b) L-inkurunazzjoni ta’ l-ghid ta’ Kristu. Skond il-katekezi ta’ l-ewwel zminijiet, Kristu, mejjet, imqajjem, u mtella’ fuq in-naha tal-lemin tal-Missier, temm ix-xoghol tieghU meta baghat l-Ispirtu s-Santu fuq il-komunita` ta’ l-appostli (Atti 2,23h33). Pentekoste hu ghalhekk il-milja ta’ l-Ghid.

c) Il-komunita` Messjanika li tingabar flimkien. Il-profeti xandru l-kelma li ghad jingabru l-imxerrdin flimkien fuq il-muntanja ta’ Zijon u li b’dan il-mod l-assemblea ta’ Israel kellha tinghaqad madwar Jahweh. Pentekoste gab fis-sehh din l-ghaqda spiritwali bejn il-Lhud u l-proseliti tal-gnus kollha, gewwa Gerusalemm. Dawn accettaw it-taghlim ta’ l-appostli u kienu jinghaqdu flimkien f’imhabba bhal dik ta’ l-ahwa fuq il-mejda ta’ l-ewkaristija (Atti 2,42w).

d) Komunita` miftuha ghal kulhadd. L-Ispirtu inghata minhabba f’xhieda li kellha tingarr sat-trufijiet ta’ l-art (Atti 1,8); il-miraklu tas-smigh ta’ dawn l-ilsna jenfasizza l-fatt li l-ewwel komunita` Messjanika twessghat ghall-gnus kollha (Atti 2,5-11). Il-pagani wkoll li Alla sawwab id-don ta’ l-Ispirtu s-Santu fuqhom (Atti 10,44w) lahqu l-quccata taghhom meta intwera dan. Il-firda li sehhet f’Babel (Gen 11,1-9) hawnhekk issib kemm il-kuntrarju taghha kif ukoll tmiemha.

e) Il-bidu tal-missjoni. Dak Pentekoste li gabar flimkien il-komunita` Messjanika kien ukoll il-bidu tal-missjoni taghha. Id-diskors ta’ Pietru li qam u qal "flimkien mal-hdax" (Atti 2,14) kien l-ewwel att f’dik il-missjoni lilhom fdata minn Gesu`: "Intom tircievu l-qawwa, u tkunu xhieda tieghi f’Gerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija, u sa truf l-art" (Atti 1,8).

Il-Patres iqabblu din il-maghmudija fl-Ispirtu s-Santu, li tixbah l-ghoti ta’ pussess apostoliku fil-Knisja, mal-maghmudija ta’ Gesu`, it-teofania solenni fil-bidu tal-ministeru pubbliku ta’ Gesu`. Il-Patres jindikaw li f’Pentekoste se jkun hemm ir-rigal tal-ligi l-gdida lill-Knisja (ara Ger 31,33; Ezek 36,27) u l-holqien gdid (ara Gen 1,2). Dawn it-temi ma jsibux l-espressjoni taghhom f’Atti 2, izda jiddependu fuq ir-realta` (l-azzjoni interna ta’ l-Ispirtu u l-holqien gdid li ggib maghha).

3. Pentekoste, misteru tas-salvazzjoni. Jekk l-aspett esterjuri tat-teofania kien wiehed li jghaddi, ir-rigal lill-Knisja kien wiehed definittiv. Pentekoste inawgura z-zmien meta l-Knisja, fil-mixja taghha lejn il-laqgha mal-Mulej, tircievi b’mod kostanti minghandU l-Ispirtu li jigborha fil-fidi u fl-imhabba, iqaddisha, u jibghatha ghall-missjoni taghha. L-Atti, dak "il-vangelu tal-Ispirtu s-Santu", jizvelaw ix-xorta permanenti ta’ dan ir-rigal, il-karizma l-aktar eccellenti; sew bil-post li l-Ispirtu ghandu fit-tmexxija u fl-attivita` missjunarja tal-Knisja (Atti 4,8; 13,2; 15,28; 16,6), u bil-wirjiet aktar vizibbli tieghu (4,31; 10,44w). Ir-rigal ta’ l-Ispirtu jikkwalifika "il-milja taz-zminijiet" bhala dak iz-zmien li beda mat-tlugh fis-sema tal-Mulej u li se jsib it-temma tieghu fl-ahhar jum meta l-Mulej se jerga’ lura.