miklem
Taqsiriet A B Ċ D E F Ġ G H Ħ I J K L M N Għ O P Q R S T U V W X Ż ZEbr. Ebrajk
femm. femminil
Frċż. Franċiż
Ġerm.
ĠermaniżGrg. Grieg
GBF G. B. Falzon
Ingl. Ingliż
Kald. Kaldajk
Lat. Latin
m. metri
mask. maskil
Med. Medjevali
Mlt. Malti
neo. neoloġiżmu, kelma ġdida
Gћ. Gћarbi
pl. plural
part. partiċipju
pop. popolazzjoni
prep. prepożizzjoni
prov. proverbju
sin. sinonima, tifsira simili
Sir. Sirjak
Skr. Sanskrit
sng. singular
Sq. Sqalli
Tal. Taljan
VB V. Busuttil
FUQ ÝA, AB prep. Lat. li tfisser minn (distanza jew żmien); min-naћa ta’, daparti; minћabba; b’risq; qrib, ћdejn; kuntrarju għal; timmarka r-relazzjoni bejn qaddej u sid, bћal servus a pedibus, min iservi ћdejn saqajn ћaddieћor, jew kelma oћra gћal seftur. AD prep. Lat. li tfisser lejn, skond. A ukoll prep. Sq. Tal. li tintuża bћala prefiss gћal kliem ta’ oriġni Lat. li jkollhom a, ab jew ad bћala prefiss. Mlt. wkoll gћandna kliem bl-istess prefiss, bhal ‘abbasta’, Sq. abbastari, Lat. ab + stare, toqgћod fi stat, kwiet; ‘abbattut’, Lat. ab + batere, imsawwat, depress; ‘abbelliment’, Lat. ad + bellus, imsebbaћ; ‘abbinat’ Lat. ad + binus, mgћaqqad ma’ xi ћaġ’oћra, flimkien tnejn tnejn.
ABAKU, Lat. abacus, Grg. abax. Strument fl-gћamla ta’ qafas b’fili paralleli tal-fildiferru li fuqhom isiru kalkoli aritmetiċi permezz ta’ żibeġ mtaqqba li jiżżerżqu fuqhom lejn naћa u oћra. Qisu electronic calculator ta’ llum, iżda bilwisq inqas sofistikat, gћalkemm tista’ tikseb riżultati tajbin jekk biss tkun taf tgћaqqad il-matematika mentali mal-valuri li tati skond il-pożizzjoni ta’ kull żibġa u fil. ‘Abaku elettroniku’, neo. gћal calculator.
ABBA, kif insibuha fil-Vanġeli, gћandha l-oriġni tagћha fis-Sir. u Kald., missier, papа. ABBA, JABBI, mod kif it-tfal jgћidu tbus, l-aktar tbewwes bil-ћoss. ABATIA, abazija, kunvent tas-sorijiet monakali, izda li fil-Mlt. ћa s-sens ta’ dar fejn jinżammu t-tfal mis-sorijiet. ABAZIA, il-post fejn jgћixu l-patrijiet monakali; benefiċċju tal-knisja marbut mal-grad u l-privileġġi ta’ abbati. Lat.Med. abbatia abatija (ta’ l-irћib jew tat-tfal), abazija. ABBATI, il-kap jew superjur raġel ta’ abazija, student gћall-ordni sagri, ekklesjastiċi jew kjerikali. Lat.Med. abbas, abbatis abbati; abbatiae praefectus mexxej ta’ abazija; Mlt. juża wkoll ‘abbati’ gћal tifel, jew tifla, li jgћinu fil-knisja. ABATISSA, BADESSA, is-soru li tmexxi f’abatia; Lat.Med. abbatissa abadissa, abbatissa, badessa. ‘Badissa’ tintuża wkoll gћal mara fuq tagћha li tћobb tamar.
ABBET, TA’ jew TA’ HABET, persuna li tkun tat-tajjeb, gћax gћandha, Lat. habet, il-ġid; minn hab-eo, jien gћandi, hab-et, hija gћandha. ABBLI, minn (h)ab-ilis, min hu kapaċi, dak li jista’ jiġi possedut b’faċilità; u abbiltà minn (h)abilitas, kapaċità. Flok ‘abbli’ gћal bniedem jew oġġett, tintuża wkoll ‘kapaċi’ bhal, dak ir-ragel mhux kapaċi.
ABBOZZ, skizz, tifsila, l-ewwel mudell, bћal meta tgћid Abbozz ta’ Liġi. Dan jiġi pubblikat wara l-Ewwel Qari tiegћu fil-Kamra tad-Deputati, jiġi diskuss b’mod ġeneriku fit-Tieni Qari, diskuss u emendat klawsola, klawsola fl-istadju ta’ Kumitat, u mbagћad finalment mgћoddi mill-Kamra fit-Tielet Qari. Hu biss wara l-firma tal-President u l-promulgazzjoni bil-pubblikazzjoni tiegћu li jsir Att tal-Parlament, billi l-Parlament hu magћmul mill-President u l-Kamra, li jaġixxu flimkien. Ukoll skizz ћafif ta’ pittura, bћal BOZZI.
ABJURA, min jitlaq jew iћalli r-reliġjon b’ġurament solenni. Lat. ab + juro, tinnega b’ġurament. Billi titlaq ir-religjon biss fil-prattika, din ma titqiesx bћala abjurazzjoni.
ABLATIV, fid-deklensjonijiet ta’ nomi Skr. u Lat. il-każ li jfisser it-teћid ta’ xi ћaġa minn xi ћaġa oћra hekk li tinћoloq firda. Din hi l-idea prinċipali fil-Lat. li ta l-isem lil dan il-każ f’ilsna ohra. Lat. ab + latus, maqtugћ, mifrud.
ABSINT, xorb. Likur jew kurdjal minn Franza magћmul minn brandy mogћti togћma u benna bl-erbabjanka franċiża, magћrufa wkoll bћala assenzju.
AĊĊENT, enfasi fil-vuċi fuq xi sillabi li hekk jiġu distinti b’iktar qawwa minn sillabi oћra.
AĊĊJOMU, il-figura ta’ Kristu liebes il-porpra ћamra b’virga f’idu, minn kliem Ponzju Pilatu meta ippreżentah lill-poplu Lhudi matul il-Passjoni bћala Ecce homo.
AĦRAX TAL-MELLIEĦA, L-, dik il-parti tal-Mellieћa magћmula minn art ћarxa bil-blat.
AJRU, taћlita ta’ arja, sempliċement ossiġnu u nitroġgenu, u l-kondizzjoni meteorologika ta’ l-istess arja bit-taqlib kollu tagћha, ġeneralment tempestuż, li kollox ma’ kollox jagћti l-idea ta’ arja mifruxa bћal kappa fuq l-art kollha kemm hi, jew almenu sa l-orizzont.
