Miklem ta` TEOLOGIJA BIBLIKA

Redatt taht id-direzzjoni ta’

XAVIER LEON DUFOUR

INDICI

Toghma – Trasfigurazzjoni – Umiltà – Verginità – Xitan

 

TOGHMA

DDUQ

Li dduq xi minndaqqiet tfisser li tassorbi nutriment (Gona 3, 7; Kol 2, 21), izda fuq kollox tfisser li tapprezza t-toghma ta’ l-esperjenza taghna f’kull livell (2 Sam 19, 36). Il-Bibbja tapplika dan ghad-dixxerniment tal-valuri morali u ghat-teghim ta’ l-gharfien ta’ Alla u ta’ Kristu, il-benna ta’ hajjitna fuq din l-art u fis-sema.

1. Dixxerniment. Li dduq jinkludi diversi ghamliet ta’ gherf: gharfien prattiku (1 Sam 25, 33), ghaqal (Prov 11, 22), gudizzju mgharbel (Prov 26, 16). Huwa don ta’ Alla (S 119, 66) li jista’ jiehdu lura (Gob 12, 20), u fl-istess hin frott ta’ snin li jghaddu minn fuq il-bniedem u esperjenza (Gob 12, 11-12). Jorjenta l-imgieba tal-bniedem fl-iktar oqsma prattici tieghu (Prov 31, 18); u madankollu, l-oghla ghamla tieghu, id-dixxerniment tat-tajjeb u l-hazin, mhuwiex semplicement valur morali, izda wiehed religjuz, li qieghed fil-pedament tal-fidi (S 119, 66); u jigi perfezzjonat bil-gibda tieghu lejn il-Kelma ta’ Alla, li hi tassew helwa (Ezek 3, 3), u lejn il-kmandamenti tieghU (S 119, 16; Rum 7, 22).

2. Esperjenza religjuza. ‘L hinn minn kull dixxerniment ta’ l-gherf, insibu l-esperjenza mghixa ta’ l-imhabba li Alla ghandu ghalina. Il-barkiet temporali huma l-benna tal-bniedem gust tat-TQ li jobdi l-ligi t’Alla (Neh 9, 25; Is 55, 2). Huwa jtieghem kull benna definittivament varja tal-manna (Gherf 16, 20-21), iduq kemm hu tajjeb il-Mulej (S 34, 9), u jinghaqad mieghU bhallikieku qieghed maghqud ma’ l-uniku tezor li ghandu (Gob 22, 26).

Fit-TG il-hajja kollha ta’ min hu mghammed hi ghaqda ma’ Kristu rxoxt, izda t-tiswib tal-maghmudija jimplika l-esperjenza bnina li bniedem ikun definittivament qorob lejn il-barkiet smewwija tas-salvazzjoni; li jiehu sehem fl-Ispirtu Qaddis, il-kelma tal-bxara t-tajba assimilata bil-fidi, il-wirjiet tal-qawwa t’Alla, li diga’ johloq id-dinja gdida (Lhud 6, 4-5). Dan kollu hu l-weghda li zgur tigi fuq kollox , tat-tjieba t’Alla (1 Pt 2, 3). Din il-benna taslilna mill-imrar tal-mewt li daq Gesu` (Lhud 2, 9) biex tehlisna mit-toghma tal-mewt dejjiema (Gw 8, 52). B’hekk inkunu qeghdin induqu bil-quddiem x’inhi beatitudni (Apk 2, 17).

TRASFIGURAZZJONI

1. Il-qaghda. Fl-evangelji, it-trasfigurazzjoni ta` Kristu tinsab fil-waqt cert meta Gesu`, li jintgharaf mid-dixxipli tieghU bhala l-Messija, ihabbrilhom kif Huwa jkun se jwettaq xogholU. Il-glorifikazzjoni tieghU se tkun qawmien. Ghaldaqstant timplika li Huwa ghandu jghaddi mit-tbatija u mill-mewt (Mt. 17,1-9p; ara 16,13-28p). Dan il-kuntest jaghti lix-xena tat-trasfigurazzjoni t-tifsira taghha fil-hajja ta` Kristu u l-frott taghha ghall-hajja tan-nisrani. Gesu` hawn jidher li qieghed iwettaq l-Iskrittura (ara Lq. 24,44w) fil-profeziji li fiha dwar il-Messija. Huwa l-Qaddej ta` Alla u Bin il-Bniedem.

2. Il-misteru. B’xhieda ta` dan l-avveniment Gesu` jaghzel lil dawk li kienu se jaraw l-agunija tieghU: Pietru (ara 2Pt. 1,16w), Gakbu u Gwanni (Mk. 14,33p; ara 5,37). Din ix-xena terga` tfakkar it-teofaniji, jew wirjiet ta` Alla, li Mose` u Elija kienu raw fuq il-muntanja ta` Alla (Sinaj-Horeb, ara Ez. 19,9; 24,15-18; 1Slat. 19,8-18). Mhux biss Alla juri l-prezenza tieghU billi jitkellem "minn fuq il-muntanja, minn gon-nar" (Dt. 5,2-5). Gesu` jidher ukoll lid-dixxipli tieghU, fil-prezenza ta` Mose` u Elija, trasfigurat bil-glorja ta` Alla.

