L-GHA
ŻLAF’sema ċar fuq baћar Tirren kaћlani, il-ġewnaћ lemini miel ћafif lejn l-art hekk kif l-ajruplan beda jdur ћelu ћelu dejjem inaqqas fil-gћoli sakemm imiss l-art fil-mitjar ta’ Ruma. Hsibijiet Robert ġà kienu ’l bogћod minn Malta, minn Brigida li ћalla gћal ftit żmien warajh, mit-triq tas-suċċess li missieru kien ћejja gћalih fil-qorti.
Mo
ћћu issa kien kif se jasal l-istazzjon termini u minn hemm jaqbad tren li jieћdu Lucca, biex l-gћada jsib ruћu fiċ-Ċertosa ta’ Farneta. Kien kiteb ’l dawk l-irћieb fl-eqqel tal-kriżi tiegћu fl-università, u wara korrispondenza ta’ madwar sena stiednuh jagћmlilhom żjara, hekk, mingћajr ebda rbit.Kmieni filg
ћodu xarabank ċirkolari wasslietu qrib sew taċ-ċertosa, ћdejn salib kbir fuq pedestall tal-konkrit li kien juri li minn hemm ’il quddiem kien qed jirfes fuq art sagra. Robert beda jterraq qalb il-masġar niedi f’mixja qasira li kellha twasslu sal-kanċell tqil iżaqżaq li daћћlu f’wesgћa kbira siekta. L-aћћar ftit duћћan mill-fuklari ta’ dawk id-djar-ċellel kien gћadu tiela ’l fuq ћafif f’talba bla waqfien lil Min qed imexxi l-istorja.Ftit stennija fir-riċevitorju, mbag
ћad Robert jisma’ passi tqal u goffi resqin lejh msieћba biċ-ċenċil ta’ mazz ċwievet u mfietaћ marbutin flimkien f’gћanqud wieћed. Kien Patri Eusebio, il-gwida tiegћu fl-ibћra mqallba ta’ din l-aћћar sena. Il-ћsejjes goffi li kien sema’ kienu kollha illużjoni. Eusebio kien ir-raћeb ћlejju li Robert dejjem ġab quddiem gћajnejh minn kitbietu. Il-guffaġni kienet biss l-gћelm ta’ galoxxi kbar iżżejjed li l-irћieb kienu jilbsu biex jeћilsu xi ftit mis-sirda ta’ terren umdu, u libsa tqila bajda ta’ materjal qawwi b’kapoċċ wiesgћa ta’ gћamla ћoxna ftit jew wisq triangolari.Hekk kif Eusebio tefa’ lura l-kapoċċ, huwa kixef xbieha ta’ g
ћelubija li warajha kien hemm wiċċ imbissem b’gћajnejn żoroq u xeћta ta’ dija ћierġa minnu. Dan kien l-ewwel frott li Robert seta’ jara ta’ dak li taf tagћmel dieta veġetarjana u forsi wkoll, kif deherlu, xi ftit tal-qrubija ma’ Alla.Robert u Eusebio malajr issiġillaw ir-rabta ta’ bejnithom. Robert kellu joqg
ћod f’dar gћalih waћdu - "m’gћandekx gћax tinkwieta, illum-il ġurnata aktar gћandna ċellel vojta milli mimlija" - flimkien ma’ l-irћieb u n-novizzi l-oћra, bil-bieb tad-dar tiegћu jagћti gћall-kjostru. Dan kien idawwar roqgћa sabiћa mћaddra mizgћuda bi slaleb lixxi ta’ l-injam, kull wieћed b’isem miktub fuqu. Taћtu, bla kaxxa jew kefen iżda mћażżem bil-libsa li ġarr ћajtu kollha, kien hemm il-fdal ta’ ġisem ir-raћeb, jew monaku, li gћex is-sejћa tiegћu li jkun waћdu (monos) ma’ Alla."Hawnhekk g
