Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA

Redatt taht id-direzzjoni ta’

XAVIER LEON DUFOUR

INDICI

Tbatija – Tibni – Tifel – Tikber – Tishar – Tjassir

 

TBATIJA

Pawlu jikteb b’wiccu bil-quddiem lil dawk li kkonvertew gewwa Korintu, "Nitghaxxaq.....bil-persekuzzjonijiet, bid-dwejjaq (tieghi)" (2 Kor 12, 10). In-nisrani zgur li mhux xi bniedem Stojk biex joqghod jghanni dwar il-kobor tat-tbatijiet tal-bniedem, izda dixxiplu ta’ "Gesu`, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi taghna; hu li, flok l-hena li kellu quddiemu, qaghad ghas-salib" (Lhud 12, 2). In-nisrani ihares lejn kull tbatija b’mod relattiv ghal Gesu` Kristu. Fit-tigrib ta’ Mose’ fejn "deherlu li t-tmaqdir ta’ Kristu huwa ghana akbar mit-tezori ta’ l-Egittu" (Lhud 11, 26), in-nisrani jara l-passjoni tal-Mulej.

Imma x’inhuma t-tifsiriet tat-tbatija li garrab Kristu? Kif inhu li t-tbatija, tant maghrufa bhala sahta fit-TQ, issir barka fit-TG? Kif inhu dan, li Pawlu jinsab "mfawwar bil-ferh fost id-dieqa kollha" (2 Kor 7, 4; ara 8, 2)? Jaqaw il-fidi taghmlek bniedem li ma thossx jew hija din xi haga ta’ l-ezaltati boloh?

TQ

I. IS-SERJETA` TAT-TBATIJA

Il-Bibbja tittratta dwar it-tbatija b’mod serju ghall-ahhar, ma trattabhiex, turi hniena kbira gewwinija ma’ min ikun qed ibati u thares lejn it-tbatija bhala xi haga hazina li ma kellha qatt tezisti.

1. It-tinwih tat-tbatija. In-niket, l-ghelbien u d-dizastri kollha jikkawzaw il-hsieb kbir ta’ krib u xeghir fl-Iskrittura. Il-biki hemm jinstab daqstant ta’ spiss li nissel ghamla letterarja specjali, il-lamentazzjoni. Ta’ spiss dan il-krib jitla’ s’ghand Alla. B’mod zgur, il-poplu jokrob quddiem il-Farghun biex jikseb hobzu (Gen 41, 55), u l-profeti jghajtu kontra t-tiranni. Izda l-ilsiera ta’ l-Egittu jokorbu lil Alla (Ez 1, 23-24), ulied Israel lill-Mulej (14, 10; Mh 3, 9), u s-salmi joktru b’dan it-tnehid. Din il-litanija ta’ tbatija tibqa’ titwal sa ma naslu ghat-talb u "suppliki b’lehen gholi u bid-dmugh" li Kristu offra qabel ma miet (Lhud 5, 7).

2. Il-haqq li jsir fuq it-tbatija jikkorrispondi mat-taqlib li jsir fis-sens ta’ kif wiehed ihoss: it-tbatija hi xi haga hazina li ma kellha qatt tezisti. Tabilhaqq nafu li hi xi haga universali: "Il-bniedem imwieled minn mara ghandu hajja qasira, imma tbatija ghandu bizzejjed (Gob 14, 1; ara Sir 40,1 - 9); izda hadd m’hu rassenjat ghaliha. Il-bnedmin kienu jemmnu li l-gherf u s-sahha jmorru flimkien (Prov 3, 8; 4, 22; 14, 30), li s-sahha hija barka minn Alla (Sir 34, 20) li l-bniedem ifahhru ghaliha (Sir 17, 27) u li l-bniedem jitlob biex ikollu (Gob 5, 8; 8, 5 - 7; S 107, 19). Bosta salmi huma t-talbiet tal-morda filwaqt li jitolbu ghall-fejqan taghhom ( S 6; 38; 41; 88). Il-Bibbja ma tiehux gost bil-mard; tfahhar lit-tabib (Sir 38); tistenna bil-herqa z-zmien messjaniku bhala wiehed ta’ fejqan (Is 33, 24) u ta’ qawmien (26, 19; 29, 18; 61,2). Il- fejqan huwa wiehed mill-hidmiet tal-Mulej (19, 22; 57, 18) u tal-Messija (53, 4 - 5). Forsi mhux ghalhekk li s-serp tal-bronz (Num 21, 6 - 9) isir xbiha tal-Messija (Gw 3, 14)? Kull xorti hazina li tmiss, sew pubblika sew privata, bhalma jistghu jkunu xi nixfa, telf ta’ proprjeta`, mewt, gwerra, jasar, ezilju, jinhassu kollha bhala ghemejjel hziena li minnhom wiehed jistenna li jinheles fi zmien il-Messija. It-TQ m’hu xejn midhla ma’ l-idea ta’ tbatija volontarja fis-sens axxetiku jew skond Pawlu.

II. L-ISKANDLU TAT-TBATIJA

Ghalkemm hija sensittiva hafna ghat-tbatija, il-Bibbja ma tistax, bhad-diversi religjonijiet ohra tal-madwar, toqghod issemmi t-tilwimiet bejn allat differenti jew tirreferi ghal soluzzjonijiet dualisti sabiex tfisser x’inhi t-tbatija. Hu zgur li t-tentazzjoni kienet wahda kbira ghal dawk li kienu fl-ezilju fil-Babilonja, bil-griehi taghhom kbar "daqs il-bahar" (Lam 2, 13), li jemmnu li l-Mulej kien gie meghlub minn wiehed aqwa minnU. Izda biex jiddefendu lil Alla veru l-profeti ma joqoghdux jaraw kif se jiskuzawH, imma kif se jgibu ragunijiet biex juru li t-tbatija ma tahrabx minn quddiem ghajnejH: "Jien sawwart id-dawl u hlaqt id-dlam; jien naghmel ir-rizq u nohloq id-deni" (Is 45, 7; ara 63, 3 - 6). It-tradizzjoni ta’ Israel mhi qatt sejra titlaq il-principju kuragguz li jsemmi Ghamos: "Se tigri xi hsara f’belt, jekk ma jkunx ghamilha l-Mulej?" (Gham 3, 6; ara Ez 8, 12 - 28; Is 7, 18). Izda din l-insistenza taghti lok ghal reazzjonijiet vjolenti. Meta jitfaccaw l-ghemejjel hziena tad-dinja quddiem il-hazin, huwa jasal biex jghid "M"hemmx Alla!" (S 10, 4; 14, 1) jew inkella "X’jista jaf Alla?" (73, 11). Mart Gob tghid: "Ishet ‘l Alla!" (Gob 2, 9).

Certament, ma jitqiesux tifsiriet ohra ta’ tbatija hlief l-intervent dirett t’Alla. Il-griehi jistghu jigu kawzati permezz ta’ agenti naturali (Gen 34, 25; Goz 5,8; 2 Sam 4,4) u n-nuqqas ta’ sahha li ggib maghha x-xjuhija hi xi haga normali (Gen 27, 1; 48, 10). Hemm spirti hziena fl-univers li huma ghedewwa tal-bniedem, l-ispirti tas-sahta u tax-Xitan. Id-dnub igib mieghu l-mizerja (Prov 13, 8; Is 3, 11; Sir 7, 1), u hemm it-tendenza li tibda tfittex ghal xi htija fl-ghajn ta’ kull grajja hazina (Gen 12, 17 - 18; 42, 21; Goz 7, 6 - 13). Hbieb Gob jinsabu konvinti minn dan. Fl-ghajn ta’ kull hazen li jinsab mifrux mad-dinja, ghandu jsib postu l-ewwel dnub (Gen 3, 14 - 19).

Dak il-kapricc li bih il-mewt tolqot lill-bniedem, ikun ta’ liema kondizzjoni jkun, hekk habta w sabta, jinhass sew minn kulhadd (Gob 21, 28 - 33; Prov 11, 4; Gham 5, 19). Izda iktar minn hekk, huwa ikbar l-iskandlu tal-mewt tal-bniedem gust u l-hajja twila tal-hazin (Koh 7, 15; Ger 12, 1 - 2). Il-gustizzja tabilhaqq issib ruhha ta’ fuq taht f’din id-dinja (Hab 1, 2 - 4; Mal 2, 17; 3, 15; S 37; 73).

