Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA
Redatt taht id-direzzjoni ta’
XAVIER LEON DUFOUR
INDICI
Sawm – Sigra – Sliem – Stqarr - Tama – Tazza
Sawm ifisser ic-cahda minn kull ikel u xorb, u anki minn jull relazzjoni sesswali, ghal gurnata jew aktar, minn inzul ix-xemx ghall-iehor.
Illum, fil-Punent, anki l-insara jsibuha difficli li japprezzaw il-valur tieghu. Jekk huma aktar jaghtu valur lill-moderazzjoni fl-ikel u x-xorb is-sawm jidher ta’ periklu ghas-sahha, u ghalhekk ma jaghrfux l-importanza spiritwali tieghu. Din l-attitudni tmur kontra dak li sabu l-istorici tar-religjon ftit jew wisq kullimkien. Fir-riti religjuzi, is-sawm ghandu importanza kbira meta jsir bi skop ta’ tghakkis, purifikazzjoni, vistu jew supplika. Fl-Islam, per ezempju, huwa l-ahjar mod biex tifhem il-misteri divini. Il-Bibbja, li hi l-qofol tat-taghlim tal-Knisja fuq is-sawm, hawnhekk taqbel mar-religjonijiet l-ohra. Imma tispjega x’inhu s-sawm u tirregola kif ghandu jsir. Flimkien mat-talb u l-ghoti tal-karita`, is-sawm huwa att essenzjali li juri lil Alla l-umilta`, it-tama u l-imhabba tal-bniedem.
1. It-tifsira tas-sawm. Billi l-bniedem hu maghmul minn gisem u ruh, ma taghmilx sens li nippruvaw nifhmu religjon ghalkollox spiritwali. Sabiex tkun tista’ tiehu sehem, ir-ruh ghandha bzonn ta’ l-atti u l-gesti tal-gisem. Is-sawm, flimkien mat-talb, li jsir b’supplika, jghin sabiex wiehed jesprimi umilta` quddiem Alla. Is-sawm (Lev.16,31) ifisser "icceken lilek innifsek" (Lev.16,29). Is-sawm, ghalhekk, m’huwiex xi avventura axxetika; ma jippruvax jikseb stat ta’ ezaltazzjoni psikologika jew religjuza. Dawn ir-ragunijiet gew affermati fl-istorja tar-religjon, imma f’sens bibliku, meta bniedem jiccahhad mill-ikel ghal gurnata shiha (Imh 20,23; 2 Sam 12,16w; hon 3,7), meta jqis l-ikel bhala rigal minghand Alla (Dt 8,3), din ic-cahda hija att religjuz u ghandna nifhmu sew il-motivi taghha. L-istess jista’ jinghad ghar-relazzjonijiet ta’ bejn il-mizzewhin (Goel 2,16).
Ahna nduru lejn Alla (Dan 9,3; Esd 8,21) b’attitudni li niddependu ghalkollox fuqU u li nintelqu f’idejH. Dan isir qabel ma nibdew xi bicca xoghol iebsa (Imh 20,26; Est 4,16), meta nitolbu mahfra ghal xi zball (1 Slat 21,27), jew nitolbu ghal xi fejqan (2 Slat 12,16.22), fil-kaz ta’ vistu wara li tormol (Gud 8,5; Lq 2,37), jew wara dizastru nazzjonali (1 Sam 7,6; 2 Sam 1,12; Bar 1,5; Gak 8,19), biex jintemm xi gwaj (Goel 2,12-17; Gdt 4,9-13), biex jiddawwal il-mohh bl-gherf divin (Dan 10,12), biex tinkiseb il-grazzja biex titwettaq xi missjoni (Atti 13,2w), u biex ir-ruh tkun preparata biex tiltaqa’ ma’ Alla (Ez 34,28; Dan 9,3).
L-okkazjonijiet u l-motivi huma diversi. Imma hi dejjem kwistjoni ta’ tishih ta’ fidi b’attitudni t’umilta` biex wiehed ikun fil-prezenza ta’ Alla u jircievi l-grazzja tieghU. Din l-intenzjoni profonda tispjega t-tifsir ta’ l-erbghin jum sawm li ghamel kemm Mose` (Ez 34,28) u Elija (1 Slat 19,8). Is-sawma t’erbghin jum ta’ Gesu` fid-dezert, li kienet imfassla fuq dik ta’ Mose` u ta’ Elija, ma kienitx mahsuba biex huwa jinfetah ghall-Ispirtu ta’ Alla billi Kristu kien diga` mimli b’dan l-Ispirtu (Lq 4,1). Jekk l-Ispirtu jsejjahlu biex isum, dan biex Hu jibda l-missjoni Messjanika tieghU mitluq b’fiducja shiha f’idejn il-MissierU (Mt 4,1-4).
2. Il-prattika tas-sawm. Fil-liturgija Gudajka nsibu li kienet issir sawma kbira f’Jum it-Tpattija (Atti 27,9). Kienet mehtiega minn kull min kien jifforma parti mill-poplu ta’ Alla (Lev 23,29). Fl-anniversarji ta’ dizastri nazzjonali, kien isir ukoll sawm imxerred fost kulhadd. Barra minn hekk, Lhud devoti kienu jsumu minhabba f’devozzjonijiet personali (Lq 2,37), bhal per ezempju id-dixxipli ta’ Gwanni l-Battista u l-Farizej (Mk 2,18), li whud minnhom kienu jsumu darbtejn fil-gimgha (Lq 18,12). Huma hekk fittxew li jwettqu wahda mill-htigiet tal-gustifikazzjoni kif imfissra lilhom mill-Ligi u l-profeti. Il-fatt li Gesu` ma ordna xejn minn dan kollu ghad-dixxipli tieghu (Mk 2,18), ma jfissirx li Huwa ma kienx jemmen f’din il-gustifikazzjoni jew li pprova jnehhiha; imma li Huwa gie biex iwettaqha. Huwa ghalhekk li canfar il-wirjiet ta’ sawm u stieden lid-dixxipli biex imorru ‘l hemm minn din il-gustizzja f’xi kazi (Mt 5,17.20; 6,1). Gesu` jishaq b’aktar emfasi fuq id-distakk mill-gid ta’ l-art (Mt 19,21) fuq il-kastita` (19,12) u fuq kollox fuq ic-cahda personali biex wiehed ikun jista’ jerfa’ salibu (10,38-39).
Fil-fatt il-prattika tas-sawm fiha certi perikli. Tinvolvi l-periklu li l-affarijiet jittiehdu bi drawwa, haga li l-profeti kienu diga` canfru (Gham 5,21; Ger 14,12), u l-periklu tal-fruha u l-kburija jekk wiehed isum "biex jarawh in-nies" (Mt 6,16). Biex jinghogob minn Alla, is-sawm veru jrid ikun maghqud ma’ l-imhabba tal-proxxmu u ghandu jkun hemm fih ukoll tfittxija tal-gustizzja vera (Is 58,2-11). Bhat-talb, ma jistax ikun mifrud mill-ghoti tal-karita`. Fl-ahharnett, ghandu jsir ghall-imhabba ta’ Alla (hak 7,5). Gesu` jsejjah lis-segwaci tieghu biex isumu b’ghaqal kbir. Meta jkun jaf bih Alla biss, dan is-sawm ikun espressjoni cara ta’ tama fiH. Sawm umli jiftah il-qalb ghal gustizzja gewwinija li hi xoghol il-Missier li jara u jahdem bil-mohbi (Mt 6,17w).
