Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA

Redatt taht id-direzzjoni ta’

XAVIER LEON DUFOUR

INDICI

Pjan ta’ Alla – Profeta – Qawwa – Qima – Rmied – Saltna

PJAN TA’ ALLA

Alla, l-awtur ta’ "dak li sar, dak li sar qablu u dak li sar warajh" (Gdt 9,5w), jahdem "bil-qjies, bil-ghadd u bl-uzin" (Gherf 11,20). Dan ifisser li l-istorja tal-bniedem ma’ tizviluppax ruhha habta w sabta skond id-destin. Bhala rizultat tar-rieda ta’ Alla, l-istorja hi mahkuma minn tarf sa tarf minn dak il-pjan li tinsab miexja lejh. Sa mill-eternita`, Alla iffissa pjan b’ iskop doppju: wiehed, is-salvazzjoni fi Kristu, u l-iehor is -salvazzjoni tal-bnedmin kollha. Dan hu "l-misteru tar-rieda tieghU; il-pjan li ghogbu jfassal fih minn qabel, u li kellu jsehh meta tasal il-milja taz-zminijiet" (Efes 1,9w). Mistur ghal bosta sekli, ma ntweriex bic-car qabel il-migja ta’ Gesu` Kristu bhala bniedem fid-dinja (Efes 3,1-12). Dan il-pjan, madankollu, jghaqqad b’mod vizibbli l-istorja mqaddsa kollha u l-Iskrittura. Ghalkemm mhux dejjem jidher bic-car, dan il-pjan huwa minsug fit-Testment il-Qadim kollu b’delikatezza kbira.

TQ

It-Testment il-Qadim jitfa l-ewwel dawl, ghalkemm mhux shih, fuq il-pjan ta’ Alla. Dan il-pjan huwa wiehed li jikkorrispondi mad-diversi tapep fil-fidi ta’ Israel fid-dawl ta’ l-istorja tieghu.

I. STQARRIJIET RITWALI TAL-FIDI

Fil-kitba tad-Dewteronomju insibu ikkonservati bosta ritwali - stqarrijiet ta’ fidi (Dt 26,5-10), metodi fit-taghlim (Ez 12,26w; Dt 6,20), il-qafas ta’ omeliji tal-qassisin (Goz 24,1-15) - u dawn huma kollha miktubin fuq l-istess mudell. Dan juri l-post prominenti li l-fidi ta’ Israel zammet dwar l-idea tal-pjan ta’ Alla. Hemm Israel gharaf xi ftit il-passat tieghu ta’ nazzjon qaddis. Minn naha ta’ Alla kien hemm l-ghazla ta’ Israel f’missirijietu, il-weghda ta’ gid u ta’ art, it-twettiq ta’ din il-weghda permezz ta’ grajjiet providenzjali; l-aktar, il-harba mill-Egittu, il-patt fuq is-Sinaj, l-ghoti tal-Ligi, u r-rebha ta’ Kanghan. Il-futur huwa miftuh. Imma kif seta’ wiehed jiddubita li dan il-pjan, li ghall-bidu deher b’fatti esterjuri, Alla kien se jgibu fit-tmiem tieghu? L-Israelit jaf li hajtu hi ghalkollox involuta fi drama li qieghda ssehh bhalissa. Pero` t-tmiem ta’ dan id-drama hu maghruf biss f’parti minnu.

II. IL-FEHMA PROFETIKA TAL-GRAJJIET

Mal-hsieb t’hawn fuq, il-profeti jzidu fatturi godda. Il-fatt huwa li "ebda haga ma jaghmel Sidi l-Mulej, jekk ma jurix il-hwejjeg mohbija tieghU lill-qaddejja tieghU l-profeti (gham 3,7). Kull haga li tigri, dejjem ikollha minn qabel ghan divin (Is 5,19; 14,26; 19,17; 28,29; 46,10; Ger 23,18-22), pjan li jkun mahsub biex minnu johrog il-gid (Mik 4,12; Is 44,28; 46,10; 48,14; 53,10). Din hi l-verita` li l-profeti jsostnu fuq il-poplu ta’ Alla. Huma jsostnu li din il-verita` kienet dejjem prezenti fl-istorja tan-nazzjon: sa mill-ezodu, Alla ried li jgholli lil Israel ghal grad ta’ iben (Ger 3,19w). L-imgieba ta’ dan il-poplu ingrat ghandha tigi ggudikata fid-dawl ta’ dan il-fatt li jitlob il-konverzjoni serja taghhom. Ghax il-pjan ta’ Alla jkompli jnebbah il-grajjiet prezenti: jekk Nebukednasser jimponi l-madmad tieghu fuq Israel u fuq il-gnus girien, Alla jkun qed jinqeda bih (Ger 27,4-8), bhala strument tal-korla tieghu kontra dawn il-popli mhassra (Ger 25,15...). Jekk nazzjon pagan jew iehor jigi meqrud, dan isehh minhabba f’ordni divina u sabiex il-gustizzja ta’ Alla tkun maghrufa (Ger 49,20; 50,45). Jekk Ciru ddomina l-Lvant, dan sehh biex jitwettaq dak li ried Alla u biex Israel jigi mehlus (Is 44,28; 46,10; 48,14). Fl-ahharnett, fid-diskorsi eskatologici taghhom, il-profeti jxandru l-mira ahharija li Alla qed imexxi l-istorja lejha: is-salvazzjoni - liema salvazzjoni se jkollhom sehem minnha il-gnus kollha, kif ukoll Israel (Is 2,1-4). Il-grajjiet ta’ l-imghoddi jaghtu idea ta’ din is-salvazzjoni skond kemm wiehed idahhalhom fil-kuntest ta’ dan il-pjan. Imma din is-salvazzjoni mhix xi pjan temporali, billi hija ssejjah ghall-fidwa ‘l midinbin kollha f’armonija mal-pjan ta’ Alla (Is 53,10). Il-profeti jhozzu kwadru li jinkludi fih kollu kemm hu dan il-pjan. L-aspetti kollha tieghu huma maghguna lkoll flimkien, bhal fil-parabbola li fiha Ezekjel isejjah il-passat, il-prezent u l-futur ta’ Israel fl-ordni proprju taghhom (Ezek 16).

TG

It-Testment il-Gdid kollu hu mibni fuq l-istess qafas. Jikxef biss l-ahhar u l-aktar rigal importanti, billi bil-migja ta’ Gesu` Kristu il-pjan ta’ Alla jintwera fis-shuhija tieghu bil-kisba ta’ l-ghan ahhari tieghu f’ghamla storika.

I. GESU` FIL-PJAN TA’ ALLA

1. Gesu` jaghraf lilu nnifsu bhala l-qofol tal-pjan ta’ alla, fil-quccata ta’ dan iz-zmien ta’ thejjija, fil-milja taz-zmien. Dan l-gharfien jidher b’hafna modi: il-Missier li jibghat lil Gesu` (Mt 15,24; Gw 6,57; 10,36); il-migja tieghU fid-dinja (Mt 5,17; Mk 10,45; Gw 9,39); it-twettiq tar-rieda tal-Missier (Gw 4,34 5,30; 6,38) u t-twettiq ta’ l-Iskrittura (Lq 22,37; 24,7.26.44; Gw 13,18; 17,12); jew semplicement fil-bzonn li jghaddi mill-passjoni, "Bin il-Bniedem ibati hafna ...." (Mk 8,31p; Lk 17,25; Gw 3,14; 12,34) u l-wasla tas-siegha tieghU (Gw 12,23). Dawn l-ghemejjel ta’ Gesu`sehhew bhala parti minn din is-sitwazzjoni ta’ hajja. Jekk Huwa jippriedka l-ahbar it-tajba tas-saltna (Mt 4,17.23p), jekk Huwa jfejjaq lill-morda u johrog l-ispirti hziena, dan Huwa jaghmlu biex juri li huwa Hu dak li kellu jigi (Mt 11,3w) u li s-saltna ta’ Alla hija hawn (Mt 12,28). Fih, ghalhekk, il-pjan ta’ Alla jiehu svolta decisiva. Fih jitwettqu l-Iskritturi li gew qabel il-quccata. L-Iskritturi jispjegaw ghalfejn Hu kellu jghaddi mis-salib ghall-glorja tieghU. Bil-maqlub, dak li jigrilU fid-dinja jitfa dawl fuq l-Iskritturi billi juri kif il-profeziji ghandhom jitwahhdu mal-grajjiet proprji.

2. Ma’ din ir-rivelazzjoni attiva Gesu` zied indikazzjonijiet verbali aktar cari. Permezz tal-parabboli, fejn il-misteri tas-saltna ta’ Alla huma rivelati (Mt 13,11p), Huwa juri l-mod paradossali li bih se jitwettaq il-pjan ta’ salvazzjoni. Il-mewt tieghU hi l-qofol (Mt 21,38w) tal-pjan, ghax "il-gebla li warrbu l-bennejja saret il-gebla tax-xewka" (Mt 21,42). B’hekk l-ghalqa tad-dwieli tittiehed minghand Israel u tinghata lil vinikolturi ohra (Mt 21,43). L-Israeliti, mistiedna biex jattendu ghall-festa tat-tieg eskatologiku, jirrifjutaw, u ghalhekk jigu mistiedna l-fqar u l-midinba li jigru fit-triq (Mt 22,1-11p). It-twaqqif tas-saltna ta’ Alla f’din id-dinja m’hux se jsehh f’hakka t’ghajn. Il-Kelma mizrugha minn Gesu` tinbet bil-mod fil-qlub, bhal ma’ taghmel iz-zerriegha tal-qamh fil-hamrija. Dan il-process jghaddi minn diffikultajiet, kif ukoll minn successi kbar (Mt 13,1-9.18-23p). Minkejja kollox, is-saltna se tinfirex ma’ l-art kollha, bhas sigra li kibret minn zerriegha zghira (Mt 13,31w p). Hija tbiddel il-wicc ta’ l-art bhalma l-hmira taghmel fl-ghagina (Mt 13,33p). Jehtieg li jghaddi hafna zmien. Gesu`, ghalhekk, jara bil-quddiem diversi stadji successivi li kienu ghad iridu jsehhu: il-passjoni li kienet qed toqrob, il-qawmien tieghU wara tlett ijiem, il-migja tieghU lura fil-glorja bhala Bin il-Bniedem (Mt 24,30w). Meta jitkellem fuq it-twaqqif tas-saltna, huwa jiddistingwi bejn iz-zmien meta din titwaqqaf u meta din issehh (Mt 13,24-30.47w). Hekk Huwa jintroduci fl-eskatologija profetika perspettiva temporali li ebda haga, lanqas il-predikazzjoni ta’ Gwanni l-Battista, ma kienet tista’ s’issa hemm tara. Fil-pjan ta’ Alla hemm perjodu gdid bejn il-milja taz-zmien u t-tmiem taz-zminijiet (Mt 28,20). Ghal dan iz-zmien ta’ bejniethom, Gesu` jaghti lil din is-saltna l-ghamla ta’ istituzzjoni vizibbli meta waqqaf il-Knisja tieghU (Mt 16,18).

II. IX-XANDIR TAL-PJAN TA’ SALVAZZJONI

Il-komunita` primittiva adattat fedelment dawn il-lezzjonijiet kollha. L-Evangelju li tippriedka lid-dinja m’huwiex biss dwar is-saltna: huwa wiehed ta’ salvazzjoni li waslet permezz ta’ Gesu`, il-Messija u Iben ta’ Alla, salvazzjoni li minn issa ‘l quddiem hi miftuha ghall-bnedmin kollha li jemmnu f’IsmU (Atti 2,36-39; 4,10w; 10-36; 13,23). Meta kixfet l-ahhar sigriet tal-pjan divin, il-Knisja appostolika fix-xandir taghha lil Lhud hasset li ghandha thassar l-iskandlu li sehh permezz tas-salib ta’ Gesu`: kif seta’ wiehed jifhem li Alla ppermetta l-mewt tal-Messija tieghU? Imma din il-mewt kienet sewwasew ir-rizultat ta’ pjan mahsub sew minn qabel u ta’ gherf divin fuq il-gejjieni (Atti 2,23; 4,28h), kif jidher car fl-Iskrittura. Mhijiex kwistjoni ta’ apologetika biss: ir-rifless nisrani fuq il-paradoss tas-salib jinzel sa l-gheruq tal-pjan ta’ Alla. "Kristu miet minhabba dnubietna, skond l-Iskrittura" (1 Kor 15,3). M’huwiex b’kumbinazzjoni li l-Iskrittura b’diversi modi titfa’ dawl fuq it-tbatija tal-bniedem gust. B’dan il-mod l-Iskrittura turi kif Bin il-Bniedem kien se jaghmel il-fidwa ssehh.

PROFETA

TQ

I. IL-MOD DIVERS U UNIT TA` PROFEZIJA F’ISRAEL

Kienu jinsabu kullimkien fil-Lvant tal-Qedem irgiel li jbassru l-gejjieni (Num 22, 5w; Dan. 2,2; 4, 3w), u ghalhekk dawn kienu mahsuba li kienu nies imhejjijin biex issir komunikazzjoni maghhom minn hlejjaq superjuri ghall-bniedem. Wiehed kien ximinndaqqiet imur jiehu parir minn ghandhom qabel ma jidhol ghal xi haga kbira. Dan l-inkarigu ghadda ghal fuq il-Profeti t’Israel li kellhom iwettqu dawn il-funzjonijiet (1 Slat. 22, 1-29); izda hu meta wiehed iqis il-kariga profetika fis-shuhija taghha li wiehed jiehu l-ahjar opinjoni tax-xorta taghha.

1. Origini. Meta hu li tibda il-profezija biblika? It-titolu ta` profeta inghata lil Abraham, izda dan sar aktar tard (Gen. 20, 7). Dwar Mose`, ir-rapprezentant awtentiku t’Alla (Ez. 3-4), huwa pjuttost dak li jorigina l-kariga ta` profeta (Ez. 7, 1; Num. 11, 17-25), iktar ghalhekk minn kull profeta iehor (Num. 12, 6-8). Id-Dewteronomju huwa l-uniku ktieb li jaghtik dan it-titolu (Dt. 18, 15), izda mhux bhal profeta fost hafna ohrajn: hadd minn dawk li gew warajh ma kien daqsu (Dt. 34, 10). Fi tmiem zmien l-imhallfin kien hemm certi gruppi maghrufin bhala "qatgha profeti" (1 Sam. 10, 5w), li l-imgieba zbaljata taghhom tat l-impressjoni ta` influwenza Kanghanija. Hekk dahlet il-kelma nabi (nebbieh), wiehed imsejjah. Izda baqghu jintuzaw ukoll it-titoli aktar qodma: "veggent" (1 Sam. 9, 9) jew wiehed li jara dak li hu mistur (Gham 7, 12); "ragel ta` Alla" (1 Sam. 9, 7w), li kien it-titolu principali ta` Elija u specjalment ta` Elizew (2 Slat. 4, 9). Nebbieh barra minn hekk mhuwiex biss riservat ghal profeti genwini ta` Jahweh. Kien hemm ukoll in-nebbieha ta` Baghal (1 Slat. 18, 22); kien hemm nies li ghamlu vokazzjoni mill-profezija, minghajr ma kienu jkunu mnebbhin minn Alla ghaldaqshekk (1 Slat. 22, 5w....). Dawn id-diversi espressjonijiet ghalhekk juru li l-profezija turi aspetti diversi. Izda l-ghaqda bazika ghad tidher hekk kif wiehed ikompli jifli s-suggett.