AKKORĊAT, kelma ta’ l-avukati, accorciat-o, li tfisser ‘imqassar’; Tal. tal-qorti accorciati i termini, mqassra ż-żminijiet; Lat. ad + curtiare, tmur tnaqqas, minn curtus, qasir, Grg. kurtos.
APPALT, kuntratt ta’ xogћol, minn Lat.Med. a + palatus, bil-biċċa l-biċċa, ’l hawn u ’l hemm; palatus, -a, um part. ta’ palor, dak li jiġġerra ’l hawn u ’l hemm b’mod li ma jibqax f’post wieћed, bћal wieћed li jagћmel xogћol bil-biċċa, b’kuntratt, jiġri minn post gћall-ieћor, jew iqassam xogћol kbir f’partijiet lill-oћrajn.
ARTIKLU DEFINITTIV, fil-Mlt. il-, mis-Semitiku al. Fit-Tal. il, la, lo, bl-istess struttura msejsa fuq l-l gћal-lingwi Romanzi l-oћra. F’dan l-aћћar każ dawn l-artikli ġejjin mil-Lat. ille, illa, illud, dan, din, dak (newtru).
ASAĦĦ, minn sħiħ, tfisser aktar sħiħ. GBF iġib prov. ‘Asaħħ kelmet il-Malti minn ħalfet is-sultan’.
AWLILLEJL, s. illum ngћidu lejlet. Mhux sew tgћid ‘lejliet’ gћax lejl wieћed hemm u m’hemm ebda pl.) Awlillejl tal-Milied, lejlet il-Milied. GBF.
FUQ ÝBANDU, editt jew proklamazzjoni, li ћa t-tifsira tiegћu mil-Lat. Med. bandum, biċċa drapp li minnha ssir banderia (BANDIERA, stendard), u mill-Ġerm. Med. li żviluppa l-kelma biex tfisser ordni bil-miktub jew bandu fis-sens ta’ rabta legali u uffiċjali. Hekk ukoll ABBANDUN mil-Lat. Med. ab jew ad + bandum, jiġifieri li titlaq (ab) mill-bandiera jew mil-lealtà tiegћek, jew li timxi skond (ad) amar li jista’ jingћatalek. Kliem marbut li qatt ma tobsor bit-tagћqid partikolari tiegћu minkejja li dan mhux kliem semitiku. Niftakru wkoll fil-leġġenda tal-bandum, il-biċċa drapp bajda u ћamra li kien tana l-Konti Ruġġieru.
BARD, taћlita tal-kliem kesћa, riћ u umditа. Tfisser iktar sensazzjoni ta’ riћ iћabbat l-aktar fuq il-wiċċ milli stat partikolari ta’ temp, u gћalhekk ngћidu ‘bard ixoqq l-gћadam’.
BAXX, Sq. basciu minn Lat.Med. bassus, minn basis, fis-sens ta’ bażi, fundamentum; Grg. basis, dak li fuqu jserraћ oġġett ieћor, sieq, pedestall, bażi; aktar tard il-kelma ћadet is-sens ta’ dak kollu li hu baxx, Lat.Med. bassus, kemm fil-qagћda, kemm fil-klassi. Kliem kompost: ABBASSU, Tal. abbasso, Frċz. a bas; bassezza; bassifondi, Ingl. slums, bassus + fundus, il-fond jew il-qiegћ nett ta’ oġġett, jew post fejn tabita; BASSAKASSA, kaxxa fejn kienu jitqegћdu t-tipi taċ-ċomb mhux kapitali, Lat. bassa + capsa, Tal. cassa; BASSORILJEV, Lat. bassus + re-levare, tgћolli ’l fuq figura skolpita magћmula minn materjal ћafif, levis.
BELT, IL-, Malta, kapitali. ara Valletta.
FUQ ÝĊITTADELLA, IĊ-, Gћawdex, muniċipju f’Gћawdex mdawwar bis-swar u maqtugћ gћalih fejn jinsab il-katidral tad-djoċesi; ara RABAT.
FUQ ÝDAK, riferenza mhux korretta gћal Min, billi dak jew dik jirreferu gћal ћaġa jew oġġett u mhux persuna.
DANNI gћandha żewġ tifsiriet: dak li hu ta’ ћsara, Lat. damnum, pl. damni, ukoll detrimentum, incommodum, jactura, u dak il-kumpens li persuna tfittex skond ma tagћti l-ligi fil-forma ta’ damni compensatio jew reparatio. Id-danni legali jiġu rimedjati permezz ta’ kumpens, Lat. compensatio, li jista’ sew jiġi miftiehem bejn il-partijiet, sew jingћata mill-qorti jew minn tribunal ta’ arbitraġġ wara li ssir kawża, Lat. causa, actio, res.
DIVIN, tfisser ġej minn Alla, mis-sema, jew li gћandu x’jaqsam ma’ l-affarijiet tas-sema. Insemmu s-sema gћax dan hu l-post mnejn jiġi d-dawl (ara Skr.) Mill-kelma Lat. divinus minn Divus, Dius, Deus, Alla, li tintuza ta’ sikwit bћala kunċett nisrani gћalkemm iddaћlet fil-ћsieb gudajk-nisrani, li jemmen f’Alla-Persuna, minn oriġni bilwisq differenti: Skr. div, diu, sema, jum, dija; Grg. Zeus, Theos; Lat. dies, jum. Simili hafna gћall-kliem vener-azzjoni, vener-abbli, jigifieri li tagћti ġieћ lil dak li hu divin, imnisslin minn isem l-alla mara Venus, Veneris. L-istess ġara b’ċertu kulti li kienu jsiru fit-tempji pagani u li sabu ruћhom fil-kult nisrani, bћal-lampa l-ћamra li tinzamm lejl u nhar tixgћel quddiem is-Sagrament fil-knisja nisranija li ġiet trasposta mill-kult li kien iseћћ fit-tempju ta’ Venere. Jeżistu diversi kelmiet ohra fil-kult nisrani li gew maqlubin mill-kunċett oriġinali ġudajk gћal-Lat. izda li mhux dejjem ikunu jirriflettu sewsew il-ћsieb ewlieni bl-Ebr. Illum, permezz tan-noti li jsiru gћall-vrus tal-Bibbja, dan it-tifsir oriġinali qiegћed jerġa’ jiġi xi ftit irkuprat.