Il-Knisja appostolika zammet, fil-kaz tas-sawm, it-tradizzjoni Lhudija, imma wettqitu fl-ispirtu moghti minn Gesu`. Il-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli jsemmi xi celebrazzjonijiet religjuzi li jkun fihom sawm u talb (Atti 13,2w; 14,22). Waqt ix-xoghol appostoliku tieghu, Pawlu ma kkuntentax ruhu li jbati l-guh u l-ghatx meta ma setax jaghmel mod iehor. Flimkien ma’ dan kollu, hu kien isum ta’ spiss (2 Kor 6,5; 11,27). Il-Knisja baqghet fidila lejn din it-tradizzjoni u tfittex li bil-prattika tas-sawm tghin lill-fidili jinfethu totalment ghall-grazzja tal-Mulej, filwaqt li jistennew il-migja tieghU. Ghax jekk l-ewwel migja ta’ Gesu` wettqet il-weghda ta’ Israel, iz-zmien ta’ wara l-qawmien tieghU ma jistax ikun ta’ ferh shih minghajr atti penitenzjali? Biex jiddefendi quddiem il-Farizej lid-dixxipli tieghu li ma kienux isumu, Gesu` jghid: "Jistghu l-hbieb ta’ l-gharus isumu waqt li l-gharus ghadu maghhom? Imma jasal il-jum meta l-gharus jittiehed minn maghhom, u mbaghad hemmhekk isumu" (Mk 2,19w). Il-veru sawm, mela, huwa sawm ta’ fidi, fejn ghad m’hemmx il-Mahbub tal-qalb imma dik l-istess fidi ghadha qeghda tfittxu. Waqt l-istennija ta’ l-gharus li se jerga’ jigi lura, is-sawm b’penitenza ghandu l-importanza tieghu fil-prattika tal-Knisja.
F’ghajnejn il-bniedem is-sigra hija s-sinjal solidu ta` dik il-qawwa vitali li l-Hallieq firex mal-medda tan-natura (ara Gen. 1, 11w). Kull zmien fir-rebbiegha, is-sigra thabbar it-twelid mill-gdid tan-natura (Mt 24, 32). Maqtugha, hi terga` tinbet (Gob 14, 7w). Fid-dezert niexef, hi timmarka l-imkejjen fejn l-ilma jaghti l-hajja (Ez 15, 27; Is 41, 19). Hija tghajjex lill-bniedem bil-frott taghha (ara Dan 4, 9). Hawn ghandna bizzejjed xebh biex inqabblu l-bnedmin ma` sigra thaddar, sew jekk ikun il-bniedem gust li Alla bierek (S 1, 3; Ger: 17, 7w), jew il-poplu li Huwa fawwar bil-favuri tieghU (Hos 14, 6w). Hu tassew li jezistu sigar tajbin u sigar hziena, li wiehed jaghraf mill-frott taghhom; il-hziena jisthoqqilhom biss illi jitqacctu u jintefghu fin-nar; l-istess haga jigri ‘l-bnedmin fi zmien il-haqq li Alla jaghmel (Mt 7, 16; 20p; ara 3, 10p; Lq 23,31). Minbarra din it-tifsira generali, is-simbolizmu tas-sigra jizviluppa fil-Bibbja fi tliet direzzjonijiet.
1. Is-sigra tal-hajja: Billi jinqeda b’simbolu li jinstab hafna fil-mitologija Mesopotamika, il-Genesi iqieghed fil-Genna ta` l-Art tal-qedem, sigra tal-hajja li l-frott taghha jaghti l-immortalita` (Gen 2, 9; 3,22). F’dak li ghandu x’jaqsam ma dan l-ewwel simbolu, sigra li l-frott taghha hu projbit tirrapprezenta l-gherf qarrieq li l-bniedem ha ghalih bla jedd meta qal li kien hu li kellu "taghrif it-tajjeb u l-hazin" (Gen 2, 16w). Imfixkel mid-dehra qarrieqa ta` din is-sigra, il-bniedem kiel mill-frott taghha (Gen 3, 2-6). Minnhabba dak li gara, il-moghdija lejn is-sigra tal-hajja hija issa maghluqa ghalih (Gen 3, 22w). Izda meta ghad jinfetah ghal kollox l-iskroll tal-grajja sagra, dakinhar jintwera kif Alla rega` ta lura s-sigra lill-bniedem. Fl-eskatologija profetika, l-art imqaddsa hi deskritta, fl-ahhar zminijiet, bhala genna ta` l-art li tinkiseb mill-gdid; is-sigar taghha tal-ghageb se jaghtu lill-bnedmin ikel li jghajjex u qawwa li tahji (Ezek 47, 12). Minn issa ‘l quddiem, il-gherf, ghall-bniedem li jifhmu, huwa sigra tal-hajja li taghtih il-ferh (S 3,18; 11, 30; ara Sir 24, 12-22). U fl-ahharnett, fit-T,G., Kristu jwieghed illi dawk li jibqghu fidili lejH sejrin jieklu mis-sigra tal-hajja li qieghda fil-genna ta` l-art ta` Alla (Apk 2, 7).
2. Is-sigra tas-saltna ta` Alla: Il-mitologiji orjentali kienu midhla tas-simbolu tas-sigra kosmika bhala rapprezentazzjoni figurattiva ta` l-univers. Dan is-simbolu ma jigix ripetut fil-Bibbja, li minflok taghraf tqabbel l-imperi umani, li jzommu tant popli taht id-dell taghhom, ma` sigra straordinarja: hi titla` ‘l fuq lejn is-sema u tinzel fl-izjed qighan baxxi, hija tkenn l-ghasafar u l-bhejjem kollha (Ezek 31, 1-9; Dan 4, 7w). Dan huwa kobor artificjali, ghaliex huwa msejjes fuq il-kburija. Il-haqq ta` Alla se jolqot din is-sigra (Ezek 31, 10-18; Dan 4, 10-14). Izda s-Saltna ta` Alla, imwielda minn zerriegha umli, se issir fiha nnifisha sigra kbira li fiha se jigu jbejtu l-ghasafar kollha (Mt 13, 31w).
3. Is-sigra tas-salib:
Is-sigra tista` ssir sinjal ta` sahta meta wiehed jinqeda biha bhala forka ghal dawk kundannati ghal mewt (Gen 40, 19;Goz 8, 29; 10, 26; Est 2, 23; 5, 14), it-toqol li ggor fuqha jnigges l-art sagra, ghaliex hu sahta minn Alla (Dt 21, 22w). Issa Gesu` ried li jiehu fuqu nnifsU sewwa sew din is-sahta (Gal 3, 13). Huwa tghabba bi dnubietna f’gismU fuq l-ghuda tas-salib (1Pt 2, 24) - hemmhekk Huwa sammar is-sentenza tal-mewt li kienet inqatghet kontrina (Kol 2, 14). Fl-istess hin, is-sigra tas-Salib saret "l-ghuda li biha jsir il-gid" (ara Gherf 14, 7): issa l-moghdija li twassal ghall-genna ta` l-art miksuba mill-gdid tinsab miftuha u hemm is-Sigra tal-Hajja se taghmel il-frott ghalina (Apk 22, 2.14). Is-sinjal qadim tas-sahta sar hu nnifsu din is-sigra tal-hajja: Crux fidelis, inter omnes Arbor una nobilis; nulla silva talem profert, Fronde, flore, germine (liturgija tal-Gimgha l-Kbira). "Salib, sinjal ta` mhabba, int l-aqwa fost is-sigar: M’hemmx ohra tixbah lilek fil-frott, fil-ward u l-weraq".Il-bniedem jixtieq ikollu s-sliem mill-qigh tal-gewwieni tieghu. Izda ta’ spiss huwa ma jifhimx ix-xorta tal-beneficcju li hu tant imxennaq ghalih; u l-moghdijiet li huwa jterraq biex jikseb is-sliem mhumiex dejjem it-triqat ta’ Alla. Ghaldaqstant irid jitghallem mill-istorja sagra f’hiex tikkonsisti t-tfittxija ghas-sliem tassew u jrid jisma lil Alla jipproklama d-don ta’ dan is-sliem f’Gesu` Kristu.