2. Kontinwita`. Bdiet tezisti tradizzjoni profetika vera wara li din iddahhlet mid-dixxipli tal-profeti. L-ispirtu, bhal fil-kaz ta` Mose` (Num. 11, 17) jitwassal, bhal ma gara fil-kaz ta` Elija lil Elizew (2 Slat. 1, 2). Isaija jsemmi d-dixxipli tieghu (Is. 8, 16) u Geremija jinsab akkumpanjat minn Baruch. Il-Qaddej ta` Jahweh huwa tip li, iktar minn Mose`, jmur ‘l hemm mill-kariga profetika, jassumi l-qaghda ta` profeta u jghallem dak li jkun sema` (Is. 50, 4w; 42, 2w). F’din it-tradizzjoni hajja, l-Iskrittura ghandha l-parti taghha x’taghmel iktar ma jghaddi z-zmien (Is. 8, 16; Ger. 36, 4) Jahweh ma jqieghedx biss kliemu f’fomm Ezekjel, izda wkoll il-ktieb tieghu. Mill-bidu tal-Ezilju, specjalment, il-konoxxenza ta` tradizzjoni profetika wara halliet marka fuq Israel (Ger. 7, 25; ara. 25, 4; 29, 19; 35, 15; 44,4). Il-Ktieb tal-Farag (tad-dixxipli ta` Isaija) jistrieh fuq din it-tradizzjoni meta jfakkar lill-bnedmin fil-profeziji qodma ta` Jahweh (Is. 45, 21; 48, 5). Izda it-tradizzjoni profetika ghandha tradizzjoni ta` ghaqda li hi differenti ghal kollox minn dan. Sa mill-bidu l-profeti kollha huma animati mill-istess spirtu ta` Alla (ukoll jekk hafna ma jemmnux f’kollox l-istess u ma jsemmux l-ispirtu bhala l-origini tal-profezija taghhom; izda (ara 1Sam. 10, 6; Mik. 3, 1; Hos. 9, 7; Goel 3, 1w; Ezek. 11, 5). Jiddependu kif jiddependu minn xulxin, huwa minn ghand Alla li jircevu l-Kelma. Il-karizma profetika hija wahda ta` rivelazzjoni (Gham. 3, 7; Ger. 23, 18; 2 Slat. 6, 12), li tgharraf lill-bniedem dak li ma jistax jiskopri bl-isforzi tieghu. L-ghan taghha huwa wiehed fl-istess hin multiplu u uniku: huwa l-pjan tas-salvazzjoni li ghad ikun koncentrat u mwettaq f’Gesu` Kristu (Lhud 1, 1w).

3. Il-profeta fil-komunita`. Minbarra li hi tradizzjoni, il-kariga profetika ghandha wkoll pozizzjoni definittiva fil-komunita` t’Israel. Hija tifforma parti integrali minnha, u tinduna li l-profeta u l-qassis ghandhom il-parti principali fl-inkurunazzjoni tas-sultan (1 Slat. 1). Is-sultan, il-qassis u l-profeta huma ghal perjodu konsiderevoli tal-istorja it-tliet kolonni tas-socjeta` ta` Israel, hekk distinti biex xi kultant ikunu ghedewwa ta` xulxin, izda normalment maghqudin flimkien b’interdipendenza mehtiega. Kull fejn l-Istat jezisti bhala istituzzjoni, hemm ghandek issib il-profeti biex jaghtu l-pariri taghhom lis-slaten: Nathan, Gad, Elizew, Isaija specjalment, u xi minn daqqiet Geremija. Hija l-prerogattiva taghhom li jistqarru jekk dak li jkun twettaq kienx skond ir-rieda t’Alla, jew kienx jidhol b’mod car fl-istorja tas-salvazzjoni. Madanakollu, il-kariga profetika fis-sens strett tal-kelma mhuwiex istituzzjoni bhal dik ta` sultan u ta` qassis. Israel jista` jaghmel sultan fuq inizjattiva tieghu (Dt. 17, 14w) izda ma jistax johloq profeta. Dan hu rigal biss t’Alla, tabilhaqq oggett tal-weghda (Dt. 18, 14-19), izda moghti b’xejn. Wiehed ihoss dan specjalment fiz-zmien meta il-profezzija tigi interrotta (1Mak. 4, 46; 14, 41). Huwa facli wiehed jifhem ghaliex, f’dawn ic-cirkostanzi, il-Lhud wiegbu b’daqstant entuzjazmu ghat-thabbira ta` Gwanni l-Battista (Mt. 3, 1-12).

II. DESTIN PERSONALI TAL-PROFETA

1. Is-sejha divina. Il-profeta ghandu post fil-komunita`, izda hija s-sejha divina li taghmlu profeta. Dan jidher car fis-sejha ta` Mose`, Samwel, Ghamos, Isaija, Ezekjel u l-Qaddej ta` Jahweh. Ir-rivelazzjonijiet profetici u poetici ta` Geremija dwaru nnifsu jittrattaw dwar dan. Alla jiehu l-inizjattiva kollha u Hu jiddomina l-persuna tal-profeta: "Sidi l-Mulej jitkellem: min ma jhabbarx?" (Ghamos 3, 8; ara 7, 14w). Geremija, li kien ikkonsagrat lill Alla minn guf ommu (Ger. 1, 5; Is. 49, 1), jitkellem dwar qerq divin (Ger. 20, 7w). Ezekjel ihoss l-id t’Alla qeghda taghfas bis-sod fuqu (Ezek. 3, 14). Is-sejha iggieghel lil Geremija jirrealizza kemm hu dghajjef (Ger. 1, 6); f’Isaija, is-sens ta` dnub (Is. 6, 5). Wiehed dejjem jitwassal ghal missjoni, li l-istrument taghha huwa fomm il-profeta, li jitkellem il-Kelma t’Alla (Ger. 1, 9; 15, 19; Is. 6, 6w; Ezek. 3, 1w).

2. Il-messagg tal-profeta u l-hajja tieghu. Certu mossi tal-gisem li ghandhom tifsira jigu qabel jew flimkien mar-rivelazzjonijiet li jsiru bil-fomm (Ger. 28, 10; 51, 63...; Ezek. 3, 24 - 5, 4; Zak. 11, 15...). Il-Kelma rivelata ma tirriducix ruhha ghal kliem biss izda hija hajja. Tigi akkumpanjata minn partecipazzjoni simbolika (mhux magika) f’dik l-azzjoni ta` Jahweh li ggib fis-sehh dak li tipproklama. X’uhud minn dawn l-atti simbolici ghandhom effetti immedjati; ix-siri ta` ghalqa (Ger. 32), mard u inkwiet fil-mohh (Ezek. 3, 25w; 4, 4-8; 12, 18). Huwa l-iktar ta` min jinnota li fl-akbar rivelazzjonijiet, il-hajja matrimonjali u familjari isiru mod ta` tifsir kbir. Hekk fil-kaz ta` Hosea (1-3). Isaija jsemmi biss lill-profetessa (Is. 8, 3), izda hi u uliedha jsiru sinjal ghal popolin (Is. 8, 18). Fi zmien l-ezilju dawn is-sinjali jsiru negattivi: ic-celibat ta` Geremija (Ger. 16, 1-9), Ezekjel li hu armel (Ezek. 24, 15-27). Dawn huma simboli mghixa u ghalhekk direttament relatati mal-verita`. Il-messagg ma jistax ikun wiehed barrani ghal min jisimghu. Ma huwiex kuncett li l-profeta seta` akkwista, izda d-dehra fil-gisem ta` persuna ta` Alla haj (Elizew), ta` Alla qaddis (Isaija).

3. Tigrib. Dawk li jitkellmu f’isimhom stess (Ger. 14, 14w; 23, 16) minghajr ma jkunu ntbaghtu (Ger. 27, 15), filwaqt li jitkellmu mit-tnebbih taghhom stess (Ezek. 13, 3), huma profeti foloz. Il-profeti veri jafu li kien xi hadd iehor li gieghlhom jitkellmu, daqstant li jhossuhom fid-dmir li jikkorregu lilhom infushom meta jkunu tkellmu biss mill-esperjenza taghhom (2 Sam. 7). Il-presenza ta` dan l-iehor (Ger. 20, 7w), il-piz tal-missjoni fdata lilhom (Prov. 4, 19), spiss jikkaguna konflitt intern. Is-serenita` ta` Isaija tippermetti biss lehha ta` dan: "Nittama fil-Mulej li heba wiccu" (Is. 8, 17)... Izda Mose` (Num. 11, 11-15) u Elija (1 Slat. 19, 4) jghaddu minn krizi depressiva. Geremija specjalment igemgem hafna, u ghal mument jidher qisu ser jichad il-vokazzjoni tieghu (Ger. 15, 18w; 20, 14-18). Ezekjel huwa mimli bl-imrar f’qalbu, u mibluh (Ezek. 3, 14w). Il-Qaddej ta` Jahweh jghaddi minn zmien ta` inutilita` apparenti u nuqqas ta` kwiet (Is. 49, 4). Finalment , Alla bilkemm ihalli il-profeti jittamaw fis-success tal-missjoni taghhom (Is. 6, 9w; Ger. 1, 19; 7, 27; Ezek. 3, 6w). Dik ta` Isaija ser tintemm fl-ebusija ta` qlub in-nies (Is. 6, 9w = Mt. 3, 14w; Gw. 15, 22). Ezekjel ikollu jitkellem sew jekk il-bnedmin "jisimghu u ma jisimghux" (Ezek. 2, 5.7; 3, 11.27); hekk il-bnedmin "ikunu jafu li jien il-Mulej" (Ezek. 36, 38). Izda dan l-gharfien tal-Mulej jasal biss zmien wara. Il-kelma profetika tmur ‘l hemm b’kull mod mill-konsegwenzi immedjati taghha, ghaliex l-effett taghha qieghed f’ordni eskatologiku. Il-Kelma fl-ahhar mill-ahhar tirrigwarda lilna. (1 Pt. 1, 10w).

4. Il-mewt. Taht Ahab inqatlu hafna profeti f’daqqa (1 Slat. 18, 4.13; 19, 10.14), probabbilment taht Manassi wkoll (2 Slat. 21, 16) u zgur taht Gehojakim (Ger. 26, 20-23). Geremija ma ra xejn eccezzjonali f’dawn il-massakri (Ger. 2, 30). Fi zmien Nehemija, kienet saret haga komuni li wiehed isemmihom (Neh. 9, 26); u Gesu` seta` jghid "Gerusalemm, int li toqtol il-profeti" (Mt. 23, 37).... L-idea li l-mewt tal-profeti hija il-quccata tal-profezija kollha taghhom bhala esperjenza mghixa, irrivelat lilha nnifisha bil-mod fid-dawl ta` din l-esperjenza. Il-missjoni tal-Qaddej ta` Jahweh, bhala l-gabra tal-linja profetika, jibda b’turija ta` diskrezzjoni (Is. 42, 2) u tintemm fis-skiet tal-Haruf li jinqatel (Is. 53, 7). B’hekk dan it-twettiq huwa il-quccata li jidher bil-quddiem. Minn zmien Mose` il-profeti intercedew ghall-poplu (Is. 37, 4; Ger. 7, 17; 10, 23w; Ezek. 22, 30). Il-Qaddej, filwaqt li jintercedi ghall-midinbin, ghad jehlishom bil-mewt tieghu (Is. 53, 5.11w).

III. IL-PROFETA U ISTITUZZJONIJIET KONTEMPORANJI

Il-laqgha drammatika bejn il-profeta u l-poplu ghall-ewwel tinhass fil-patt il-qadim bl-istituzzjonijiet tieghu: il-Ligi, istituzzjonijiet socjali u kult.

1. Il-Ligi tiddikjara x’inhu ta` obbligu ghal kull zmien u ghal kullhadd. L-ewwel bicca xoghol tal-profeta hi li jiddenuncja kull ksur tal-Ligi. Dak li hawn jiddistingwih mir-rapprezentanti tal-Ligi hu li l-profeta ma joqghodx jistenna biex jigi avzat b’xi kaz qabel ma jghaddi l-gudizzju tieghu fuqu, izda juza l-awtorita` minghajr ma ghandu gurisdizzjoni jew kreditu. Minn dak li Alla jnebbhu bih dak l-istess hin, huwa jqabbel il-Ligi mas-sitwazzjoni ezistenzjali. Huwa jakkuza, u jghid lill-midneb hekk kif Natan qal lil David, "Inti hu dak il-bniedem!" (2 Sam. 12, 7). Huwa jaqbad mal-fatti (1 Slat. 21, 20), ta` spiss b’sorpriza (1 Slat. 20, 38-43). Hosea (4, 2), Geremija (7, 9), jappellaw ghall-Ghaxar Kmandamenti; Ezekjel (18, 5-18) ghal-ligijiet u kostumi stabbiliti. In-nuqqas ta` hlas ta` paga (Ger. 22, 13; Mal. 3, 5), il-frodi (Gham 8, 5; Hos 12, 8; Mik. 6, 10w), il-gibda tal-imhallfin ghall-flus (Mik. 3, 11; Is. 1, 23; 5, 23), ic-cahda li jinghata l-helsien lill-ilsiera fiz-zmien proprju (Ger. 34, 8-22), l-inumanita` ta` dawk li jisilfu l-flus (Gham 2, 8) u ta` dawk li jidhnu wicc il-fqir (Is. 3, 15; Gham 2, 6-8; 4, 1; 8, 4w) - dawn kollha huma htijiet kontra l-Ligi, kontra l-patt! Il-qofol tal-Ligi li ghalih iduru l-profeti mhuwiex semplicement imnaqqas ghal dak li hemm miktub. F’kull kaz il-kitba ma tistax twettaq dak li jikseb il-profeta mas-semmiegha tieghu. Bis-setgha tal-karizma tieghu, huwa jgib fis-sehh f’kull bniedem dak il-mument mohbi meta d-dawl jigi minnu accettat jew rigettat. Ghalhekk fis-sitwazzjoni fattwali li fiha l-kelma profetika titlissen, dak li hu tajjeb ma jigix biss rifjutat izda wkoll maqlub ta` taht fuq (Mik. 3,9w; Ger. 8,8; Hab. 1,4), mibdul f’imrar (Gham 5,7; 6,12). It-tajjeb jissejjah hazin u bil-maqlub (Is. 5, 20; 32, 5); din hija l-gidba li Geremija jikkundanna l-hin kollu (Ger. 6,6 ....). Ir-rghajja jqanqlu l-ilma tan-nghag (Ezek. 34, 18); id-dghajfin jitmexxew fuq triqat hziena (Is. 3, 12-15; 9,15; Gham 2,7). In-nies ma jisthoqqilhomx trattament ahjar (Hos. 4, 9; Ger. 6,28; Is. 9,16); izda l-profeti jattakkaw b’iktar qawwa lill-qassisin u lil dawk responsabbli (Is. 3,2; Ger. 5,4w) li jzommu lura l-ligijiet (Hos. 5,1; Is. 10,1) u jiffalsifikawhom. Kontra sitwazzjoni bhal din, il-Ligi hi bla ebda difiza. Minghajr ligijiet proprji, l-individwu ikollu jirrikorri biex jiddixerni l-ispirti, jifhem bejn Alla u l-hazin. Hu f’din is-sitwazzjoni li wiehed jara profeta jopponi profeta iehor (Ger. 28).