DRITTAĠNI, meta xi ћadd iżomm ruћu dritt u wieqaf ћafna; l-istess bћal ma ngћidu tustaġni jew sfaċċataġni gћal xi ћadd ma jistћix jew li jkollu wiċċu tost jew li jkun ardit jew prużuntuż.
FUQ ÝENGEJĠ, neo. gћal gћerusija mill-Ingl. engagement, ara matrimonjali.
ETNA, Sqallija, vulkan ġaj 3,286 m. li sbroffa bil-qawwi kemm-il darba b’periklu gћall-eqreb belt kbira Catania; spiss jidher minn Malta.
EWROPA, isem il-kontinent mill-Atlantiku sa l-Urali, li jserraћ fuq il-Mediterran. Skond Livju, gћar-Rumani l-Ewropa kienet tifforma kwart mill-globu li sa ftit qabel kellu ċ-ċentru tiegћu fil-Mesopotamja, illum l-Iraq. Huwa gћalhekk, hemm min jgћid, li n-nies tal-Lvant Nofsani kienu jsejћu lin-nies ta’ l-artijiet li jћarsu min-naћa ta’ fuq lejn il-Mediterran bћala nies tal-qrib mnejn, oltre l-mitoloġija, ћarġet il-kelma europa.
FUQ ÝFLUS, OBOLU. Flus, kelma li tfisser ћafna iżda li ma nafux sewsew mnejn ġejja. Meta tqis li gћaddejna kemm minn kultura Greko-Bizantina kemm minn dik Gћarbija, u li l-kelma li ż-żewġ kulturi jużaw gћal flus tixxibaћ ћafna, ma nistgћux ngћidu eżatt x’inhu l-oriġni tal-kema flus tagћna. Il-Griegi tal-qedem kellhom biċċa flus li jsejћhu obolos u li kienet tiswa daqs waћda-minn-sitta ta’ drakma, u li l-ewwel kienet tal-fidda iżzda aktar tard ġiet żvalutata gћall-bronz. Min-naћa tagћhom l-Gћarab kellhom il-fils, jew munita bil-valur ta’ ћabba, bil-pl. flus, ћabbiet. Il-kelma obolos tidher ukoll fil-Mlt., din id-darba mit-Tal. u Lat., meta ngћidu oblu, li tfisser il-flus li jingћataw lill-Vatikan magћrufin bћal l-Oblu jew l-Obolu ta’ San Pietru.
FUQ Ý 1 FUQ Ý 2GEDDES, GEZZEZ, żewġ kelmiet li llum gћandhom tifsira differenti gћalkemm imnissla mill-istess gћerq. Meta tgeddes tkun qed tiġma’, taћżen, tgћabbi ћaġa fuq l-oћra gћalik innifsek, x’aktarx aktar mill-ћtiġiet li tassew ikollok, gћal meta tiġi bżonn. Mlt. “erfa’ w sorr gћal meta tiġi bżonn". Tgezzez gћandha wkoll l-ewwel tifsira, imma tfisser ukoll li żżomm fiżikament qrib tiegћek, gћall-wens tal-persuna jew gћas-sћana tal-ġisem. Xi daqqiet tgezzez u tgeddes jintużaw flok xulxin minћabba fl-oriġni komuni tal-kelma, il-qrubija tal-ћsieb, u s-similaritа fonetika tal-ћoss zz u ds. Gods u gozz gћandhom l-istess tifsira bћal borġ u munzell, u fil-pl. insibuhom bћala gziez u gzuz. Min igeddes jissejjaћ geddies.
FUQ Ý 1 FUQ Ý 2ĦADD, IL-. Il-jum qaddis tal-Ħadd li x’uћud ifissru li ġej mit-taqsira gћal wieћed, bl-Gћ. jawm al aћad, l-ewwel jum tal-ġimgћa. Hemm possibiltaċ wkoll li l-kelma ġejja dritt mill-Feniċju, billi Baal kien alla Kangћani li kien ukoll magћruf bћala Ħadd jew Ħadad.
ĦAL-GĦARGĦUR, li tiġi pronunzjata ћar-’ar’awr, mhux gargur. Ragel minn dak il-post hu gћargћawri, filwaqt li mara tissejjah gћargћawrija.
ĦIN BLA WAQT, frażi li gћandha mnejn tidher stramba l-aktar billi ma tiftiehemx sew id-differenza bejn diversi kliem li jfissru l-kunċett ta’ żmien. Bażikament jeżistu żewġ tipi ta’ żmien: ta’ l-ewwel, dak imtawwal minn-awl l-univers sa meta b’xi mod ghad jintemm, li hu żmien li jeżisti gћalkemm mhux imkejjel u li jiftiehem aћjar meta jiġi paragunat ma’ l-eternità li hi n-non eżistenza taż-żmien. It-tieni tip hu ż-żmien imkejjel, jew ћin, skond kriterji magћmulin mill-bniedem bażati fuq id-dawra darba kuljum tad-dinja fuqha nnifisha u darba fis-sena max-xemx, u d-dawra tal-qamar darba fix-xahar mad-dinja. Dan il-ћin mbagћad jinqasam fis-sottodiviżjonijiet tiegћu skond il-jum (waqt, mument, minuta, siegћa) u x-xahar (ġimgћat) u l-makrodiviżjonijiet tiegћu skond is-sena (seklu, millenju, era, epoka). Ġrajja li ssir f’daqqa waћda nesprimuha bil-kliem temporali (fiż-żmien) ‘minnufih, immedjatament, dikment, malli, dlonk’ u bil-frażijiet ‘ћin bla waqt’ jew ‘ћabta w sabta’. Gћalhekk il-frażi ‘ћin bla waqt’ tfisser żmien tal-kategorija li jiġi mkejjel iżda li fih ma jkun hemm lanqas waqt (mument, jew frazzjoni tiegћu) wieћed. Allura dan jitfagћna fl-ordni ta’ avveniment li jiġri minnufih, li ma tistax tkejlu fiż-żmien gћax jiġri f’daqqa waћda.
ĦOFRA, TOQBA. Id-differenza tista’ tidher waћda minima, imma sostanzjali. F’toqba hemm l-idea ta’ sempliċi spazju bejn xifer kawżat mill-istess tiċrita fuq dimensjoni ċatta jew waћda ta’ spazju kwadrat. Minn naћa l-oћra ћofra gћandha qjisien tridimensjonali, jiġifieri wisa’ u fond, u gћalhekk tifforma ruћha gћadira fit-triq meta hofra timtela bl-ilma u din tista’ tikkawżalek toqba fil-gomma tat-tyre.