I. IS-SLIEM, FERH PERFETT
Biex wiehed japprezza bis-shih xi tfisser sewwasew din il-kelma, wiehed irid jifhem is-sens materjali li qieghed bhala sisien tal-kelma semitika wkoll meta wiehed jikkoncepiha fis-sens l-iktar spiritwali taghha. Insibuha hekk fl-Iskrittura proprju sa l-ahhar ktieb tat-TG. 1. Sliem u benesseri. Il-kelma ebrajka xalom titnissel minn gherq li skond ma jintuza, jindika l-fatt li haga tibqa’ mhux mittiefsa, shiha (Gob 9,4); bhal meta ttemm tibni dar (1 Slat 9,25), jew l-azzjoni li ggib lura xi haga fl-istat originali u integru taghha; jew li taghmel tajjeb u tpatti lil xi kreditur (Ez 21,34), li twettaq xi weghda (S 50,14). Is-sliem bibliku, ghaldaqstant, mhuwiex biss il-"patt" li jippermetti hajja trankwilla, lanqas "zmien il-paci" bhala oppost ta’ "zmien it-taqbid" (Koh 3,8; Apk 6,4). Dan is-sliem jindika wkoll il-benesseri ta’ l-ghajxien ta’ kuljum, l-istat tal-bniedem li jghix f’armonija man-natura, mieghu nnifsu, ma’ Alla. B’mod konkret, huwa barka, mistrieh, glorja, ghana, salvazzjoni, hajja. 2. Sliem u ferh. Li jkollok sahtek u li jkollok is-sliem huma zewg frazijiet paralleli (S 38,4). Li ssaqsi lil xi hadd kif sejjer, li ssellem b’mistoqsija jekk hux kollox sew, wiehed ikun qed jghid: "Jinsab tajjeb (fis-sliem)?" (2 Sam 18,32: Gen 43,27). Abraham li miet "wara xjuhija sewwa, xih mimli bil-ghomor" (Gen 25,8), mar "bis-sliema" ghand missirijietu (Gen 15,15; ara Lq 2,29). F’sens iktar wiesgha, is-sliem ifisser li wiehed ikun fiz-zgur. Gidghon m’ghandux ghaliex iktar jibqa’ jibza’ mill-mewt kif ghamel qabel ma kellu d-dehra smewwija (Imh 6,23; ara Dan 10,19); Israel m’ghandux ghaliex jitwerwer izjed mill-ghedewwa tieghu minhabba f’dak li ghamel Gozwe` il-konkwistatur (Goz 21,44; 23,1), David (2 Sam 7,1), Salamun (1 Slat 5,4; 1 Kron 22,9; Sir 47,13). Is-sliem ifisser qbil f’hajja ta’ fraternita`: siehbi l-aktar qrib tieghi, habibi, huwa dak "li fih kont nafda" (S 41,10; Ger 20,10). Din hi fiducja reciproka li ta’ spiss taghti lok ghal patt (Num 25,12; Sir 45,24) jew ghal trattat fost girien li jingiebu (Goz 9,15; Imh 4,17; 1 Slat 5,26; Lq 14,32; Atti 12,20). 3. Sliem u salvazzjoni. Dan kollu, sew materjali sew spiritwali, jinsab fit-tislima, fix-xewqa ghas-sliem (salaam bl-Gharbi) li naraw fiz-zewg Testmenti meta wiehed jghid "jalla s-sliem taghkom joktor" jew "sliem ghalikom", sew fid-diskors (Gen 26,29; 2 Sam 18,29) sew bil-miktub (e.g., Dan 3,98; Film 3). Ghaldaqstant, jekk inhu xieraq li tixtieq is-sliem jew li sselli billi ssaqsi dwar kif inhu min ikun qed izurek (2 Slat 9,18), dan taghmlu ghax is-sliem huwa stat ta’ konkwista jew ta’ difiza; huwa rebha fuq xi ghadu. Gidghon u Ahab jittamaw li jergghu lura fis-sliem, jigifieri bhala rebbihin fit-taqbid (Imh 8,9; 1 Slat 22,27w). Bl-istess mod, huwa mixtieq li jkun hemm ir-rizq fl-istharrig (Imh 18,5w), li Anna ma tibqax sterili (1 Sam 1,17), li jitfejjqu l-griehi (Ger 6,14; Is 57,18w). Fl-ahhar, wiehed "joffri sagrificcju tas-sliem" (salutaris hostia) li jfissru ghaqda shiha bejn Alla u l-bniedem (Lev 3,1).Fil-lingwagg ta’ llum, konfessjoni tissuggerixxi b’mod kwazi eskluziv is-sagrament tal-penitenza u l-konfessjonarju. Izda din it-tifsira korrenti u ordinarja hija wahda sekondarja u ta’ uzu specifiku ghall-ahhar tal-kelma. Sew fit-TQ sew fit-TG,u fit-tradizzjoni nisranija, il-persuni qaddisa li "jistqarru l-fidi taghhom" huma dawk li jipproklamaw il-maesta` ta’ Alla u l-ghemejjel ta’ salvazzjoni tieghU b’rikonoxximent pubbliku u ufficjali tal-fidi taghhom f’ Alla u fl-ghemejjel tieghU.L-istqarrija tad-dnubiet hija awtentika biss meta tkun tinkludi rikonoxximent tal qdusija ta’ Alla.
Ghall-bniedem religjuz l-istqarrija tal-fidi tieghu hija dispozizzjoni essenzjali. Din mhux tabilfors tkun tinvolvi gharfien distint u rendikont shih tal-ghemejjel ta’ Alla, izda timplika attitudni prattika ta’ ftuh u rieda biex tintlaqa’ l-inizjattiva divina. Is-sacerdot Gheli were din l-attitudni meta fl-istess waqt huwa rrikonoxxaz d-dnubiet ta’ uliedu nnifsu u l-kobor ta’ Alla: "Hu l-Mulej!" (1 Sam 3, 18). Din l-attitudni soltu twassal mill-gharfien ta’ Alla ghar-reazzjoni li tigi wara li trodd hajr. Hekik il-ftuh ghal Alla huwa kemm ir-raguni kemm l-espressjoni pubblika ta’ radd il-hajr u tifhir (S 22, 23). Bhall-gratitudni u t-tifhir, l-istqarrija hija direttament indirizzata lejn Alla. b’kuntrast max-xhieda li wkoll tittratta dwar l-ghemejjel ta’ Alla, izda li hi pjuttost indirizzata lejn il-bnedmin.