2. Tradizzjonijiet. Mhuwiex biss id-dnub li jqajjem id-dubju. Is-socjeta` inbidlet. Il-profeti issa mnebbhin b’dak kollu li hu gdid fi hdan il-moralita` tradizzjonali ta` kif wiehed jilbes (Is. 3, 16-23), bil-muzika (Gham 6, 5), jew bl-imgieba socjali. B’dan it-tibdil kollu fuq kull livell socjali, Israel issa jaghmel esperjenza tas-sitwazzjoni li kien ippreveda Samwel (1 Sam. 8, 10-18). Ir-rapport bejn sid u lsir kien, minn zmien l-Egittu, trasferit f’qalb is-socjeta`. Minkejja certi konvinzjonijiet kontra s-slaten (Hos. 13, 11), il-profeti ma jfittxux li jmorru lura ghaz-zminijiet ta` qabel. Dik mhijiex il-funzjoni taghhom. Pjuttost huma jopponu kull hsieb nostalgiku li jista` jkollu l-poplu Lhudi, dik it-tfittxija tal-gid komuni fi stampa sabiha ta` kisba imghoddija li hi mistennija li tibqa` ggorrhom sal-prezent. Dik hi l-ewforija ta` dawk li jghidu, "M’huwiex fostna l-Mulej?" (Mik. 3, 11), li jsejjhu ‘l Jahweh "Missier! Int il-habib ta` zghoziti!" (Ger. 3,4; Hos. 8,2); hekk ukoll dawk li jahsbu li f’lehha ta` berqa "il-Mulej igib ruhu maghna skond l-ghemejjel tieghu tal-ghageb" (Ger. 21, 2). Finalment din hi l-ewforija ta` dawk li jemmnu li xejn ma nbidel, "ghada jkun bhal-lum" (Is. 56, 12; 47,7)..... Dawn it-talin isibu rwiehom immellsin bil-kliem helu tal-profeti foloz (Ger. 23, 17) u jsibuha impossibbli li jifthu ghajnejhom ghar-realta` tal-kundizzjoni prezenti. Izda l-profeti t’Alla ma humiex opposti ghall-imghoddi bhala tali. Elija rega` lura lejn Horeb; Hosegha (11, 1-5) u Geremija (2, 2w) huma affaxxinati bil-memorji tad-dezert; it-Tieni Isaija b’dawk ta` l-ezodu (Is. 43, 16-21). Izda ma jhawwdux l-imghoddi veru ma` dak li halla warajh. Huma juzaw l-imghoddi sabiex jergghu jitfghu id-dawl fuq il-bazi vera tar-religjon tan-nazzjon.

3. Il-kult. Il-profeti ghandhom kliem iebes dwar is-sagrificcji (Ger. 7,21w; Is. 1,11w; Gham 5, 21-25), l-arka (Ger. 3,16), u t-tempju (Ger. 7,4; 26,1-15) -- l-istess tempju fejn Isaija ircieva is-sejha tieghu (Is. 6), u fejn Geremija kien jippriedka (Ger. 7), kif Ghamos kien jippriedka fis-santwarju f’Betel (Gham 7,13). Kliemhom jaghrblu sew is-sitwazzjoni: jikkundannaw il-bhur ghax dawn saru sagrileggi. Kliemhom kienu jkunu daqstant validi li daqslikieku intqalu ghal atti ta` qima nisranija mwettqin f’kundizzjonijiet simili. Kliemhom jergghu jitkellmu dwar il-valur relattiv biss ta` sinjali li mhux dejjem ezistew jew li ma jibqghux dejjem dak li huma illum (Gham 5,25; Ger. 7,22), li fihom infushom ma jistghux isaffu jew isalvaw (Lhud 10,1). Dawn is-sagrificcji ma ghandhom ebda valur hlief f’rapport mas-sagrificcju ta` Kristu. Il-kritika kontemporanja tal-profeti thejji t-triq ghal fehma ahharija u deciziva ta` dak li hu sagrificcju moghti fir-revelazzjoni. Mill-bqija, wara l-ezilju, il-kult u l-kariga profetika inghaqdu fil-persuna ta` Ezekjel (Ez. 40-48; Is. 58,13), Malakija u Haggaj. Ir-ritwal Lhudi tal-epoka li tigi wara huwa wiehed imsoffi; l-aktar dovut ghall-influwenza tal-profeti, li qatt ma setghu jimmaginaw religjon minghajr ritwal iktar mill setghu jimmaginaw socjeta` minghajr ligi.

IV. IL-PROFETA U T-TQASSIM GDID

Il-profeti gabu flimkien lil Alla haj mal-holqien tieghu fil-mument partikulari li kienu qeghdin jghixu fih. Izda biss ghal dik ir-raguni, il-messagg taghhom ihares lejn il-futur. Huma jaraw il-futur gej bl-aspett doppju tieghu ta` kastig u ta` salvazzjoni.

1. Kastig. Isaija, Geremija, Ezekjel, apparti mid-dnubiet individwali, jaraw it-tkomplija tad-dnub tal-komunita` (Mik. 7,2; Ger. 5,1), realta` iebsa -- imsejsa fuq fatt storiku (Is. 48,8; Ezek. 20; Is. 64,5). Dan id-dnub huwa wiehed mingur (Ger. 17,1), imdiehes bhas-sadid jew lewn il-gild (Ger. 13,23; Ezek. 24,6). Il-profeti jesprimu din is-sitwazzjoni f’termini tal-mument storiku. Jipproklamaw li d-dnub f’dan il-mument lahaq il-quccata tieghu. Alla jippermettilhom li jaraw kif ippermetta lil Abraham li jara fil-kaz ta` Sodoma (Gham 4,11;Is. 1,10...). Hekk, bhala ezortazzjoni, il-messagg taghhom ser ihabbar kundanna, bi jew minghajr riferenzi temporali specifici, izda madankollu pjuttost dettaljati. Israel kiser il-patt (Is. 24,5; Ger. 11,10); ghalhekk kellhom isegwu konsegwenzi definittivi ghall-profeti. Il-gens jistenna il-jum ta` Jahweh bhala mument trijunfanti; il-profeti jhabbruh bhala li gej f’cirkostanzi opposti (Gham 5,18 w). L-ghalqa tad-dwieli qarrieqa ser tiggarraf mill-bidwi (Is. 5,1-7).

2. Salvazzjoni. Madankollu, il-problema, minn zmien Ghamos, hu l-gharfien li Alla ma jistax jikkastiga biss. Mbaghad jigi Geremija biex jaqla’ mill-gheruq u jgarraf, biex jeqred u jhott, biex jibni u jhawwel (Ger. 1,10). Israel kiser il-patt, izda ma jintemmx kollox hemm. Forsi Jahweh li ta bidu ghall-patt ghandu l-istess hsieb li jikser il-weghdiet tieghU? Ebda gharef ma jazzarda jwiegeb dik il-mistoqsija; ghax fl-imghoddi, Israel laghab mal-fedelta` t’Alla biex ikun infidil lejH, u hekk imtela kollu dnub. Izda fejn l-gharef ghandu jiskot (Gham 5,13), il-profeta jitkellem sew. Huwa biss kapaci jghid li wara l-kastig misthoqq, Alla kien ser jittrionfa filli jahfer lill-poplu tieghU, mhux ghaliex ghandu jaghmel hekk (Ezek. 16,61), izda f’gieh il-glorja tieghU biss (Is. 48,11). Dan jiftihem ahjar b’Hosegha, meta d-duttrina tal-patt kienet zviluppata taht it-tixbiha taz-zwieg, bhala r-risposta profetika ghad-diffikultajiet dwar il-patt. Iz-zwieg hu tabilhaqq kuntratt, izda ma ghandu ebda tifsira hlief fl-imhabba. L-imhabba, ghalhekk, tirrendi t-tpattija stretta impossibbli, u taghmel li wiehed ikun jista` jahseb fil-mahfra.

3. Il-habbara tal-patt il-gdid. L-ezilju u t-tifrix li gab mieghu wettqu l-kundanna. Jekk il-Ligi ghamlet lil Israel thoss in-nuqqas ta` setgha taghha (Rum. 7), dan kollu gara ghax il-profeti fethu ghajnejn il-komunita` ghal din ir-realta`. Wara dan tasal is-siegha tal-hniena. Minn zmien l-ezilju il-profeti jitkellmu dwar il-hniena meta jaghmlu weghdiet dwar il-futur. Dak li jweghdu mhuwiex ir-restawr (Ger. 31,32) tal-istituzzjonijiet moribondi ta`qabel, izda ser ikun hemm patt gdid. Geremija ihabbru dan (Ger. 31,31-34) u jerga` jigi trattat minn Ezekjel (Ezek. 36,16-38) u mit-Tieni Isaija (Is. 55,3; 54,1-10). Fi hdan dan il-perspettiv gdid, il-Ligi mhijiex soppressa, izda tassumi pozizzjoni gdida. Minn kundizzjoni tal-weghda, issir mira tal-weghda (Ger. 31,33; 32,39w; Ezek. 36,27). Hija tigdid kbir, izda l-profeti jigu b’hafna tigdid iehor, dwar kull tema tar-rivelazzjoni biblika. L-esperjenza biblika u profetika tmiss kollox sabiex iggedded kollox. Bil-mod ta` hajjithom, kif ukoll bit-taghlim taghhom, il-profeti huma l-mexxejja ta` dawk in-nies imsejhin "l-insara tal-Ligi l-Qadima".

4. Illum definittiv. Dan it-tigdid tal-kuncetti tal-fidwa ma jistax jinfired mic-cirkostanzi ta` l-ezilju u tal-migja lura, ghaliex il-profeta jara b’harsa wahda il-veritajiet eterni u l-avvenimenti li fihom isehhu dawn il-veritajiet. Iz-zewg realtajiet huma rivelati lilu bis-sahha tal-karizma tieghu. Izda fost il-forom tal-gherf li l-bniedem ma jistax jikseb bis-setghat tieghu mhux mghejjuna, il-gharfien tal-gejjieni jikkostitwixxi kategorija specjali privileggata. It-tbassir tal-gejjieni jista` jassumi forom diversi. Kultant ikun dwar avvenimenti qrib fiz-zmien, li t-tifsir ewlieni taghhom ikun minimu izda li ma jkunux mistennijin li jigru, (Gham 7,17: Ger. 28,15w; 44,29w; 1Sam. 10,1w; ara Lq. 22,10w). Galadarba isehhu dawn it-tbassiriet, dawn isiru sinjal fihom infushom li jindikaw avveniment iktar fil-boghod li hu biss huwa wiehed kbir. Dak il-gejjieni imbieghed, il-qofol tal-istorja, huwa l-mira principali li l-profezija tara quddiemha . Ic-cirkostanzi li fiha issir il-profezija huma dejjem minsugin mal-isfond storiku kontemporanju ta` Israel tal-laham, izda dejjem ikun hemm tifsira universali u decisiva li tinghata. Jekk il-bassara jiddeskrivu l-fidwa fit-termini tal-avvenimenti li jkollhom esperjenza taghhom , dak hu kollu dovut ghal-limitazzjonijiet tas-sitwazzjonijiet taghhom. Izda, tindika wkoll li l-futur diga` ghandu l-gheruq tieghu fil-prezent. Il-profeti jirrelataw il-prezent mal-futur ghaliex il-futur mhu ser ikun xejn hlief "illum". L-uzu ta` esagerazzjonijiet juri sew li r-realta` futura kienet ser tizboq kull mira storika kif tidher illum. Minflok ma ggieghlna nammiraw il-forma letterarja taghha, il-mod kif jitkellmu l-profeti ghandu l-ghan li jorjenta lis-semmiegh jew lill-qarrej lejn avveniment li hu assolut. Il-letteratura apokalittika hija ir-rivelazzjoni fl-aqwa taghha, ghaliex hija iktar maqtugha minn ghazliet politici milli hi l-profezija tal-Ligi Qadima; u dan hu dak li timmira lejh direttament fil-binja taz-zmien, ta` kull ghadd, u tar-rapprezentazzjonijiet immaginattivi taghha (ara Danjel). Iktar minn dak kollu li hu registrat mill-istorja prezenti, dan kollu jigi bhala xbiha bil-quddiem ta` dan l-avveniment storiku li ghad ikun il-qofol u l-mira tal-istorja.

TG

I. IS-SEHH TAL-PROFEZIJI

It-TG huwa twettieq konxju tal-profeziji tat-TQ. Il-Ktieb ta` Isaija li hu fih innifsu gabra ta` ghajdut profetici u specjalment il-Kant tal-Qaddej li hemm fih, jidhru li huma il-holqa indispensabbli li tghaqqad iz-zewg Testmenti. Dan ghaliex ibassru l-mod ta` twettieq u s-sehh minnufih tieghu. L-evangelisti innifishom juzaw dawn il-kitbiet ta` Isaija sabiex jiddeskrivu kemm il-messagg tal-fidwa kellu jintlaqa` hazin (Is. 6,9 kif citat minn Mt. 13,14w; Gw. 12,39w u Atti 28,26w; Is. 53,1 minn Rum. 10,16 u Gw. 12,38; Is. 65,2 minn Rum. 10,21).

Fil-fatt, jekk it-TG bi skop jenfsizza dawk l-avvenimenti fil-hajja ta` Gesu` li jwettqu l-Iskrittura, wiehed ma ghandux jinsa li l-profeti kollha mehudin flimkien (Atti 3,18-24; Lq. 24,27) janticipaw bil-mod taghhom il-misteru essenzjali, li hu dak tal-passjoni u tal-qawmien. Il-passjoni nnifisha hija msemmija hafna drabi bhala s-suggett tal-profeziji (Mt. 26,54-56; Atti 3,18; 13,27), izda hafna drabi kemm il-mewt u l-qawmien jitqiesu flimkien. It-taghlima li ta Gesu` bhala esigezi fit-triq ta` Ghemmaws, li giet uzata fil-kitba tal-evangelji, terga` tghaqqad dawk l-espressjonijiet li l-uzu taghhom altrimenti jaqsam f’kategoriji li l-kotba differenti li jitkellmu mill-misteru ta` Kristu: "il-profeti", "Mose` u l-profeti kollha", "l-Iskrittura kollha", "il-ligi ta` Mose`, il-profeti u s-Salmi" (Lq. 24,25. 27.44; qabbel Atti 2,30; 26,22; 28,23; Rum. 1,2; 1Pt. 1,11; 2Pt. 3,2....). Hu ghalhekk li t-Testment il-Qadim kollu isir profezija tat-Testment il-Gdid, tabilhaqq "il-kelma tal-profeti" (2Pt. 1,19w).

II. IL-KARIGA PROFETIKA FIZ-ZMIEN IL-GDID

1. L-isfond li jwassal ghal Gesu`. Gesu` jidher f’nisga ta` tneghidiet profetici, imlissnin minn Zakkarija (Lq. 1,67), Xmun (Lq. 2,25w) u l-profetissa Anna (Lq. 2,36) u fuq kollox Gwanni l-Battista. Il-prezenza ta` Gwanni kienet mehtiega sabiex tispunta d-differenza bejn il-kariga profetika u l-mira taghha, Kristu. Kulhadd ihares lejn Gwanni bhala profeta. Bhall-profeti qodma, huwa fis-sehh jattwa l-Ligi f’termini ta’esperjenza mghixa (Mt. 14,4; Lq. 3,11-14). Huwa jhabbar li l-korla divina kienet waslet biex tisbroffa, hekk bhalma kienet waslet ukoll il-fidwa (Mt. 3,2.8). B’mod partikulari, Gwanni jinduna profetikament b’dak li jinsab maghhom minghajr ma jintgharaf min veru Hu; u jindikah lil kulhadd (Gw. 1,26.31). Permezz tieghU jitkellmu l-profeti kollha li taw xhieda dwar Gesu` : "il-profeti kollha, kif ukoll il-Ligi, habbru sa zmien Gwanni" (Mt.11,13; Lq. 16,16).