Huwa tassew minnu li ebda kawza minn dawn, la n-natura lanqas ix-xorti (Ez 21, 13), lanqas id-destin ta’ hajjet il-bniedem (Gob 4, 1 - 3; ara 4, 7), lanqas in-nisel fatali tad-dnub, lanqas is-sahta (Gen 3, 14; 2 Sam 16, 5) lanqas ix-Xitan innifsu ma johorgu ‘l barra mill-qawwa t’Alla; biex hekk hu Alla nnifsU li tabilfors ikun qieghed jagixxi bhala l-kawza. Il-profeti ma jistghux jifhmu kif il-hziena jinsabu moghnija bil-gid filwaqt li l-gusti huma mimlijin mizerja (Ger 12, 1 - 6; Hab 1, 13; 3, 14 - 18)), u kif meta l-gusti jigu persegwitati dawn jemmnu li zgur gew minsijin (S 13, 2; 31, 13; 44, 10 - 18). Gob jaghmel akkuza kontra Alla u jisfidah jispjega lilU nnifsU (Gob 13, 22; 23, 7). Hemm ukoll salmista li b’forza jaghmel l-istess akkuza, imma din id-darba minhabba fix-xorti hazina u ingusta li misset lin-nazzjon (S 44, 10 - 27). U madankollu, minkejja l-aghar katastrofiji li qatt setghu graw, f’Israel qatt ma saltan il-pessimizmu.U hu tassew sinjifikattiv li l-awtur ta’ Gob ma jistax itemm il-ktieb tieghu b’sens ta’ disperazzjoni iktar mill-Ktieb melankoliku ta’ Kohelet, li l-parir tieghu, minkejja kollox, hu li l-hajja qeghda hemm biex titgawda (Koh 3, 2.24; 9, 7 - 10; 11, 7 - 10), jew ukoll mill-iktar profeti kiebja, li fihom dejjem hemm ghajn ta’ tama u kuntentizza x’wiehed isib (Ger 9, 16 - 23). It-tehbiriet, li s’issa ghadhom ftit jew wisq vagi, tal-qawmien trijonfanti jidhru bhal ziffa rih li tahji fil-kors tal-Bibbja (Gen 22; S 22; 49; 73; Is 53; Rum 4, 18 - 21).

III. IL-MISTERU TAT-TBATIJA

Migruhin bit-tbatija izda inkuraggiti bil-fidi taghhom, il-profeti u l-ghorrief bil-mod il-mod jaghrfu sew "x’inhu t-tmiem tal-hziena" (S 73, 17). Huma jiskopru l-valur ta’ tisfija tat-tbatija, l-istess bhal dak tan-nar li jifred il-metall mill-karfa tieghu (Ger 9, 6; S 66, 10); il-valur tieghu, bhal dak tat-twiddib tal-missier (Dt 8, 5; Prov 3, 11-12; 2 Kron 32, 26 . 31); u fl-ahharnett jaraw fil-heffa tal-kastig effett, biex nghidu hekk, tar-rieda tajba ta’ Alla ( 2 Mak 6, 12-17; 7, 31-38). Huma jitghallmu jircievu mit-tbatija r-rivelazzjoni ta’ pjan divin li jhawwadna (Gob 42, 1-6; ara 38, 2). Qabel Gob, Guzeppi kien ta xhieda dwar dan quddiem hutu (Gen 50, 20). Hemm pjan simili li jista’ jispjega l-mewt qabel iz-zmien tal-bniedem gharef, li hekk jinzamm ‘il boghod mid-dnub (Gherf 4, 17-20). F’dan is-sens, it-TQ diga’ gharaf x’inhu l-ferh fil-mara sterili u fl-ewnuku (Gherf 3, 13-14) . Hekk intwera li t-tbatija u l-persekuzzjoni jistghu ikunu riparazzjoni ghad-dnub (Is 40, 1).

Bil-fidi fil-pjan t’Alla, it-tbatija hekk issir prova qawwija hafna, li Alla warrab fil-genb ghall-qaddejja li tant Hu kien imkabbar bihom - Abraham (Gen 22), Gob ( 1, 11; 2, 5), u Tobit (Tob 12, 13) - sabiex jghallimhom Huwa x’jiswa u x’jista’ jbati l-bniedem ghaliH. Geremija wkoll jaghmel il-moghdija minn ribelljoni ghal konverzjoni gdida (Ger 15, 10-19).

Finalment, it-tbatija ghandha valur ta’ intercessjoni u redenzjoni. Dan il-valur jidher fil-figura ta’ Mose`, fit-talba mnikkta tieghu (Ez 17, 11-13; Num 11, 1-2) u fis-sagrificcju ta’ hajtu li huwa joffri biex isalva poplu hati (32, 30-33). Mose` u dawk il-profeti li huma l-aktar imgarrba bit-tbatija, bhal Geremija (Ger 8, 18 . 21; 11, 19; 15, 18), m’humiex hlief tipi tal-Qaddej tal-Mulej.

Il-Qaddej jaf x’jigifieri t-tbatija fl-ghamliet l-iktar tal-biza u li jkexkxu taghha. Din uriet ruhha bil-qilla kollha taghha fuqU u sfiguratU b’tali mod li m’ghadux jigbed iktar hniena u moghdrija lejH izda wahx u tmaqdir (Is 52, 14-15; 53, 3); fil-kaz tieghU, it-tbatija mhijiex xi disgrazzja, jew waqt tragiku, imma pjuttost l-ghajxien tieghU ta’ kuljum u s-sinjal distintiv tieghU: "bniedem li bata" (53, 3). Kif jidher, dan jista’ jigi biss spjegat billi tghid li kien hemm xi delitt mostruz jew kastig ezemplari ta’ Alla qaddis (53, 4). Tabilhaqq hemm htija, u wahda tassew kbira, mhux htija li kien Hu li ghamel, izda wahda li ghamilna ahna lkoll (53, 6). Huwa bniedem innocenti, u din hi proprju l-quccata ta’ l-iskandlu.

Hemm qieghed ikl-misteru, fejn "ir-rieda tal-Mulej issehh bih" (53, 10). Innocenti, "Hu ndahal ghall-midinbin" (53, 12) billi joffri lil Alla mhux biss is-supplika ta’ qalbU izda "talli joffri ruhu b’sagrificcju ta’ riparazzjoni" (53, 10), billi "kien maghdud mal-midinbin" (53, 12) sabiex jerfa’ dnubiethom fuqU nnifsU. Hekk hu li l-ikbar skandlu jsir ghageb liema bhalu, li bih "intwera driegh il-Mulej" (53, 1). Kull tbatija u kull dnub tad-dinja tghabbew fuqU; u ghaliex Huwa garrhom b’ubbidjenza, Huwa jikseb is-sliem u s-sahha (53, 5).

TG

I. GESU` U T-TBATIJA TAL-BNEDMIN

Gesu`, il-Bniedem li Bata, li fiH titlahham ix-xbiha misterjuza tal-qaddej li jbati, jidher quddiemna bhala bniedem li jhoss kull tbatija umana. Huwa ma jistax isib ruhu quddiem it-tbatija bla ma jsib ruhu mcaqlaq sew mill-hniena divina (Mt 9, 36; 14, 14; 15, 32). Li kieku kien hemm qabel, Lazzru ma kienx imut, Marta u Marija jtennulU (Gw 11, 21 . 32); u Hu nnifsU kien ta biz-zejjed lit-tnax biex jifhmu dan (11, 14). Izda mbaghad, fid-dawl ta’ emozzjoni daqstant fid-deher - "Ara kemm kien ihobbu!" - kif jista’ wiehed ifisser dan l-iskandlu: "Ma setax dan il-bniedem jaghmel ukoll li dan ma jmutx?" (11, 36-37).

1. Gesu` Kristu, rebbieh fuq it-tbatija. Kull fejqan u qawmien mill-mewt li Huwa jaghmel huma sinjali tal-missjoni Messjanika tieghU (Mt 11, 4; ara Lq 4, 18w), preludji ta’ rebha definittiva. Fil-mirakli li t-tnax jaghmlu, Gesu` jara r-rebha fuq ix-Xitan (Lq 10, 19). Huwa jwettaq il-profezija dwar il-Qaddej li "tghabba bin-niket taghna" (Is 53, 4), billi fejqu kollu (Mt 8, 17). Lid-dixxipli tieghU Huwa jaghtihom is-setgha li jfejqu f’ismU (Mk 15, 17); u l-fejqan tal-miflug fil-Bieb is-Sabih hu xhieda qawwija ghat-tkattir tal-Knisja ewlenija f’dan iz-zmien (Atti 3, 1-10).

2. Gesu` Kristu jaghmel barka fuq it-tbatija. Madankollu Gesu`, la jnehhi l-mewt, li gie "biex b’mewtu jeqred is-setgha ta’ dak li kellu l-mewt f’idejh" (Lhud 2, 14), la jnehhi l-mewt mid-dinja, lanqas it-tbatija. Jekk Huwa ma jaghzilx li jistabbilixxi rabta sistematika bejn il-mard jew xi disgrazzja u d-dnub (Lq 13, 2-4; Gw 9, 3), Huwa jippermetti li s-sahta ta’ l-Gheden taghti l-frott taghha. Huwa jaghmel dan ghax kapaci jibdel dan il-frott f’hena. Huwa ma jnehhix it-tbatija, imma jfarragha (Mt 5, 5); Huwa ma jxejjinx id-dmugh, imma biss jixxotta xi demgha ‘l hawn u ‘l hinn filwaqt li jkun ghaddej (Lq 7, 13; 8, 52) bhala sinjal tal-ferh li ghad jghaqqad lil Alla u ‘l uliedU f’dak il-jum meta Huwa ghad "jixxotta d-dmugh minn fuq kull wicc" (Is 25, 8; Apk 7, 17; 21, 4). It-tbatija ghalhekk tista’ tkun barka, ghax thejji ‘l bniedem biex jilqa’ s-saltna; hija thejji "biex l-ghemil ta’ Alla jidher" (Gw 9, 3), u dan "ghall-glorja ta’ Alla, biex tinghata glorja lill-Iben ta’ Alla" (11, 4).