TQ
1. Li tistqarr isem Alla.
L-istqarrija, it-tifhir, ir-radd il-hajr u l-barka huma dejjem marbutin flimkien. Ilkoll jitilqu mill-ghemejjel ta’ Alla. Hemm ghadd mhux hazin ta’ stqarrijiet qsar li jsegwu l-formola semplici: "Mbierek il-Mulej li...." (Ez 18, 10; 1 Slat 1, 48; S 28, 6; 31, 22.....). Ix-xandir ta’ l-ghegubijiet tieghU (S 26, 7) huwa l-element centrali ta’ stqarrija u ta’ spiss hafna jibda b’xi innu, sejha lill-Mulej (Ez 15, 1; S 118, 1). Fuq kollox tintuza l-frazi "Inroddlok hajr", izda wkoll "Infahhrek: nghanni kull tifhir tieghek". Fit-taqsima ewlenija tax-xandira Alla jigi indirizzat bi nkliem bhal "blata tieghi; qawwa tieghi; salvazzjoni tieghi....". Huwa jigi mistoqsi min hawn bhalU (Ez 15, 11; S 18, 32); u d-dmir li hekk jitwettaq lejn l-isem kbir tieghU (Ger 10, 6; S 76,2) jizgura li t-tifkira se jtul ghal dejjem u li l-fidi ta’ Israel se tinghadda lill-ohrajn (Dt 6, 6-9).Il-Gudajizmu ta’ qabel zmien l-insara kien leali lejn din it-tradizzjoni bi stqarrija ta’ fidi ta’ kuljum permezz ta’ talba maghmula minn tliet siltiet mill-Pentatewku. L-ewwel silta tipproklama t-twemmin fondamentali f’Alla wiehed li ghamel patt ma’ Israel (Dt 6, 4w).
2. L-istqarrija tad-dnubiet tesprimi konvinzjoni bazika li kull dnub isir kontra l-Mulej (Lev 26, 40), ukoll dawk il-htijiet li direttament isiru kontra l-gar tieghek (Lev 5, 21; 2 Sam 12, 13w). Id-dnub huwa ostaklu ghar-relazzjoni li Alla jrid jistabbilixxi mal-bniedem. Ic-chid, sew personali (Prov 28, 13) sew kollettiv (Neh 9, 2w; S 106), ta’ dan l-att kontra Alla bl-gharfien ta’ min jahti tar-responsabbilta` tieghu, jafferma mill-gdid fuq kull jedd assolut li jappartjeni lil Alla u li d-dnub kien tefa’ dubju dwaru. Meta l-jeddijiet kollha ta’ Alla, li fl-ewwel lok jinsabu gejjin mill-inizjattiva li Alla jiehu fir-relazzjoni tal-patt, jigu affermati mill-gdid, hemm tinghata l-mahfra (2 Sam 12, 13; S 32, 5); u hekk tintemm il-firda minn Alla u l-mizerja li din iggib maghha (Goz 7, 19-21).
TG
I. TISTQARR LIL GESU` KRISTU
Filwaqt li l-att ta’ min jemmen jibqa’ essenzjalment l-istess, l-ghan ta’ l-istqarrija tal-fidi tieghu tghaddi minn-trasformazzjoni radikali. Il-kobor bla tarf ta’ Alla jibda jiddi fil-ghageb kollu tieghu. L-eqdem stqarrijiet tal-fidi ta’ Israel (Dt 26, 50; Goz 24, 2-13) ifakkru fl-avvenimenti ta’ ezodu mill-Egittu. Izda l-helsien miksub minn Kristu jolqot lill-umanita` kollha . Ir-rebha tieghU qerdet l-iktar ghadu kiefer li qatt ekllu l-bniedem, id-dnub, li jhedded lill-bniedem minn gewwa nnifsu. B’kuntrast ma’ liberazzjonijiet nazzjonali ghal xi zmien biss kif kien isir qabel, dik ta’ Kristu hija salvazzjoni definittiva.
L-istqarrijiet ta’ fidi ta’ Pietru (Mt 16, 16p; Gw 6, 68w) u ta’ l-ghama mit-twelid (9, 15-17. 30-33) juru kif din il-fidi hi rizultat dirett tal-kuntatt mghix ma’ Gesu` ta’ Nazaret. Fil-Knisja Gesu`, bil-mewt u l-qawmien tieghU, huwa l-ghan tal-professjoni tal-fidi bhala l-attur ewlieni fid-dramm tas-salvazzjoni. Dan jista’ jingharaf mill-formoli bikrin bhal "Marana-ta" (1 Kor 16, 22) u "Gesu` hu l-Mulej" (1 Kor 12, 3; Fil 2, 11), li huma gabra tal-fidi u li joqoghdu bhala azkklamazzjonijiet liturgici. L-ghan tal-fidi proklamat fix-xandir skond skema ripetut (kerygma) jesprimi ruhu wkoll fil-bidu ta’ kredu (1 Kor 15, 3-7) u f’innijiet liturgici (1 Tim 3, 16). Gesu` jingharaf bhala l-uniku Salvatur (Atti 4, 12), bhala Alla (Gw 20, 28), Mhallef tad-dinja li ghad trid tigi (Atti 10, 42), l-appostlu ta’ Alla u l-Qassis il-Kbir taghna (Lhud 3, 1). Fiz-zamma tieghu mal-fidi fil-mibghut minn Alla bhala Messija u Salvatur, l-istqarrija tan-nisrani hija hekk diretta lejn Alla nnifsu.
Mhux biz-zejjed li l-Kelma tintlaqa’ minna u tghammar fina (1 Gw 2, 14); trid tigi mistqarra. Xi minndaqqiet li tipprofessa l-Kelma hija semplicement li taccetta l-kelma, b’kuntrast mac-chid ta’ dawk li jichdu l-missjoni ta’ Gesu` (1 Gw 2, 22w). Izda iktar ta’ spiss, ukoll normalment, li tistqarr il-Kelma huwa rikonoxximent pubbliku. Din l-istqarrija hija mehtiega ghas-salvazzjoni ((Rum 10, 9w), dejjem ta’ min ifahharha (Lhud 13, 15), u mudellata fuq ix-xhieda ta’ Gesu` ghall-verita` (Gw 18, 37; 1 Tim 6, 12w). Din l-istqarrija issiehed il-maghmudija (Atti 8, 37) u ssir b’obbligu f’dawk ic-cirkostanzi meta li tonqos li tistqarr ikun daqslikieku tkun qed tichad il-fidi (Gw 9, 22). Minkejja kull persekuzzjoni in-nisrani ghandu jistqarr il-fidi tieghu fil-prezenza ta’ nies li jkollhom xi awtorita`, bhalma ghamel Pietru (Atti 4, 20), ukoll sal-punt tal-martirju, bhal Stiefnu (Atti 7, 56). Il-kastig ghal dan in-nuqqas huwa li jigi michud minn Gesu` quddiem MissierU (Mt 10, 32w; Mk 8, 38) jekk wiehed ikun qeghed gieh il-bnedmin qabel il-glorja ta’ Alla (Gw 12, , 42w).
Minhabbaq f’li l-istqarrija hija riflessjoni ta’ l-attivita` divina fil-bniedemu tmur lura s’ghand Alla, kull stqarrija genwina hija l-ghemil ta’ l-Ispirtu s-Santu (1 Kor 12, 3; 1 Gw 4, 2w): dan hu sewsew verufil-professjonijiet tal-fidi li jsiru fil-prezenza ta’ xi awtorita` persekutrici (Mt 10, 20).
II. STQARRIJA TAD-DNUBIET
Il-prattika li tizvela dnubietek lil bniedem li jkun ircieva s-setgha li jahfihomlok ma jidhirx li ghandha gheruq fit-TG: sew il-korrezzjoni ta’ l-ahwa u t-twiddib tal-komunita` huma mahsubin biex min jahti jaghraf htijietu li jidehru (Mt 18, 15-17). L-istqarrija reciproka rikmandata f’Gak 5, 15 x’aktarx li ssib l-ispirazzjoni taghha f’uzanza Lhudija, u 1 Gw 1, 9 ma taghtix il-formola preciza li ghandu jkollha l-istqarrija mehtiega.