2. Gesu`. Ghalkemm l-imgieba ta` Gesu` hija distinta sew minn dik ta` Gwanni il-Battista (Mt. 9,14), izda Hu xorta jzomm ghadd ta` karatteristici profetici. Huwa jgharraf "is-sinjali taz-zminijiet" (Mt. 16,2w) u jhabbar it-twettiq taghhom (Mt. 24-25). L-attitudni tieghU quddiem il-valuri accettati hija wahda kritika, bhalma kienet dik tal-profeti: kien iebes ma` dawk li kellhom l-imfietah tal-awtorita` f’idejhom izda li kienu juzawhom biex izommu lill-ohrajn barra (Lq. 11,52); kien jirrabja ma` dawk li kienu ipokriti fir-religjon (Mt. 15,7; Is. 29,13); sfida lil dawk il-Lhud li ftahru li kienu "ulied Abraham" (Gw. 8,39; ara 9,28); il-purifikazzjoni tat-tempju (Mk. 11,15w; ara Is. 50,7; Ger. 7,11); u l-istqarrija ta` qima perfetta wara l-qirda tas-santwarju materjali, lokali (Gw. 2,16; ara Zak. 14,21). U fl-ahhar, dak li kien japplika b’mod partikulari ghall-profeti ta` qabel, Huwa jara l-messagg tieghU michud (Mt. 13,13w), michud mill-istess Gerusalemm li qatlet il-profeti (Mt.23,37w; ara 1Tess. 2,15). Huwa jhabbar il-mewt tieghU hekk kif ihossha toqrob u jfisser l-iskop taghha. Billi kien il-profeta tieghU innifsU, b’hekk juri li Huwa jibqa` sid id-destin tieghU stess, li Hu jaccettah sabiex iwettaq il-pjan tal-Missier, imfisser fl-Iskrittura.

Minhabba f’dan kollu imsieheb b’sinjali mirakoluzi, mhuwiex ta` staghgib li l-folol taw it-titlu spontanju ta` profeta lil Gesu` (Mt. 16,14; Lq. 7,16; Gw. 4,19; 9,17), titlu li f’sitwazzjonijiet individwali ifisser il-profeta per eccellenza imbassar fl-Iskrittura (Gw. 1,21; 6,14; 7,40). Gesu` madankollu jaccettta biss dan it-titlu bla hsieb (Mt. 13,57p), u l-Knisja primittiva ftit ghamlet uzu mill-espressjonijiet (Atti 3,22w; ara Lq. 24,19). Il-personalita` ta` Gesu` tisboq b’kull mod it-tradizzjoni ta` x’inhu profeta: Hu il-Messija, il-Qaddej ta’ Jahweh, Bin il-Bniedem. Is-setgha li Hu ghandu minn MissierU hija wkoll kollha tieghU. Hija s-setgha tal-Iben, u tqeghdU wisq iktar fil-gholi mill-kategorija ta` profeta (Lhud 1,1w). Huwa jircievi l-messagg tieghu tabilhaqq; izda, skond ma jghid Gwanni, Huwa l-Kelma t’Alla maghmula bniedem (Gw. 1,14). Fis-sehh, liema profeta seta` qatt ipprezenta lilu nnifsu bhala l-ghajn tas-sewwa u tal-hajja? Il-profeti kienu jghidu, "oraklu tal-Mulej!". Gesu` minn naha tieghU jghid "Fis-sewwa, fis-sewwa nghidilkom.....". Il-missjoni tieghU u l-persuna tieghU huma ta` ordni differenti.

3. Il-Knisja. Ghad jigi jum meta "jghibu l-profeziji, jisktu l-ilsna, ighib il-gherf", jghid San Pawl (1Kor. 13,8). Izda dan ikun fl-ahhar taz-zminijiet. Il-migja ta` Gesu` f’din id-dinja, altru milli tnehhi l-karizma profetika, pjuttost ipprovokat l-estensjoni taghha kif kien imbassar. "Jalla l-poplu tal-Mulej ikun kollu profeti", kienet ix-xewqa ta` Mose` (Num. 11,29). U Goel ra din ix-xewqa tirrealizza ruhha fl-ahhar jiem (Goel 3,1-4). F’Pentekoste, Pietru jiddikjara li din il-profezija tkun twettqet: l-Ispirtu ta` Gesu` jigi komunikat lill-gisem kollu. Il-vizjoni u l-profezija huma affarijiet li jigru ta` kuljum fil-poplu gdid t’Alla. Il-karizma tal-profezija issehh sew u ta` spiss fil-Knisja ta` zmien l-appostli (ara Atti 11,27w; 13,1; 21,10w). F’dawk il-Knejjes illi sejjes, Pawlu jixtieq li l-profezija ma tigix sottovalutata (1Tes. 5,20). Huwa jqieghda ‘l fuq mid-don tal-ilsna (1Kor. 14,1-5). Ghadu madankollu mehtieg li dan id-don jigi uzat sew u ghall-gid tal-komunita` (1Kor. 14,29-32).

Il-kariga profetika tat-TG, xejn iktar minn dik tat-TQ, ghandha bhala funzjoni unika taghha t-tbassir tal-gejjieni: dan "jibni u jheggeg u jqawwi l-qalb" (1Kor. 14,3); funzjonijiet li joqorbu lejn il-predikazzjoni. L-awtur profetiku tal-Apokalissi jibda billi jirrivela l-veru stat lis-seba` knejjes (Apk. 2-3) b’mod simili ghal dak tal-profeti (1Kor. 14,32) u d-direttivi tal-awtorita` (14,37); il-profeta ma jippretendix li jkun qed jigbor il-komunita` taht gwenhajh jew li jiggverna l-Knisja (12, 4-11). Jista` jkun hemm dixxerniment tal-profezija genwina sal-ahhar, bis-sahha tad-dixxerniment tal-ispirti. Ukoll, min kiteb id-Dewteronomju ma rax fid-duttrina imxandra mill-profeti is-sinjal awtentiku tal-missjoni divina taghhom (13,2-6)? Hekk ghadha illum. Ghax il-profezija ma ntemmietx ma` zmien l-appostli. Kien ikun difficli li wiehed jifhem il-missjoni ta` hafna qaddisin fil-Knisja minghajr ma jaghmel riferenza ghall-karizma ta` profezija, li tibqa` suggetta ghar-regoli li tana S.Pawl.

QAWWA

F’kull religjon, il-qawwa hija attribut essenzjali tad-divinita`, ta` l-allat. Il-fidi nisranij tifformola l-ewwel artiklu tar-rivelazzjoni biblika bil-kliem: "Jiena nemmen f’Alla, il-Missier li jista` kollox, li halaq is-sema u l-art." Din il-formola tindika tlett aspetti tal-omnipotenza ta` Alla veru. Hija universali, ghax tabilhaqq Alla halaq kollox (Gen 1,1; Gw 1,3). Hija mimlija mhabba, ghaliex Alla hu l-Missier li qieghed fis-sema (Mt 6,9); hija misterjuza, ghaliex hi l-fidi biss li tista` tiddixxerni fiha hwejjeg li jidhru li huma mhawda, u li tiftah lilha nnifisha ghall-azzjoni taghha li ssalva (1Kor 1, 18; 2Kor 12, 9w). Ghax din il-qawwa qed tintuza fil-kuntest ta` l-istorja tas-salvazzjoni.

I. IL-QAWWA TAL-MULEJ, ALLA TA` ISRAEL

1. Alla juri l-omnipotenza tieghU bl-intervent li jaghmel fuq din l-art. Fir-rakkonti dwar il-hajja tal-patrijarki, din l-omnipotenza kienet teghleb kollox: ghal Alla, xejn mhu impossibbli (Gen 18,14). F’kull sitwazzjoni Huwa jista` jhares lill-maghzulin tieghU u jwettaq ghalihom dak li Huwa dejjem ried (Gen 12, 2w; 28, 13-15). Kien ma` dan Alla omnipotenti li Gakobb kellu jissara; u fl-ahhar tat-taqbida Alla bierku u sejjahlu bl-isem ta` Israel (Gen 32, 27-30). Dan huwa l-isem li se juri min hu l-poplu maghzul u li se jesprimi r-rieda tieghu : "Jalla l-Mulej juri ruhU qawwi." Is-sahha ta` Israel qeghda ghaldaqshekk fl-intercessjoni u l-protezzjoni ta` dak Alla li ghazlu bhala poplu (S 20, 2.8-10; 44, 5-9; 105, 3w; 124, 8), li hu "il-Qawwi ta` Gakobb" (Gen 49, 24; Is 1, 24; 49, 26; 60, 16; S 132, 2). Dan Alla, bl-id tieghU qawwija (Ez 3, 19) u bi drieghU merfugh (Dt 4, 34), jehles lill-poplu tieghU fit-twettieq ta` l-ezodu. B’dan il-helsien li qatt qabel ma kien deher wiehed bhalu, il-Mulej, Alla ta` Israel, jirrivela lilU nnifsU bhala l-uniku wiehed l-aktar setghan fis-sema u fl-art (Dt 4, 32-39).

Bhala kap tal-armati ta` Israel (Ez 12, 41), il-Mulej hu l-gwerrier l- jizgura r-rebha ghall-poplu tieghU. Dan hu l-ewwel tifsir ta` l-isem tieghU "Mulej ta` l-ezercti" (S 24, 8-10; Ez 15, 2-4; 1 Sam 17, 45; S 5, 10; Gham 5, 14w). Permezz ta` l-arka tal-patt, Alla l-qawwi jizgura l-poplu tieghU mill-prezenza tieghU (2 Sam 6, 2; S 132, 8).

2. Xi minndaqqiet il-Mulej jintervjeni biex isahhah lill-poplu tieghU (Dt 8, 17w) u lill-mexxejja taghhom : imhallfin bhal Gidghon (Imh 6, 12-14), slaten bhal David (2 Sam 7, 9; 22, 30-32; 1 Sam 2,10). Il-Makkabin jistriehu fuq din is-sahha li tigi minghand Alla u taghmilhom nies li ma jeghlibhom hadd (1 Mak 3, 18w; 2 Mak 8,18). F’okkazjonijiet ohra, Alla, b’risposta ghall-karba tal-poplu, jintervjeni b’mod daqstant tal-ghageb li l-poplu nnifsu ma jifdallu xejn x’jista` jaghmel (2 Slat 19, 35; 2 Kron 20, 15-17.24). Iz-zewg tipi ta` intervent jitwahhdu fit-taqbida f’Gidghon taht it-tmexxija ta` Gozwe` (Goz 10, 8-11).

Madankollu, f’kull sitwazzjoni, hu l-Mulej li hu s-sahha tal-poplu tieghU. Is-salmi jkantaw dwar dan fl-inni ta` radd il-hajr li ghandhom (S 144, 1w; 28, 7w; 46, 2; 68, 34-36) jew fl-appelli taghhom ghall-ghajnuna (S 29, 11). Israel ma jistax jonqos milli jigi salvat, ghaliex sahtu hi s-sahha ta` Alla li jhobb lil Israel (S 59, 17w; 86, 15-17) u "hu jaghmel kull ma joghgbu" (S 115, 3; Is 46, 10).

II. IL-QAWWA TAL-HALLIEQ U TAL-BNIEDEM,

IX-XBIEHA TIEGHU

1. Jekk Alla ta` Israel hu qawwa bla tarf fis-sema u fl-art, dan ghaliex is-sema u l-art huma l-holqien tiehgU (Gen 2, 4); xejn mhu impossibli ghaliH (Gen 32, 17). Huwa jiddisponi minn xoghol idejH kif joghgob lilU (Gen 27, 5), wara li dan HALQU (Malti HALQ) bil-kelma ta` fommU u bin-nifs li hareg minn halqU (S 33, 6.9; Gen 1). Huwa jaghti. Huwa jqieghed l-univers fis-sod (S 119, 90), u jiinkkontrolla dawk il-qawwiet li jqumu biex iharbtuh mis-sisien tieghu, bhalma jista` jkun xi bahar tempestuz (S 65, 8; 89, 10w). Izda jekk Huwa stabbilixxa dan l-ordni (Gob 28, 25w; Prov 8, 27-29; Sir 43), Huwa jista` wkoll jibdlu kif irid Hu. Hekk, bil-qawwa tieghU, il-muntanji jaqbzu jew idubu (S 114, 4; 144,5). Huwa jbiddel l-ghamla tad-dezert f’oasi kollu hdura u ilma, u jnixxef l-ibhra (S 107, 33-35; Is 50,2). Mal-lemha tieghU kollox jitreighed (Sir 16, 18w).

2. Il-qawwa ta` Alla ghalhekk turi ruhha fil-holqien tieghU kollu (S 19, 2; 104; Gherf 13,4; Rum 1,20). Din titwettaq favur dawk il-persuni li jkollhom fidi perfetta fis-setgha bla tarf taghha. Hekk Abraham emmen li min halaq kull haga mix-xejn jista`, bl-istess mod, iqajjem lill-mejtin (Rum 4, 16-21; Lhud 11,19). Hu ghalhekk li Alla tah is-setgha ta` missier fuq gens bla ghadd ta` nies li jemmnu (Gen 22, 16-18). Kienet grat l-istess haga lil Guditta li permezz taghha Alla setghan wera lilU nnifsU bhala sid is-sema u l-art (Gdt 9, 12-14; 16, 1-17), ghaliex hija kienet tat lil Israel ezempju ta` tama u fiducja ghamja (8, 11-27; 13, 19).

Mela ghaliex ma tintelaqx kollok kemm int fiH li l-kelma tieghU tista` issehh kollox (Est 4, 17; Gherf 18, 5), Hu li jista` jdawwar il-qlub biex jaghmlu r-rieda tieghU (Prov 21, 1), u li minn taht idu hadd ma jista` jahrab (Tob 13, 2; Gherf 11, 17; 16, 15)? Din il-qawwa ghandha gherf infinit f’dak kollu li tohloq u fit-tmexxija taghha tad-dinja (Gherf 7, 21.25; 8,1). Izda l-holqien jaqbad biss eku hafif minn dan l-gherf infinit u mir-raghad tal-qawwa tieghu (Gob 26, 7-14). Jidher biz-zejjed car, madankollu, li l-bniedem gust ma jigix skandalizzat lanqas bl-ikbar tigrib li jkollu, izda dan jintelaq ghalkollox b’fiducja f’idejn Alla ta` setgha bla tarf u jroddlU qima siekta (Gob 38, 1-42, 6).