FUQ ÝINĠENJU, kelma li tfisser oġġett, ġeneralment mekkaniku li kien invenzjoni kbira almenu fi żmienu. Bћal, per eżempju, ajruplan li gћal finijiet legali, billi l-liġi tkun trid taqbad kull tip ta’ inġenju li jtir u jġorr tagћbijiet ta’ oġġetti jew persuni fuqu, jissejjaћ inġenju ta’ l-ajru. Naraw din id-distinzjoni fl-Ingl. bejn aircraft u airplane. Fl-Ingl. ukoll, tifsira adatta gћal din il-kelma tkun contraption, li tagћti aktar is-sens ta’ invenzjoni li gћall-ewwel tista’ tidher xi daqsxejn stramba.
FUQ Ý FUQ ÝKAĠUN, KAWŻA,
kliem li jidher li gћandu l-istess tifsir gћalkemm hemm differenza kemm fin-nisel kemm fid-dettal. It-tnejn ġejjin mil-Lat., kaġun minn casus u kawża minn causa, iżda filwaqt li kaġun (casus) gћandha sens ta’ ġrajja aċċidentali, l-aktar jekk tkun waћda dannuża, u gћalhekk tfisser ‘xi ћaġa li tagћti lok gћal’ jew ‘persuna li tkun responsabbli gћal’, kawża (causa) gћandha sens ta’ dak li minnu toriġina ћaġ’oћra, ta’ liema xorta tkun, kemm pożittiva kemm negattiva. Bћala eżempji, casus belli tfisser ġrajja li tkun il-kaġun ta’ gwerra, filwaqt li causa mortis hi frażi legali li tfisser ‘kawża tal-mewt’ jew ‘minћabba fil-mewt li ġrat’. Fil-Mlt. kawża tfisser ukoll kwistjoni li trid tiġi kontestata u deċiża fil-Qorti, l-istess bћal sinifikat ieћor li ghandha causa fil-Lat.KAPIT jew KAPIXX, capito, capisci? Mistoqsija esklamattiva minn Sq. u Tal. dwar jekk tkunx fhimt jew tkunx qed tifhem sew. Lat. capio, nifhem, capere, tifhem, captum, mifhum.
KAPULJAR, KAPULJAT, laћam midћun biċċiet zgћar. Mlt. aktarx ġej minn Sq. capuliatu (nom) capuliari (verb) minn capula, bieqja fejn jitqiegћed iż-żejt.
KATEGORIJA, KLASSI. Essenzjalment iż-żewġ kelmiet ifissru l-istess, gћalkemm ‘kategorija’ hu nom ġej mill-Grg. u ‘klassi’ nom li ġej mil-Lat. It-tnejn ifissru t-tqegћid fi gradazzjonijiet adatti ta’ kunċetti, nies jew oġġetti biex jiftiehmu aћjar, xi kultant b’mod mill-aktar fin, id-differenzi ta’ bejnithom.
KMAMAR, pl. ta’ kamra mit-Tal. camera. Però llum qegћda tintuża wkoll bћala pl. gћal camera, fil-każ ta’ speed cameras, fejn l-ilsien jadotta l-aktar kelma li ddurlu ankè jekk ikollu jkisser kelma, fit-tifsir u fis-sillabi, biex jadattaha gћalih. Allura żewġ sillabi aћjar u eћfef minn tlieta, u gћalhekk ‘kmamar’ aћjar minn ‘cameras’ ukoll jekk issa kmamar gћandha żewġ tifsiriet u jkollha tifher ir-ruћ skond il-kuntest fejn tkun tinsab il-kelma. Dan narawh ukoll fil-każ ta’ KRUROZ, l-aktar użata f’Gћawdex, bћala pl. ta’ karozza. Iżda hawn ġara xi ћaġa differenti f’dak li hu t-tifsir tal-kelma. Billi karozza kienet diġà tfisser dik li llum insejћu karrozzella, kien hemm min biex joћroġ is-sinifikat differenti, beda jsejћilha ‘karozza tan-nar’.
KOĊĊ, ftit li xejn, mit-Tal. goccio, qatra.
KOĊĊUT jew cocciut, b’oriġni mhux ċerta iżda minn Sq. Tal. cocciuto, ras iebsa, stinat gћall-aћћar. Tista’ tkun minn: Lat. cocio-nis, sensal, aġent, gћammiel, u f’sens dispreġġativ, brikkun; Lat. coccyx, Grg.kokkux sultan-il gamiem, daqquqa kaћla, it-tajra Ingl. cuckoo, l-istess bћal Lat. cuculus li tfisser ukoll stupidu, ras qargћa, jew cucullus gћata gћar-ras; Lat. cocceus, fuћћar imxaqqaq, bniedem marradi, coccia ras, ponta, koċċ, minn fejn Tal. coccio, coccia, cocciola; Lat. concha, conchea, qoċċla, gћalhekk xi ћaġa iebsa u magћluqa; Tal. i cocci, buli, tempra, burdata. Tista’ wkoll tkun taћlita ta’ x’uhud minn dawn il-kunċetti u ћsejjes flimkien.
KOPJA, KOPPJA, hawn min jiżbaljhom fil-pronunzja, forsi wkoll gћax x’aktarx jaћsibhom imnissla mill-istess kunċett. Iz-żewġ persuni f’koppja miżżewġa, wara snin flimkien, isiru jixbhu sew lil xulxin f’imġibthom u gћalhekk isiru qieshom persuna kopja ta’ l-ohra. Il-vera kopja tagћhom, madankollu, tinsab fl-gћaqda tal-kromosomi u n-natural tagћhom fl-ulied, li joћorġu fula maqsuma mal-ġenituri tagћhom, nofs il-kromosomi ġejjin minn kull persuna fil-koppja. Dan ma jiġrix fil-każ ta’ cloning fejn ukoll f’koppja, wild jista’ jkollu l-kromosomi u n-natural biss tal-missier, per eżempju, gћalkemm it-tqala tkun saret fi ћdan l-omm li f’dan il-każ tkun biss mart il-missier minn aspett fiżiku, u mhux bijoloġiku, u forsi legali.
KRETIN, KRUĊ, il-kretin huwa min jintlaqat bil-marda tal-kretiniżmu li tgћaddi ġenetikament u tgћaqqad flimkien id-deformitа u l-imbeċċillità. Din il-marda hi l-aktar endemika f’xi widien ta’ l-Alpi, iżda tista’ tinstab bnadi oћra wkoll. Hu ta’ interess l-oriġni tal-kelma, Frċż. cretin mill-Frċż. Svizzeru creitin, crestin, Lat. Christianus. Kurjuża wkoll kif fil-Malti, minbarra din il-kelma, gћandna wkoll l-espressjoni "x’int kruċ" li tintuza flok "kemm int ċuċ" (Aquilina). Is-sinifikat huwa wiehed u mhemmx tidwir miegћu: in-nisrani, mill-ewlenin żminijiet, tqies bћala iblaћ (ftakar fl-irjus ta’ ћmir li sabu mpinġija mal-ћitan tal-katakombi Rumani) u gћalhekk ma niskantawx li d-dinja ta’ l-gћorrief tassoċja lin-nisrani mal-belhieni (kretin) u ma’ min ifittex is-salvazzjoni tiegћu fis-Salib (kruċ).