Din il-glorja timlihom b’certu biza` religjuz li jitnissel fil-prezenza ta` dak li hu divin (ara Lq. 1,29w). Izda tqnqal ukoll lil Pietru biex jaghmel riflessjoni suggestiva meta jesprimi l-ferh tieghu fil-prezenza tal-glorja tal-Mulej li ghadu kemm stqarr li hu l-Messija. Alla jigi jabita ma` niesU, l-istess bhalma kienu bassru l-profeti taz-zminijiet Messjanici. Izda l-glorja mhijiex dik ta` l-ahhar jum. Din iddawwal biss l-ilbies u l-wicc ta` Gesu`, l-istess bhalma darba dawwlet wicc Mose` (Ez. 34,29w. 35). Din hi l-vera glorja ta` Kristu (Lq. 9,32), li hu l-Iben il-mahtur, bhalma nstema` l-lehen jghid minn gos-shaba. Fl-istess hin dan il-lehen iwettaq ir-rivelazzjoni li Gesu` kien ghamel lid-dixxipli tieghU u li qeghda fil-qofol tat-tahdita tieghU ma` Mose` u Elija: l-EZODU li se jinghata bidu ghalih minn Gerusalemm (Lq. 9,31), dik il-moghdija mill-mewt, li huma mehtiega sabiex Huwa jidhol fil-glorja (ara Lq. 24,25w). Ghax il-lehen gej minn gos-shab jamarhom jisimghu lilU li hu l-Iben, il-maghzul ta` Alla (Lq. 9,35).

Il-Kelma li tidwi fuq is-Sinaj il-gdid thabbar li hemm Ligi gdida li se tidhol minflok il-Ligi l-qadima. Il-Kelma terga` tfakkar tlett profeziji li hemm fit-Testment il-Qadim. Wahda minnhom hi dwar il-Messija li hu mnissel mill-Mulej (S. 2,7). It-tieni profezija tirreferi ghall-Qaddej tal-Mulej, il-mahtur tieghU (Is. 42,1). It-tielet thabbar Mose` gdid (Dt. 18,15); ara Gw. 1,17w : "Il-Mulej, Alla tieghek, iqajjimlek profeti bhali....; lilu ghandkom tisimghu." Li tisma fil-fatt ifisser li tisma l-Kelma maghmul bniedem. FiH il-fidil jara l-glorja ta` Alla (ara Gw. 1,14).

3. Ghan u rizultat ta’ l-avveniment. It-Trasfigurazzjoni tikkonferma l-istqarrija li saret gewwa c-Cesarija (Mk. 8,29) u tikkonsagra r-rivelazzjoni ta` Gesu` bhala dak Bin il-Bniedem li jbati u fl-istess hin ikun glorjuz, u li bil-mewt u l-qawmien tieghU kellha titwettaq l-Iskrittura. It-trasfigurazzjoni tizvela l-persuna ta` Gesu`, l-Iben il-mahbub u traxxendenti, li ghandu fiH il-vera glorja ta` Alla. Din turi lil Gesu` u ‘l KelmtU bhala Ligi gdida. Tanticipa u tipprefigura dak l-avveniment paskwali, tal-Ghid, li permezz tas-salib ikun se jdahhal lil Kristu fit-twarrid shih tal-glorja u d-dinjita` filjali tieghU. Din l-esperjenza anticipata tal-glorja ta` Kristu hija mahsuba sabiex tkun ta` appogg ghad-dixxipli fis-shubija taghhom mal-misteru tas-salib.

Bil-maghmudija taghhom l-insara jissiehbu fil-misteru tal-qawmien hekk kif prefigurat bit-trasfigurazzjoni. Ghalhekk jissejhu, sa minn din id-dinja, li iktar jirriflettu u jinbidlu fil-glorja tal-Mulej skond ma jaghti Hu li hu Spirtu (2Kor. 3,18), filwaqt li jistennew li Kristu se jbiddlilhom il-gisem imsejken taghhom fis-sura tal-gisem glorjuz tieghU fl-ahhar migja tieghU (Fil. 3,21). Matul is-sehem li l-insara ikollhom fuq din l-art fit-tbatijiet ta` Kristu, kull laqgha awtentika mal-Mulej Gesu` ghandha l-istess importanza fl-appogg li taghti lill-fidi taghhom daqskemm kellha t-trasfigurazzjoni fl-appogg li tat lill-fidi tad-dixxipli.

UMILTA`

I. L-UMILTA` U L-GRADI TAGHHA

Kif imfissra fil-Bibbja, l-umilta` hi modestja ghal kuntrarju ta’ vanita`. Minghajr ma nippruvaw nidhqu bina nfusna, il-bniedem modest m’huwiex wiehed pruzuntuz (Prov 3,7; Rum 12,3.16; ara S 131,1). L-umilta`, bhala l-oppost tal-kburija, hi xi haga aktar profonda. Hi l-attitudni tal-bniedem midneb quddiem Alla l-Gholi u Trinitarju. Il-bniedem umli jaf li kull m’ghandu tahulu Alla (1 Kor 4,7). Il-qaddej li ma jiswa xejn (Lq 17,10) fih innifsu m’hu xejn (Gal 6,3) hlief midneb (Is 6,3w; Lq 5,8). Alla se jigglorifika dan il-bniedem umli (1 Sam 2,7w; Prov 15,33) li hu miftuh ghall-grazzja tieghU (Gak 4,6 = Prov 3,34).