Madankollu, l-istqarrija tad-dnubiet hija dejjem sinjal ta’ ndiema u kondizzjoni normali ghall-mkjahfra. Il-Lhud li marru ghand Gwanni l-Battista stqarru dnubiethom (Mt 3, 6p). Pietru stqarr lilu nnifsu midneb, li ma jixraqlux joqrob hdejn Gesu` (Lq 5, 8). Gesu` nnifsu jitkellem mis-soghba ta’ l-iben prodigu u jinkludi l-istqarrija ta’ dnubu (Lq 15, 21). Meta Gesu` jahfer xi dnub, l-istqarrija tad-dnub hija kondizzjoni ghal dik il-mahfra, kif jidher minn kliem Zakkew (19, 8), jew mill-azzjonijiet tal-mara midinba (7, 36-50), jew fis-skiet tal-mara maqbuda f’adulterju li tkun qed tigi akkuzata (Gw 8, 9-11). Dawn il-kazijiet huma kollha l-punt tat-tluq ghall-prattika tal-qrara sagramentali. Kulhadd huwa midneb u ghandu jaghraf lilu nnifsu bhala tali sabiex jitnaddaf (1 Gw 1, 9w). Izda dan l-gharfien ta’ nuqqas ta’ hila u ta’ stqarrija bix-xufftejn ghandhom biss is-siwi taghhom jekk ikun hemm l-indiema gewwinija; u l-istqarrija ta’ Guda ma tiswa ghal xejn (Mt 27, 4).
Hekk, fiz-zewg rabtiet, kull min jistqarr il-fidi tieghu f’Alla li jsalva, l-istess bhal min iqerr dnubu - jinheles bis-sahha tal-fidi (Gal 3, 22) bi twettiq tal-kelma ta’ Gesu`: "Il-fidi tieghek salvatek" (Lq 7, 50).
Meta wiehed jitkellem fuq tama, malajr igib quddiem ghajnejh dak il-post fil-gejjieni li Alla hejja ghall-poplu tieghU. Il-gejjieni kellu jkun wiehed ta’ ferh li ghalih huma msejha il-bnedmin kollha (1 Tim 2,4). Il-weghdiet li Alla ghamel mal-poplu tieghU bdew juruh ftit ftit il-gmiel ta’ dan il-futur, realta` f’din id-dinja izda bil-hsieb ta’ "pajjiz ahjar, jigifieri dak tas-sema" (Lhud 11,16). Dan il-gejjieni jkun fejn tinsab "il-hajja ta’ dejjem" u fejn il-bnedmin ikunu "bhal Alla" (1 Gw 2,25; 3,2).
Huma l-fiducja f’Alla u l-fedelta` tieghU u l-fidi fil-weghdiet tieghU li jiggarantixxu r-realta` ta’ dan il-gejjieni (ara Lhud 11,1) u jippermettu li ghall-inqas wiehed jibqa’ ghatxan li jkun jaf x’hemm f’dawn l-ghegubijiet. Huwa ghalhekk possibbli ghal min jemmen li jixxennaq ghal dan il-gejjieni, jew ahjar li jittama ghalih. Fil-fatt, kif wiehed jista’ jippartecipa f’dan il-gejjieni cert dejjem jibqa’ johloq diffikulta`, ghax dan jiddependi fuq imhabba pacenzjuza u kollha fedelta`, haga difficli li wiehed jitlob mil-liberta` taghna mcappsa bid-dnub. Min jemmen ma jistax ghalhekk iserrah ghal kollox fuq il-qawwa tieghU biex jidhol f’dan il-gejjieni. Jista’ biss jemmen b’fiducja li dak Alla li fiH huwa jemmen u li Hu biss jista’ jaghmel il-liberta` tieghu kapaci thobb, ghad jaghtih dan ir-rigal. Imxettla b’dan il-mod fil-fidi u fil-fiducja, it-tama tista’ tiftah orizzonti godda lejn il-gejjieni u ssostni l-hajja kollha ta’ min jemmen bil-fervur taghha.
Il-fidi, il-fiducja, it-tama u l-imhabba huma ghaldaqstant aspetti diversi ta’ realta` spiritwali wahda. L-istess gheruq fl-Ebrajk ta’ spiss jesprimu xi wahda jew ohra minn dawn l-idejat. Il-vokabularju ghall-kelma tama ghandu konnessjoni principali mal-gheruq qawah, yahal u batah, liema kliem it-tradutturi ghamlu mill-ahjar li setghu biex jaqilbu fil-Grieg (elpizo, elpis, pepoitha, hypomeno...) u fil-Latin (spero, spes, confido, sustineo u expecto...). Fit-Testment il-Gdid (jew ahjar f’San Pawl) insibu maghqudin flimkien b’mod mill-iktar car il-fidi, it-tama u l-imhabba (1 Tes 1,3; 1 Kor 13,13; Gal 5,5w).
TQ
I. TAMA FIL-BARKIET TA’ JAHWEH
Ghalkemm il-weghda misterjuza li Alla originalment jaghmel lill-bniedem midneb (Gen 3,15; 9,1-17) turi li Alla qatt ma jhalli l-bniedem minghajr tama, l-istorja tat-tama f’kuntest bibliku tibda b’Abraham. Il-gejjieni assigurat bil-weghda huwa wiehed semplici hafna: gens kbir u medda kbira ta’ art tajba u wiesgha (Gen 12,1w). Ghal bosta sekli Israel jitfa’ t-tama tieghu fl-affarijiet tad-dinja: "art tnixxi halib u ghasel" (Ez 3,8.17), u kull gid iehor (Gen 49; Ez 23,27-33; Lev 26,3-13; Dt 28).
Imma din il-herqa ghall-gid materjali ma tfissirx li r-religjon ta’ Israel hi xi stil ta’ hajja interessata biss fl-akkwisti materjali. Israel iqis dan il-gid materjali bhala barkiet (Gen 39,5; 49,25) u rigali (Gen 13,15; 24,7; 28,13) minghand dak Alla li b’dan il-mod juri l-fedelta` tieghU lejn il-weghda u l-patt li Huwa jkun ghamel (Ez 23,25; Dt 28,2). U ghalhekk il-gid materjali ghandu jigi offert bhala sagrificcju minghajr ebda dewmien (Goz 6,17-21; 1 Sam 15) meta l-fedelta` lejn Jahweh tkun titlob dan. Is-sagrificcju ta’ Abraham sa minn dejjem kien l-ezempju ta’ tama perfetta fil-weghda tal-Omnipotenti (Gen 22), indikazzjoni li xi darba Israel kien ser isir jaf "tama ahjar" (Lhud 7,19) li Alla kien bil-mod ser iwassal ‘l poplu tieghU lejha.
II. JAHWEH, IT-TAMA TA’ ISRAEL U TAL-GNUS
Il-progress hawn principalment sar bix-xoghol tal-profeti. Huma saffew u zammew it-tama ta’ Israel, izda fl-istess hin fethu orizzonti godda.
