Salmi

L-Ewwel Ktieb (hawn)

It-Tieni Ktieb

It-Tielet Ktieb

Ir-Raba’ Ktieb

Il-Hames Ktieb

 

L-EWWEL KTIEB

 

1  Iz-zewg triqat

 

            1          Is-salmi 1 u 2 qishom id-dahla tas-salterju, li tieghu jaqghmlu gabra tat-taghlim morali u l-idejat messjanici.  Salm 1, filwaqt li jikkuntrasta “z-zewg triqat”, jiccelebra il-Ligi moghtija lill bnedmin ghall-hena taghhom (ara 19, 8-15 u 119).  

 

            1, 2      jahseb fi:   Tr. “jehwden”.  Dan it-tlissin b’lehen baxx hu meditazzjoni (ara 63, 7;  77, 13;  143, 5), li tikkuntrasta mal-karba tat-talba filwaqt tat-tigrib (ara 3, 5;  5, 3;  ecc).

 

            1, 4      mhux hekk:  it-tieni wahda skond LXX;  imhollija barra fit-TM.

           

            1, 5      haqq:   il-gudizzju eskatologiku skond TM;  gudizzju tal-waqt li Alla jaghmel f’din il-hajja skond LXX.

 

2  Id-dramm messjaniku

 

            2          It-tradizzjoni lhudija u dik nisranija iqisu dan is-salm daqstant messjaniku daqskemm hu S 110, li dan jista’ jistrieh fuqu.  Is-salm ihares ’il quddiem b’mod messjaniku u eskatologiku.

 

            2, 6      l-gholja mqaddsa:     il-“muntanja ta’ Alla” ghall-ewwel kienet is-Sinaj (Ez 3, 1;  18, 5), fejn Mose` kien iltaqa’ ma’ Alla u rcieva minghandu l-Ligi (Ez 24, 12-18;  Dt 33, 2;  ara 1 Slat 19, 8).  Meta Salamun bena t-tempju fuq l-gholja ta’ Sijon (2 Sam 5, 9+), din saret l-gholja wahdanija fejn kien joqghod Alla, fejn il-bniedem kien “jitla’” biex jisimghu u jqimu (ara Dt 12, 2w+).  Salamun mbaghad ta l-isem lill-belt ta’ Gerusalemm kollha, belt is-sultan messjaniku li fiha se jingemghu l-gnus (48, 1+, Is 2, 1-3;  11, 9;  24, 23;  56, 7;  Goel 3, 5;  Zak 14, 16-19;  ara Lhud 12, 22;  Apk 14, 1;  21, 1+).

 

            2, 7      S 89, 27+         Atti 13, 33+

 

            2, 7      Wara r-ribelli (v 3) u wara l-Mulej (v 6), jitkellem il-Messija. Bil-konsagrazzjoni tieghu ta’ sultan fuq Izrael (v 6), Alla ddikjarah bhala “ibnu”, skond espressjoni komuni tal-Lvant tal-qedem, izda li, billi din l-espressjoni diga` ttiehdet mill-weghda messjanika ta’ 2 Sam 7, se jkollha sens wisq iktar profond: il-v 7 se jigi applikat minn Lhud 1, 5, mbaghad mit-tradizzjoni u mil-liturgija, ghan-nisel dejjiemi tal-Kelma.

 

            2, 9      Gen 12, 7+

 

            2, 9      Is-Sultan-Messija qieghed hawn jigi raffigurat fis-sura tradizzjonali tieghu ta’ wiehed gwerrier.

 

            2, 11    riglejh busu:   naxxequ beraglajw;   vulg. “gholluh”;   ebr., grg. u Targum igibu “ u gholluh... busu lill-iben” jew “busu dak li hu safi” (ir-romblu tal-Ligi), wegilu... naxxequ bar (ara 19, 9).  L-ebrajk x’aktarx ried iwarrab l-antropomorfizmu. LXX u vulg. jittraducu naxxequ bar b’ apprehendite disciplinam u San Girolamu b’ adorate pure (“fis-safa”).                    

 

3  Sejha ta’ filghodu tal-gust ippersegwitat

 

            3, 6      Din is-silta tigi applikata mill-Patres ghal Kristu mejjet u mqajjem mill-mewt.