Umilta` perfetta hi dik ta’ Kristu li salvana billi cekken lilu nnifsu u li jistieden lid-dixxipli tieghu biex jaqdu lil huthom bl-imhabba (Lq 22,26w) biex b’hekk Alla jkun igglorifikat fihom ilkoll (1 Pt 4,10w).

II. L-UMILTA` TAL-POPLU TA’ ALLA

Israel jitghallem ghall-ewwel darba x’inhi l-umilta` meta jduq il-qawwa t’Alla li salvah u li wahdu hu l-Aktar Gholi. Israel izomm hajja din l-esperjenza billi jfakkar l-ghegubijiet t’Alla fil-qima tieghu. Din il-qima hi ezempju t’umilta`. Fit-tifhir u r-ringrazzjament il-Lhudi jimita l-umilta` ta’ David li mexa quddiem l-arka (2 Sam 6,16.22) biex ifahhar lil Alla li kien tah kull ma kellu (Salm 103).

Israel ghadda wkoll minn mumenti ta’ djufija, kemm bhala poplu, bhal fit-telfiet u fl-ezilju, kif ukoll individwalment, bhal fil-mard u l-oppressjoni tad-dghajfa. Dawn l-umiljazzjonijiet ghenu lil Israel jifhem l-impotenza profonda tal-bniedem kif ukoll il-vojt li jhoss il-midneb meta jinqata minn ma’ Alla. Ghalhekk il-bniedem ihoss li ghandu jerga jdur lejn Alla b’qalb soghbiena (S 51,19), b’umilta` li hi bazata fuq dipendenza shiha u bi hlewwa konfidenti li tispira l-karbiet tas-Salmi (S 25; 106; 130; 131). Dawk li jfahhru ‘l Alla u jitolbuh biex isalvahom huma ta’ spiss msejhin "il-fqar" (Salm 22,25.27; 34,7; 69,33w). Din il-kelma tirreferi normalment ghal dawk socjalment sfortunati, imma hadet tifsira religjuza f’Sofonija: min ifittex ‘l Alla, jfittex il-faqar li hu umilta` (Sof 2,3). Wara l-Jum ta’ Jahweh, dawk li jibqghu mill-poplu ta’ Alla jkunu "umli, u fqar" (Sof 3,12; Grg. praous u tapeinos; ara Mt 11,29; Efes 4,2).

Fit-TQ, il-mudelli ta’ din l-umilta` huma Mose`, l-iktar umli fost il-bnedmin (Num 12,3), u l-Qaddej misterjuz li bl-ubbidjenza tieghu sal-mewt iwettaq il-pjan ta’ Alla (Is 53,4-10). Wara r-ritorn mill-ezilju, il-profeti u l-ghorrief jippriedkaw l-umilta`. Alla l-Aktar Gholi jghammar ma’ dak li ghandu spirtu umli u qalb soghbiena (Is 57,15; 66,2). "Il-frott ta’ l-umilta` huma l-biza’ ta’ Alla, l-ghana, il-glorja u l-hajja" (Prov 22,4). "Aktar m’int, aktar ghandek ticcekken biex toghgob lil Alla" (Sir 3,18; ara Dan 3,39: it-talba ta’ l-offertorju "fi spirtu ta’ umilta`). U fl-ahhar, fi kliem il-profeta, il-Messija jkun sultan umli; Hu se jidhol f’Sijon riekeb fuq hmar (Gak 9,9). Tabilhaqq li Alla ta’ Israel, is-sultan tal-holqien kollu huwa "Alla ta’ l-umli" (Gdt 9,11w).

III. L-UMILTA` TA’ L-IBEN TA’ ALLA

Gesu` hu l-Messija umli li kien habbar Zakkarija (Mt 21,5). Huwa l-Messija ta’ dawk l-umli li hu sejjah imberkin (Mt 5,4 = S 37,11; Grg. praous = il-bniedem li sar pacenzjuz u twajjeb ghax qaghad ghar-rieda ta’ Alla). Gesu` jbierek it-tfal u jghid li rridu nsiru bhalhom (Mk 10,15w). Biex wiehed isir wiehed minn dawn ic-ckejknin li lilhom Alla wera lilu nnifsu u huma biss jidhlu fis-Saltna (Mt 11,25; 18,3w), hu necessarju li wiehed jinghaqad fil-hsieb ma’ Kristu, "l-ghalliem ta’ qalb helwa w umli" (Mt 11,29). Imma dan l-ghalliem m’huwiex biss bniedem; hu l-Mulej li gie biex isalva l-bnedmin billi ha gisem bhal taghhom (Rum 8,3). Minflok ma fittex il-glorja tieghU (Gw 8,50), Huwa umilja lilu nnifsU sa li wasal li jahsel saqajn id-dixxipli tieghU (Gw 13,14w). Minkejja li hu daqs Alla, tnezza minn kollox biex sahansitra miet fuq salib biex jifdina (Fil 2,6w; Mk 10,45 ara Is 53). F’Gesu` ghandna rivelazzjoni mhux biss ta’ qawwa divina, li minghajra ma nkunu xejn, imma ta’ mhabba divina ukoll li minghajrha nintilfu (Lq 19,10).