3. Min ikollu fidi f’Alla jsir kollaboratur ma` Alla setghani, ghax hu mhux biss il-hlejqa tieghU izda wkoll ix-xbieha tieghU (Gen 1, 26-28). Huwa jaghti xhieda ghal din il-kollaborazzjoni specjalment fil-hakma tieghu sew fuq l-art sew fuq il-bhejjem (Sir 17, 2-4). Altru milli jbaxxi rasu bil-biza` meta jsib ruhu quddiem il-qawwiet tan-natura, il-bniedem ghandu jahkimhom, u din hi xi haga li huwa jista` jaghmel jekk biss jibqa` sottomess lejn il-Hallieq tieghu b’fiducja umli. Imma fix-xewqa herqana tieghu ghal helsien shih, Adam ghamel id-dnub fatali u fehem hazin il-misteru tal-qawwa setghana ta` Alla (Gen 2, 17; 3,5; Rum1, 20w). B’konsegwenza ta` dan, huwa tilef kull hakma li kellu fuq id-dinja (Gen 3, 17w).

III. IL-QAWWIET HZIENA LI JASSRU LILL-BNIEDEM

Il-bidu tal-Genesi johrog fil-berah l-effetti ta` l-uzu tal-qawwa li jqieghed il-bniedem f’konfront ma` Alla. Kajjin juza s-sahha fizika tieghu biex joqtol lil huh, u Lamek jivvendika ruhu bla ebda lgiem (Gen 4, 8.23w). Il-vjolenza tinsab tahkem lid-dinja (6, 11). Id-dnub kollettiv ta` Babel hu ta` l-istess xorta bhal dak ta` Adam. Il-bnedmin jixtiequ jiksbu l-genna b’hilithom biss. Alla jara xíkunu qeghdin jippretendu u jlissen, "Issa kull ma jigihom f’rashom xejn ma jaqtaghlhom qalbhom!" (11, 4-6). Dan il-hsieb kollu ......... iwassal lill-bnedmin ghal jasar doppju. Min hu qawwi jassar lid-dghajjef, u huma nnifishom isiru lsiera tal-qawwiet tal-hazen, li huma x-xjaten.

1. L-oppressjoni, it-tghakkis u l-mohqrija li bniedem jaghmel lil bniedem iehor fil-fatt johorgu fid-deher biss wara li dawk mimlija bil-qawwa ta` din l-art jinsew li kull qawwa li huma jkollhom tkun gejja minn Alla (Rum 13, 1; 1 Pt 2, 13; Gw 19,11) u li huma ghandhom jirrispettaw f’kull bniedem ix-xbieha ta` Alla setghan (Gen 9, 6). Il-Farghun li ma jaghtix qima lill-Mulej, joqghod iwebbes rasu jzomm il-poplu ta` Alla fil-jasar filwaqt li jibqa` dejjem iktar jghabbih b’xoghol iebes (Ez 5, 2; 6-18). Dawk it-tiranni li jqeghdu t-tron taghhom fis-sema u hekk ihabbtuha ma` Alla, bl-istess mod jippruvaw jassru gnus ohra (Is 14, 12-14). L-imkabbrin jabbuzaw il-poter taghhom f’atti ta` vjolenza li l-profeti jitkellmu kontrihom, sew jekk dawn jintaghmlu f’Israel sew fost il-pagani (Gham 1, 3-2, 7). Il-fatt fih innifsu li l-Mulej juza gnus pagani biex jikkastiga lill-poplu tieghU ma jnaqqasx mill-ingustizzja li ggib il-vjolenza taghhon (Is 47, 6). Ta` htija ikbar minn hekk huma dawk li ghandhom xi setgha f’Israel u jabbuzaw minnha billi jaghmlu pressjoni fuq il-fqajrin, u jonqsu milli jimxu maghhom bir-reqqa (Is 3, 14w; 10, 1w; Mik 3, 9-11; S 58, 2w). Is-setghana ta` din l-art m’ghandhomx lil Min "bl-ahrax jiggudika ‘l min hu fil-gholi". Huwa l-Muelj fuq kulhadd, u hi ix-xewqa tieghU li huma ghandhom jghozzu l-gustizzja (Gherf 1,1; 6, 3-8).

2. Iktar minn hekk, dawk li ma jaghrfux lis-setghani li halaqhom, jaghtu qima lil allat li jfasslu f’mohhom u li zgur ma jkollhom ebda setgha. Sew il-profeti sew il-ghorrief jaraw min minnhom l-aktar kapaci jmaqdar lil dawk l-idoli impotenti (Is 44, 17-19; Ger 10, 3-5; S 115, 4-7; Dan 14, 3-27; Gherf 13, 10-19). F’li jaghtu gieh lill-kwiekeb jew lil holqien divers iehor, il-pagani jfittxu kif jikkalmaw li dawk il-qawwiet naturali li huma stmaw bhala divini, u hekk huma jonqsu milli jaraw lil sid in-natura li hu l-hallieq taghha (Gherf 13, 1-8). Ghaldaqstant, wara dawn l-allat foloz tal-pagani, hemm mohbija qawwiet imxajtna (S 106, 36w; Dt 32, 17; 1 Kor 8, 4; 10, 19). Ix-xitan, wara li jkun hajjar lill-bnedmin ghad-dnub (Gen 3, 5; Gherf 2, 24), jfittex li hu nnifsu jinghata gieh minnhom taht diversi ghamliet. Huwa jisseducihom b’wirja tas-setgha li Alla ippermetta li jkollu ghal ftit zmien (2 Tes 2, 9; Apk 12, 2-8; ara Mt 4, 8w). Setghatu hi biss attiva f’dawk li jirresistu lil Alla (Efes 2, 2); hija qawwa tal-mewt, ghaliex hu permezz tal-biza tal-mewt li huwa jzomm lill-bniedem imjassar go fih innifsu (Lhud 2, 14w).

Quddiem l-allat foloz, isem il-Mulej ta` l-Ezercti jassumi sens gdid. Ghax Alla veru hu Alla tal-Qtajjiet jigifieri, tal-qawwiet kollha tal-univers; tal-firxa shiha tal-kwiekeb (Is 40, 26; S147, 4), tal-legjun tal-angli (S 103, 20w; 148, 2; Lq 2, 13w). Il-Mulej se jindahal biex jehles lill-bnedmin.

IV. IL-QAWWA TAS-SALVATUR U TAL-QADDEJ TIEGHU

1. Sa mill-Ktieb ta` l-Ezodu jigi rivelat l-mod li bih Alla setghan itemm il-jasar socjali tal-imghakksin u l-jasar spiritwali tal-midinbin. Il-helsien li naraw fl-ezodu huwa t-tip ta` kull helsien iehor, u l-festa tal-Ghid hi tifhira dejjiema ta` dan f’Israel (Ez 13,3). Ir-rezistenza tal-Farghun tiran hi l-okkazzjoni ghall-Mulej biex Huwa juri b’mod specjali l-qawwa tieghU fuq il-holqien kollu permezz ta` ghegubijiet mhux tas-soltu (Ez 9, 14w). L-ghodda umana ta` dawn l-ghegubijiet u tal-helsien ta` Israel huwa bniedem li jaghraf id-dghufija tieghu. Mose`hu l-iktar umli fost il-bnedmin kollha (Ez 4, 10-13; Num 12, 3). Madankollu "qatt izjed ma deher f’Israel profeta bhal Mose` li l-Mulej kien jafu wicc imb-wicc" (Dt 34, 10-12).

Il-poplu mehlus innifsu jirrezisti lill-hellies tieghu. Alla jikkastiga lil dawk ti ma emmnux fil-qawwa tieghU minkejja li ghamel daqstant mirakli, Huma se jmutu fid-dezert wara li jkunu damu jiggerew erbghin sena (Num 14, 22w). Imma Alla, bl-intercessjoni ta` Mose`, mhux se jeqred ghal kollox lil dan il-poplu ribelluz, sabiex il-pagani ma jkollhomx ghaliex jghidu u jiddubitaw mill-kapacita` tieghU li jipprotegi lill-poplu tieghU (Num 14, 16) jew ghallinqas l-effikacja tas-salvazzjoni li l-qawwa tieghU iggib fis-sehh (Ez 32, 12). Iktar minn hekk, Huwa jwettaq is-setgha tieghU filli jaghti l-mahfra (Num 14, 17-19).

2. Il-moghdijiet ta` Alla jibqghu dejjem dawk li huma fil-mixja kollha ta` l-istorja. Sabiex iwettaq il-pjan tieghU, Huwa jhawwad lis-setghana ta` fuq din l-art. Meta Huwa jixtieq jikkastiga lill-poplu tieghU permezz ta` l-ezilju, Nebukadnassar huwa l-ilsir tieghU (Ger 25, 9). Meta mbaghad jintemm zmien l-ezilju, Ciru jircievi minghand il-Mulej il-qawwa setghana li jorganizza t-treggigh lura fl-art ta` Israel (Is 44, 28-45, 4; 2 Kron 36, 22w). Dan it-tieni ezodu hu kollu hidma tal-Mulej ta` setgha bla tarf li jaghti sahha gdida lil dawk li jqeghdu l-fiducja taghhom fiH (Is 40, 10w. 29-31).

Permezz ta` l-Ispirtu tieghU, dik il-qawwa divina li l-profeti jikkonfrontaw mad-dghufija tal-bniedem li hi "l-gisem" (Is 31, 3; Zak 4, 6), u bil-Kelma tieghU ta` effikacja dejjiema (Is 55, 11), Alla jikkonferma lil dawk l-ghodda dghajfa li Huwa jkun ghazel. David, ir-raghaj zaghzugh, li mimli bl-Ispiru li gej mid-dilka ta` l-inkoronazzjoni (1 Sam 16, 13), jehles lil Israel mill-ghedewwa tieghu kollha (2 Sam 7, 8-11). Minn razztu se jitwieled il-Messija li se jkun jismu "Alla setghan". FuqU se jistrieh l-Ispirtu ta` Alla (Is 9, 5w; 11, 1w), u se jkollU lil Alla bhala Missier tieghU (2 Sam 7, 14; S 89, 27-29). Geremija, li altrimenti mhux kapaci jitkellem, jipproklama b’qawwa li ma bhalha l-kliem li l-id ta` Alla qeghditlu fuq fommu (Ger 1, 6-10. 18w). Il-poplu ta` Israel innifsu, li ghalih l-ezilju kien grajja meta tilef kull tama, se jerga jitqajjem mill-Ispirtu ta` Alla (Ez 37, 11-14). Meta l-Mulej ikun qieghed jehles lil dan il-poplu li jaqdiH u jserrah fuqU biex jikseb sahtu (Is 49, 3-7), u ghal kuntrarju ta` dawk l-idoli li m’ghandhom ebda setgha li jgibu s-salvazzjoni, Huwa jirrivela lilU nnifsU bhala l-uniku Salvatur, is-setghan li lilU ghandu jweggah kull gens (Is 45, 14w.20-24).

3. Hu mid-dnub li Alla jixtieq jehles lill-bnedmin kollha. Il-qawwa tal-Mulej tikseb dan il-pjan ta` salvazzjoni permezz tal-Qaddej misterjuz tieghU: Huwa jmut, migruh b’kull tbatija u mohqrija (Is 53). Izda permezz tal-mewt tieghU, il-qawwa divina tippermetti li tnixxi l-hajja ghal daqstant nies gustifikati bla ghadd. Hija tabilhaqq setgha ta` qawmien. Billi l-mewt hi konsegwenza tad-dnub, Alla se jehles mill-mewt lil dawk li Huwa jehles mid-dnub. Il-bniedem gust se jqum ghall-hajja ta` dejjem. Dan huwa t-taghlim ta` l-ghorrief dwar dik is-siegha meta ghandhom imutu l-gusti minhabba fil-fidi taghhom (Dan 12, 2w). It-tama tal-qawmien permezz tal-qawwa tal-Hallieq isseddaq lil dawk li jkunu ghaddejin minn xi persekuzzjoni (2 Mak 7, 9.14.23). F’waqt imhejji minn qabel, il-qawwa ta` l-oppressuri se tintemm u mbaghad ix-xirka tal-qaddisin se tiehu sehem fil-hakma dejjiema li tinghata lil Bin il-Bniedem li ghad irid jigi fuq is-shab tas-sema (Dan 7, 12-14.18.27).

4. Fi tmiem il-patt il-qadim, wiehed gharef li qaghad jimmedita l-istorja tas-salvazzjoni, hekk jara lil dak Alla setghani li kien sid taghha : Huwa jhobb kull ma Huwa halaq (Gherf 11, 24-26). Gust u kollu kniena, Huwa jilqa` kull indiema kif ukoll iheggigha f’qalb kull bniedem (11, 23; 12,2.10-18). HUwa jhares lill-gusti u jaghtihom il-hajja ta` dejjem, ghaliex isimhom jinsab minqux fuq il-palma ta` idU u Hu Missierhom (2, 16-18; 3,1; 5,15w; ara Mt 22, 29-32). U sadanittant Huwa jippermetti li z-zeblieha jarawhom imutu, biex b’hekk Huwa jgarrab it-tama tal-gusti. Dan jaghmlu biex il-kuruna taghhom tista` tkun hlas lura xieraq bi tpattija ghal meta huma kienu il-vittma tal-hruq fuq l-artal (Gherf 3, 2-9).

V. I-QAWWA TA` L-ISPIRTU F’DAWK LI JEMMNU

FI KRISTU

1. Se tkun tabilhaqq vittma ta` tpattija dik li se tissigilla l-patt il-gdid, jigifieri l-vittma Gesu` li fiha Alla ta` setgha bla tarf se jirrivela lilU nnifsu bis-shih, u li permezz taghha Huwa se jwettaq il-pjan tieghU. Gesu` hu l-Kelma setghana ghal kollox li tlahham fil-guf ta` vergni umli (Lq 1,27.48w; Gw 1, 14; Lhud 1, 2w). Dan it-tnissil hu l-hidma ta` l-Ispirtu s-Santu, il-qawwa ta` l-aktar gholi li ghaliH xejn mhu impossibli (Lq 1, 35-37; Mt 1, 20). Bhala Bin il-Bniedem, Gesu` ....dilek bl-Ispirtu u l-qawwa (Atti 10, 38). L-Ispirtu jistrieh fuqU u jinghatalU bla qjies (Lq 3, 22p; Gw 1, 32-34; 3, 34w; ara Is 11, 2; 42, 1; 61, 1). Gesu` juri l-qawwa tieghU permezz tal-mirakli li jixhdu ghall-missjoni tieghU (Atti 2, 22) u li mhux biss jaghtu prova li Alla jinsab mieghU (Gw 3, 2; 9,33) u li Hu mibghut mill-Missier (5, 36), izda wkoll li Hu l-Emmanu-el, "Alla maghna" (Mt 1, 23).

2. Dak li jaghmel Gesu` zgur mhux biex ihaddem il-qawwa tieghU ghall-glorja tieghU nnifsU, skond ma kienu jahsbu l-Lhud li kellu jaghmel Messija li jigi fuq din l-art (Mt 4, 3-7; Gw 8, 50), ghax Gesu` jfittex biss il-glorja ta` MissierU u t-twettiq tar-rieda tieghU (Gw 5, 30; 17,4). Din l-umilta` hi l-ghajn ta` kull qawwa tieghU. Il-holqien ibaxxi rasu quddiemU (Mt 8, 27p; 14, 19-21p). Huwa jfejjaq kull mard u jqajjem lill-mejtin (Mt 4, 23w p; 9, 25p). Huwa jahfer id-dnubiet (Mt 9, 6-8p), u permezz tal-qawwa ta` l-Ispirtu s-Santu Huwa jkecci x-xjaten (Mt 12, 28p). Huwa jikkonferma bil-fatti l-qawwa li ghandU li jaghti hajtu u li jerga jehodha (Gw 10, 18), jigifieri, li Huwa b’mod hieles isir vittma fuq is-salib u li jerga jqum mill-imwiet. Finalment, Huwa jhabbar li se jerga jigi fl-ahhar jum biex iwettaq il-qawwa tieghU bhala mhallef setghan (Mk 13, 26p; Gw 5, 21-29). "Ghad taraw lil Bin il-Bniedem bilqieghda n-naha tal-lemin ta` dak li jista` kollox, u gej fuq is-shab tas-sema" (Mt 26, 64p). Din il-weghda ssir quddiem is-Sinedriju fis-siegha meta l-qawwiet tad-dlamijiet ikunu jidhru li rebhu huma (Lq 22, 53).