1. Tama qarrieqa. Israel kien jinsa ta’ spiss li gejjieni mimli ferh kien rigal gej minn dak Alla li kien ghamel il-Patt (Gos 2,10; Ez 16,15w). Ghaldaqshekk Israel kien imgarrab biex bhall-popli l-ohra jiggarantixxi l-gejjieni tieghu; billi jidhol f’patt ma’ l-ghedewwa; b’qima ta’ formalita` biss, bl-idolatrija, bit-tfittxija ghall-poter, u billi jaghmel diversi pattijiet. Il-profeti kienu jishtu din it-tama fiergha (Ger 8,15; 13,16). Minghajr fedelta` m’hemm ebda tama ta’ salvazzjoni (Hos 12,7; Is 26,8w; 59,9w). Il-jum ta’ Jahweh kellu jkun "jum ta’ korla kbira" (Sof 1,15w), ta’ "swied bla ebda dija" (Gham 5,20). Dan l-aspett tal-ministeru profetiku jidher car f’Geremija 1-29.
2. Tama vera. Xi minndaqqiet il-gejjieni jidher wiehed maghluq ghal-Lhud li tigihom it-tentazzjoni jghidu: "It-tama taghna ghabet" (Ezek 37,11; ara Lam 3,18). F’mumenti bhal dawk il-profeti raw it-tama qisha bla dawl is-sebh (ara Is 8,16w), izda din xorta ma tghibx. Ghad jigi salvat fdal (Gham 9,8w; Is 10,19w). B’dan il-mod il-pjan ta’ Alla jkompli miexi ‘l quddiem. Fil-waqt tal-kastig taghha, it-thabbira li "hemm tama ghall-gejjieni " (Ger 29,11; 31,17) tidwi f’widnejn Israel (Ger 30-33; Ezek 34-48; Is 40-55) ghall-konsolazzjoni dejjiema u t-tama taghha (S 9,19). L-infedelta` ta’ Israel lanqas m’ghandha tfixkel it-tama. Alla se jahfer (Hos 11; Lam 3,22-33; Is 54,4-10; Ezek 35,29). Il-fidwa ssehh ghalkemm tiehu z-zmien (Hab 2,3; Sof 3,8). Ghax il-fidil Jahweh li hu mimli hniena huwa "tama ta’ Israel" (Ger 14,8; 17,13w).
3. Tama gdida. Il-hsieb profetiku tal-gejjieni huwa wiehed kumplikat hafna. Il-profeti xandru sliem, salvazzjoni, dawl, fejqan u fidwa. Il-profeti ma kellhom idea xejn perfetta ta’ x’kellu jkun it-tigdid ta’ l-ghaheb u definittiv ta’ l-Gheden, ta’ l-esodu, tal-patt, u tas-saltna ta’ David. Lil Israel se jimlih bl-abbundanza u bil-gid ixebbghu (Ger 31,14) u dan kollu se jaghmlu Jahweh (Hos 2,23w; Is 32,15; Ger 31), u Israel jara "l-gid tal-gnus" (Is 61,6) gej lejh u jsir tieghu. Billi l-profeti kienu midhla sew ta’ l-imghoddi ta’ Israel, huma jqeghdu ‘l Israel u l-ferh terren tieghu (beatitudni) sewwasew f’nofs il-gejjieni.
Il-profeti jixxenqu wkoll ghall-jum meta Israel ikun mimli bl-gharfien ta’ Alla (Is 11,9; Hab 2,14), ghax l-ewwel Alla jgeddidilhom qlubhom (Ger 31,33w; Ezek 36,25w) u l-gnus jikkonvertu (Is 2,3; Ger 3,17; Is 45,14w). Dan iz-zmien gejjieni ghad ikun il-waqt meta saflahhar tinghata qima perfetta (Ezek 40-48; Sof 14) li fiha jiehdu sehem il-gnus kollha (Is 56,8; Sof 14,16w; ara S 86,8w; 102,22w). L-oghla qima tkun dik li tikkontempla lil Jahweh u li tghix mieghU (S 63; 84). Ghall-profeti, huwa Alla nnifsU (Is 60,19w; 63,19; 51,5) u s-saltna tieghU (S 96-99) li huma t-tama ta’ Israel u tal-gnus. Iktar minn hekk, il-ferh gejjieni mistenni ta’ Israel huwa wiehed ta’ din id-dinja; minghajr eccezzjoni (Ezek 18) dan huwa ferh ghall-komunita` kollha, ghalkemm il-wasla tieghu tiddependi fuq l-osservanza individwali.
III. TAMA FIS-SALVAZZJONI PERSONALI
U FIL-HAJJA TA’ WARA
F’dan il-punt il-progress fit-tama tat-TQ tigi min-nies qaddisa u mill-ghorrief hekk kif dawn jahdmu fil-qafas tal-fidi bhala rigal personali. Din il-fidi, madankollu, tidhol dritt fil-problema li tqum minhabba fit-tbatija li jgarrab il-bniedem gust. Huwa probabbli li lejn tmiem l-ezilju fil-Babilonja, jew xi ftit iktar tard, kien hemm profeta li tabilhaqq ghallem li din it-tbatija kellha tnissel it-tama u mhux tfixkilha, ghaliex din kienet tbatija redentiva (Is 53). Izda din il-profezija tat-TQ bikri ma kellhiex hajja twila. Minkejja certi sentimenti frivoli (Gob 13,15; 19,25w), it-tama li Gob kellu, per ezempju, tizreg ‘l hinn mil-lejl mudlam (Gob 42,1-6).
It-tama tal-mistici kienet mimlija bil-prezenza ta’ Alla; ghaldaqstant huma jhossuhom waslu fejn kellhom jaslu. Ghal tama bhal din, it-tbatija u l-mewt ma ghandhom ebda importanza (S 73; 49,16; ara 139,8; 16). Il-fidi tal-martri tnissel tama fil-qawmien (Dan 12,1w; 2 Mak 7); tama kollettiva li ghandha bhala qofol taghha "bhal iben ta’ bniedem" (Dan 7). Ghall-ghorrief it-tama harset iktar lejn is-sliem (Gherf 3,3), lejn il-mistrieh (4,7), lejn is-salvazzjoni (5,2); dawn ir-rigali ma jinstabux fuq din l-art izda fl-immortalita` (3,4), fil-prezenza tal-Mulej (5,15w). Hekk hu li t-tama ssir wahda personali (5,5) u tigi progettata lejn id-dinja tal-gejjieni.
It-tama li kellhom il-Lhud fi zmien Gesu` kienet tvarja skond il-kurrenti religjuzi ta’ dak iz-zmien. Filwaqt li din kienet tirrifletti l-ghamliet diversi u l-istadji successivi tat-tama li kellu Israel, din kienet tistenna gejjieni sew materjali sew spiritwali - gejjieni bil-qofol tieghu li hu Alla u Israel u ghaldaqstant, sew temporali sew etern, kemm kollettiv kif ukoll individwali. It-twettiq fil-fatt ta’ dan il-gejjieni fil-persuna ta’ Gesu` kien jitlob li dik it-tama kellha tabilhaqq iktar tissaffa.
T
GI. IT-TAMA TA’ ISRAEL IMWETTQA F’GESU
`Gesu` jhabbar il-wasla tas-saltna ta’ Alla fid-dinja (Mt 4,17). Izda din is-saltna hija realta` spiritwali li jasal biss ghaliha min ikollu l-fidi. Biex it-tama ta’ Israel tkun tista’ titwettaq, Israel ghandu jichad kull aspett materjali ta’ l-istennijiet tieghu. Gesu` jehtieg lid-dixxipli tieghU li jaccettaw kemm it-tbatija kemm il-mewt kif Huwa ghamel (Mt 16,24w). Minn naha l-ohra is-saltna li diga` waslet, f’sens iehor ghad trid tigi. Ghalhekk tkompli t-tama; izda issa hija eskluzivament progettata lejn il-hajja ta’ dejjem (18,8w), lejn il-migja glorjuza ta’ Bin il-Bniedem li "mbaghad irodd lil kull wiehed skond ma wiehed ikun ghamel" (16,27; 25,31-46). Sakemm tkun ghadha qeghda tistenna dan il-jum, il-Knisja tissahhah bil-weghdiet (16,18) u bil-prezenza ta’ Gesu` (28,20). Hija ghandha twettaq it-tama tal-profeti billi tiftah is-saltna u t-tama taghha lill-gnus (8,11w; 28,19).