II. IT-TBATIJIET TA’ BIN IL-BNIEDEM

Gesu` "bata u kien jaf x’inhu l-mard" (Is 53, 3); Huwa bata min-nies "bla fidi u hziena" (Mt 17, 17), li qishom "nisel il-lifghat" (Mt 12, 34; 23, 33); u jbati li jigi skartat meta Huwa "gie f’daru, u niesu ma laqghuhx" (Gw 1, 11). Huwa jibki quddiem Gerusalemm (Lq 19, 41; ara Mt 23, 37); ihoss ruhU "mhawwda" meta jahseb fil-passjoni li se jghaddi minnha (Gw 12, 27). It-tbatija tieghU mbaghad issir dieqa tal-mewt, "agunija" li fiha "bdew jahkmuh biza’ u d-dwejjaq" (Mk 14, 33-34; Lq 22, 44). Il-passjoni tikkoncentra fiha kull tbatija li l-bniedem jista’ jghaddi minnha, mit-tradiment sahansitra sa l-abbandun li jigi minn Alla (Mt 27, 46). Il-quccata ta’ dan kollu tahbat ma’ l-offerta redentiva kbira ta’ Kristu, ir-rigal ta’ riparazzjoni tal-hajja tieghU (Mt 20, 28), li ghaliha Huwa ntbaghat fid-dinja skond il-pjan etern tal-Missier (Atti 3, 18). U Gesu` joqghod ghal dan il-pjan b’ubbidjenza (Lhud 3, 7-8) u b’imhabba (Gw 14, 30; 15, 13). "KIEN MEHTIEG li bin il-bniedem ibati hafna" jew li "ghandu jbati" ud dan id-dmir, marbut mat-tbatija, jigbor fil-qosor il-hajja tieghU, u jitfa’ dawl fuq il-misteru taghha; Gesu` jtenni dan il-kliem ta’ spiss meta Huwa jhabbar il-passjoni tieghU minghajr ma joqghod jithasseb fuq l-iskandlu li se jiehdu Pietru u d-dixxipli l-ohra (Lq 17, 25; ara Mk 8, 31-33; Mt 17, 22-23; Lq 9, 42-45). Izda l-passjoni redentiva tirrivela l-glorja ta’ l-Iben (Gw 17, 1; 12, 31-32); ghax tigbor flimkien "gemgha wahda l-ulied ta’ Alla li kienu mxerrdin" (11, 52). Dak li "jaf jghin lil dawk li huma fit-tigrib" (Lhud 2, 18) fi zmien hajtU fuq l-art sejjer, f’jum il-haqq meta se jerga’ jigi bil-glorja, jidentifika lilU nnifsU man-nies kollha li qed ibatu fid-dinja (Mt 25, 35-40).

III. IT-TBATIJIET TAD-DIXXIPLI

Wara r-rebha ta’ l-Ghid, hemm illuzjoni li thedded lill-insara: il-mewt m’ghadhiex tezisti, it-tbatija m’ghadhiex tezisti; u hemm ir-riskju li se jigu mreghdin fil-fidi taghhom bir-realtajiet tragici ta’ l-ezistenza (ara 1 Tess 4, 13). Il-qawmien ma jhassarx l-istruzzjonijiet ta’ l-evangelju; anzi jikkonfermhom. Il-messagg tal-beatitudnijiet, l-insistenza fuq is-salib ta’ kuljum (Lq 9, 23) jassumu l-urgenza kollha taghhom fid-dawl tad-destin tal-Mulej. Jekk ommU nnifisha ma nfirditx min-niket (Lq 2, 35), jekk il-Messija biex "hekk jidhol fil-glorja tieghu" (Lq 24, 26), kellu jghaddi mit-tigrib u l-persekuzzjonijiet, id-dixxipli wkoll ghandhom jghaddu mill-istess triq (Gw 15, 20; Mt 10, 24). L-era Messjanika hi tabilhaqq zmien ta’ tigrib (Mt 24, 8; Atti 14, 22; 1 Tim 4, 1).

1. Tbati ma’ Kristu. Hekk kif in-nisrani ma’ Pawlu jghid "nghix, imma mhux izjed jien, izda jghix fija Kristu"(Gal 2, 20), hekk ukoll huma t-tbatijiet tan-nisrani "is-sofferenzi ta’ Kristu" li joktru go fih (2 Kor 1, 5). In-nisrani hu ghal kollox ta’ Kristu wkoll permezz tal-gisem tieghu, u t-tbatija taghmlu sura wahda ma’ Kristu (Fil 3, 10). Hekk kif Kristu, "ghad li kien Iben, tghallem minn dak li bata xi tfisser l-ubbidjenza" (Lhud 5, 8), hekk ukoll ahna "b’qalbna qawwija nibqghu nigru t-triq tal-prova li ghandna quddiemna; nzommu ghajnejna merfugha lejn Gesu`, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi taghna; hu li ...... qaghad ghas-salib" (Lhud 12, 1-2). Kristu ghaqqad lilU nnifsU ma’ dawk li jbatu. Huwa jhalli l-istess ligi lil dawk li kienu tieghU ( 1 Kor, 12, 26; Rum 12, 15; 2 Kor 1, 7).

2. Sabiex tkun glorifikat ma’ Kristu. "Ladarba ahna nbatu mieghu" dan naghmluh "biex mieghu nkunu gglorifikati" (Rum 8, 17). Jekk "f’gisimna dejjem ingorru l-mewt ta’ Gesu`" dan naghmluh "biex f’gisimna tidher ukoll il-hajja ta’ Gesu`" ( 2 Kor 4, 10). Pawlu jhabbar lill-insara ta’ Filippi li "lilkom nghatat il-grazzja li sservu lil Kristu, mhux biss temmnu fih, imma sahansitra tbatu ghalih" (Fil 1, 29; ara Atti 9, 16; 2 Kor 11, 23-27). It-tbatija li tigi soffruta ma’ Kristu mhux biss "thejjilna kobor ta’ glorja bla qjies ghal dejjem" (2Kor 4, 17; ara Atti 14, 21) wara l-mewt, izda wkoll ferh sa minn issa (2 Kor 7, 4; ara 1, 5-7). Naraw l-hena ta’ l-appostli ghaddejin mill-prova ghall-ewwel darba f’Gerusalemm u li jinsabu "ferhana talli gew meqjusa bhala nies li jisthoqqilhom li jkunu mmaqdra minhabba l-isem ta’ Gesu`" (Atti 5, 41). Hemm is-sejha ta’ Pietru ghall-ferh li "qeghdin tissiehbu fit-tbatijiet ta’ Kristu" ghax hekk "fuqkom ghandkom l-Ispirtu tal-glorja, li hu l-Ispirtu ta’ Alla" ( 1 Pt 4, 13-14). Hemm il-ferh ta’ Pawlu "bit-tbatijiet......ghaliex bihom jiena ntemm f’gismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu ghall-gisem tieghu li hu l-Knisja" (Kol 1, 24).

TIBNI

It-temi dwar il-kostruzzjoni u bini li bniedem itella’ ghandhom post importanti hafna fil-Bibbja, li hi l-ktieb ta’ poplu li hu nnifsu tella’ u bena djaru, blietu, u t-tempju tieghu. Li bniedem jaghmel xi haga b’idejh hija x-xewqa naturali ta’ kulhadd; Alla se jdawwar din ix-xewqa f’wiehed mill-fusijiet tal-pjan tieghU ghas-salvazzjoni.

I. IL-BINI TA’ ISRAEL TAL-QEDEM

1. Li tibni familja u ttella’ bini. L-ewwel tifsira tal-verb Ebrajk banah hu l-kostruzzjoni ta’ bini tal-gebel -- artal (Gen 8, 20), dar (33, 17), belt (4, 17). Alla ma jikkundannax inizjattivi bhal dawn, sakemm dawn ma jkollhomx skop ahhari li jpoggu lill-bniedem kontra Alla, bhal fil-kaz ta’ Babel (Gen 11, 1-9). Il-prezenza divina hi indispensabbli biex il-hidma ma tigix fix-xejn (S 127, 1). Il-binjiet "pagani" mhumiex importanti f’ghajnejn Alla. Huwa se jgarrafhom meta jidhirlU, ikunu kemm ikunu sbih u massicci (Gham 3, 13-15; Sof 2, 4-6; Zak 9, 3-5).