Din l-umilta` ("is-sinjal ta’ Kristu" kif jghid Santu Wistin) hija l-umilta` ta’ l-Iben ta’ Alla, l-umilta` ta’ l-imhabba. Ahna rridu nimxu fuq din l-umilta` "gdida" biex inkunu nistghu inwettqu l-kmandament gdid ta’ mhabba (Efes 4,2; 1 Pt 3,8w) ("fejn hemm l-umilta` hemm ukoll l-imhabba" jghid Santu Wistin). "Dawk li fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom jilbsu l-umilta`" (1 Pt 5,5; Kol 3,12) ifittxu l-interessi ta’ l-ohrajn, u jzommu ghalihom l-ahhar postijiet (Fil 2,3w; 1 Kor 13,4w). Fil-lista tar-rigali ta’ l-Ispirtu, Pawlu jqieghed l-umilta` flimkien mal-fidi (Gal 5,22w). Dawn iz-zewg virtujiet (li kienu l-qofol tal-karattru ta’ Mose` skond Sir 45,4 huma konnessi ma’ xulxin billi t-tnejn ifissru dispozizzjoni ghar-rieda ta’ Alla, b’ubbidjenza ghal KelmtU u ghall-grazzja tieghU.

IV. IL-HIDMA TA’ ALLA FL-UMLI

Alla ghandu stima ghal kull min hu umli u jmil lejhom (S 138,6; 113,6w). Filwaqt li jiftahru biss dwar id-djufija taghhom (2 Kor 12,9) huma jifthu lilhom infushom ghall-kobor tal-grazzja ta’ Alla li go fihom hi mimlija hajja (1 Kor 15,10). Il-bniedem umli mhux biss jircievi mahfra ghal dnubietu (Lq 18,14), imma anki l-gherf ta’ l-Omnipotenti joghgbu juri lilu nnifsu permezz tal-bniedem umli li d-dinja tkasbar (1 Kor 1,25.28w). Ezempju car t’umilta` huwa dak li l-Mulej baghat biex iwittilU t-triq u li qatt ma kellu l-hsieb li jidher hu u li kien mohhu biss f’li jwarrab fil-genb (Gw 1,27; 3,28w). Alla ghamel li Ibnu, il-Mulej taghna, kellu jitwieled minn vergni umli, li riedet biss tkun il-qaddejja tieghU (Lq 1,38.43).

Kull min icekken lilu nnifsu billi jghaddi mit-tigrib taht l-id setghana ta’ Alla l-gust, u kull min jissieheb fit-tbatija ta’ Kristu msallab, ikun, bhal Kristu, mgholli minn Alla fis-siegha tieghu, u jkollu sehem mill-glorja ta’ Bin il-Bniedem (Mt 23,12; Rum 8,17; Fil 2,9w; 1 Pt 5,6-10). Ma’ l-umli kollha huwa jghanni ghal dejjem il-qdusija u l-imhabba tal-Mulej li jkun ghamel fihom hwejjeg kbar (Lq 1,46-53; Apk 4,8-11; 5,11-14).

Fit-TQ, il-Kelma ta’ Alla twassal lill-bniedem ghall-glorja billi tghaddih mill-moghdija li b’umilta` joqghod ghar-rieda ta’ Alla, il-hallieq u Salvatur tieghu. Fit-TG, il-Kelma ta’ Alla tlahhmet biex twassal ‘l bniedem il-kobor ta’ l-umilta`, li tfisser li taqdi lil Alla fil-proxxmu, li tumilja lilek innifsek bl-imhabba sabiex tkun tista taghti glorja lil Alla u fl-istess waqt issalva lill-ohrajn.

VERGINITA`

F’bosta religjonijiet tal-qedem, il-verginita` kellha certu importanza sagra. Xi allat-nisa (Anat, Artemis, Atena) kienu jissejhu vergni bil-ghan wiehed li jishqu fuq iz-zghozija dejjiema taghhom, il-vitalita` mimlija sahha taghhom, u n-nuqqas ta’ tahsir taghhom. Kienet ir-rivelazzjoni nisranija wahedha li setghet turi t-tifsir religjuz shih tal-verginita`, ftit jew wisq delineat fit-TQ, bhala l-fedelta` lil imhabba li tinghata b’mod eskluziv lil Alla.

TQ

1. Sterilita` u verginita`. Kif kien jaraha l-poplu ta’ Alla, fl-orjentament taghhom lejn iz-zjieda tal-popolazzjoni taghhom, il-verginita` kienet meqjusa daqsinsew l-isterilita`, li kienet umiljazzjoni, xi haga li ggib misthija (Gen 30, 23; 1 Sam 1, 11; Lq 1, 25). Meta bint Geftah giet ikkundannata li tmut minghajr ma jkollha ulied, hija tibki "xbubitha" ghal xahrejn (Mh 11, 37); ghax hi mhux se taqsam fil-wirt (S 127, 3), il-barka (S 128, 3-6) li hu frott hdanha. Mazdankollu, il-verginita` qabel iz-zwieg kienet meqjusa bhala haga mill-ahjar (Gen 24, 16; Mh 19, 24). Naraw bhala ezempju li l-Qassis il-Kbir (Lev 21, 13w) kif ukoll kull qassis (Ezek 44, 22; ara Lev 21, 7) jista’ jizzewweg biss xebba. Fl-istess hin tajjeb li naghrfu li din kienet ghadha biss xi haga li tolqot is-safa ritwali f’dak li ghandu x’jaqsam mas-sesswalita` (ara Lev 12; 15) u mhux xi hsieb partikolari dwar il-verginita` nnifisha.