Izda, kif kien qal qabel, "meta terfghu ‘l fuq lil Bin il-Bniedem" Gesu` jirrivela min Hu (Gw 8, 28) u x’setgha kellu. Huwa jnizzel minn fuq it-tron lill-principalitajiet (Kol 2, 15) fl-istess waqt li jixhet ‘l barra lill-princep tad-dinja, u jigbed lil kullhadd lejH. Ghaldaqstant Huwa jibghat lid-dixxipli tieghU sabiex jaghtu xhieda li Huwa ghandu kull setgha fis-sema u fl-art, u li jgib il-gnus kollha tahtU, fil-fidi u fl-ubbidjenza, fis-saltna spiritwali tieghU (Mt 28, 18-20). Sabiex huma jkunu jistghu iwettqu din il-missjoni, Hu mhux biss jikkonfermma l-predikazzjoni taghhom bil-mirakli (Mk 16, 20), izda jghidilhom "Jien maghkom dejjem, sa l-ahhar taz-zmien." Huwa se jkun maghhom bl-Ispirtu tieghU, dik il-qawwa li tigi mill-gholi li Huwa wieghed li se jibghatilhom (Lq 24, 49; Atti 1, 8).

3. L-Ispirtu li jimla lill-appostli minn Petekoste ‘l quddiem (Atti 2, 4) hu rigal li Kristu mqajjem mill-imwiet ipprezentalhom u li juri s-setgha tieghU bhala Salvatur (Atti 2, 32-36; 4, 7-12). Meta l-predikazzjoni qawwija taghhom tkun ikkonvertiet qlub l-bnedmin (Atti 2, 37.43; 4, 4.33) l-appostli mbaghad iwettqu s-setgha li jahfru d-dnubiet (Gw 20, 21-23) u i jwasslu l-Ispirtu (Atti 8, 17). L-espansjoni tal-Knisja jikkonferma l-weghda li ghamel Gesu` lid-dixxipli tieghU : huma se jwettqu opri iktar minn dawk li ghamel Hu nnifsU u se jiksbu minghand il-Missier kull ma kienu se jitolbu f’isem IbnU (Gw 14, 12-14; 16, 23w). Il-fidi ghaldaqstant tirrendi t-talb b’li ghandu setgha li ma bhalha (Mk 9, 23; 10, 27; 11, 22-24).

Pawlu jsegwi lil Gesu filli jghallem li bil-fidi l-bniedem jinfetah ghall-qawwa tas-salvazzjoni li tinsab fil-bxara t-tajba (Rum 1, 16). Huwa jghid li "permezz tal-fidi fi Kristu, irrid naghraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tieghu mill-imwiet, u naqsam mieghu t-tbatijiet tieghu" (Fil 3, 9w). Gesu` msallab isalva lil dawk il-fidili li jemmnu. Ghalihom Huwa l-qawwa ta` Alla (1 Kor 1, 18.23w). Ghax id-dghufija ta` Alla hi aktar b’sahhitha mill-bniedem, u l-qawwa tieghU turi ruhha fid-dghufija tax-xhieda tieghU (1 Kor 1, 25; 2 Kor 12, 9). Meta dawn ta` l-ahhar jinghaddew f’idejn l-esekuturi minhabba f’Gesu`, il-hajja ta` Gesu` se tintwera bic-car go fihom (2 Kor 4, 10-12). Ghaliex huma qeghdu twemminhom fil-qawwa ta` Alla li qajjem lil Kristu minn bejn l-imwiet (Kol 2, 12; 2 Kor 13, 4). Huma gew imqawwijin b’kull setgha mill-Ispirtu tieghU (Efes 3, 16) li jaghmel kliemhom il-Kelma ta` Alla u jwasslilhom il-qawwa tal-Kelma divina (1 Tes 1, 5; 2, 13). Fihom jagixxi l-kobor li hadd ma jista` jifhem tal-qawwa divina, dak il-kobor li jisboq lil kull hsieb u stennija (2 Kor 4, 7; Efes 1, 19-21; 3, 20).

4. Din l-istess qawwa se zzommhom ghas-salvazzjoni li ghad trid tigi rivelata fl-ahhar zminijiet (1Pt 1, 5). Alla jzomm bhala mhux mittiefsa lil dawk i jumiljaw ruhhom taht idU li hi kollha setgha bla tarf u li jirrezistu, bil-fidi, lix-xitan (1Pt 5, 5-10). Dawk li ma jemmnux, min-naha l-ohra, se jigu sedotti minn dawk li l-qawwa taghhom jiksbuha mix-xitan (2Tes 2, 9-12; Apk 13, 2-7). Il-Mulej ghad jeqred lil dawn ta` l-ahhar b’nifs fommU fil-jum meta Huwa jerga jigi (2 Tes 2, 8). Dakinhar il-mewt tinqered flimkien ma` kull setgha tal-ghadu (1 Kor 15, 24-26). Alla se jqajjem bil-qawwa tieghU l-igsma ta` dawk li jghammar l-Ispirtu fihom (1 Kor 6, 14; Rum 8, 11). Huwa se jkun kollox f’kollox (1 Kor 15, 28). Fl-Apokalissi, il-maghzulin jinstemghu ikantaw lill-Mulej Alla ta` qawwa bla tarf (Grg. Pantokrator), li l-Haruf joqghod fuq l-istess tron mieghU. Alla se johloq univers gdid, kif rah Gwanni, post fejn "ma kienx hemm izjed bahar"; jigifieri, ebda qawwa ohra ta` kaos (Apk 21, 1.5): "Hallelujah! Ghax ha s-saltna l-Mulej, Alla taghna li jista kollox" (Apk 19, 6). Din hija saltna ta` mhabba ghax dan Alla li jista kollox hu Missier "Dak li habbna, u li hallna minn dnubietna bis-sahha ta` demmu. Lilu l-glorja u s-setgha ghal dejjem ta` dejjem. Amen" (Apk 1, 5w).

QIMA

Sew Ezekjel meta jsib ruhu quddiem il-glorja tal-Mulej (Ezek 1, 28), sew ukoll Sawl quddiem id-dehra ta’ Kristu mqajjem mill-imwiet (Atti 9, 4), insibuhom mixhutin ma’ l-art, bhallikieku mejtin. Il-qdusija u l-kobor meta Alla jidher hi xi haga daqstant ta’ l-ghageb ghal hlejqa li din tabilfors tidhol gewwa nnifisha u x-xejn taghha.

Jekk inhu daqstant eccezzjonali li l-bniedem isib ruhu f’din il-qaghda meta jiltaqa’ ma’ Alla b’mod dirett, huwa normali li fl-univers u matul il-hajja kollha kemm hi, huwa jaghraf il-prezenza u l-hidma ta’ Alla, il-glorja tieghU u qdusitU. Il-qima hi ghalhekk l-espressjoni sew spontanja sew konxja, kemm imgieghla kemm b’rieda, tar-reazzjoni komplessa li jgarrab bniedem li jsib ruhu fil-vicin ma’ Alla; il-bniedem ikun jaf x’ikun qed jigri izda hu jkun jaf ukoll li huwa ma jiswa ghal xejn jew li huwa biss dnub; stat ta’ konfuzjoni siekta (Gob 42, 1-6), venerazzjoni, treghid (S 5, 8) u radd il-hajr (Gen 24, 48), omagg b’ferh kbir (S 95, 1-6) fl-esseri tieghu kollu.

Billi din ir-reazzjoni kagunata mill-fidi attwalment tinfed l-esseri kollu tieghu, din tittrasforma ruhha f’atti esterni; u bilkemm tkun tabilhaqq qima kemm-il darba l-gisem ma jesprimix b’xi mod li jkun li l-Mulej hu sovran fuq il-holqien tieghU u jidher l-omagg tal-hlejqa b’mod ta’ estasi u sottomissjoni. Izda l-hlejqa midinba tipprova tahrab il-hin kollu mit-tghanniqa divina, u taghti kaz biss ta’ dak li jidher minn barra; hekk, l-unika qima li toghgob lil Alla hija dik li tigi mill-qalb.

I. ATTI TA’ QIMA

Dawn l-atti huma tnejn, li tixtehet b’wiccek fl-art u li tbus. Kull att minn dawn ghandu l-ghamla konsagrata tieghu fil-qima, izda dejjem jghaqqdu flimkien it-tharrik spontanju tal-hlejqa quddiem Alla, maqsuma kif tkun bejn il-biza’ li jigi mill-paniku u s-seher ta’ l-istaghgib.

1. Li tixtehet b’wiccek fl-art, qabel ma dan isir gest spontanju, hija attitudni mgieghla li ssir bil-forza minn xi avversarju li jkun iktar qawwi minnek, bhal fil-kaz ta’ Sisera li jindarab ghall-mewt minn Gaghel (Mh 5, 27), jew ta’ l-ilsiera Lhud fil-Babilonja (Is 51, 23). Sabiex jinheles milli jkollu jaghmel dan bi vjolenza, min hu dghajjef ta’ sikwit jippreferi li b’inizjattiva tieghu stess ibaxxi lilu nnifsu quddiem min hu aktar b’sahtu minnu u jitlob li jkollu hniena minnu (1 Slat 1, 13). Il-bassi riljevi Sirijaci ta’ spiss juru s-sudditi tas-sultan mixhutin gharrkobbtejhom, b’rashom qeghda tmiss ma’ l-art. Hu lill-Mulej li hu "kap fuq kulhadd" (1 Kron 29, 11) li tappartjeni l-qima tal-popli kollha (S 99, 1-5) u ta’ l-art kollha (S 96, 9).

2. Il-bewsa tghaqqad bir-rispett il-htiega ta’ kuntatt u ghaqda, l-espressjoni ta’ l-imhabba (Ez 18, 7; 1 Sam 10, 1 ....). Il-pagani kienu jbusu l-idoli taghhom (1 Slat 19, 18); izda il-bewsa ta’ dak li jqim, u ghax ma jkunx jista’ jilhaq lill-alla tieghu ghaldaqstant iqieghed idu fuq fommu (ad os = adorare, ara Gob 31, 26-28), hija gest xieraq li juri fl-istess waqt ix-xewqa li ghandu li jmiss ‘l Alla, u l-boghod li hemm li jifirdu minn Alla. Il-gest klassiku ta’ "orantes" fil-katakombi (imdejjem fil-liturgija nisranija) bi drieghhom mtella’ ‘l fuq, b’idejhom li bil-qaghda taghhom juru l-offerta, is-supplika, jew it-tislima, m’ghadux jinvolvi l-bewsa izda jirrifletti t-tifsira profonda taghha.

3. Kull gest ta’ qima, mhux biss ix-xtehit b’wiccek fl-art b’mod ritwali quddiem il-Mulej (Dt 26, 10; S 22, 28-30) u quddiem l-arka (S 99, 5), izda t-totalita` ta’ l-azzjonijiet imwettqa quddiem l-artal (2 Slat 18, 22) jew "f’dar il-Mulej" (2 Sam 12, 20), fosthom is-sagrificcji (Gen 22, 5; 2 Slat 17, 36), jigifieri kull gest li tappartjeni ghas-servizz ta’ Alla, jista’ jingabar flimkien taht il-frazi "biex jadura lill-Mulej" (1 Sam 1, 3; 2 Sam 15, 32). Dan hu hekk ghax l-ghoti ta’ qima sar l-espressjoni l-iktar xierqa, kif ukoll l-iktar varja, biex jinghata omagg lil Alla li quddiemU jinxtehtu b’wicchom fl-art l-angli (Neh 9, 6) u li quddiemU ma jibqghux jezistu aktar allat foloz (Sof 2, 11).

II. GHANDKOM TQIMU LILL-MULEJ ALLA TAGHKOM

1. Il-qima tappartjeni biss lill-Mulej. Jekk it-TQ hu midhla ta’ l-ixtehit b’wiccek fl-art quddiem il-bnedmin, minghajr ebda ekwivoku (Gen 23, 7.12; 2 Sam 24, 20; 2 Slat 2, 15; 4, 37) u ta’ spiss imqanqal mis-sens ftit jew wisq car tal-maesta` divina (1 Sam 28, 14.20; Gen 18, 2; 19, 1; Num 22, 31; Goz 5, 14), dan jipprojbixxi bil-qawwa kull gest ta’ qima li jista’ jattribwixxi xi valur li jkun lil xi hadd li possibilment ikun rivali ghall-Mulej: idoli, kwiekeb (Dt 4, 19), allat strambi (Ez 34, 14; Num 25, 2). M"hemm ebda dubju li t-turufnament sistematiku ta’ kull idolatru maghruf sawwab f’Israel is-sens profond ta’ qima vera, u ta l-valur religjuz pur tieghu lic-cahda kburija ta’ Mordekaj (Est 3, 2.5), u lil dik tat-tliet zghazagh Lhud quddiem l-istatwa ta’ Nebukadnessar (Dan 3, 18). Dan kollu jinsab fit-twegiba li Gesu` ta lix-Xitan: "Lill-Mulej, Alla tieghek, ghandek tadura, u lilu biss taqdi" (Mt 4, 10w).

2. Gesu` Kristu hu l-Mulej. Il-qima riservata ghal Alla wahdu kienet "skandlu ghal-Lhud" (1 Kor 1, 23), u giet proklamata bhala dovuta lil Gesu` msallab, u maghruf bhala Kristu u Mulej (Atti 2, 36). "Fl-isem ta’ Gesu` - fis-sema, fl-art u f’qiegh l-art - il-hlejjaq kollha jinzlu gharrkobbtejhom" (Fil 2, 9-11; Apk 15, 4). Din il-qima ghandha b’ghan taghha lil Kristu mqajjem u mweggah (Mt 28, 9.17; Lq 24, 52), izda l-fidi diga` gharfet lil Bin Alla u tqimU (Mt 14, 33; Gw 9, 38) fil-bniedem li ghadu miexi lejn il- mewt, u fil-bniedem imwieled mill-gdid (Mt 2, 2.11; ara Is 49, 7).

Il-qima tal-Mulej Gesu’ ma tnaqqas xejn mid-determinazzjoni tal-insara, li mhux lesti li jhallu biss ghall-angli (Apk 19, 10; 22, 9) u ghall-appostli (Atti 10, 25w; 14, 11-18) lanqas il-gesti esterni tal-qima. Izda, bi stqarrija tal-qima taghhom lejn il-Messija, Alla maghmul Bniedem u Feddej, huma se jaslu biex jichdu bil-miftuh il-qima li tinghata lill-imperaturi, kif rapprezentati mill-bhima li naqraw fuqha fl-Apokalissi (Apk 13, 4-15; 14, 9-11), u sahansitra jiehduha kontra s-setgha imperjali.