FUQ ÝLIĠI, DRITT. Teżisti differenza bejn kif issejjaћ il-kunċett Lat. lex fil-Mlt. Filwaqt li liġi, u minnha leġittimu, toriġina mit-Tal. legge, id-dritt huwa kunċett iktar speċifiku li jfisser is-setgћa li persuna jkollha li tagћmel (jew ma tagћmilx) xi ћaġa. Jiġri li gћadna nittraduċu l-kelma Ingl. Law bћala Liġi, meta l-kelma adatta tkun Dritt (Internazzjonali, Ċivili). Tgћid ukoll Dritt Penali, mhux Kriminali, u dan juri kemm-il darba nibqgћu marbutin mal-kliem u kunċetti Ingl. gћall-frażijiet tagћna pjuttost minn dawk Tal. li f’ċerti materji aktar japplikaw gћalina. Fil-Mlt. antik gћal dritt konna wkoll ngћidu ‘ġust’, kelma li gћadha tintuża xi ftit illum meta ngћidu li persuna/gћasfur rabba l-ġust. Il-kelma ġejja mil-Lat. ius, iuris li proprjament tfisser dritt, u li minnha ġejja l-kelma ġurisprudenza.
FUQ Ý-MA, jew kliem Grg. li jtemm hekk Þ problema, skema, eċċ.
MADONNA, isem ieћor gћal Marija Omm Alla li però gej mit-Taljan medjevali mia donna, Lat. mea domina. Sin. mal-Frċz. madam, Frċz. antik ma dame. Titolu li anqas ma jintuża tant l-ahjar billi jitnissel minn oriġni pjuttost mondana li mhux dejjem tispira daqstant spiritwalitŕ.
MAĠISTRAT, MINISTRU. It-tnejn meqjusin bћala kbarat, ukoll jekk b’karigi differenti, iżda ftit nafu li jekk immorru lura gћal zmien ir-Rumani gћandhom tismija analoga gћal xulxin. Il-Maġistrat fil-fatt huwa superjuri gћall-Ministru, kuntrarju gћal dak li forsi naћsbu llum. Filwaqt li l-Maġistrat ġej minn magister u din minn magis, li tfisser ikbar, il-Ministru ġej minn minister u din minn minus, li tfisser iżgћar jew anqas. Il-maġistrat minn dejjem kien meqjus li jokkupa kariga iktar dinjituża minn dik ta’ ministru, li kien dak li jservi.
F’MALTA, ĠEWWA MALTA. Hemm differenza jekk tgћidx waћda jew l-oћra. F'Malta tfisser fi ћdan it-territorju ta’ Malta, b’dak kollu li l-kunċett ta’ Malta jfisser, inklużi l-ibhra territorjali, tas-sajd u minerarji, is-sottoswol, l-ispazju ta’ l-ajru. Ġewwa Malta, min-naћa l-oћra, hu kunċett iktar limitat li jinvolvi biss preżenza fiżika fuq l-art mix-xtut ’il ġewwa, eskluż il-baћar.
MAREMOT, kelma li tintuża ћażin biex tfisser terremot fil-baћar, jew aћjar taћtu. Iżda l-kelma tfisser fenomeni ta’ taqlib qawwi fil-bahar kaġunati minn xi uragan jew terremot fil-qiegћ li jista’ jikkawża tsunami. Nistgћu ngћidu wkoll li qabel ma bdejna nużaw il-kelma asjatika tsunami li tesprimi l-ћsieb ta’ mwieġ kbar li jolqtu x-xtajta b’mod ritmiku u qerriedi gћall-aћћar, konna b’mod aktar sempliċi u dћuli gћax ġejja mil-Lat. nużaw il-kelma Tal. maremoto, jew ċaqlieq-il baћar.
MATRIMONJALI, forma użata mit-Tal. flok taż-żwieġ, jew b’riferenza gћad-dmirijiet u jeddijiet li jġib miegћu ż-żwieġ. Stat legali ta’ bejn raġel u mara biss li jgћammru flimkien bћala konjuġi wara żwieġ reliġjuż jew ċivili. KONJUĠI hija kelma legalment użata kemm fis-sng. mask. jew femm., kemm fil-pl. tat-tnejn, u tekwivali gћal spouse fl-Ingl. Żwieġ ma titfixkilx ma’ tiżwiġ, l-anqas gћammar ma’ tgћammar: it-tnejn ifissru l-istat naturali ta’ akkoppjament sesswali. Ir-rit taż-żwieġ, kif minna magћruf, isir f’ċelebrazzjoni liturġika jew reġistrazzjoni ċivili qabel il-festin ta’ l-okkażjoni, u f’dan ir-rit jingћata l-ћatem, jew iċ-ċurkett tal-kunsens. Sew ir-rit sew il-festin, miġburin flimkien, jissejћu t-tieġ. Il-festin hu magћruf ukoll bћala gћors, jiġifieri festa ta’ ferћ u xalar, kelma li toћroġ mill-istess gћerq ta’ gћerusija. Din l-okkażjoni la hi waћda reliġjuża u lanqas legali, gћalkemm qabel kellha gћarfien bћala tali, li biha l-gћarajjes iwegћdu ћajjithom lil xulxin (Ingl. betrothal, engagement = Mlt. engejg). Madankollu l-użanzi matrimonjali, gћax huma tabilћaqq bażilari gћan-natura tal-bniedem, minn dejjem kienu differenti minn xulxin f’kull ċiviltà u żmien.
MDINA, Malta belt ewlenija fi żmien l-Gћarab, fiċ-ċentru, fuq promontorju mnejn faċli tara l-Etna; mdawra bi swar u ћniedaq ftit bogћod mir-rabgћat tagћha, illum maqtugћin gћalihom f’belt sewsew magћrufa bћala r-Rabвt (ta’ l-Mdina); katidral, pop. 330.