It-thejjija vera ghall-verginita` nisranija tinsab fil-kuntest tal-weghdiet u tal-patt. Bic-cirkostanza misterjuza ta’ nisa sterili li Alla jaghmel fertili, Alla jixtieq juri bic-car li dawk li fihom titwettaq il-weghda ma tqajmux bil-procedura normali ghax kienu ghammiela, izda bl-intervent setghan u infinit tieghU. Il-gratwita` tal-ghazla tieghU tigi rivelata f’din il-preferenza siekta moghtija lill-battala.

2. Cahda mis-sesswalita` b’rieda tal-persuna. Minbarra din it-tendenza ta’ hsieb principali, hemm grajjiet ‘l hawn u ‘l hemm ta’ cahda personali mis-sesswalita`. Fuq l-amar tal-Mulej, Geremija ma kellux jizzewweg (Ger 16, 2); izda dan huwa biss att simboliku biex jigi dikjarat li l-kastig ta’ Israel kien jinsab hafna fil-qrib, li fih kellhom jigu imbiccra sew in-nisa sew it-tfal (16, 3-5, 10-13). L-Esseni jghixu din ic-cahda izda jidher li qabelxejn l-iktar li kien jimpurthom kienet is-safa li trid il-ligi.

Ezempji ohra ghandhom tifsira iktar religjuza: Guditta, li ghax riedet baqghet armla u ghaddiet hajja ta’ penitenza (Gdt 8, 4-6; 16, 22), jixirqilha tkun, bhalma darba kienet Debora (Mh 5, 7), omm il-poplu taghha (Gdt 16, 4.11.17). Il-mod ta’ hajja li ghexet ihejji biex ikun hemm dak ic-certu rispett ghall-hajja tar-romol u ta’ verginita` kif insibuha fit-TG fejn Anna ma tkunx trid terga’ tizzewweg biex hija tkun eqreb tal-Mulej (Lq 2, 37); u Gwanni l-Battista jhejji ghall-migja tal-Messija billi jghix hajja axxetika u jazzarda jsejjah lilu nnifsu "l-habib ta’ l-gharus" (Gw 3, 29).

3. L-gherusiji bejn All u l-poplu tieghu. Il-prekursur hekk jintwera bhala l-werriet tat-tradizzjoni profetika tal-gherusija bejn il-Mulej u l-poplu tieghU, li fir-realta` kienet thejjija ghall-verginita` nisranija. Iktar minn darba, il-profeti jaghtu l-isem ta’ vergni lil gens mirbuh (Is 23, 12; 47,1; Ger 46, 11), u lil Israel b’mod partikolari (Gham 5, 2; Is 37, 23; Ger 14, 17; Lam 1, 15; 2, 13);dan jaghmluh biex inewhu t-telfien tas-shuhija territorjali tieghu. Bl-istess mod, izda, meta Israel jikser il-patt Geremija jsejjah lill-gens "ix-xbejba ta’ Israel" (Ger 18, 13) b’tifkira ta’ dak li kellha tkun il-fedelta` ta’ dak il-gens. L-istess titolu nergghu nsibuh fil-kuntest tar-ristawr meta l-Mulej u l-poplu tieghU ghad igeddu r-rabtiet ta’ ta’ mhabba u fedelta` (Ger 31, 4.21). Ghal Isaija (62, 5) iz-zwieg bejn zaghzugh u vergni huwa simbolu shih taz-zwieg Messjaniku bejn il-Mulej u Israel. Permezz ta’ pretensjonijiet eskluzivi, Alla kien qed ihejji lill-fidili tieghU biex izommu mhux mittiefsa l-imhabba kollha taghhom ghaliH.

TG

Minn zmien Kristu, il-vergni Israel tissejjah il-Knisja. Dawk il-fidili li jixtiequ jibqghu vergni jippartecipaw fil-verginita` tal-Knisja. Il-verginita` hija realta` essenzjalment eskatologika u tasssumi t-tifsira shiha taghha biss fit-twettieq ahhari taz-zwieg Messjaniku.

1. Il-Knisja vergni, gharusa ta’ Kristu. Bhal fit-TQ, it-tema tal-verginita`, b’mod paradoss ghall-ahhar, imur lura ghall-idea ta’ l-gherusija; ghax il-ghaqda ta’ Kristu mal-Knisja hija ghaqda verginali ghalkemm din ghandha z-zwieg bhala s-simbolu taghha. "Kristu habb il-Knisja u ta hajtu ghaliha" (Efes 5, 25). Il-Knisja ta’ Korintu kienet mgharrsa ma’ Kristu u ghalhekk Pawlu jixtieq jipprezentahielU bhal xebba safja u bla ebda tebgha (2 Kor 11, 2; ara Efes 5, 27). Hekk kif l-appostlu jhoss l-ghira ta’ Alla nnifsU ghaliha (2 Kor 11, 2), huwa jrid li ma jkun hemm ebda ticpisa fuq il-perfezzjoni tal-fidi taghha.