Li tibni japplika wkoll ghall-familja daqskemm japplika ghax-xoghol fil-gebel. Alla jibni lill-mara mill-kustilja ta’ Adam (Gen 2, 22); omm tinbena permezz ta’ l-ulied li hija tnissel (16, 2; 30,3). Izda huwa Alla li fl-ahhar mill-ahhar iwettaq dan il-bini kollu (1 Slat 11, 38). Il-moghdija mill-persuna ghall-familja, ghat-tribu’, u ghall-poplu, l-iktar jekk wiehed ihares lejhom bhala dar, hija xi haga hafifa u naturali. Hawn naraw ukoll lil Alla li jahdem biex jibni d-dinastija ta’ David (2 Sam 7, 11), id-dar jew il-poplu ta’ Israel (Ger 12, 16; 24, 6; 31, 4).

2. Li tibni u ggarraf. Meta Alla jkun qed "ibierkek f’kull ma taghmel idek" (Dt 14, 29; 15, 10), Huwa jkun qed jirfina u jaghtik kull shuhija; Huwa jkun qed "jibnik". Izda jekk il-bniedem jinsa lil Alla, Huwa se jeqred kull opra li nbniet minghajrU (Ger 24, 6; 42, 10). Xhieda tal-kastig tieghu se jkunu t-tixjin ta’ persuni, postijiet ta’ abitazzjoni, bliet, u popli shah; Geremija, l-profeta ta’ din il-qerda, jintbaghat bl-amar "biex taqla’ u ggarraf, biex teqred u thott, biex tibni u thawwel" (Ger 1, 10).

Izda Alla li hu fidil u li jibni (ara l-isem tal-persuna Jibneja, "Alla jibni", 1 Kron 9, 8) ma jeqridx ghal kollox u b’mod li ma jitrangax. Fl-istess waqt li Hu jordna in-nixxiegha qerrieda tal-qilla tieghU (Is 28, 18; 30, 28) lejn il-kburija tal-bniedem (Is 2, 11), Huwa jibqa’ jaghmel xoghol kostruttiv (Is 44, 26; 58, 12). L-gharix mwaqqa’ ta’ David se jerga’ jinbena (Gham 9, 11); il-poplu se jerga’ lura mill-ezilju u jibni mill-gdid blietu (Ger 30, 4.18); Gerusalemm u t-tempju se jigu ristawrati (Hag 1, 8; Zak 6, 13; Ger 31, 38). It-tixbihat fihom nfushom juru rikostruzzjonijiet materjali u r-ristawr tal-poplu, iz-zjieda fid-djar u l-popolazzjoni li toktor (Is 49, 19-21; Ger 30, 18-19).

II. IL-PEDAMENT GDID

Il-bini l-gdid, il-poplu l-gdid, hu tabilhaqq tkomplija tal-qedem -- ta’ Israel u l-istituzzjonijiet taghha -- izda ma jserrahx fuqhom. Huwa msejjes fuq element essenzjali, il-blata li Alla kellu skop ghaliha li tkun il-quccata u l-kuruna tal-opri kollha li Alla bena f’Israel (Is 28, 16; Zak 4, 7). Izda l-bennejja li lilhom gie fdat ix-xoghol warrbu lil dik il-gebla li hi gebla ta’ tfixkil ghalihom (ara S 118, 22; Mt 21, 41-42). L-ghageb jibqa’ li din il-gebla mwarrba kienet ta’ tali kwalita` fil-process originali tal-bini li meta jqeghdha bhala pedament tal-bini l-gdid (S 118, 22), Alla jkompli u jtemm kull xoghol li jkun sar qabel. Minhabba fir-rieda hazina tal-bennejja, kien Alla nnifsU li bena dar spiritwali b’gebel haj u ghaziz, opra ta’ l-ghageb. Il-gebla mwarrba ssir "gebla tax-xewka, maghzula u ghaziza" (1 Pt 2, 7) u dan hu Gesu` Kristu li "pedament iehor hadd ma jista’ jqieghed" hliefU (1 Kor 3, 11).

Gesu` Kristu hu wkoll it-tempju l-gdid. L-istess bhalma ghamel Geremija (ara Ger 7, 12-15), hekk ukoll Gesu` jbassar il-qerda ta’ l-isbah u l-ikbar bini li Israel ghandu, li hu l-kburija tieghu, u li sar "ghar tal-hallelin" (Ger 7, 11; Mt 21, 12). Huwa jbassar li se jerga’ jinbena fi tliet ijiem, li jfisser fi zmien li xejn, tempju iehor li hu l-gisem tieghU nnifsU. Se jkun Hu l-bennej ta’ dan il-bini (Gw 2, 19-22).

III. IL-BINI TAL-GISEM TA’ KRISTU

1. Se nibni l-Knisja tieghi. Sew bhala l-gebla tax-xewka sew bhala t-tempju qaddis, Gesu` mhuwiex biss il-bini l-gdid; Huwa wkoll il-bennej tat-tempju. Il-bini huwa xoghol tieghU, li jsejjahlu "l-Knisja tieghi" (Mt 16, 18). Huwa jaghzel il-materjal li se jibni bih u jqeghdu kollu f’postu; u hekk iqieghed lil Pietru bhala l-pedament taghha. Fil-glorja tieghU, "huwa dak li ta lil xi whud" posthom u l-ministeru taghhom. Huwa jaghti lill-bini kollu "r-rabta u l-ghaqda tieghu" u hekk jibni lill-gisem tieghU nnifsU fl-imhabba (Efes 4, 11-16).

2. Il-bennejja. L-ewwel, hemm dawk li Kristu qeghed bhala "sisien": l-appostli. Huma sew "is-sisien" u "l-fundaturi" tal-Knejjes li huma jwelldu. L-istess bhalma ghal Geremija li tibni jfisser parti mill-ministeru profetiku (Ger 1, 10; 24, 6), ghal Pawlu din hija karatteristika tal-karizma appostolika (2 Kor 10, 8; 12, 19; 13, 10). Bhala "haddiema ma’ Alla" (1 Kor 3, 9), l-appostli ghandhom ix-xoghol li jhawwlu (3, 6), li jqeghdu "l-pedament....u dan hu Gesu` Kristu" (3, 10-11).

3. Il-gisem li jinbena. Hu taht il-harsien ta’ Kristu, ir-ras, li "fih il-gisem kollu ...... jikber fih innifsu" (Efes 4, 15-16). Il-ministeru tal-bini tal-Knisja jinghata mhux biss lil "profeti, evangelisti, raghajja u mghallmin" (Efes 4, 11), li huma fdati b’responsabbiltajiet cari; izda lill-qaddisin kollha li huma "l-ghalqa ta’ Alla ...... il-bini ta’ Alla" (1 Kor 3, 9), li ghandu jkollhom sehem attiv f’dan il-bini. Dan huwa xoghol komuni li jsir minn haddiema flimkien, fejn kull wiehed jibni lill-iehor, jaghtih is-siwi tieghu kollu fil-binja shiha, filwaqt li jircievi minghandu l-ghajnuna u s-sahha (Rum 14, 19; 15, 2; 1 Tess 5, 11; Guda 20). Dan huwa dmir importanti u kriterju essenzjali fid-dixxerniment tal-karizmi, li l-iktar ghonja fosthom huma dawk li jibnu lill-assembleja (1 Kor 14, 12). Il-fatt li jibnu lil huthom ifisser li jkunu qeghdin jibnu l-Knisja, bil-kundizzjoni, madankollu, li jnizzlu gheruqhom fi Kristu u jibnu hajjithom fuqU u fuq it-tradizzjoni awtentika tieghU (Kol 2, 6-7). Se jkun fl-ahhar jum li n-nar se jgarrab il-kwalita` tal-materjal uzat (1 Kor 3, 10-15).

4. Il-bini l-gdid huwa l-belt qaddisa, Gerusalemm il-gdida (Apk 21, 2). Din tinzel mis-sema, minghand Alla, ghax f’din il-belt mhu se jkun hemm xejn iktar minn dak li jnissel u jgib mieghu id-dnub: la l-mewt, la l-biki, la l-ilfieq, u l-anqas l-ugigh. U dan hu kollu xoghol Alla (Apk 21, 4). Madankollu, l-Belt ghandha "tnax-il pedament, li fuqhom hemm it-tnax l-isem tat-tnax-il appostlu tal-Haruf" (21, 14). "Fil-bibien ...... hemm miktuba ...... l-ismijiet tat-tnax-il tribu` ta’ wlied Israel" (21, 12). Dan hu b’mod car il-bini li gie msejjes minn Gesu` Kristu u li gie fdat minnU lill-appostli tieghU. Hija l-Knisja mibnija bil-hidma tal-qaddisin kollha. Hija tabilhaqq l-gharusa. Bil-gawhar taghha "tleqq qisha hgieg" u tinsab "moghnija b’kull xorta ta’ hagar prezzjuz ...... ghax biex iddawwalha ghandha l-glorja ta’ Alla (21, 19-23). Dawn huma "l-ghemejjel tajba tal-qaddisin" (19, 8). Kull ma jinsab f’dan il-bini hu ghemil ta’ Alla, u gie ghalkollox mibni mill-qaddisin. Dan huwa l-misteru tal-grazzja.