MERŻUQ, IL-,
gћolja f’Gћawdex, magћrufa wkoll bћala l-Munġbell.MIRAKLU, SINJAL. Miraklu hija kelma ġejja mill-Lat. miraculum li tfisser ġrajja li tibqa’ meraviljat dwarha, minn miror, tammira. Avveniment bћal dan ġeneralment jiġi attribwit gћall-ksur tar-regoli fiżiċi tan-natura ġej direttament minn Alla, u gћalhekk hemm ukoll min isejjaћlu sinjal, bћal Ġwanni fil-Vanġelu tiegћu. Is-sinjali gћandhom skop wieћed li jsiru, kif jgћid l-istess Ġwanni, biex min jara jkun jista’ jemmen, gћax ftit huma dawk li jemmnu gћalkemm ma jarawx.
MNIEĦER, pl. ta’ munћar, parti waћda mill-imnieћer, bћal mniefaћ minn minfaћ. Jiġri ta’ spiss li ċertu kliem jintuża fil-pl. tiegћu meta jkun jidher ċar li jrid jintuża s-sing. tal-kelma. Hekk jingћad ‘saqajja’ minflok sieqi, ‘idejja’ flok idi, ‘riġlejja’ flok riġli, ‘dirgћajja’ flok drigћi. Ftit jiġi realizzat li saqajn, idejn, riglejn, dirghin huma l-forom ta’ pl. mtenni gћal sieq, id, riġel, drigћ.
MUNĠBELL, IL-, gћolja f’Gћawdex li isimha jfisser il-vulkan; magћrufa wkoll bћala Tas-Salvatur u Il-Merżuq, jew dak li jitfa' ragg dawl, biex isaћћaћ ix-xniegћa li hi vulkan estint li daћћan ċ. 1600; fit-triq bejn ir-Rabat (Taċ-Ċitadella) u Marsalforn, u f’linja gћalkollox dritta ma’ l-Etna u Stromboli li minn hemm titqawes ’il fuq ma’ l-Appenini lejn il-Vesuvju.
FUQ ÝNAR, ĦRUQ, ĦUĠĠIEĠA, tliet kelmiet li fil-qofol tagћhom ifissru l-enerġija li ddawwal u ssaћћan, iżda fi stati ta’ azzjoni differenti. Filwaqt li nar tagћti biss idea ta’ din l-enerġija f’kull stat li jkun, ukoll jekk ftit jew wisq kontrollata, ћruq tfisser oġġetti li jaqbdu u jћeġġu jew, fi kliem ieћor, jiġu konvertiti f’din l-enerġija ta’ nar. Ġruq gћandha wkoll sens ta’ ġrajja aċċidentali. Ħuġġieġa, min-naћa l-oћra, tfisser l-istat ta’ nar qawwi, b’ilsna mtajra u x’aktarx ukoll tfaqqigћ, li jindika ћruq b’enerġija qawwija ћafna. Fl-assigurazzjoni, gћalhekk, hu importanti li nittraduċu fire policy bћala "polza kontra l-ћruq" u mhux in-nar.
NUMRU, GĦADD. Hemm differenza bejn is-sinifikat ta’ dawn iż-żewġ kelmiet gћalkemm jistgћu jiftiehmu l-istess. Filwaqt li gћadd jindika kwantitа, li tista’ tkun kemm speċifika (gћadd ta’ tliet...) kemm le, in-numru jindika b’ismu l-kobor speċifiku ta’ l-gћadd (kwantità) meta paragunat mal-kwantità ta’ l-gћadd li jibda minn wieћed. Gћalhekk in-numru jista’ jissejjaћ wieћed, tnejn, mija, eċċ. iżda l-gћadd jinkludi somma jew aggregazzjoni ta’ kwantitajiet, ġabra ta’ oġġetti, miġemgћa nies, li mhux bilfors ikunu speċifikati fin-numru.
FUQ ÝGĦARGĦUR, ĦAL-, li tiġi pronunzjata Ħar-’ar’awr, mhux Gargur. Raġel minn dak il-post hu magћruf bћala gћargћawri, filwaqt li mara tissejjah gћargћawrija.
GĦASAR. Kelma li tfisser vespri, jew it-talba tal-Knisja li tingћad ma’ l-gћabex mill-insara, sewsew qabel il-kumpieta ta’ filgћaxija. Perт f'dan il-kaz bqajna nużaw l-istess kelma li jgћidu il-misilmin biex ifissru waћda mill-ћames talbiet ta’ kuljum, li tingћad wara nofsinhar.
GĦASFUR, GĦOSFOR. Kliem mill-istess gћerq gћ-s-f-r. It-tnejn ifissru l-ћila li togћsfor, tgћib jew ittir ’il bogћod, bћallikieku ssiefer (mill-gћerq s-f-r). Gћosfor (pjanta) u gћosfri (lewn) jintużaw ukoll f'rabta mal-lewn isfar (s-f-r).
GĦID IL-ĦAMIEM. L-Epifanija jew, fil-festi tal-knisja, il-Wirja tal-Mulej, hekk magћrufa ukoll bћala l-festa tal-ћamiem billi fil-Vanġelu jissemma li Marija gћamlet l-offerta ta’ żewġ bċieċen fit-tempju. Din hi l-ewwel mit-tliet sessjonijiet kif kienet mqassma s-sena tal-qrati, u li kienet tibda fis-sebgћa ta’ Jannar u tibqa’ sejra sat-Tlieta ta’ qabel l-Erbgћa tal-Ġimgћa Mqaddsa meta kienu jibdew il-ferjat ta’ l-Gћid. It-tieni sessjoni kienet dik ta’ Gћid il-Ħamsin li kienet tibda nhar il-Ħamis ta’ wara Gћid il-Kbir, u t-tielet kienet dik tal-Vitorja mill-ewwel ta’ Ottubru.
FUQ Ý FUQ Ý
PARLAMENT. Kelma li tfisser, skond il-Kostituzzjoni, il-Parlament ta’ Malta magћmul mill-President tar-Repubblika u l-Kamra tad-Deputati. Iżda, ћafna drabi fid-diskors tagћna, infissru dak li l-Kamra tagћmel waћidha bћala li qed isir mill-Parlament, li hu żbaljat. Ankè l-mod kif il-Parlament u l-Kamra jaġixxu fil-qadi tal-funzjonijiet tagћhom hu wieћed differenti. Meta l-liġi titlob li l-Parlament jieћu azzjoni, dan isir permezz ta’ liġi li tgћaddi mill-Kamra u mbagћad tingћata l-kunsens mill-President tar-Repubblika, u din mbagћad tiġi pubblikata bћala Att tal-Parlament. Iżda meta l-liġi titlob li tkun il-Kamra li tieћu xi azzjoni, din taġixxi permezz ta’ Risoluzzjoni li sempliċement tgћaddi bil-voti tal-Kamara waћidha u ma tiġi pubblikata f'ebda forma uffiċjali ћlief dik li tiġi reġistrata fil-minuti tas-seduta.