2. Il-verginita` ta’ Marija. Il-verginita` tal-Knisja tibda timmaterjalizza fil-waqt ta’ l-ghaqda bejn iz-zewg pattijiet, jigifieri f’Marija, bint Sijon. Omm Gesu` hija l-unika mara fit-TG li jinghatalha l-isem ta’ vergni, prattikament bhal titolu (Lq 1, 27; ara Mt 1, 23). B"xewqa li zzomm il-verginita` taghha mhux mittiefsa (ara Lq 1, 34), hija ghaddet ruhha ma’ dawk in-nisa li jibqghu bla ulied. Izda dik li darba kienet ghaliha umiljazzjoni issa kellha ssirilha barka (Lq 1, 48). Qabel il-migja ta’ l-anglu, Marija xtaqet li tinghata kollha kemm hi lil Alla. Bil-fiat taghha fit-thabbira (1, 38) hija twieghed lilha nnifisha ghal kollox u fis-shuhija kollha taghha lil Bin Alla. Il-verginita`, hekk kif ghal zmien twil imhejjija fit-TQ, issa titwettaq fil-verginita` tal-mara li ssir omm Alla. Hekk ukoll hija x-xewqa ghall-ulied u t-talba ta’ nisa battala fit-TQ mwiegba minn Alla.

3. Il-verginita` ta’ l-insara. F’li baqghu vergni, bhalma ghamlu Gwanni l-Battista u Marija, kien Gesu` li rrivela t-tifsira vera u x-xorta sopranaturali ta’ dik il-verginita`. Il-verginita` mhi ebda precett (1 Kor 7, 25) izda sejha personali gejja minn Alla, karizma (7, 7). "Hemm ewnuki li jitwieldu hekk minn guf ommhom, ohrajn li jaghmlulhom hekk in-nies, u hemm ohrajn li jsiru hekk minn rajhom minhabba s-Saltna tas-Smewwiet" (Mt 19, 12). Hija biss is-saltna tas-smewwiet li tiggustifika l-verginita` nisranija, u lil dawk biss li lilhom jinghata, jifhmu dawn il-kliem ((19, 11).

Ghal Pawlu, il-verginita` tizboq iz-zwieg ghaliex hija rabta mhux maqtugha mal-Mulej (1 Kor 7, 32-35). Filwaqt li ragel mizzewweg hu bniedem maqsum, dawk li huma vergni ghandhom qlub mhux maqsuma, huma ghalkollox dedikati lil Kristu, ghandhom mohhom il-hin kollu fuq l-opri tal-Mulej, u ma jittollerawx tixrid il-mohh minn dan il-hsieb persistenti.

Il-frazi li juza Kristu f’Mt 19, 12 ("minhabba s-Saltna tas-Smewwiet") taghti lill-verginita` d-dimensjoni eskatologika vera taghha. Pawlu jqis il-verginita` haga sewwa "minhabba t-tahbit ta’ llum" (1 Kor 7, 26) u minhabba f’li z-zmien qsar (7, 29). L-istat taz-zwieg huwa essenzjalment marbut maz-zmien ta’ issa, izda s-sura ta’ din id-dinja ghad tghaddi (7, 31). Dawk li huma vergni huma maqtughin minn din id-dinja. Bhal fil-parabbola (Mt 25, 1.6), huma jistennew lill-gharus u lis-saltna tas-smewwiet. Bhala turija dejjiema tal-verginita` tal-Knisja, hazjjet dawn il-vergni huma xhieda wkoll li l-insara mhumiex nies ta’ din id-dinja. Il-verginita` hija "sinjal" permanenti tat-tensjoni eskatologika permanenti tal-Knisja, harsa bil-quddiem lejn il-qawmien meta dawk li jisthoqqilhom li jiehdu sehem fid-dinja tal-gejjieni se jkunu bhall-angli u wlied Alla (Lq 20, 34-36p).

L-istat tal-verginita`, ghaldaqshekk, huwa indikazzjoni ta’ dak li sewsew hija l-Knisja. Bhall-vergni ghaqlija, l-insara jmorru jiltaqghu ma’ Kristu, l-gharus taghhom, biex jiehdu sehem mieghU fil-festa tat-tieg (Mt 25, 1-13). Fil-Gerusalemm smewwija, il-maghzulin kollha jissejhu vergni (Apk 14, 4) minhabba fic-cahda taghhom milli jaghtu ruhhom ghall-prostituzzjoni ta’ l-idolatrija u minhabba fil-fatt wisq iktar baziku li issa inghataw ghalkollox lil Kristu. B’manswetudni li issa tinsab shiha, kull fejn jimxi l-Haruf "huwa jmur quddiemhom u n-naghag jimxu warajh"(ara Gw 10, 4.27). Minn issa ‘l quddiem posthom qieghed fil-belt tas-sema u huma "l-Gharusa, mart il-Haruf" (Apk 21, 9; 19, 7.9).

XITAN

SATANA

Bl-isem Xitan (Ebrajk satan, ghadu, avversarju) jew demonju (Grieg diabolos, xellej), li huma ismijiet li nsibuhom kwazi ghal drabi ndaqs fit-Testment il-Gdid, il-Bibbja ssemmilna esseri personali li hu nnifsu ma jidhirx, imma li l-azzjoni jew l-influwenza tieghu turi ruhha xi mindaqqiet fl-attivita` ta` esseri ohra (demonji jew spirti mniggsa) u xi drabi f’tentazzjonijiet. Fuq din il-haga, iktar minn hekk, b’kuntrast ghall-Gudajizmu li jigi aktar tard u ghall-maggoranza ta` letteratura tal-Lvant Nofsani antik, il-Bibbja tillimita ruhha li tinformana li jezisti dan il-personagg u bil-qerq tieghu, u taghtina mezzi biex nissahhu kontrihom.