TIFEL

Bhan-nies kollha f’sahhithom, Israel jara fit-tghammil jew fekondita`sinjal tal-barka ta` Alla. "Ulied l-ulied huma l-gieh tax-xjuh" (Prov: 17, 6), l-ulied subien "bhal xitel taz-zebbug madwar il-mejda" (S 128, 3). Izda l-kittieba biblici, mhux bhal xi whud moderni, ma jinsewx illi t-tifel huwa holqien mhux maghmul, u ghalhekk jiftakru fil-htiega ta` edukazzjoni serja. "Il-bluha b’gheruqha fil-qalb ta` kull tifel" (Prov 22, 15), u l-fantasija hi l-ligi li jaf (ara Mt. 11, 16-19); u sabiex ma jkunux aktar trabi "mitfughin ‘l hawn u ‘l hemm, u mkaxkra minn kull rih (Efes. 4, 14), jehtieg li jinzammu "taht il-harsien tat-tuturi" (Gal. 4, 1-3). Fid-dawl ta` dan kollu dak li l-Bibbja tghid b’qawwa dwar id-dinjita` religjuza tal-ulied jolqot bil-wisa iktar fil-laham il-haj.

I. ALLA U T-TFAL

Fit-TQ, minhabba d-dhgufija minn twelidu u l-imperfezzjoni tieghu, it-tifel jidher li hu l-ipprivileggat ta` Alla. Il-Mulej nnifsU huwa dak li jhares lill-iltim u d-difensur ta` jeddijietu (Ez 22, 21-23; S 68, 6). Alla wera t-tenerezza tieghU ta` missier u kif jiehu hsieb it-taghlim ta` Israel "meta kien tfajjel" sa minn zmien il-hrug tieghu mill-Egittu u meta kien iterraq fid-dezert (Hos. 11, 1-4).

It-tfal ma jithallewx barra mill-qima lil Jahweh. Huma jiehdu sehem ukoll fil-laqgha mqaddsa ghall-indiema (Goel. 2, 16; Gdt. 4, 10-11), u Alla jhejji ghaliH innifsU tifhir minn "fomm it-tfal u t-trabi tal-halib" (S 8, 2w = Mt 21, 16). Huwa bl-istess mod li se jidhol f’Gerusalemm tas-sema, fejn il-mahturin se jesperimentaw l-imhabba ta’ Alla l-istess "bhalma omm tfarrag lil binha" (Is 66, 10-13). Imqar is-salmista, biex ifisser kif hu jintelaq f’Alla b’tama qawwija, ma jsibx xbieha ahjar minn dik ta` "tarbija f’hogor ommha" (S. 131, 2).

Barra minn dan, Alla ma joqghodx lura milli jaghzel certi tfal bhala l-ewwel beneficcjarji u habbara tar-rivelazzjoni tieghU u tas-salvazzjoni tieghU. Ic-ckejken Samwel jinghata l-Kelma ta` Jahweh u bil-fedelta` jghaddiha lill-ohrajn (1 Sam Kap 1-3); David jinhatar minn fost hutu akbar minnu (1 Sam 16, 1-13); iz-zaghzugh Danjel juri ruhu aktar gharef mix-xjuh ta` Israel meta jehles lil Susanna (Dan 13, 44-50).

U fl-ahhar, il-qofol tal-profezija messjanika hu t-twelid ta` Ghimmanu-el, is-sinjal li Alla jinsab maghna (Is 7, 14-16); u Isaija jipproklama l-Princep tas-sliem li se jwaqqaf mill-gdid is-sewwa u l-haqq flimkien mas-saltna ta` David (Is 9, 1-6).

II. GESU` U T-TFAL

Ma kienx ghalhekk jixraq li biex jinawgura l-patt il-gdid l-Iben t’Alla jaghmel lilU nnifsU tifel ckejken? Luqa immarka bir-reqqa z-zminijiet ta` tfulit Gesu` kif gej tarbija tat-twelid f’maxtura (Lq 2, 12), tifel ckejken ipprezentat fit-tempju (2, 27), tifel li jisma` mill-genituri tieghU, filwaqt li jibqa` indipendenti minnhom b’mod misterjuz ghax iqieghed id-dipendenza tieghU f’MissierU (2, 43-51).

Bhala adult, Gesu` jgib ruhu bl-istess mod mat-tfal bhalma jgib ruhu Alla. Hekk kif Hu lissen il-beatitudni tal-fqar. Huwa jbierek lit-tfal (Mk 10, 16) biex hekk juri li jinsabu fl-istess qaghda tal-kbar meta wiehed jigi biex jidhol fis-saltna. It-tfal huma x-xbiha ta’ id-dixxipli genwini: "ta` min hu bhalkom hija s-Saltna tas-Smewwiet" (Mt 19, 14p). Tabilhaqq wiehed imissu jilqa` s-Saltna ta` Alla b’qalb ta` tifel ckejken" (Mk 10, 15) u jilqaghha bis-semplicita` kollha bhala rigal tal-Missier minflok ma jitlobha bi kmand bhala xi haga li tisthoqqlu. Jehtieg li jerga` jsir "bhat-tfal iz-zghar" (Mt 18, 3) u jaccetta li jitwieled mill-gdid (Gw 3, 3-7) sabiex jidhol f’din is-Saltna. Is-sigriet tal-veru kobor hu li wiehed "icekken lilu nnifsu bhal dan it-tfajjel zghir" (Mt 18,4). Din hi l-umilta` vera li minghajra wiehed ma jistax isir bin il-Missier tas-Smewwiet.

Id-dixxipli veri huma sewwasew ic-ckejknin li lilhom il-Missier bil-hlewwa kollha xtaq juri, bhalma ghamel qabel ma` Danjel, is-sigrieti tieghU li huma mohbijin mill-ghorrief (Mt 11, 25w). Fil-lingwagg ta` l-Evangelju, iktar minn hekk, ZGHIR, ckejken u dixxiplu jidhru xi mindaqqiet jfissru l-istess haga (ara Mt 10, 42 u Mk 9, 41). "Kull min jilqa` tfajjel bhal dan minhabba f’ismi, ikun jilqa lili" (Mt 18, 5; ara 25, 40), izda hazin ghalih min jiskandalizza jew jonqos mill-istima "lejn xi wiehed minn dawn iz-zghar" (18, 6. 10).

III. IT-TRADIZZJONI APPOSTOLIKA

Pawlu jaghraf b’mod partikolari kemm it-tfulija taghti lok ghal imperfezzjoni (1 Kor 13, 11;Gal 4, 1; Ef 4, 14). Huwa jheggeg lill-Insara li jahsbu bis-shih li jridu jikbru sabiex jaslu ghall-"milja ta` Kristu" (Ef 4, 12-16). Huwa jcanfar lill-Korintin ghall-imgieba taghhom ta` tfal (1 Kor 3, 1-3) u jwissihom dwar l-idea qarrieqa ta` tfulija spiritwali. Din tidher li hi reazzjoni ghal tifsira qarrieqa tal-kliem ta` Kristu (1 Kor 14, 20; ara Mt 18, 3w). Madanakollu Pawlu jaghraf sew il-privilegg tac-ckejknin: "ghazel id-dghajfa tad-dinja biex ihawwad il-qawwija" (1 Kor 1, 27w). Fl-imhabba appostolika tieghu, l-attitudni spontanja tieghu lejn in-neofiti hi li jgib ruhu maghhom "bil-hlewwa bhalma omm tradda` thaddan lil uliedha" (1 Tes 2, 7w; Gal 4, 19w; ara 1 Kor 4, 15).

L-Ittra lil-Lhud 5, 11-14 fiha taghlim bhal dan dwar kif ghandha ssir it-taghmel sehem mill-hajja nisranija; ghax zgur li wiehed mghandux jibqa` fl-istat ta` tarbija ckejkna li tintama` biss il-halib. Jekk 1 Pt 2, 2, theggeg l-imghammdin il-godda biex "bhal trabi tat-twelid ixxenqu ghall-halib safi" li hu l-halib tal-Kelma ta` Alla, dan "biex bih tikbru sa ma taslu ghas-salvazzjoni". Gwanni jitkellem ftit dwar tfulija spiritwali u hafna dwar it-twelid mill-gdid ta` l-ulied adottivi ta` Alla (1 Gw 3, 1); izda hu jitkellem daqstant bhala missier bhalma jaghmel Pawlu, meta jindirizza lill-insara bhala "Uliedi" (2, 1.18; ara Gw 13, 33).