ћandek it-tieqa mnejn jibdew iћallulek l-ikel ta’ kuljum", fisser Eusebio. "Int tieћdu minn ġewwa u jservik gћal nofsinhar u filgћaxija. F’din l-ewwel kmajra gћandek tron ta’ l-injam b’inġinokkjatur quddiemu u xbieha tal-Verġni. Hawn tgћid l-uffizzju divin tiegћek meta ma tkunx qed tgћidu flimkien mal-komunità fil-knisja. Gћandek dal-ktejjeb li jgћidlek kollox, meta tqum, toqgћod jew tbaxxi rasek. Bilћaqq, importanti li żżomm il-ћinijiet skond ma tisma’ l-qampiena tal-knisja ddoqq. Din t’hawn ġew hi kamra ikbar: hawn inti tgћix, tiekol, tistudja, torqod... hemmhekk, maqtugћ gћalih, fejn tinqeda... u hawn, importanti hafna, il-ġnien: jgћinek ћafna, gћall-eżerċizzju, u biex tkabbar xi ћaxix li żżid ma’ l-ikel tiegћek. Hawn fuq, il-karpenterija: jew taћdem l-injam jew tqattgћu biċċiet gћall-fuklar isfel. Insomma, nahsbulek gћall-ġurnata kollha, xi tgћid?"Robert kien jaf minn qabel g
ћal x’hiex dieћel, ukoll jekk gћal gimgћa waћda biss. Ma xtaqx jaћli żmien: kellu biċċa xogћol sew biex jerġa’ jiġbor lilu nnifsu. Imma l-ewwel kellu jsib lilu nnifsu. Fejn kien? Mbagћad, ’il fejn kellu jmur? Waћdu ma setax jasal. Alla biss seta’ jwasslu, u l-mibgћut tiegћu Eusebio.Meta sab ruhu wa
ћdu fil-kamra, beda jippassiġġa u jdur mal-fuklar f’nofsha. Fuq ћajt minnhom kien hemm inkwadru mdendel, l-uniku wieћed, bla ebda figura jew lewn, imma b’tipi grassi kapitali kellu stampati żewġ kelmiet meqjusa. SOLO DIO. Xejn aktar, gћax il-bqija kollu frugћa. Alla biss, Alla wahdu, Alla kif muri f’Gesù Kristu li daћal fir-rieda tal-Missier. "Altrimenti vanità" kien jgћidlu Eusebio.Imma allura anki Brigida frug
ћa tal-frugћat, Robert kien jistaqsi bejnu u bejn ruhu miexi qajla qajl fil-ġardina. Veru li kien gidbilha, l-ewwel darba kemm ilu jafha, meta qalielha li kien sejjer l-Italja mal-bella kumpanija jara l-Juventus-Milan (kien jaf li ma setgћatx titla’ l-ajruport dak il-hin gћax kellha l-finals tal-Mediċina). U ż-żwieġ nisrani, dan m’gћandux il-valur qaddis tiegћu wkoll kif kienu jgћidulhom fil-grupp tal-kappella ta’ l-università?Veru li kien g
ћamel żmien waћdu fil-familja, sakemm kellu seba’ snin, qabel ma ommu reggћet infetћet gћall-ћajja u kellha t-tieni wild. Dan tah impronta ta’ solitudni qawwija, u dik l-intimità u affett li ommu tant urietu f’dawk l-ewwel snin ta’ hajtu baqa’ jћosshom sew sakemm, kif beda jifhimha, ohtu "serqithomlu". Haga tajba li hawnhekk issib il-Verġni Marija fil-kmajra ta’ barra, li kull darba li tidћol id-dar trid tinxteћet gћarkobbtejk quddiemha u sselmilha...Daqqet il-qampiena tal-knisja: kienu l-