I. L-AVVERSARJU TAL-PJAN TA’ ALLA

GHALL-UMANITA`

1. It-TQ isemmi lil Satana b’mod rari hafna u mbaghad f’ghamla li, filwaqt li jzomm shih it-traxxendenza ta` Alla wiehed, jevita b’attenzjoni kbira dak kollu li jista jwassal lil Israel ghal dualizmu li seta jaqa` ghalih facilment hafna. Aktar minn avversarju fil-veru sens tal-kelma, Satana jidher bhala wiehed mill-angli ta` madwar Jahweh, li jwettqu fit-tribunal tas-sema funzjoni parallela ma` dik ta` prosekutur pubbliku, fdat bl-inkarigu li jassigura li jkun hemm rispett fuq l-art ghall-gustizzja u l-ligijiet ta` Alla. Madankollu, taht din ix-xbieha ta` pretensjoni ta` servizz lil Alla diga` hemm dixxernibbli f’Gob 1-3 volonta` ostili, jekk mhux ghal Alla nnifsU, ghall-inqas ghall-bniedem u ghall-gustizzja tieghU. Huwa ma jemminx f’imhabba bla ebda interess (Gob 1, 9). izda minghajr ma jkun "tentatur" huwa jistenna lil Gob jaqa` ghalih; u fil-qiegh ta` qalbu huwa jistieq li jigri dan u nahsbu li x-xitan qisu se jifrah hafna meta jaqa` Gob. F’Zak 3, 1-5, ix-xellej jibdel lilu nnifsu f’ghadu tassew tal-pjanijiet ta` mhabba ta` Alla ta’ Israel. Sabiex Israel ikun jista` jigi salvat, l-anglu ta` Jahweh ghandu l-ewwel jimponi silenzju fuqu fl-isem tassew ta` Alla: "Ha jrazznek il-Mulej" (Guda v 9).

2. Izda min jaqra l-Bibbja jaf li kien hemm esseri misterjuz li kellu rwol importanti sa mill-bidu ta` l-umanita`. Il-Genesi jsemmi biss is-serp. Ghalkemm holqien tal-Mulej bhall-annimali l-ohra kollha (Gen 3, 1) is-serp jidher li ghandu gharfien u hzunija li jisbqu dawk tal-bniedem. Fuq kollox, minn meta huwa jidhol fix-xena, huwa jinsab prezenti bhala l-ghadu tal-bniedem. Ghajjur ghall-ferh li ghandu l-bniedem (ara Gherf 2, 24), huwa jasal fejn irid billi juza dawk l-armi li ilu u jibqa` juza ghal dejjem, ghax hu jilhaqlu u qarrieq: "l-aktar wiehed li jilhaqlu fost l-annimali selvaggi kollha" (Gen 3, 1), " il-qarrieq" (Gen 3, 13; Rum 7, 11; Apk 12, 9; 20, 8-10), "qattiel sa mill-bidu, u qatt ma zamm mal-verita`" (Gw 8, 44). Ktieb il-Gherf jaghti lil dan is-serp ismu tassew: huwa x-xitan (Gherf 2, 4).

II. L-GHADU TA` KRISTU

Sa minn din l-ewwel grajja tal-istorja tal bniedem , naraw li l-bniedem, ghalkemm qisu mirbuh mix-xitan, b’danakollu jittama li ghad jasal jum li fih se jirbah fuq l-avversarju tieghu. Ir-rebha tal-bniedem fuq ix-xitan hija fil-fatt it-tmiem tal-missjoni ta` Kristu li gie "biex b’mewtu jeqred is-setgha ta` dak li kellu l-mewt f’idejh, jigifieri x-xitan" (Lhud 2, 14); "biex ihott kull ma ghamel ix-xitan" (1 Gw 3, 8). Fi kliem iehor, biex iqieghed is-saltna ta` MissierU minflok dik ta` Satana (1 Kor 15, 24-28; Kol 1, 13w). Hekk il-Vangeli jipprezentaw il-hajja pubblika ta` Gesu` bhala taqbida kontra x-Xitan. Il-glieda tibda bit-tentazzjonijiet fid-dezert, meta ghall-ewwel darba minn dakinhar tax-xena tal-Genna ta` l-art, bniedem li jirrapprezenta lill-umanita` kollha, "bin Adam" (Lq 3, 38) isib ruhu wicc imb’wicc max-xitan. It-taqbida tihrax meta Gesu` jehles lin-nies mahkuma mll-ispirti hziena, prova din li s-saltna ta` Alla waslet (Mk 3, 22-24), u li s-saltna tax-xitan intemmet (ara Lq 10, 17-20). Il-glieda tidher ukoll fil-fejqan ta` nies li jkunu morda (ara Atti 10, 38). It-taqbida tkompli titwettaq b’mod aktar fin meta Kristu jigi quddiem dawk il-Lhud li ma jridux jemmnu fiH, dawk li ghandhom b’missierhom ix-xitan (Gw 8, 44; ara Mt 13, 28), "nisel il-lifghat" (Mt 3, 7-9; 12, 34; 23,23). It-taqbida tilhaq il-qofol taghha fis-siegha tal-passjoni ta` Gesu`. San Luqa jghaqqad il-passjoni mat-tentazzjoni (Lq 4, 13; 22, 53), u Gwanni jemfasizza r-rwol ta` Satana f’dik il-passjoni (Gw 13,2.27; 14, 30; ara Lq 22, 3.31) sabiex mbaghad jipproklama l-ahhar telfa tax-xitan. Jidher li qiesu Satana li qed jirbah; izda fis-sew ix-xitan m’ghandu ebda qawwa fuq Kristu, kollox isir ghax hemm l-imhabba u l-ubbidjenza ta` l-Iben (Gw 14, 30; ara fidwa). Sewwasew fil-mument meta x-xitan jahseb li se johrog rebbieh, il-princep ta` din id-dinja jitkecca (Gw 12, 31; ara 16, 11; Apk 12, 9-13). Is-Saltna tad-dinja li darba kellu l-wicc joffri lil Kristu (Lq 4, 6) minn issa ‘l quddiem se tkun ta` Kristu mejjet u glorifikat.