TIKBER

1. Dak li jikber fil-holqien. Il-process ta’ tkabbir hu r-regola tal-hajja. Alla ordna kemm lill-bniedem u lill-annimali li jimmoltiplikaw u jikbru. Izda l-bnedmin ghandhom ukoll, minbarra li joktru fin-numru, izidu fil-kontroll taghhom fuq l-art (Gen 1,22.28; 9,7). Iktar w iktar, m’ghandhomx anqas jinsew li l-kotor taghhom jiddependi fuq Alla, l-istess bhalma l-kobor tal-hxejjex jiddependi fuq l-ilma (Gob 8,11w). Il-barka tal-hallieq ghalhekk tibqa’ l-principju li fuqu hi mibnija l-hajja, u kull progress li taghmel din l-istess hajja. Id-dnub tal-bniedem jattira sahta divina u jtemm il-process ta’ hajja fuq l-art (Gen 3,17; 6,5w) li kieku Alla ma weriex il-hniena tieghu meta gedded il-barka tieghu (Gen 9,1-7) li, permezz ta’ Abraham, tilhaq il-Gnus kollha (Gen 12,3; Gal 3,8).

2. Dak li jikber fl-istorja tas-salvazzjoni.

a) Kif jikber il-hazen fid-dinja. Il-hazen mhuwiex biss prezenti fil-holqien minnu nnifsu, izda joktor fl-istess holqien. Il-gwerra tqajjem l-ahwa kontra xulxin, u l-innocenti jghibu (Gen 4,8); l-ispirtu ta’ vendetta jikber ‘l hinn minn kull konsiderazzjoni u jkattar id-delitti ta’ qtil (Gen 4,24); joktor il-hazen f’qalb il-bniedem, u l-vjolenza tahkem l-art; u ghalkemm diversi kastigi juru bic-car li huma intizi ghal kontra l-hazen tal-bnedmin bla Alla (Gen 6,13; 11,9; 19,24w) dawn l-istess bnedmin ta’ spiss jistaghnew minkejja kollox (S 73,3-12; her 12,1), u joktru fil-wild (Gob 21,7w). Alla mhux biss jittollera dan l-iskandlu, izda jzomm lill-qaddejja tieghu milli jikkumbattu t-tkattir tal-hazen billi jiddikjara li sejjer jeqred il-hziena (Mt 13,30). Il-metodu li juza huwa dak li jittrijonfa fuq il-hazin bil-fidi (Rum 12,31); u fejn hemm id-dnub, Huwa jkattar il-grazzja tieghU bil-wisq iktar (Rum 5,20).

b) It-tkattir ta’ Israel. Minn fost art midinba, Alla jaghzel ghaliH poplu imwieled minn Gakobb. Daqskemm Huwa ordna lil uliedU biex joktru (Gen 35,11), daqstant joghgbU jkattar lil uliedU jekk ikunu fidili lejn il-Patt tieghU; inkella Huwa jeqridhom (Lev 26,9; Dt 28,63; 30,16). Huwa veru li fi tjubitu Alla ma jistmax lil Israel bhal gnus ohra; ghax Huwa jikkoregihom qabel ma dnubithom jilhqu l-milja taghhom (2 Mak 6,12-16). L-ghan ta’ dan il-kastig hu li jkun hemm konverzjoni li tifthilhom qalbhom ghas-salvazzjoni; mbaghad Alla jhalli ‘l gensU joktor fil-ghadd u fil-gieh u glorja (Ger 30,19; Ezek 36,10w. 37w; Is 54,1w).

c) Jisseddaq is-Salvatur u l-kelma tieghu. Alla jibghat lil IbnU Gesu` fid-dinja sabiex iwettaq il-pjan tieghU ta’ salvazzjoni; dak ibnU li hu mimli grazzja u verita`. Izda Huwa jkun suggett ghall-ligijiet tal-kundizzjoni umana. L-ewwel narawH bhala tifel zghir jikber fil-gherf u fis-sahha (Lq 2,40.52). Jekk l-ippriedkar tieghU huwa rivelazzjoni lill-bnedmin tal-misteru tal-missjoni tieghU u tal-personalita` tieghU, din ir-rivelazzjoni ssir bil-mod izda progressivament, ghalkemm tkun ukoll opposta minn x’uhud. Tali oppozizzjoni tibqa’ toktor sa dak il-hin meta jidhru d-dlamijiet qed jirbhu fuq id-dawl (Lq 6,11; 11,53w; 19.47w; 22,2.53); izda huwa proprju f’dan il-waqt li Gesu` jwettaq xoghlU meta jilhaq l-oghla quccata ta’ mhabbtU u jirrivela bis-shih lill-bniedem kemm il-Missier kien ihobbhom (Gw 3,16; 13,1; 15,13; 17,4; 19,30). L-istess bhalma l-qamha li taqa’ fl-art hemm tmut u hekk toktor (Gw 12,24), hekk ukoll ir-Raghaj it-Tajjeb imut sabiex jaghti lin-naghag tieghu il-milja tal-hajja (Gw 10,10w). KelmtU, li hi mhawwla fi qlubhom, taghmel il-frott (Lq 8,11.15); u hu proprju ghalhekk li S. Luqa jesprimi l-progress tal-Knisja li ghadha qeghda tibda billi kultant jghid li l-ghadd tal-insara kien qed joktor (Atti 2,41; 5,14; 6,7; 11,24) u kultant billi jjirreferi ghat-tkattir tal-Kelma (Atti 6,7; 12,24; 19,20).

d) It-tkattir tal-Knisja u tan-nisrani fi hdanha. It-tkattir huwa l-ligi tal-hajja nisranija l-istess bhalma hu ta’ kull hajja. In-nisrani ghandu jikber mhux maqtugh ghal rasu izda fi hdan dik il-Knisja li taghha hu gebla hajja. Waqt li hu qieghed individwalment iterraq lejn is-salvazzjoni tieghu, id-dar spiritwali li hi l-Knisja tkun qeghda tinbena (1Pt 2,2-5). S. Pawl iheggeg lin-nisrani jikber fil-fidi (2 Kor 10,15) u l-gherf ta’ Alla billi jaghmel il-frott fix-xoghol tajjeb kollu tieghu u joktor fl-imhabba (Kol 1,10; Fil 1,9; Tes 3,12). Dan il-progress fil-gherf ta’ Alla huwa qabel xejn kobor fil-grazzja tieghU (2 Pt 3,18), ghaliex huwa s-Salvatur li jibda kollox; l-appostli, li jikkollaboraw ma’ Alla, ihawwlu u jsaqqu; izda huwa Alla li jkattar u jkabbar (1 Kor 3,6-9).

Huwa wkoll l-istess Alla li jaghti ‘l kull wiehed mill-qaddisin il-grazzja li joqorbu lejn Kristu ir-Ras taghhom, billi jghixu l-vera mhabba u billi jikkooperaw b’dan il-mod fil-bini tal-gisem ta’ Kristu, li ghandu wkoll effett fuq it-tkattir tieghu billi jibni lilu nnifsu bl-imhabba (Efes 4,11-16), u dan ghax il-process ta’ tkabbir ta’ kull bniedem jiddependi fuq il-progress tieghu ta’ ghaqda ma’ Kristu; ghax kull bniedem irid jonqos hu, kif qal Gwanni l-Battisita, biex Alla jizdied u joktor fih fil-milja kollha tieghU (Gw 3,30; Efes 4,13), u sabiex, fil-Mulej u fl-Ispirtu, il-Knisja tkun tista’ tinbena u titwaqqaf bhala tempju qaddis li fih ikun jghammar Alla (Gw 2,21w).

3. Lejn is-saltna ta’ Alla. Jekk il-fidil qieghed veru jhares il-hin kollu lejn il-mira ahharija tieghu (Fil 3,12w) u jinsab herqan li jimxi ‘l quddiem minn tarbija ghal bniedem spiritwalment perfett (Kor 3,1w; Lhud 5,12w), u jekk il-Vangelu ghandu kull hin ikollu l-frott tieghu u jikber fid-dinja (1 Kol 1,6), allura dan ifisser li s-saltna ta’ Alla trid tikber ukoll? U zgur, ghax il-parabboli juruna s-saltna bhala l-wasla ahharija fi tmiem mixja: il-hdim tal-hmira fid-dqiq (Mt 13,33), il-kobor taz-zerriegha sa zmien il-hsad, anke l-kobor ta’ xi sigra (Mt 13,23-32), u dan kollu permezz tas-sahha li tinsab fis-sigra nnifisha (Mk 4,28). Izda dan ma jfissirx forsi inqas il-kobor tas-saltna nnifisha b’kuntrast mal-kobor tal-Knisja lejn is-saltna, li hi tipproklama, u ta’ liema hi z-zerriegha u li hi tistenna bhala don minghand Alla? Kulhadd ghandu jircievi dan id-don bhal tifel zghir billi jemmen il-Vangelu li jipproklama dan id-don (Mk 10,15; ara 1,15), sabiex wiehed ikun jista’ jidhol f’dik ix-xirka ma’ Alla li hi l-qofol tas-saltna, meta Bin il-Bniedem ghad jigi fil-glorja biex jiggudika d-dinja (Mt 25,31-34). Ikun f’dak iz-zmien li mbaghad Alla jkun jahkem, ghax ix-xirka tieghu tkun perfetta: Huwa jkun kollox f’kollox (1 Kor 15,24-28). Is-saltna tieghu ma tikbirx: izda tkun biss il-mira li lejha jterraq kull tkattir spiritwali, u hija proprju x-xewqa ghal din is-saltna li jkattar dan l-istess tkabbir. Il-wasla ta’ din is-saltna, bhall-qawmien mill-mewt ta’ Gesu`, huwa rigal li jaghtina l-Missier.