 

4  Talba ta’ filghaxija

 

            4          Salm ta’ fiducja u radd il-hajr lil Alla, li minnu biss tigi l-hena.  Il-vv 5 u 9 huma talba ta’ filghaxija.

 

            4, 3      twebbsu qalbkom:  skond LXX;  TM (mhux maqsum sew) igib “il-glorja tieghi tinsab insultata”.

 

            4, 5      isktu:  Tr. “ikkalmaw”.  Test mhux daqstant car, forsi mharbata;  izda ma ssir ebda tiswija.  Is-sens generali hu li ghandu jkollok il-biza’ li toffendi lil Alla, u titolbu fil-kalma u fis-skiet tal-qima.

 

            4, 7      id-dawl ta’ wiccek:  espressjoni biblika, ta’ spiss uzata fis-salterju, dwar il-benevolenza ta’ Alla jew tas-slaten. Il-“wicc” hu d-dehra minn barra ta’ xi haga (S 104, 30;  Gen 2, 6) jew ta’ bniedem, li fuqu taqralu hsibijietu u taghraf is-sentimenti tieghu (Gen 4, 5;  31, 2;  ecc). Jista’ wkoll ifisser il-persuna (“wicc tieghi” = jien;  ara 42, 6.12;  43, 5;  ecc) u l-prezenza taghha;  jintuza b’mod specjali ghal Alla li jhares lejn il-bniedem.  Billi huwa impossibbli li l-bniedem jara lil Alla (Ez 33, 20+;  34, 29-35), Alla “juri d-dawl ta’ wiccu” (ara 31, 17;  44, 4;  80, 4) izda biss f’sens mdghajjef.  Trid tifhem bl-istess mod it-toroq li l-bniedem jiehu biex ifittex lil Alla (24, 6;  27, 8+;  Gob 33, 26;  Gham 5, 4+) jew biex jikkontemplah (11, 7+;  42, 3). Tr. mis-LXX u vulg. “dawl wiccek jinsab sigillat (stampat) fuqna” kienet tirreferi ghar-ruh mahluqa fi xbiha ta’ Alla u mmarkata bis-sigill tal-maghmudija, li jaghmel min-nisrani “wild id-dawl” (Lq 16, 8;  Gw 8, 12+;  1 Tes 5, 5;  Efes 5, 8).

 

5  Talba ta’ filghodu

 

            5, 4      fil-ghodu:  il-waqt tal-grazzji divini (17, 15+ ).  - nressaqlek talbi:  Tr. “insejjahlek”, “noffri l-weghdiet tieghi”, “inhejji l-offerta tieghi”.

            5, 11    Insibu ta’ spiss fis-salmi sejhat bhal dawn ghall-vendetta divina kontra l-ghedewwa ta’ Alla u tal-fidil tieghu (ara per ezempju 10, 15;  31, 18;  54,7;  58,7w;  59.12w;   69, 23-29;  79, 12;  83, 10-19;  104, 35;  109, 6-20;  125, 5;  137, 7-9;  139, 19-22;  140, 10-12). Bil-mentalita` tar-retribuzjoni fuq din l-art, li kienet ghadha ssehh fir-rabta l-qadima, dawn is-sejhat jesprimu ghatx ghall-gustizzja.  Sew l-esperjenza personali sew il-mixja ’l quddiem tar-rivelazzjoni se juru kemm din il-mentalita` ma tregix: it-triq li twassal ghall-gustizzja ta’ Alla ghandha tibqa’ misteru (ara Gob).  It-TG ikompli jorqom din il-perspettiva:  il-gustizzja ghandha ccedi ghall-imhabba (Mt 5, 43-48).  Meta mbaghad jigu hekk imsoffija mir-risentiment personali, is-salmi ta’ vendetta jibqghu, ghall-Knisja u ghan-nisrani, l-espressjoni ta’ dan l-istess ghatx ghall-gustizzja quddiem is-setghat tal-hazen li jinsabu dejjem jahdmu fuq wicc l-art.