PERMEZZ. Kelma li tfisser ġrajja li tiġri ‘bis-saћћa ta’ xi ћaġa’ jew ‘kawża ta’ xi ћaġa’ u gћalhekk neċessarjament tfisser li l-ћaġa li tikkaġuna din il-ġrajja gћandha tkun oġġett u mhux persuna. ‘Permezz’ tintuża ћażin meta tingћad gћal persuna, gћaliex f’dak il-każ gћandha tintuża l-kelma ‘tramite’ jew ‘minn’ li jixirqu aktar lil persuna. L-istess fil-każ ta’ Dak (ara) u Min.
PERSUNA, tkun min tkun, li biha trid tiġi indikata b’mod impersonali ġrajja li tista’ tolqot lil kulћadd, bћall-Ingl. one should jew it-Tal. si deve. Insibu diffikultà kif nittraduċuha bil-Mlt. u ġeneralment nużaw ‘wiehed’, li lanqas m’hi daqstant korretta. Is-sigriet qiegћed f’li ma tittraduċix kelma b’kelma imma tmur aktar qabel fis-sentenza tibdel il-kostruzzjoni tagћha billi tibda ‘Min...’ u issegwi bil-kliem li jiddeskrivu lil dik il-persuna jekk ikun hemm, jew inkella ‘Dik il-persuna...’ jekk ma jkunx hemm kliem ieћor, u wara tqiegћed il-verb.
PROBLEMA, femm. Issib min jgћid “il-problema hu”, u hekk juża l-maskil bћalma jigri fit-Tal. billi l-kelma ġejja mill-Grg. problema (mask.). Li kien hekk, gћandu dejjem jibqa’ jintuża l-mask. gћal kull nom Grg. li jtemm -ma, bћal sistema, tema, eċċ, iżda bosta drabi dan ma jiġrix. Fil-Mlt. aћjar jibqa’ jintuża l-ġeneru femm. gћal dawk in-nomi li jtemmu -ma, hi x’inhi l-oriġni tagћhom.
PROVDIMENT, it-taqsira bil-Mlt. gћal provvediment, xi ћaġa li tingћata gћax jinћass il-bżonn tagћha bil-quddiem. Kelma oћra gћaliha hi disposizzjoni, li llum aktar tintuża gћal xi ordinament jew parti minnu. Il-kelma ġejja mil-Lat. pro+vedere, tara bil-quddiem, u gћalhekk tasal biex tipprovdi, tagћmel provvista jew tagћti proviġjon, ilkoll kliem li jfissru li taћseb bil-quddiem gћal bżonnijiet li jistgћu jew ser jinqalgћu.
FUQ ÝQANQĦAR, kelma komposta bћalma uża l-awtur Ingl. Lewis Carroll fl-1872 fil-ktieb Through the Looking Glass. Carroll, li kiteb ukoll Alice in Wonderland, ћoloq il kelma CHORTLE minn chuckle u snort, li tfisser Mlt. ‘tqaqi’ u ‘tonћor’, u allura (t)qanqћar. B’din il-kelma Carroll ried ifisser min il-kliem jitfgћu bћat-tqaqija tat-tiġieġa, ukoll billi jlaqlaq u jonћor fl-istess ћin; fi ftit kliem min irid isemma leћnu minkejja li jkollu vuċi depressiva hafna. Bil-Mlt. ‘tqaqi’ tintuża gћal persuna li tkun tћobb tiftaћar b’rixha, u ‘tonћor’ gћal min iraqqdek bit-treddin tiegћu. Gћalhekk iqanqhar huwa neo. gћal min jiftaћar, iredden u jdejjaq fl-istess ћin.
QATTUS, kelma Gћ. qattus, qitt, kif ukoll Lat. catus, cattus, catta, Lat.Med. gattus. Tinsab bl-istess fonetika f’diversi lingwi, fosthom it-Tork, kedi. Qabel kien magћruf bћala Lat. feles, imma cattus ġiet żmien wara, meta l-kwadripedu ddaћћal fid-djar ta’ Ruma bћala annimal domestiku. Mhux magћruf x’inhi l-oriġni tal-kelma, aktarx orjentali, u x’self sar bejn id-diversi ilsna li lkoll gћandhom kliem jixxiebah gћall-istess annimal.
QNATAR, pl. ta’ qantar. Hemm prov. antik li jgћid ‘Akbar m’aћna, akbar qnatarna’. GBF.
QTIL, MEWT, filwaqt li toqtol tfisser li tneћћi b’mod mhux naturali u x’aktarx vjolenti l-ћajja ta’ esseri b’gћemil il-bniedem jew bhima feroċi, tmut tfisser li din il-hajja tintemm b’mod naturali, u dan iћaddan ukoll disgrazzja. Ngћidu “miet b’disgrazzja” gћax minnha nnifisha disgrazzja, ukoll jekk indirettament kaġunata mill-bniedem, hija ġrajja involontarja li la timplika vjolenza u lanqas gћemil-il bniedem dirett lejn bniedem ieћor, partikolari jew mhux, b’intenzjoni ћażina. Gћalhekk ma tgћidx li xi nies “inqatlu b’disgrazzja”, lanqas jekk trid timplika mewta vjolenti li setgћu inћasdu biha, imma “mietu b’disgrazzja".
FUQ ÝRABAT. Isem żewġt ibliet f'Malta u Gћawdex li fiż-żewġ każijiet imissu ma’ bliet ta’ importanza akbar, ta’ xorta kapitali. Tfisser, fil-prinċipju, ir-rabât, jew ir-raba tal-madwar jew fil-qrib ta’ l-Mdina, Malta jew taċ-Ċittadella, Gћawdex. Dawn ir-rabвt taċ-Ċittadella uffiċjalment gћadhom jissejhu l-Belt Victoria, minn żmien l-Ingliżi, gћar-Reġina Victoria.
RABAT, IR-, Gћawdex kapitali, sewsew dawn huma r- rabвt taċ-Ċittadella li qabel kienet il-belt il-qadima ta’ Gћawdex; msemmija fi żmien l-Ingliżi gћar-Reġina Victoria; pop. 7,500.
RIEGLA. Mlt. miksur gћat-Tal. regola, gћalkemm hija din ta’ l-aћћar li l-aktar tintuża. Minnha, u miksura wkoll, joћroġ il-pl. RWIEGEL, li hi l-kelma gћas-sistema użata, l-aktar mill-bdiewa, biex ibassru t-temp gћal kull xahar tas-sena li tkun taћbat minnufih wara t-tnax-il jum bejn il-festa ta’ Santa Luċija (13 ta’ Diċembru) u lejlet il-milied.