TISHAR

Fis-sens proprju taghha, li tishar ifisser li tghaddi lejl bla ma torqod. Dan jista` jsir biex ikollok iktar hin ghax-xoghol (Gherf 6, 15) jew biex tevita li tinqabad rieqed mill-ghadu (S 127, 1w). Ghaldaqshekk, f’sens metaforiku, li tishar ifisser li toqghod ghassa, li titqabad kontra l-ghazz u li ma taghtix kaz sabiex tasal fejn trid tasal (Prov 8, 34). L-ghan tal-fidil huwa stat ta` preparazzjoni li tilqa` ‘l Mulej meta jasal il-Jum (Is 21, 11-12; 52, 8). Il-fidil jishar u joqghod attent sabiex ikun jista` jghix fid-dlam tal-lejl minghajr ma jaghmel sehem mill-istess dlam.

I. TISHAR: TKUN LEST GHALL-MIGJA LURA

TAL-MULEJ

1. Fil-vangeli sinottici t-theggig li jsir sabiex nishru huwa l-parir principali li Gesu` jaghti lid-dixxipli tieghU fi tmiem id-diskors tieghU fuq il-jum u s-siegha u l-migja ta` Bin il-Bniedem (Mk 13, 33-37). "Ishru, mela, ghax ma tafuhx il-jum li fih jigi Sidkom" (Mt 24, 42). Sabiex jindika li l-migja lura tieghU hi xi haga li tigi habta u sabta, Gesu` jaghmel uzu minn diversi paraguni u parabboli li jduru mat-tnissil tal-kelma tishar (jigifieri li toqghod ma torqodx). Il-migja ta` Bin il-Bniedem se tkun daqshekk wahda mhux mistennija daqskemm hi dik ta` halliel bil-lejl (Mt 24, 32w), jew ta` sid id-dar li jerga` lura tard matul il-lejl bla ma javza minn qabel lill-qaddejja tieghu (Mk 13, 35w). L-istess bhall-missier prudenti tal-familja jew qaddej fidil, in-nisrani ma ghandux jingheleb minn naghas. Huwa ghandu jishar, joqghod ghassa, ikun lest li jilqa` ‘l Mulej. Is-sahra hekk tikkaratterizza l-attitudni tad-dixxiplu li jistenna l-migja lura ta` Gesu` b’kull tama. Din il-vigilanza hi fuq kollox stat ta` qawmien attent u ghalhekk jehtieg distakk minn kull pjacir u gid tad-dinja (Lq 21, 34w). Billi s-siegha tal-parousia hija wahda mohbija, wiehed ghandu dejjem ikun lest ghal dan l-avveniment li jista` jokkorri f’daqqa. Din hija t-taghlima li tohrog mill-parabbola tal-ghaxar xebbiet (Mt 25, 1-13).

2. L-epistoli bikrin ta` Pawlu juru certu thassib bi stennija eskatologika u jirriflettu t-twissijiet li nsibu fl-evangelju dwar is-sahra, specjalment f’1 Tes 5, 1-7. "Ahna m’ahniex ulied il-lejl, anqas ulied id-dlam. Ghalhekk ma ghandniex norqdu bhal l-ohrajn, izda nishru u nghixu bil-qjies" (1Tes 5, 5w). Billi n-nisrani dawwar wiccu lejn Alla, huwa sar wiehed minn "ulied id-dawl". Ghaldaqstant huwa ghandu b’mod attiv u konsistenti jirrezisti d-dlam, li hu s-simbolu tal-hazen; ghax inkella l-migja ta` Kristu tkun wahda ta` sorpriza ghalih. Is-sahra ghalhekk tehtieg qies tajjeb ta` temperanza, jigifieri, c-cahda ta` kull lussu soltu assocjat mal-LEJL u ta` kull haga mahsuba biex tbieghed mill-istennija ghall-migja tal-Mulej. Fl-istess hin sabiex tishar jehtieg li tkun tista` ggor l-armatura spiritwali: "Nilbsu l-kurazza tal-fidi u l-imhabba, u l-elmu tat-tama tas-salvazzjoni (1Tes. 5,8). F’ittra li Pawlu kiteb iktar tard, ghax kellu biza` li l-insara setghu jitilfu l-ewwel hegga taghhom, huwa jsuqhom biex iqumu minn naghas taghhom, li jqumu ftit fuq taghhom, li jhejju ghal dik is-salvazzjoni li issa kienet fil-qrib (Rum. 13,11-14).

3. Fl-Apokalissi, il-messagg li l-imhallef fl-ahhar taz-zminijiet jindirizza lill-komunita` ta` Sardis huwa theggiga urgenti sabiex din tishar (Apk. 3,1w). Ghax dik il-Knisja tinsa li Kristu ghad jerga` lura. Jekk din ma tqumx mill-irqad taghha, Kristu kien se jigi fuqha b’sorpriza, bhal halliel. Izda "hieni min jishar u jiehu hsieb l-ilbiesi tieghu" (Apk. 16,15); hekk huwa jkun jista` jiehu sehem fil-purcissjoni trijonfali tal-Mulej.

II. TISHAR: TGHASSES KONTRA T-TIGRIB

TA` KULJUM

Din is-sahra, din l-istennija perseveranti tal-migja lura ta` Gesu`, ghandhom ikunu elementi permanenti fil-hajja tan-nisrani u ghandhom juru ruhhom fit-taqbida kontra t-tigrib ta` kuljum li mhu xejn hlief prologu ghat-taqbida kbira eskatologika.

1. Fil-waqt li jkun qed iwettaq ir-rieda salvifika tal-Missier, Gesu` jrid tabilfors jghaddi minn taqbida tormentuza (agonia) gewwa Getsemani; dan huwa preludju tat-taqbida fi tmiem iz-zminijiet. Is-sinottici jipprezentaw lil Gesu` bhala mudell ta` min jishar fit-tigrib, mudell li iktar jispikka wara li d-dixxipli kienu waqghu ghax ma tawx kaz it-twissijiet ta` sidhom. "Ishru u itolbu biex ma tidhlux fit-tigrib" (Mt. 26,41), u din hi tabilhaqq kelma li ghan-nisrani tmur ‘l hinn mill-Getsemani. L-ahhar karba li hemm fit-talba tal-Missierna hi wahda bhal dik ta` qabel, ghaliex titlob ghall-ghajnuna ta` Alla mhux biss fil-waqt eskatologiku izda f’kull hin tat-taqbida li ssehh fil-hajja tan-nisrani.

2. L-amar li nishru jirrikorri fl-ittri ta` Pawlu minhabba fil-perikli li hemm fil-hajja prezenti (1Kor. 16,13; Kol. 4,2; Efes. 6,10-20). It-theggiga tinsab imfassla b’mod partikolarment haj fis-silta li tinqara kull filghaxija waqt il-Kumpieta: "Kunu meqjusa u ghassu. L-ghadu taghkom ix-xitan qisu ljun ighajjat, idur u jfittex ‘il min sa jibla`" (1Pt. 5,8). Hawnhekk, bhal f’Efes. 6,10w, l-ghadu qieghed jigi deskritt b’mod car hafna. B’mibgheda li ma tiddghajjifx, ix-Xitan u dawk li jghinuh qeghdin hemm il-hin kollu jitkixxfu fuq in-nisrani sabiex iwaqqghuh f’xi cahda ta` Kristu. Jalla n-nisrani jkun dejjem ghassa! Jalla n-nisrani jitlob bil-fidi u billi jcahhad lilu nnifsu jahrab mill-insidji ta` l-ghadu! Din is-sahra hija partikolarment mhegga li titwettaq mill-mexxejja tal-komunita`; dawn ghandhom jiddefendu l-komunita` kontra "ilpup qalila" (Atti 20,28-31).

III. TISHAR: TGHADDI L-LEJL FIT-TALB

F’Efes. 6,18 u Kol. 4,2, San Pawl x’aktarx jirreferi ghal xi haga li kienu jaghmlu l-komunitajiet ewlenin, velji jew sahriet ta` talb. "Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b’kull xorta ta` talb u f’kull htiega, ishru fih bla ma tieqfu" (Efes. 6,18). Is-sahra hi ghaldaqshekk okkazjoni cara ta` vigilanza nisranija u tixbiha ta` dak li ghamel Gesu` (Lq. 6,12; Mk. 14,38).