3. Qima fl-ispirtu u l-verita`. Li hemm gdid fil-qima nisranija ma jinsabx biss fil-persunagg gdid li din tikkontempla: Alla fi tliet persuni; dan Alla li "huwa spirtu", jittrasforma l-qima u jwassalha ghall-milja taghha: minn zmien ghall-iehor "kull min twieled mill-Ispirtu" (Gw 3, 8) jista’ jqim "fl-ispirtu u l-verita`" (Gw 4, 24). Din l-attitudni ma tfissirx li hi procedura purament gewwinija minghajr ebda gest jew ghamla barranija. Hija titnissel minn konsagrazzjoni ta’ l-esseri kollu kemm hu, mohh, ruh u gisem (1 Tess 5, 23). Mqaddsin minn gheruqhom b’dan il-mod, dawk li tassew jaghtu qima m’ghadx jehtiegu li jmorru Gerusalemm jew Garizim (Gw 4, 20-23), jew li jkollhom religjon nazzjonali. Kollox huwa taghhom, ghax huma ta’ Kristu u Kristu ta’ Alla (1Kor 3, 22w).

Il-qima fl-ispirtu attwalment tigri fl-uniku tempju moghgub mill-Missier, il-gisem ta’ Kristu mqajjem mill-imwiet (Gw 2, 19-22). Dawk li jitwieldu mill-ispirtu (Gw 3, 8) jghaqqdu l-qima taghhom ma’ l-unika qima li fiha l-Missier isib l-ghogba tieghU (Mt 3, 17): huma jtennu s-sejha ta’ l-Iben il-mahbub: "Abba! Missier!" (Gal 4, 4-9). Fl-ahhar, fis-sema mhux se jkun hemm aktar tempju: minflok ser ikun hemm Alla u l-Haruf (Apk 21, 22). Il-qima se tibqa’ tinghata bil-lejl u bi nhar (4, 8), billi jinghata kull unur u glorja lilU li jghix ghal dejjem ta’ dejjem (4, 10; 15, 3w).

RMIED

It-tifsira originali ta’ x’inhu rmied hija kwistjoni ta’ dibattitu, minkejja l-uzu ta’ l-irmied b’mod vast fir-religjonijiet l-iktar tal-qedem. L-irmied jigi ta’ spiss imsieheb mat-trab ta’ l-art (fis-Septwagint insibu kemm-il darba l-kelma "rmied" minflok "trab") u dan huwa simbolu kemm tad-dnub kif ukoll tad-dghufija tal-bniedem.

1. Fl-ewwel lok, qalb il-midneb tixxebbah mat-trab: Isaija jsejjah lill-idolatra bniedem li "bl-irmied jitpaxxa" (Is 44, 20), u l-Gherf li "ftit irmied qalbu, it-tama tieghu tiswa anqas mit-trab" (Gherf 15, 10). Hu ghalhekk li l-frott tad-dnub ma jistax ikun hlief irmied: il-kburin se jaraw lilhom infushom maghmulin "irmied fuq l-art" (Ezek 28, 18), u l-hziena "jkunu qishom irmied taht qighan riglejkom" (Mal 3,21). Iktar minn hekk, il-midneb li ma jitwebbisx fil-kburija tieghu (Sir 10,9) u li jaghraf il-htija tieghu, se jistqarr sewwasew li mhu xejn hlief "trab u rmied" (Gen 18,27; Sir 17, 32). U sabiex jaghti prova kemm lilu nnifsu kemm lill-ohrajn li huwa jinsab konvint dwar dan, huwa joqghod bilqeghda fost l-irmied (Gob 42, 6; Gw 3, 6; Mt l1, 21p) u jghatti l-qorriegha ta’ rasu bih (Gdt 4, 11-15; 9, 1; Ezek 27,30).

2. Izda dan l-istess simbolu ta’ ndiema jigi wkoll uzat biex jesprimi swied il-qalb tal-bniedem mghaffeg taht xorti hazina bla ebda dubju ghax wiehed jobsor li zgur hemm konnessjoni bejn ix-xorti hazina u d-dnub. Meta Tamar giet imcanfra, hija xehtet it-trab fuq rasha (2 Sam 13, l9); u l-istess jaghmlu l-Lhud meta jsibu ruhhom mhedda bil-mewt (Esd 4, 1-4; ara 1 Mak 3, 47; 4, 39). B’dan il-mod il-bniedem irid juri l-qaghda li ngieb fiha (Gob 30, 19; Lam 3, 16). Izda hu l-iktar fil-kaz ta’ xi mewt li l-bniedem ihoss ix-xejn tieghu u jfisser dan billi jixhet fuqu trab u rmied: "Ilbes ix-xkora, u tqalleb fl-irmied. Aghmel il-luttu........ibki bl-imrar" (Ger 6, 26p).

Ghalhekk li wiehed jixhet l-irmied fuqu jfisser li qisu jkun qed jaghmel stqarrija pubblika (ara l-liturgija ta’ l-Erbgha tar-Rmied). Billi juza l-lingwagg ta’ din il-materja bla hajja li terga’ lura biex tkun trab, il-bniedem jistqarr mieghu nnifsu li huwa midneb u dghajjef, u b’dan il-mod ibieghed il-gudizzju li Alla jaghmel u minflok jigbed fuqu l-hniena tieghU. Lil dawk li jistqarru x-xejn taghhom b’dan il-mod hemm tistennihom il-weghda tal-Messija, Hu li jigi rebbieh fuq id-dnub u fuq il-mewt, biex fi kliemU "infarrag lill-imnikktin........inferrah lil dawk li jibku........naghtihom kuruna flok irmied" (Is 61, 3).

SALTNA

"Is-Saltna ta` Alla hi fil-qrib": dan hu l-iskop ewlieni tal-predikazzjoni ta` Gwanni l-Battista u ta` Gesu` (Mt 3,1; 4,17). Biex insiru nafu f’hiex tikkonsisti din ir-realta` misterjuza li Gesu` gie biex iwaqqaf fuq din l-art, x’inhi x-xorta taghha u x’tehtieg, irridu naraw x’jghid it-TG. Madanakollu, it-tama ghandha l-gheruq taghha fit-TQ, li fassal il-qafas ewlieni ta` din ir-realta` filwaqt li habbar u hejja t-triq ghall-migja taghha.

TQ

Ir-regalita`divina hija idea komuni li tinstab fost ir-religjonijiet kollha tal-Lvant fl-antik. Il-mitologiji ghamlu uzu minnha sabiex jghaddu valur sagru ghal fuq sultan uman, ir-rapprezentant fuq din l-art ta`l-alla-sultan. Izda meta t-TQ ikun qed jizvolgi din l-idea tal-kondizzjoni divina tas-sultan, dan jaghtiha tifsira specjali skond ma l-istess Testment jifhimha dwar il-monotejizmu, il-kuncett ta` setgha politika, u l-eskatologija.

I. ISRAEL, SALTNA TA` ALLA

L-idea ta` Jahweh-Sultan ma dehritx sa mill-bidu nett fit-Testment il-Qadim. Alla ta` Abraham, ta` Izakk, u ta` Gakobb zgur li ma ghandux xehta ta` xi sultan, ukoll meta jigi biex jizvela ismu lil Mose` (Ez 3,14). Izda wara li Israel dahal f’Kanghan, malajr tiddahhal din ir-rapprezentanza simbolika sabiex tintwera s-sitwazzjoni rispettiva ta` Jahweh u tal-poplu tieghU. Jahweh isaltan fuq Israel (Imh 8,23; 1 Sam 8,7). Il-qima tieghU hija servizz li s-sudditi tieghU iwettqu fuq din l-art l-iestess bhalma jaghmlu l-angli tieghU fis-sema. U proprju hawn tinsab l-idea fondamentali li wiehed jara fil-lirika tal-qima (S 24, 7-10) kif ukoll fil-profeti (Is 6, 1-5), u li l-aspetti varji taghhom jitnizzlu fid-dettall mill-awturi sagri. Jahweh isaltan ghal dejjem (Ez 15, 9) fis-sema (S 11, 4; 103, 19), fl-art (S 47, 3), u fl-univers li Huwa halaq (S 93, 1w; 95, 3w). Huwa jsaltan fuq il-gnus kollha (Gen 10, 7.10). Fostkom, madanakollu, hemm poplu wiehed li Huwa ghazel bhala qasam partikolari biex isaltan fuqu. Dan huwa Israel, li bil-patt tieghU huwa ghamel saltna ta` qassisin u gens konsagrat (Ez 19, 6). Ghaldaqstant, is-saltna ta` Jahweh tintwera b’mod specjali f’Israel, is-saltna tieghU. Huwa hemmekk fejn joqghod is-sultan il-kbir, f’nofs niesU stess (S 48, 3; Ger 8, 19) gewwa Gerusalemm. Minn hemm huwa jberikhom (S 134, 3), imexxihom, iharishom, jigborhom, bhalma raghaj jigma` l-merhla tieghu (S 80; ara Ezak 34). Hekk, it-taghlim tal-patt jista` jizvolgi ahjar fit-tema tar-regalita` divina, li jaghtiha tifsira ghal kollox gdida. Jekk, fil-fatt, Jahweh il-Mulej tas-Setghat (Is 6, 5) jiggverna fuq id-dinja ghaliex Huwa jmexxi l-mixi taghha, u jiggverna l-avvenimenti taghha ghaliex Huwa jiggwidhom u jaghmel haqq fuqhom, Huwa jixtieq li, fil-poplu tieghU, is-Saltna tieghU tista` tingharaf b’mod effettiv billi tigi osservata l-Ligi tieghU. Din l-ewwel talba taghti lil saltnatU karattru morali aktar milli wiehed politiku, li jaqta` barra kull xbiha qadima tar-regalita` divina.

II. IS-SALTNA TA` ALLA U R-REGALITA` ISRAELITA TA` ISRAEL

Israel, is-saltna ta` Alla, ghandu, madankollu, struttura politika, li tevolvi maz-zminijiet. Izda meta l-poplu jaghti sultan lilu nnifsu, l-istituzzjoni ta` din ir-regalita` umana imissha tkun subordinata ghar-regalita` ta` Jahweh, imissha ssir organu tat-teokrazija li tinsab imsejjsa fuq il-patt. Dan il-fatt jispjega, minn naha wahda, il-kurrent ta` oppozizzjoni li juri ruhu kontra l-monarkija (1 Sam 8, 1-7, 19w), u, minn naha l-ohra, l-intervent ta` mibghutin divini li juru l-ghazla ta` Jahweh ghal Sawlu (10, 24), ghal David (16, 26), u fl-ahhar, ghad-dinastija ta` David (2 Sam 7, 12-16). Minn issa ‘l quddiem is-saltna ta` Alla ghandha b’appogg fuq din l-art saltna umana, implikata bhas-saltniet kollha ta` madwarha fil-politika internazzjonali. Minghajr dubju is-slaten Israeliti ma jzommux regalita` ordinarja. Huma jsostnu r-regalita` taghhom minn Jahweh, li ghandhom jaqdu (2 Kron 13, 8; ara 1 Kron 28,5). U Jahweh iqis id- dixxendenti ta` David bhala uliedU (2 Sam 7, 14; S 2, 7). Iktar minn hekk, l-esperiment tal-monarkija jibqa` wiehed indeciziv: il-kawza tat-tregija ta` Alla ma tolqotx l-ambizzjonijiet ta` din l-art tas-slaten, specjalment billi huma jonqsu milli jaghrfu l-ligi divina. U hekk il-profeti ifakkru minghajr waqfien is-subordinazzjoni ta` l-ordni politiku ghall-ordni religjuz; huma jcanfru lis-slaten ghad-dnubiet taghhom u jhabbru l-kastigi li jkunu gejjin ( dak li gara ‘l David f’2 Sam 12; 24, 10-17 ). L-istorja tas-saltna ta` Israel hija hekk miktuba bid-dmugh u bid-demm, sal-jum meta t-tigrif ta` Gerusalemm jasal sabiex itemm l-esperiment, b’mod li certament igib mieghu il-konfuzjoni kbira tal-Lhud devoti ( S 89, 39-46). Din il-waqgha tad-dinastija ta` David ghandha fl-gherq taghha it-tifrik bejn is-slaten umani u s-sultan li bis-sahha tieghu huma qeghdin izommu s-setgha li ghandhom ( ara Ger 10, 21).

III. L-ISTENNIJA GHALL-AHHAR SALTNA

TA` JAHWEH

Fiz-zmien meta tiggarraf ir-regalita` ta` Israel, il-mexxeja religjuzi tan-nazzjon ikunu qeghdin jitfghu harsthom ‘l hinn mill-epoka monarkika lejn it-teokrazija originali li jkunu jixtiequ jirrestawraw (ara Ez 19, 6). U l-profeti jhabbru li Israel, fi tmiem kull zmien, ghad terga` tirkupra l-karatteristici taghha. Certament, fil-weghdiet taghhom, huma jhallu post ghas-sultan taghhom fil-gejjieni, ghall-Messija, bin David. Izda t-tema tar-regalita` ta` Jahweh terga` tiehu mill-gdid importanza bil-wisq akbar, specjalment minn tmiem l-ezilju ‘l hemm. Bhala raghaj Jahweh jibqa` mhabbat bil-merhla tieghU biex isalvaha, sabiex jerga` jigborha, u jwassalha f’artU (Mik 2,13; Ezek 34, 11....; Is 40, 9 w). L-aktar ahbar tajba li tithabbar gewwa hi : "Alla tieghek qieghed isaltan" (Is 52, 7; ara Sof 3, 14w). U wiehed hemm jilmah estensjoni progressiva ta` din ir-regola lid-dinja kollha : minn kullimkien, ghad jigu il-bnedmin Gerusalemm sabiex iqimu lis-sultan Jahweh (Zak 14, 9; Is 24, 23).

Filwaqt li jittrasferixxi dawn il-weghdiet sbih ghal gewwa post ta` qima u jirranga t-temi ta` xi salmi ohra iktar qodma, il-liricizmu post-eziliku ikanta bil-quddiem dwar it-tmexxija eskatologika ta` Alla, saltna universali, proklamata u moghtija gharfien fil-gnus kollha , murija bil-gudizzju divin (S 47; 96-99; ara 145, 11 w). Finalment, fi zmien il-persekuzzjoni ta` Atjoku Epifanes, jigi l-apokalissi ta` Danjel sabiex solennement igedded il-weghdiet profetici. Is-saltna traxxendenti ta` Alla ser titwaqqaf fuq it-tigrif ta` l-imperi tal-bniedem ( Dan 2, 44....). Is-simbolu ta` Bin il-Bniedem li jinsab gej fuq is-shab tas-smewwiet hu ta` ghajnuna biex ifakkarulna, b’kuntrast mal-bhejjem li jirrapprezentaw is-setghat politici ta` fuq din l-art (Dan 7). MigjietU ser tkun imsiehba b’gudizzju, li warajh ir-regalita` se tinghata ghal dejjem lil Bin il-Bniedem u l-poplu tal-qaddisin ta` l-aktar gholi ( 7, 14. 27). Hekk is-saltna ta` Jahweh tiehu l-ghamla konkreta ta` saltna li taghha l-poplu jkun id-depozitarju (ara Ez 19, 6); izda s-saltna mhux se tkun aktar ta` "din id-dinja". Hija din il-weghda li Ktieb il-Gherf itenni : wara l-gudizzju, il-gusti ghad jikkmandaw lill-gnus u jiggvernaw fuq il-popli, u l-Mulej ghad jiggverna fuqhom ghal dejjem (ara Gherf 4, 7 w).