FUQ ÝSAJJETTA, kif distinta minn berqa u ragћda, gћax hi iktar instantanja: mal-leћћa tal-berqa, li x’aktarx tidher dritt ’il fuq fl-ajru, tinstema’ t-tifqiegћa tar-ragћda, x’aktarx ukoll waћdanija u mingћajr diewi minћabba fil-qrubija tagћha lejn min jismagћha. Berqa mingћajr ћoss turi li l-maltemp ikun jinsab fil-bogћod sew, filwaqt li ragћda tkarwat turi li jkun hemm firxa miċ-ċentru fejn tkun faqqgћet is-sajjetta tul medda fejn timraћ u tirbombja fl-gћoljiet u l-widien li ssib quddiemha.
SALVATUR, TAS-, Gћawdex, gћolja; ara il-Munġbell.
SEDUTA, SESSJONI, essenzjalment ifissru l-istess ћaġa u ћerġin mill-istess gћerq: Tal. sedere, li toqgћod bilqiegћda (Lat. sed, siġġu) bћala grupp biex, bћalkieku, tiddiskuti suġġett komuni. Gћalhekk tistona li tara seduti li jsiru bilwieqfa, bћal fil-qorti, gћax ma jkunx hemm fejn toqgћod bilqiegћda. F’termini legali ż-żewg kelmiet gћandhom tifsiriet differenti: is-seduta hija laqgћa waћedha, jew waћda minn fost bosta li jsiru f’sessjoni waћda jew aktar. Hekk fis-sena forensi (tal-qrati) hemm tliet sessjonijiet, jew qasmiet ewlenin: dik ta’ Gћid il-Ħamiem, mill-gћada ta’ l-Epifanija; ta’ Gћid il-Ħamsin, mill-Ħamis ta’ wara l-Gћid il-Kbir; u tal-Vitorja, mill-1 ta’ Ottubru. Min-naћa l-oћra l-Kostituzzjoni ssemmi sessjoni tal-Parlament bћala ż-żmien mill-ewwel seduta meta tiltaqa’ l-Kamra tad-Deputati wara elezzjoni ġenerali sa l-aћћar seduta qabel ix-xoljiment tal-Parlament u elezzjoni ġenerali oћra. Dawn is-seduti jingћataw numru, u s-sessjoni kollha tissejjaћ Leġislatura u tingћata wkoll numru.
STROMBOLI, Italja, fil-gżejjer ta’ Lipari fit-Tirren, fil-griegal ta’ Sqallija; vulkan haj 926 mtr. pop. 850.
FUQ ÝTAJJEB, kelma li tintuża ta’ spiss biex tindika dak kollu li hu ta’ xorta pożittiva, jew gћax jixraq jew hu kif gћandu jkun jew inhu dovut, gћax inhu bnin fit-togћma, jew gћax ġust u integru fl-imġieba morali tal-bniedem. Din il-kelma toqgћod sew (tista’ tgћid “tajjeb” ukoll) fejn ma tkunx tista’ tinstab il-kelma ezatta, u turi li hemm ċertu kliem li jeżistu fuq livell primarju tat-terminoloġija fejn jindikaw biss kunċett ġeneriku mingћajr ma jidћlu fid-dettall u fil-partikolar ta’ kunċett iktar maћdum jew evolut.
TQIS, TKEJJEL. Filwaqt li tqis gћandha żewġ tifsiriet ewlenin, waћda li tivvaluta jew tikkunsidra u l-oћra li tkejjel bi strument jew oġġett immarkat bin-numri, bћal inchtape. L-aћjar li meta nkunu qegћdin nitkellmu fuq id-dimensjoni fiżika ta’ xi oġġett, nitћaddtu fuq kejl fil-każ ta’ dimensjoni spazjali, bћal xi biċċa materjal, volum ta’ likwidu jew kejla karawett, u fuq użin fil-każ ta’ piż li tajjeb qabel tqis (tikkunsidra) jekk gћandekx iġġorru waћdek jew le.
TUFFIEĦA, TA’ BILLUDJA, TADAMA. Mod antik kif x’uћud kienu jsejћu dak li llum komunement insejћu tuffieћ u tadam. Gћalihom it-tnejn kienu tuffieћ, imma t-tuffieћa proprja ta’ llum kienet it-tuffieћa ta’ Billudja, filwaqt li t-tadama kienu jsibuha bћala tuffieћa tadama. Hemm min jikteb toffieћ t'Adam, li jfakkar fil-misteru li dejjem eżista dwar x’setgћet kienet il-frotta li setgћet waqqgћet lill-bniedem fid-dnub iktar milli x’seta’ kien id-dnub innifsu.
FUQ Ý FUQ ÝVALLETTA, Malta, il-kapitali ta’ Malta mibnija mill-Gran Mastru Jean de La Valette fl-1566 f’tarf penisola fuq ir-riћ tal-griegal bejn il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett; mdawra bis-swar; gћandha palazz, bereġ, kon-katidral. pop. 7,650.
VESUVJU, Italja, qrib Napli; vulkan haj 1,214 m. gћalkemm ilu xi ftit ma jisbroffa; l-isbroff ta’ A.D. 49 qered Pompei u Herculaneum.
VICTORIA, Gћawdex, kapitali. ara Rabat.
FUQ Ý FUQ ÝXORTA, NATURA, żewġ kelmiet li jintużaw fis-sens ta’ qasma jew klassifika bejn ћaġa w oћra. Sin. ma’ bixra, ġeneru, ġens, nisel, gћamla, sura, tip. “Xorta” tidher aћjar, mil-Lat. sors, sortis, oriġni, billi natura gћandha sens iktar wiesgћa ta’ gћamla fiżika u materjali. Illum dieћla wkoll l-espressjoni tipo: qabel konna ngћidu tip ta’ (xi ћaġa), iżda l-influwenza soċjo-lingwistika (u sportiva) Tal. qegћda issa ddaћћal dan il-kunċett ta’ klassi-fikazzjoni (Grg. klassis , tikser, taqsam f’xorta jew oћra).
FUQ Ý 1ŻGIĊĊ,
kelma li kienu jużaw Gћawdex fis-sittinijiet gћal aliskaf li kien jittraġitta bejn Tal-Pietа u l-Mġarr. Minћabba fix-xorta pjuttost ġdida tiegћu, kellu wkoll laqam ieћor ta’ barra minn hawn, l-indimunjat, minћabba fix-xorta ta’ manuvri li jagћmel u l-ћeffa tiegћu, li kienu bilwisq differenti minn dawk tad-dgћajsa tal-Latini, anke jekk din kienet diġа qalbet gћall-mutur bid-diesel. FUQ Ý 2 FUQ Ý