Konkluzjoni. Is-sahra hija ghalhekk karatteristika tan-nisrani, li jittama u jistenna l-wirja glorjuza tal-Mulej Gesu`. Tikkonsisti filli wiehed ikun lest li jilqa` lil Min hu gej (Apk. 22,17.20) u li jirrezisti l-apostasija ta` l-ahhar zminijiet. Billi kull tigrib tal-hajja ta` issa huwa biss anticipazzjoni jew tahbira tat-tribulazzjoni eskatologika, is-sahra tan-nisrani trid titwettaq minn jum ghall-iehor fit-taqbida kontra l-Hazin; tehtieg ghalhekk talb kontinwu u razan minn naha tad-dixxiplu.

TJASSIR

I. IT-TIGRIB TAT-TJASSIR

Sa mill-bidu ta’ l-istorja tieghu, Israel ghadda minn esperjenza fl-Egittu bhala "art tal-jasar" meta dik l-art li kienet tat merhba lill-patrijarki saret ghad-dixxendenti taghhom "dar il-jasar" (Ez 13, 14; Dt 7, 8). Fi kliem konkret, madankollu, il-Lhud kienu l-ilsiera tal-Farghun iktar milli nies imjassra jew prigunieri. Ghal iktar minn darba wahda wara dan, il-poplu ta’ Alla ghadda mid-deportazzjoni, li hi xi haga li Ghamos fisser bhala tkaxkir wahxi fl-ezilju (Gham 1, 6.9) ukoll jekk dan it-tkaxkir ta’ poplu shih kienet xi haga komuni li ssir fil-Lvant tal-qedem. Din kienet ix-xorti tat-tribujiet tat-tramuntana wara l-qirda tas-Samarija( 2 Slat 17, 6.23), mbaghad dik ta’ Guda fil-bidu tas-sitt seklu (2 Slat 24 - 25). Fiz-zewg kazijietkien hemm kwistjoni ta’ punizjonijiet li kkastigaw lill-poplu ta’ Alla ghall-infedeltajiet taghhom. F’lingwagg tradizzjonali, it-tjassir Babiloniz se jkun dejjem f’sens specjali it-tjassir, ukoll jekk dan ma kien xejn aktar minn deportazzjoni jew ezilju.

Magenb dan it-tigrib kollettiv kollu, il-Bibbja ssemmi f’kuntesti diversi x-xorti li misset lil xi nies mjassra jew prigunieri individwali. Ghal x’uhud minnhom, il-prigunerija hija tabilhaqq kastig (ara Mt 5, 25; 18, 30), izda ghal ohrajn hija tigrib providenzjali (ara Apk 2, 10). Hekk huwa l-kaz ta’ Guzeppi (Gen 39, 20-22) li l-gherf ta’ Alla "ma telqux fl-irbit tal-ktajjen" (Gherf 10, 14); hija wkoll ix-xorti ta’ iktar minn profeta wiehed (ara 1 Slat 22, 26-28), ta’ Geremija (Ger 20, 2; 32, 2w; 37, 11-21; 38, 6), ta’ Gwanni l-Battista (Mt 14, 3), u finalment ta’ Gesu` li gie marbut (Gw 18, 12; Mt 27, 2) u certament mitfugh il-habs. Fil-Knisja l-istess xorti tmiss lill-appostli (Atti 5, 18; 12, 3-5; 16, 23w); u Pawlu, mgieghel jitjassar minn jeddu (Atti 20, 22), jista’ aktar tard letteralment isejjah lilu nnifsu "il-prigunier ta’ Kristu" (Efes 3, 1; 4, 1; ara 2 Kor 11, 23). Madankollu "il-kelma ta’ Alla m’hijiex marbuta" (2 Tim 2, 9;ara Fil 1, 12-14), u meta x’uhud jigu mehlusin b’miraklu mill-habs (Atti 5, 19; 12, 7-11; 16, 26) ikun jidher car li l-habs ma jkun jista’ qatt izomm imjassra il-kelma tal-vangelu.

Ghaliex Alla jimpurtaH mill-prigunieri. Jekk Huwa jitlob mill-fidil "li tholl l-irbit tal-hazen" (Is 58, 6) u jekk iz-zjajjar lill-prigunieri huma opri ta’ hniena (Mt 25, 36.40; ara Lhud 10, 34; 13, 3), Huwa juri ruhU jisma u ma jistmellx "l-imjassrin tieghu" (S 69, 34), ukoll ghal dawk li kienu b’disprezz haduha kontra kelmtU (S 107, 10-16). B’mod specjali lill-poplu tieghU mjassar, Huwa jwieghed il-helsien (Is 52, 2) li qisu bhallikieku harsa mill-boghod lejn il-vangelu li ghad irid jigi (Is 61,1).

II. IT-TJASSIR SPIRITWALI TAL-MIDNEB

Jigri li, bl-esperjenza taghom ta’ tjassir temporali, il-poplu ta’ Alla jgarrab tjassir iehor li tieghu, it-tjassir ta’ qabel jassumi l-karatteristika ta’ simbolu espressiv: it-tjassir tal-midinbin. Fuq dan il-livell ukoll, hemm tahlita bejn tjassir u jasar, dak li jghid Gesu` nnifsU b’mod l-iktar car: "kull min jaghmel id-dnub huwa lsir tad-dnub" (Gw 8, 34), u dan diga` kellna hjiel tieghu fit-TQ: Alla abbanduna lill-poplu infidil tieghU f’idejn l-ghedewwa taghhom (Mh 2, 14). Il-poplu jghid "Ghax int .... rhejtna f’idejn hzunijietna" (Is 64, 6 LXX); skond taghlim l-ghorrief, id-dnub huwa xorta ta’ qtugh: "Il-hazin bi hzunitu jinqabad, u bil-bluha ta’ htijietu jintrabat" (Prov 5, 22; ara 11, 6).

Izda huma l-kitbiet appostolici li fuq kollox jirrivelaw il-profondita` tal-kundizzjoni umana li minnu Gesu` kellu jhabbar il-helsien (ara Lq 4, 18; ara Is 61, 1). "Jien tad-demm u l-laham mibjugh lid-dnub," izda hemm ligi ohra li "tjassarni taht il-ligi tad-dnub li hemm go gismi" (Rum 7, 14. 23): jigifieri, skond San Pawl, il-kundizzjoni ta’ kull bniedem qabel ma dan jigi gustifikat. Fl-ahhar mill-ahhar, id-dnub mhux xi haga astratta: il-midinbin jinsabu maqbudin "mix-xbiek tax-Xitan li kien qabadhom taht idejh biex jaghmlu r-rieda tieghu" (2 Tim 2, 26).

Wirja konkreta ohra ta’ dan it-tjassir spiritwali jinsab fi "hbula ta’ l-imwiet" u fi "xbiek tal-mewt" (ara S 18, 6) li huma daqstant ta’ jasar ghall-bniedem (ara Lhud 2, 14w). L-azzjoni ta’ Gesu` li ggib maghha l-helsien kienet ukoll testendi daqstant: wara li daq "il-mewt fil-gisem," Huwa nizel fil-Limbu sabiex ixandar il-bxara t-tajba tas-salvazzjoni ukoll "lill-erwieh li kienu maghluqa fil-habs" (1 Pt 3, 19).

Finalment, Pawlu ma ma joqghodx jahsibha darbtejn xi minndaqqiet biex jikkunsidra l-Ligi nnifisha bhala l-post fejn "ahna konna mizmumin prigunieri" sakemm "tigi l-fidi li kellha tkun irrivelata" (Gal 3, 23; ara Rum 7, 6): forsi dawn il-kliem huma xi ftit eccessivi, madankollu jghinuna nifhmu ahjar il-helsien veru li Gesu` Kristu jikseb ghalina.

X’jigri minn dawn il-midinbin mehlusin minn Kristu? Dan hu paradoss gdid: dawn isiru "l-imjassra" tal-Mulej. Pawlu jipproklama li l-ilsiera tad-dnub isiru l-ilsiera tal-gustizzja (Rum 6, 12-23; 1 Kor 7, 22); huwa jqis lilu nnifsu "mgieghel mill-Ispirtu" (Atti 20, 22); huwa jrid ukoll li "njassru kull hsieb ghall-ubbidjenza lil Kristu" (2 Kor 10, 5; ara Rum 1, 5). Fis-sewwa kollu, Gesu` ghamel bhall-generali tal-qedem u "jassar l-ilsiera" (Efes 4, 8 = S 68, 19) fil-mixja rebbihija tieghU. Izda Huwa jaghmel dan biex ixerred ma’ kullimkien ir-rigali tieghU u jmexxihom fil-qsim tar-rebha li Hu jaghmel (ara 2 Kor 2, 14).