III. L-GHADU TA` L-INSARA

Jekk il-qawmien mill-imwiet ta’ Gesu` ifisser ir-rebha fuq Satana, it-taqbida se tintemm biss skond ma jghid Pawlu, bl-ahhar att tal-istorja tas-salvazzjoni fil-jum tal-Mulej, meta Kristu jerhi s-saltna f’idejn Alla l-Missier, wara li jkun qered kull hakma u kull setgha u kull qawwa. Mbaghad jinqered l-ahhar ghadu, il-Mewt, u wara li l-Iben stess jitqieghed taht Alla li jkun qeghidlu kollox tahtu, Alla jkun kollox f’kollox (1 Kor 15, 24-28).

Bhal Kristu, l-insara jkollhom ihabbtu wicchom ma` dan l-ghadu li hu x-xitan. Huwa hu li jfixkel lil Pawlu milli jmur Tessalonika (1 Tes 2, 18), u x-xewka mqeghda f’gismu li hi tfixkil u ostaklu ghall-appostolat tieghu, hija messagier tax-xitan (2 Kor 12, 7-10). Il-Vangelu diga` kien identifika lil Satana ma` l-ghadu li zara` s-sikrana qalb il-qamh fil-ghalqa ta` sid id-dar (Mt 13, 39), jew ukoll dak li jisraq iz-zerriegha tal-Kelma t’Alla minn qalb dawk li jrid itellifhom "li ma jbiddlux hajjithom u jaqilghu l-mahfra" (Mk 4, 12p). Min-naha tieghu Pietru jipprezenta lil Satana "qisu ljun jghajjat, idur u jfittex ‘il min se jibla`" (1 Pt 5, 8). Bhal fil-Genna tal-Art, ix-xoghol tieghu hu dak ta` tentatur li jipprova jwassal lill-bnedmin ghad-dnub (1 Tes 3, 5; 1 Kor 7, 5) u b’hekk jopponihom kontra Alla nnifsU. Iktar minn hekk, wara dik il-qawwa personifikata li Pawlu jsejjah dnub, huwa mdorri jara l-azzjoni tax-xitan, missier id-dnub (qabbel Rum 5, 12 u Gherf 2, 24; Rum 7, 7u Gen 3, 13). Fl-ahhrnett, jekk inhu veru li l-Antikrist diga` qieghed jahdem hawn f’din id-dinja, hija s-setgha ta` Satana li qeghda tahbi lilha nnifisha taht l-ghemil tal-hazen tieghu (2 Tes 2, 7-9).

Ghalhekk in-nisrani - u din hi t-tragedja tad-destin tieghu - irid jaghzel bejn Alla u x-Xitan, bejn Kristu u Beljar (2 Kor 6, 14), bejn il-hazin u l-veru (1 Gw 5, 18w). Fl-ahhar jum, in-nisrani se jkun ghal dejjem jew ma` wiehed jew ma` l-iehor.

Ghalkemm ix-xitan iqarraq bi hzunitu, bin-nases u bil-manuvri tieghu (2 Kor 2, 11; Efes 6, 11; 1 Tim 3, 7; 6, 9.......), huwa jhobb jidher ukoll bhala anglu tad-dawl (2 Kor 11, 14), Satana, b’danakollu, jibqa` ghadu mirbuh. Maghqud ma` Kristu bil-fidi (Efes 6, 10), u bit-talb (Mt 6, 13; 26, 41p) - filwaqt li t-talba ta` Kristu se tirfed lil dik tieghu (Lq 22, 32; ara Rum 8, 34; Lhud 7, 25) - in-nisrani jinsab cert li se jirbah : ghax se jintrebah biss mix-xitan min ma jieqaflux (Gak 4, 7; Efes 4, 27).

Fi tmiem ir-rivelazzjoni, l-Apokalissi joffri, l-iktar mill-Kapitlu 12 ‘il quddiem, speci ta` sintesi tat-taghlim bibliku dwar dwar dan l-avversarju li l-bniedem irid jiggieled kontrih sa mill-bidu (Apk 12, 9) sa tmiem l-istorja tas-salvazzjoni. Kif jinsab bla sahha quddiem il-Mara u l-Iben li wildet (12, 5w), id-Dragun "mar biex jaghmel gwerra mal-bqija ta` nisilha" (12, 17). Izda dik li tidher qiesha rebha ghall-Antikrist li jkun kiseb bil-qerq tieghu (13-17), din se tintemm bir-rebha definittiva tal-Haruf u tal-Knisja, l-Gharusa tal-Haruf (18-22). Flimkien mal-bhima u l-profeta qarrieq, mal-mewt u Post il-Mejtin, ma` dawk il-bnedmin kollha li jkunu waqghu ghall-ingann tieghu, Satana se jinxehet "fil-belliegha tan-nar" u "din l-ghadira tan-nar hija t-tieni mewt" (Apk 20, 10.14w).