II. GESU` KRISTU, IT-TAMA TAL-KNISJA
It-tama tal-Knisja hija tama assigurata fil-fidi, ghaliex ir-rigal ta’ l-Ispirtu kiseb it-twettiq tal-weghdiet maghmula (Atti 2,33.39). Il-qawwa shiha tat-tama li ghandha l-Knisja tikkoncentra fuq l-istennija tal-migja lura ta’ Gesu` (1,11; 3,20). Dan ir-ritorn jissejjah il-parousia (hak 5,8; 1 Tes 2,19), il-jum tal-Mulej, iz-zjara, il-wirja. Dan huwa gejjieni vicin hafna (Yhak 5,8; 1 Tes 4,13w; Lhud 12,18w; 1 Pt 4,7); ta’ spiss wiehed jibqa’ sorpriz bid-dewmien tieghu (2 Pt 3,8w). Izda ghad jigi tassew "ghal gharrieda bhal halliel bil-lejl" (1 Tes 5,1w; 2 Pt 3,10; Apk 3,3; ara Mt 24,36). Din l-incertezza ggib maghha li wiehed jishar (1 Tes 5,6; 1 Pt 5,8) u sabar mill-ikbar fit-tigrib u fit-tbatija (Gak 5,7w; 1 Tes 1,4w; 1 Pt 1,5w; ara Lq 21,19). It-tama tal-Knisja hija wahda ferrieha (Rum 12,12), ukoll fit-tbatija (1 Pt 4,13; ara Mt 5,11w). Sewwasew ghaliex il-glorja mistennija hi daqstant kbira (2 Kor 4,17), din tidher car fil-waqt prezenti (1 Pt 1,8w). It-tama tnissel certu serjeta` (1 Tes 5,8; 1 Pt 4,7) u distakk (1 Kor 7,29w; 1 Pt 1,13; Tit 2,13). Dawn huma, fil-fatt, il-beneficcji ta’ fuq din l-art li jwasslu ghat-tama li nissiehbu "fin-natura ta’ Alla" (2 Pt 1,4). Finalment, it-tama theggeg kemm it-talb kemm l-imhabba ta’ bejn l-ahwa (1 Pt 4,7w; Gak 5,8w). Marbuta sew kif tinsab mal-hajja tal-gejjieni (Lhud 6,18), it-tama tnixxi bil-kotra fil-hajja nisranija kollha.
III. ID-DUTTRINA TA’ PAWLU FUQ IT-TAMA
San Pawl jaqsam ma’ l-istess Knisja t-tama taghha, izda l-ghana tal-hsieb tieghu u tal-hajja spiritwali tieghu jikkontribwixxi elementi ta’ valur specjali lejn it-tezor komuni.
Kaz minnhom huwa f’dak li jghid dwar "il-fidwa ta’ gisimna" (Rum 8,23), sew fil-bidla tal-hajjin (1 Kor 15,51; ara 1 Tes 4,13-18), jew b’mod iktar specjali f’dak li jghid fuq il-qawmien mill-imwiet. Li wiehed ma jemminx f’dan il-qawmien ifisser ghal Pawlu li wiehed ikun "bhal l-ohrajn li ma ghandhomx tama" (1 Tes 4,13; 1 Kor 15,19; ara Efes 2,12).
Il-glorja tinghata biss "lil dawk li jipperseveraw sa l-ahhar fl-ghemil it-tajjeb" (Rum 2,7w; ara Lhud 6,12). Izda l-helsien li ghandu l-bniedem huwa wiehed dghajjef (Rum 7,12-25). Jista’ ghaldaqstant in-nisrani tassew jittama li jiehu sehem f’dan il-wirt imwieghed (Kol 4,24)? Huwa jista’ u ghandu jittama l-istess bhalma ittama Abraham, "meta ma kellu ebda tama, ittama u emmen". Huwa jista’ jittama minhabba fil-fidi li ghandu fil-weghdiet (Rum 4,18-25) u bis-sahha tal-fiducja li ghandu fil-fedelta` ta’ Alla li ssahhah il-fedelta` tal-bniedem (1 Tes 5,24; 1 Kor 1,9; ara Lhud 10,23) mill-waqt ta’ l-ewwel sejha tieghu sal-kisba tal-glorja (Rum 8,28-30).
It-twettiq ta’ dawn il-weghdiet f’Gesu` Kristu (1 Kor 1,20) huwa xi haga fondamentali fil-hsieb ta’ Pawlu. Il-glorja mistennija hija r-realta` prezenti (2 Kor 3,18-4,6) ghalkemm din ma tidhirx (2 Kor 4,18; Rum 8,24w). Min hu mghammed diga` jinsab imqajjem mill-mewt (Rum 6,1-7; Kol 3,1) fl-Ispirtu, li huwa jkun ircieva bhala r-rahan (2 Kor 1,22; 5,5; Efes 1,4) u l-frott bikri (Rum 8,11.23) tal-hajja tal-gejjieni, u li diga` ghandu sa minn din id-dinja. Hekk jigri li "Alla tat-tama jimliekom ilkoll bil-ferh u l-fidi permezz tal-fidi taghkom" (15,13). Alla ta l-grazzja tal-gustifikazzjoni lill-bnedmin li Adam kien kaxkar lejn il-mewt. Izda issa bil-wisq iktar is-solidarjeta` ma’ l-Iben tieghU se tkun dik li twassalhom ghall-hajja (Rum 5). Dan it-twettiq fi Kristu tat-tama ta’ Israel huwa rivelazzjoni iktar shiha tal-pedament ghat-tama nisranija: imhabba li b’ebda mod ma tista’ tittiehed minghand in-nisrani (Rum 8,31-39).
It-tama personali ta’ Pawlu nnifsu taghtina ezempju eccellenti. Din it-tama tidher f’ruhu b’qawwa mill-iktar imhegga. Tilmenta li ghadha ma nkisbitx (2 Kor 5,5; Rum 8,23) u tifrah fil-hsieb tal-gejjieni mistenni (1 Kor 15,54w). F’dan il-kuntest, ukoll l-iktar tama legittima tal-bniedem titlef il-valur kollu taghha (Fil 3,8). Filwaqt li tissejjes biss fuq il-grazzja ta’ Alla u mhux fuq l-opri (1 Kor 4,4; 15,10; Rum 3,27), it-tama tipprovdi bid-dinamizmu taghha il-forza mehtiega ghat-tellieqa (Fil 3,13w) u ghat-taqbida (2 Tim 4,7) li Pawlu jaghmel sabiex issehh il-missjoni tieghu, filwaqt li fl-istess hin huwa jhares lilu nnifsu mill jissara "bhallikieku qieghed naghti fil-vojt" (1 Kor 9,26w). It-tama tnissel tamiet godda (Fil 2,19; 2 Kor 1,9w; 4,7-18), izda dejjem "fil-Mulej". Meta Pawlu jidher li jkun qrib il-mewt, huwa jhares ‘il quddiem lejn ir-rigal (Fil 3,14) li jkun se jinghatalu u jgib fil-milja taghha t-tellieqa tieghu (2 Tim 4,6w; ara 1 Kor 3,8). Izda huwa jaf li l-premju tieghu huwa Kristu nnifsU (Fil 3,8). It-tama tieghu hi fuq kollox li jkun mieghU (Fil 1,23; 2 Kor 5,8).