Wara sekli shah ta` thejjija, il-poplu Lhudi minn issa ‘l quddiem se jghix fl-istennija tas-saltna, kif jidher mil-letteratura mhux kanonika. Din l-istennija hi ta` spiss moghtija sura konkreta f’ghamla politika : ghax huma jistennew ir-restawr tas-saltna ta` David mill-Messija. Izda l-aktar erwieh devoti jafu kif hawnhekk ghandhom jaraw realta` li essenzjalment hi wahda fil-gewwieni : hu billi wiehed jobdi l-Ligi, skond ir-rabbini, li "l-bniedem gust jerfa` fuq spallejh il-madmad tas-saltna tas- smewwiet." Din hija t-tama, qawwija izda wkoll ambigwa, li ghaliha ser twiegeb il-bxara t-tajba tas-saltna.

TG

I. IL-BXARA T-TAJBA TAS-SALTNA TA` ALLA

1. Gesu` jaghti lis-saltna ta` Alla l-ewwel post fil-predikazzjoni tieghU. Dak li Huwa jhabbar fl-ibliet zghar tal-Galilija hu l-Vangelu tas-saltna (Mt 4, 23; 9, 35). "Is-saltna ta` Alla" jikteb Mark; "is-saltna tas-smewwiet" jikteb Mattew filwaqt li jaqbel ma` l-espressjonijiet tal-lingwagg rabbiniku. Iz zewg frazijiet huma ekwivalenti. Il-mirakli li jmorru mal-predikazzjoni huma s-sinjali tal-prezenza tas-saltna u jgieghluna naraw xi ftit din xi tfisser. Bil-migja taghha il-hakma tax-Xitan, tad-dnub, u tal-mewt fuq il-bniedem qeghda tingieb fix-xejn. "Izda jekk jiena qieghed inkecci x-xjaten bl-Ispirtu ta` Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta` Alla" (Mt 12, 28). Ghalhekk isegwi li trid tittiehed decizjoni; huwa mehtieg li tikkonverti, li thaddan il-htigijiet tas-saltna sabiex int tkun dixxiplu ta` Gesu`.

2. L-appostli, billi jghixu mal-mulej taghhom, jircievu l-missjoni li minn naha taghhom imorru jipproklamaw din l-bxara t-tajba tas-saltna (Mt 10, 7). Ukoll wara Pentekoste, is-saltna tibqa` l-mira ewlenija tal-predikazzjoni evangelika, anki fil-kaz ta` San Pawl (Atti 19, 8; 20, 25; 28, 23.31). Jekk il-fidili li jigu konvertiti ibatu elf tribulazzjoni, dan jigri ghax "jehtigilna nbatu hafna biex nidhlu fis-Saltna ta` Alla" (Atti 14, 22), ghax Alla sejhilna "ghas-saltna u l-glorja tieghu" (1 Tes 2, 12). Minn issa ‘l quddiem, huwa l-isem ta` Gesu` biss li jizdied mas-saltna ta` Alla sabiex titwettaq il-mira ahharija tal-Vangelu (Atti 8, 12) : biex wiehed ikun jista` jasal fis-saltna wiehed ghandu jemmen f’Gesu`.

II. IL-MISTERI TAS-SALTNA TA` ALLA

Is-saltna ta` Alla hija realta` misterjuza li x-xorta taghha jista` jgharrafhilna Gesu` biss. Madankollu Huwa jizvelaha biss lill-umli u lic-ckejknin, u mhux lill-ghorrief u lill-prudenti ta` din id-dinja (Mt 11, 25) - lid-dixxipli tieghU, u mhux lil dawk li mhumiex dixxipli, ghax ghal dawn kollox jibqa` misteru (Mk 4, 11p). Is-sistema ta` taghlim li hemm fil-Vangelu hi maghmula fil-parti l-kbira taghha mill-izvelar progressiv tal-misteri tas-saltna, l-aktar fil-parabboli. Wara l-qawmien din l-pedagogija tara t-temma taghha (Atti 1, 3), u l-azzjoni ta` l-Ispirtu s-Santu ttemmha ghal kollox (ara Gw 14, 26; 16, 13-15).

1. Il-paradossi tas-saltna. Il-Gudajizmu, filwaqt li jiehu l-istqarrijiet eskatologici tat-Testment il-Qadim b’mod letterarju, kien jipprezenta l-migja tas-saltna bhala wahda tal-ghageb u immedjata. Gesu` din jifhimha b’mod ghalkollox kuntrarju. Is-saltna tasal meta il-Kelma ta` Alla tigi indirizzata lill-bnedmin; dik iz-zerriegha, mitfugha fl-art, suppost li tikber (Mt 13, 3-9. 18-23p). Din tikber b’qawwitha stess, bhal habba qamh (Mk 4, 26-29). Ittella` d-dinja kollha, bhalma taghmel il-hmira fl-ghagina (Mt 13, 33p). Il-bidu umli taghha b’dan il-mod hu ta` kuntrast mal-gejjieni lilha mwieghed. Fil-fatt Gesu` ma jindirizzax il-Kelma lejn il-Lhud tal-Palestina biss; u fosthom, huwa wkoll lil merhla zghira ta` dixxipli li tinghata s-saltna (Lq 12, 32). Izda l-istess saltna suppost issir sigra kbira fejn ghad ibejjtu l-ghasafar kollha tas-sema (Mt 13, 31 w); din ghad tircievi l-gnus kollha fi hdanha, ghaliex mhi marbuta ma ebda wiehed minnhom, lanqas mal-poplu Lhudi. Filwaqt li tezisti fuq din l-art fil-qies li l-Kelma ta` Alla tintlaqa` mill-bnedmin (ara Mt 13, 23), din tista titqies bhala realta` li ma tidhirx. Fil-fatt, il-migja taghha ma tithalliex li tigi osservata bhal xi fenomenu ta` din id-dinja (Lq 17, 20 w). Izda, hija tidher minn barra l-istess bhalma jidher il-qamh imhallat mas-sikrana gewwa ghalqa (Mt 13, 24.....). Il-merhla ckejkna li lilha tinghata (Lq 12, 32) tiehu xehta ta` din id-dinja, dik ta` Israel gdid, ta` Knisja msejjsa fuq Pietru; u hu jircievi wkoll l-imfietah tas-saltna tas-sema (Mt 16, 18 w). Huwa biss mehtieg li jigi osservat li din l-istruttura ta` din id-dinja mhix dik ta` saltna tal-bnedmin : Gesu` jmur jigri jinheba meta jkunu jixtiequ jaghmluH sultan (Gw 6, 15), u jkunu f’sens ghalkollox specjali li Huwa jhalli lilU nnifsU jissejjah Messija.

2. Il-fazijiet successivi tas-saltna. Li jkun jista` jinghad li s-saltna qeghda tikber jippresupponi li din tkun konsapevoli miz-zminijiet. Certament, f’sens wiehed, iz-zmien lahaq il-milja tieghu u s-saltna qeghda hawn; minn zmien Gwanni l-Ghammied, l-era tas-saltna tinsab miftuha (Mt 11, 12 w); huwa zmien it-tieg (Mk 2, 19p; ara Gw 2, 1-11) u zmien il-hsad (Mt 9, 37-39; ara Gw 4, 35). Izda l-parabboli fuq kull ma jikber (iz-zerriegha, iz-zerriegha tal-mustarda, il-hmira, is-sikrana u l-qamh tajjeb, il-hut : ara Mt 13) jippermettu li jkun hemm dewmien bejn l-inawgurazzjoni storika tas-saltna u r-realizzazzjoni shiha taghha. Wara l-qawmien ta` Gesu`, il-firda bejn id-dahla tieghU fil-glorja u l-migja lura tieghU bhala mhallef (Atti 1, 9 w) tintemm billi tigi zvelata x-xorta ta` dan iz-zmien tan nofs; dan ikun zmien meta tinghata xhieda (Atti 1, 8; Gw 15, 27), iz-zmien tal-Knisja. Fi tmiem dak iz-zmien, is-saltna tasal ghall-milja taghha (ara Lq 21, 31) : l-Ghid ikun mitmum (Lq 21, 14 w); dan ikun il-pranzu eskatologiku (Lq 21, 17 w) li fih dawk kollha li jkunu gew mistednin ghalih minn kullimkien ghad jiccelebraw flimkien mal-patrijarki (Lq 13, 28 w; ara 14, 15; Mt 22, 2-10; 25, 10). Mill-bidu ta` din is-saltna sa tmiemha, il-fidili jissejhu sabiex jirtuha (Mt 25, 34), wara li gisimhom iqum u jinbidel (1 Kor 15, 50; ara 6, 10; Gal 5, 21; Efes 5, 5). Sadannitant huma jinvokaw il-migja taghha bit-talb taghhom : "Tigi s-saltna tieghek" (Mt 6, 10).

3. Id-dhul tal-bniedem fis-saltna. Is-saltna hija rigal kbir ta` Alla, rigal li ma bhalu, u l-premju essenzjali li jrid jinkiseb minkejja n-nefqa ta` kull ma wiehed ghandu (Mt 13, 44 w). Izda biex wiehed jircievi dan ir-rigal, iridu jitwettqu certi kundizzjonijiet. Mhux li dan jista jitqies bhala xi hlas dovut bi dirtt : Alla jqabbad lil min irid fil-ghalqa tad-dwieli tieghU, u jaghti lil dawk li jahdmu fihom dak li joghgob lilU (Mt 20, 1-16). Madankollu, jekk kollox hu grazzja, il-bnedmin suppost li jirrispondu ghall-grazzja : il-midinbin mghaddsin fil-hazen mhumiex se jirtu s-saltna ta` Kristu u ta` Alla (1 Kor 6, 9 w; Gal 5, 21; Efes 5, 5; ara Apok 22, 14 w). Dawk li huma fqajrin f’qalbhom (Mt 5, 3), li jgibu ruhhom bhat-tfal (Mt 18, 1-4; 19, 14), li jfittxu bla heda s-saltna u l-gustizzja taghha (Mt 6, 33), li jbatu l-persekuzzjoni (Mt 5,10; Atti 14, 22; 2 Tes 1, 5), li jissagrifikaw dak kollu li huma ghandhom (Mt 13, 44 w; ara 19, 23), li ghandhom perfezzjoni bil-wisq akbar minn dik tal-Farizej (Mt 5, 20); f’kelma wahda, dawk li jhallu titwettaq fihom ir-rieda ta` Alla (Mt 7, 21), b’mod specjali f’dak li ghandu x’jaqsam ma` l-imhabba ta` bejn l-ahwa (Mt 25, 34) : dan kollu huwa miktub minn dik il-persuna li trid tidhol fis-saltna u finalment tiritha. Ghaliex ukoll jekk hu kulhadd li hu msejjah ghalija, mhux kullhad sejjer jinghazel; il-mistieden li ma jkollux libsa tat-tieg ser jintefa` ‘l barra (Mt 22, 11-14). Fil-bidu jehtieg li jkun hemm konverzjoni (ara Mt 18, 3), twelid gdid, li minghajru wiehed ma jistax jara s-saltna ta` Alla (Gw 3, 3 w). Mghadhiex kundizzjoni daqshekk mehtiega li tkun taghmel sehem mill-poplu Lhudi bhalma kienet fit-Testment il-Qadim : "ghad jigu hafna mil-lvant u mill-punent u joqoghdu fuq il-mejda fis-Saltna tas-Smewwiet, waqt li dawk li twieldu fis-Saltna jitkeccew ‘l barra fid-dlam......." (Mt 8, 11 p). Il-prospett tal-gudizzju, li xi parabboli jipprezentaw f’ghamla konkreta : il-frid tas-sikrana u tal-qamh tajjeb (Mt 13, 24-30), l-ghazla tal-hut (Mt 13, 47-50), ir-rezokonti (Mt 20, 8-15; 25, 15-30) : dan kollu jaghti lok ghall-htiega ta` stennija (Mt 25, 1-13).

III. IS-SALTNA TA` ALLA U R-REGALITA` TA` GESU`

Fit-TG, iz-zewg temi tas-saltna ta` Alla u tar-regalita` tal-Messija huma aktar imwahhdin ghaliex il-Messija-Sultan huwa l-Iben ta` Alla innifsU. Dan il-post li jokkupa Gesu` fil-qofol tal-misteru tas-saltna jinstab fi tlett stadji successivi li minnhom trid tghaddi s-saltna : il-hajja ta` Gesu` fuq din l-art, iz-zmien tal-Knisja, u l-ahhar temma ta` kull ma hu mahluq.

1. Matul il-hajja tieghu, Gesu` jzomm lilu nnifsU lura hafna milli juza t-titlu li soltu jinghata lil sultan. Jekk Huwa jaccettah bhala t-titlu Messjaniku li jwiegeb ghall- weghdiet profetici (Mt 21, 1-11), Huwa ghandu jqaccat minnu kull hjiel ta` lehha politika (ara Lq 23, 2) sabiex jizvela s-saltna li mhix ta` din id-dinja u li tintwera bix-xhieda li tinghata ghall-verita` (Gw 18, 36 w). Minn naha l-ohra, Huwa ma joqghodx lura biex jidentifika l-kawza tas-saltna ta` Alla mal-kawza tieghU : li thalli kollox ghas-saltna ta` Alla (Lq 18, 29) ifisser li thalli kollox f’gieh IsmU (Mt 19, 29; ara Mk 10, 29). Filwaqt li jiddeskrivi bil-quddiem il-hlas eskatologiku li hemm lest ghall-bnedmin, Huwa jidentifika s-saltna ta` Bin il-Bniedem u s-saltna tal-Missier (Mt 13, 41 w), u jizgura lill- appostli tieghU li jkun se jaghtihom is-saltna l-istess bhalma tahielU MissierU (Lq 22, 29 w).

2. Huwa ma jitlax, madankollu, fuq it-tron irjali tieghU sal-waqt tal-qawmien tieghU : ikun f’dak il-waqt mbaghad li Huwa joqghod fuq l-istess tron flimkien ma` MissierU (Apk 3, 21), li Huwa jigi mgholli ‘l fuq u joqghod fuq il-lemin ta` Alla (Atti 2, 30-35). Fil-milja ta` zmien il-Knisja, ir-regalita` ta` Alla tissawwab fuq il-bnedmin permezz tar-regalita`ta` Kristu, il-Mulej tas-sema w l-art (Fil 2, 11); il-Missier hatar lil IbnU sultan tas-slaten u Mulej fuq kollox (Apok 19, 16; 17, 14; ara 1, 5).

3. Fi tmiem kull zmien, Kristu, rebbieh fuq l-ghedewwa tieghU kollha, ghad jghaddi s-saltna lil Alla l-Missier (1 Kor 15, 24). Dakinhar dik ir-regalita` tkun "saret ta` Sidna u tal-Kristu tieghu" (Apok 11, 15; 12, 10), u dawk li jibqghu fidili jircievu "il-wirt fis-Saltna ta` Kristu u ta` Alla" (Efes 5, 5). Huwa hekk li jigri li Alla, is-sid ta` kollox, jiehu pussess shih tas-saltna tieghU (Apok 19, 6). Id-dixxipli ta` Gesu` jissejhu sabiex jaqsmu l-glorja li ggib maghha din is-saltna (Ap 3, 21), ghaliex fuq din l-art Gesu` "ghamilna Saltna, Qassissin ghal Alla tieghu Missieru" (Apk 1, 6; 5, 10; 1 Pt 2, 9; ara Ez 19, 6).