LUDHER

SINOPSI

Ta’ kull nhar ta' Ħadd wara nofsinhar, Ġanni jlaqqa’ l-familja tiegћu bl-gћarajjes tagћhom ġewwa daru biex jirreċtaw flimkien id-dramm li ilu jorqom fih żmien twil fuq l-eroj tiegћu, Luteru. Id-dar miegћu joqgћod ibnu Martin, gћarus lil Katrin, li jkomplu ftit miegћu qabel ma jmorru lejn Paceville. Jasal ћuh Leo u l-gћarusa tiegћu Teresita, filwaqt li l-kamriera Ersilia tibqa’ l-ћin kollu ġejja w sejra ddur b'kulћadd u tidher li qed tagћmel dak li Ġanni jamarha tagћmel ma’ ommu, Gerit.

Mżewqin ma’ biċċiet mid-dramm poetiku li jsir fuq il-palkett, fl-Ewwel Att jiżviluppaw diversi djalogi bejn Ġanni, Leo u Teresita li lkoll jgћidu l-istejjer imgћoddija tagћhom. Madankollu jidher ċar li kull wieћed minnhom gћandu l-komma mburġata bi ġrajjiet li gћad iridu joћorġu. L-Att itemm meta Martin iċempel li jkunu ћabtu bil-karozza.

Waqt li Ġanni jkun mar biex jara x’ġara u ћa flixkun whisky miegћu gћax-xokk, Ersilia tikkonferma fi djalogu ma' Teresita li mhux kulћadd luċidu daqs kemm jidher f'dik id-dar. Jaslu lura Ġanni u Katrin. Leo ikun ġej u sejjer Strada Rjali jara l-marċ gћall-festa ta' San Pawl li bil-ћsejjes tagћha tibqa’ tidwi tul id-dramm kollu. Ġanni, li kien jaf lil Teresita sa minn żmien l-Università, jiffaċċaha b'dak li kienet qed tehwden bih Katrin fil-karozza lura d-dar u hekk toћroġ il-veritа dwar il-qrubija tagћhom. Martin jasal lura, isir jaf b’kollox, u kulћadd kuntent li sar jaf biċċa veritа li mingћalih li hi l-veritа kollha.

Fit-Tielet Att Leo juri ċar li jinsab imxabba’ bil-ġenn ta’ ћuh, u jiddeċiedi li jemigra waћdu lejn il-Kanada. Allura Teresita ma gћandhiex aktar x’toqgћod tagћmel hemm, wisq anqas Katrin meta f'waqt ta’ kriżi u pressjoni jingћad min hi Gerit li hemm fil-kamra ta’ fuq. Meta jitilqu u jibda jiżżarma l-palkett, Martin, fi tmiem ġurnata li qatt ma ra bћala, jagћti sinjal ċar li l-ġenn tal-missier ikun intiret mill-iben.

HomeDrammRadioplay