L-Appostlu m’ghadux ihares ‘il quddiem lejn il-ferh personali tieghu izda biss u semplicement li joqghod ma’ xi hadd li jhobb. Dan l-aspett ta’ nuqqas ta’ interess assolut li taghtih it-tama li ghandu jerga’ jidher fix-xoghol li jaghmel ghas-salvazzjoni ta’ "dawk kollha" (2 Tim 4,8; 2,7), sew jekk insara (1 Tes 2,19) jew pagani, li lilhom irid ixandar lil Gesu` Kristu, "it-tama tal-glorja taghkom" (Kol 1,24-29). It-tama ta’ Pawlu, ghaldaqstant, thaddan fis-shuhija kollha taghha (ara Rum 8,19w) il-pjan ta’ Alla, u twiegeb "fl-imhabba" (2 Tim 4,8) ghall-imhabba tal-Mulej.
IV. IL-FESTA TAT-TIEG TAL-HARUF
It-tama li jesprimi Gwanni ma tieqafx milli tkun stennija tal-migja lura tal-Mulej (Gw 14,3; 1 Gw 2,18), u tal-qawmien u tal-gudizzju (Gw 5,28w; 6,39w). Izda din it-tama joghgobha tistrieh aktar fuq li wiehed ikollu l-hajja ta’ dejjem li diga` inghatat lil min jemmen (3,15; 6,54; 1 Gw 5,11w) li hu diga` mqajjem mill-mewt (Gw 11,25w; 1 Gw 3,14) u gudikat (Gw 3,19; 5,24). Il-moghdija tan-nisrani ghall-eternita` tkun biss it-turija kollha sliem (1 Gw 4,18) ta’ dik ir-realta` li tkun diga` tezisti (1 Gw 3,2).
Fl-Apokalissi il-perspettivi huma ghal kollox diversi. Il-haruf imqajjem, imdawwar bl-insara (Apk 5,11-14; 14,1-5; 15,2w), diga` jinsab trionfanti fis-sema minn fejn se tigi l-Knisja, l-gharusa tieghU (21,2). Izda din l-gharusa qeghda fl-istess hin fid-dinja (22,17) fejn jinhadem id-dramm tat-tama nisranija kif inhi iggranfata ma’ l-istorja. It-taparsi rebhiet tas-setghat tax-xjaten jheddu li ser igibu fix-xejn lil din it-tama. Izda tassew, il-Kelma li ma jintrebahx, jiggieled u jsaltan mal-poplu tieghU (19,11-16; 20,1-6) u r-rebha ahharija tinsab fil-qrib (Apk 1,1; 2,5; 3,11; 22,6.12). It-tama ta’ l-insara ghandha, ghaldaqstant, tkun wahda trionfanti sakemm issehh il-migja "tad-dinja l-gdida" li saflahhar twettaq b’mod shih u definittiv il-profeziji tat-Testment il-Qadim (Apk 21-22).
Fi tmiem il-ktieb l-gharus iwieghed: "Iva, jien dalwaqt gej!". U l-gharusa twiegbU: "Ejja, Mulej Gesu`!" (Apk 22,20). Din il-karba terga’ ghalhekk tfakkar talba bl-Aramajk li kienet taghmel il-Knisja fl-ewwel zminijiet taghha: "Marana tha!" (ara 1 Kor 16,22). It-tama nisranija mhija qatt ser issib espressjoni ahjar, ghaliex fil-qofol taghha hija biss ix-xewqa herqana ghal imhabba li tinsab imgewwha ghall-prezenza tal-Mulej.
KALCI, BIEQJA
1. It-tazza tas-shubija. Id-drawwa orjentali li, waqt ikla, kulhadd jixrob mill-istess tazza jew kalci, hi sinjal ta` komunjoni. Izda fi pranzijiet ta` sagrificcju, il-bniedem hu mistieden ghall-mejda ta` Alla; b’hekk it-tazza mfawwra (S 23, 5) li tigi offerta hi sinjal ta` shubija u ta` ghaqda bejn il-membri fidili tal-patt (S 16, 5) li huma mistednin minn naha, ma` Alla tal-patt li qieghed jistieden min-naha l-ohra. Izda l-hziena jirruftaw li jaghtu qima lil Alla u ma jixorbux mit-tazza li Alla qieghed joffri. Il-hziena jippreferu t-tazza tad-demonju (ara Dt 32, 17; 1Kor 10, 20w) li mieghu dahlu f’ghaqda ta` idolatrija.
2. It-tazza tal-korla.
Dan il-hazen jigbed il-korla ta` Alla. Biex ifissru u jesprimu l-konsegwenzi tal-korla ta` Alla, il-profeti juzaw it-tixbiha ta` tazza. Din it-tazza fiha mbid li jferrah qalb tal-bniedem; izda abbuz minn din it-tazza jwassal ghal sokor ta` misthija, sokor li hu kastig ta` Alla mahsub sa minn qabel ghall-hziena (Ger 25, 15; S 75, 9; ara Zak 12, 2). Is-sehem taghhom mit-tazza, li hu l-velenu qattiel li jridu jixorbu, hu l-imbid tal-korla ta` Alla (Is 51, 17; S 11, 6; Apk 14, 10; 15, 7-16, 19).3. Il-kalci tas-salvazzjoni.
Il-qilla ta` Alla hi mahsuba ghal min qalbu twebbset; hu biss permezz ta` konverzjoni li l-mahfra tista` tinkiseb. Fit-TQ is-sagrificcji ta` tpattija, jesprimu sobgha u konverzjoni. Waqt is-sagrificcji, il-qassis kien jigbor id-demm tal-vittmi fi bwieqi (Num 4, 14). Id-demm, mbaghad, kien jintraxx fuq l-artal u fuq in-nies bhala tigdid tal-patt bejn Alla u poplu issa mnaddaf u msoffi (ara Ez 24, 6w). Dawn ic-cerimonji huma figura sa minn qabel iz-zmien tas-sagrificcju ta` Kristu. F’dan is-sagrificcju, l-offerta tad-demm ta` Kristu giebet mahfra shiha u patt etern ma` Alla. Dan is-sagrificcju hu l-kalci li l-Missier jaghti lill ibnU Gesu` biex jixorbu (Gw 18, 11). B’ubbidjenza ta` iben, Gesu` jaccetta l-kalci ghas-salvazzjoni tal-bnedmin. Hu jixorbu u jizzi hajr ‘l Missier f’isem dawk kollha li jkun qed isalva (Mk 10, 39; Mt 26, 27w, 39-42p; Lq 22, 17-20; 1 Kor 11, 25).Din it-tazza hi il-kalci tas-Salvazzjoni (S 116, 13) moghti lil kullhadd ghaz-zminijiet kollha. Permezz ta` dan il-kalci kulhadd jiehu sehem mid-demm ta` Kristu sa ma Huwa jerga` jigi, u kulhadd jista` hekk ibierek lill-Missier li fl-ahhar se jaghti jixrob lil kull bniedem li jkun mal-mejda ta` IbnU fis-Saltna (1 Kor 10, 16; Lq 22,30).