ћdax u nofs ta’ billejl. Robert qam, tћazzem malajr, u qagћad jistenna fil-kmajra ta’ wara l-bieb ta’ barra. Sema’ l-passi rozzi tal-galoxxi ġejjin, wieћed wara l-ieћor, żgur iktar minn par wieћed, imma ћoss wieћed, ilkoll flimkien. Sema’ taћbita, fetaћ, ћareġ fil-kjostru, u ћa l-post li jmiss f’serbut li kien beda miexi mid-dar l-iktar imbegћda. Ta’ quddiem nett ћabbat fuq id-dar li jmiss, u hekk baqgћu sejrin, dejjem mexjin u bla waqfien, sa ma waslu l-knisja gћall-Matutin u l-Lawdi.Kulmeta jid
ћol xi patri jew fratell fil-knisja gћall-uffizzju divin, kien jiġbed il-ћabel twil imdendel f’nofs il-korsija u jdoqq tokk. Illum sbiћ it-Tnejn, kien imiss it-tifkira tal-mejtin. F’kor mudlam b’lampi jnemnmu fuq kotba mdaqqsin u maestużi mimlijin ittri kbar u noti mużikali miktubin bl-idejn fuq karta ћoxna li diemet is-sekli, iċ-Ċertosini u Robert magћhom inġabru tlieta tlieta jitolbu s-salmi min-naћa gћall-oћra b’kant gregorjan.Fis-sag
ћtejn kien lura d-dar fuq l-inġinokkjatur jibki u jolfoq, ћosbien. Beda l-Prima De Beata, kif mill-bqija kellu jagћmel. Imma l-ћsibijiet li bdew ġejjin kienu joћonquh. Min jaf x’inhu jiġri Malta bћalissa? Bilћaqq, gћada festa, mela qiesu s-Sibt gћaz-żgћażagћ. Insomma, mhux hekk biss il-ћajja: hemm dik l-omm li qegћda tredda’ ’l binha fuq is-sodda qrib żewġћa. Min jaf Brigida... u missieri, mhux hlief joћlom kif jifrixli t-twapet ћomor fil-qorti. Gћandi xorti, jgћid hu, imma li qed nara jgћidli mod ieћor: m’jienix tajjeb gћal dik il-ћajja ta’ gћaġġla u ћtif... Mulej, aћfirli, kemm jien ingrat... Gloria Patri... Assumpta est...Waqt l-ikel tal-Hadd, u r-rikreazzjoni
ћafifa li tmur miegћu, Robert kien digà ntebaћ xi jfisser il-ferh nisrani u x’inhi l-hena ta’ nies b’sentimenti qaddisa meta dawn ikunu flimkien. Ma kien hemm ebda sofistikazzjoni, iżda biss xi kumment li jnissel tbissima mqieta, u dan kollu f’ambjent ta’ passiġġata madwar dawk is-slaleb lixxi ta’ l-injam fil-mergћa ta’ ġol-kjostru. Kienu qishom ix-xirka tal-qaddisin, ta’ l-imgћoddi, ta’ issa u, min jaf, forsi ta’ li ġej. Eusebio kellu tama kbira.G
ћalhekk meta t-Tnejn wara l-ikel l-irћieb kollha kienu ћerġin gћal dawra zgћira ma’ l-imsaġar fil-qrib biex jiġbru z-zahar li minnu jagћmlu t-taћlita ta’ xorb li huma magћrufin gћalih, Eusebio ġibed lil Robert fil-ġenb, gћax l-gћada kellu jitlaq kmieni mas-sebћ, u qallu: "Jogћgbok tkun vittma siekta gћad-dinja li qed tbati?"Robert qata’ fjura miftu
ћa, il-ġmiel tagћha, li setgћet tibqa’ tgћix u tidbiel. "Din se nhalliha quddiem il-Vergni d-dar. Tornerò."L-g
ћada Robert talab ћafna matul il-vjaġġ. Issa kellu jgћid il-verità kollha u jћabbat wiċċu ma’ Brigida u l-familja tiegћu. L-ajruplan tbaxxa sew fuq il-mitjar ta’ Malta sakemm ir-roti missew l-art. Robert ћa nifs qawwi ’l gewwa, ћares lejn stampa tal-Verġni li kellu mal-passaport, u lissen "Tornerò... subito."