 

6  Tnehida fit-tigrib

 

            6          Dan hu l-ewwel minn seba’ “salmi penitenzjali” (32;  38;  51;  102;  130;  143).  Bniedem marid jitkarrab lil Alla tieghu.        

 

            6, 5      ehlisni:  litt. “ehlisli ruhi” fit-TM.  Il-kelma ebr. nefex (ara Gen 2, 7) tfisser in-nifs tal-hajja (u iktar, il-griezem) li nsibuh fil-bidu tal-hajja u jghib mal-mewt.  Din il-kelma ta’ spiss tfisser il-bniedem jew l-annimal, bhala individwu haj (Gen 12, 1;  14, 21;  Ez 1, 5;  12, 4 ecc) jew inkella fid-diversi funzjonijiet tal-hajja tieghu, izda li dejjem jinsabu marbutin flimkien, fil-gisem jew fis-sentiment (ara Gen 2, 21+).  L-espressjoni “ir-ruh tieghi” ta’ spiss tinghad minflok il-pronom riflessiv “jiena nnifsi” (ara 3, 3;  44, 26;  124, 7;  Gen 12, 13;  Ez 4, 19;  1 Sam 1, 26;  18, 1-3;  ecc), l-istess bhal “il-hajja tieghi”, “il-wicc tieghi”, “il-glorja tieghi”.  Dawn id-diversi tifsiriet ta’ “ruh” se nsibuhom ukoll fit-TG (psyche);   ara Mt 2, 20;  10, 28;  16, 25w;  1 Kor 4, 16+;  15, 44+.

 

            6, 6      Fix-xeol (qiegh l-art, ara Num 16, 33+), il-mejtin jghaddu hajja mdaghjfa u siekta, minghajr ma jkollhom qatt iktar rabtiet ma’ Alla (30, 10;  88, 6.11-13;  Is 38, 18).

 

            6, 8      nfnew:            skond LXX, Aquila, Simmacus igibu “nixjieh”;   TM jgib “tixjieh” , ‘atqah;  tr. “insolenza”, ‘ateqah.  L-“ghakkiesa” jaraw fit-tigrib tal-marid, il-kastig ghal xi htija mistohbija (ara hbieb Gob).  Din it-tema tigi wisq iktar zviluppata band’ohra (31;  35;  38;  69).

 

7  Talba tal-gust ippersegwitat

 

            7          Hawn insibu maghqudin flimkien zewg ilmenti dwar l-innocenza tas-salmist. L-ewwel ilment (vv 1-6.13b-17), bi stil tal-Kotba ta’ l-Gherf, jerga’ jitlob l-applikazzjoni iebsa tal-ligi tar-ritaljazzjoni;  it-tieni (vv 7-13a), mnebbah minn Geremija, jokrob lill-Mulej biex jintervjeni.  Il v 18 hu konkluzjoni liturgika.

 

            7, 1      Kus ta’ Benjamin:     Tr. “Kusi” (ara 2 Sam 18, 21):  huwa l-messaggier li wassal lil David il-bxara ta’ mewt ta’ Absalom.  Izda t-titlu “ta’ Benjamin” iktar jaghtina x’nifhmu li kien ghadu ta’ David.

 

            7, 5      Il-principju tar-ritaljazzjoni (ara Ez 21, 25+) kien jehtieg li ghat-tajjeb jintaghmel it-tajjeb u l-hazin jitpatta bil-hazin.  M’hemmx htiega li t-test jigi mrattab bhal meta jigi tradott “naghmel il-hazin lil min ikun ghamiluli” jew skond l-aramajk jiftiehem “nezza’ (lill-ghakkies tieghi”).  Hawn ghadna ma wasalniex fil-morali evangelika (Mt 5, 38w). 

 

            7, 6      S 6, 5+

 

            7, 6      giehi: traduzzjoni litterali, izda l-kelma tfisser ukoll il-fwied, l-organu tal-hsibijiet u tas-sentimenti ghas-semitici.Din il-kelma tista’ wkoll tfisser ir-ruh. - It-trab huwa dak tal-qabar.

 

            7, 7      aghmilli l-haqq:  Tr. mas-LXX “Alla tieghi”, ‘eli;  TM “(rodd) lejja”, ‘elaj.

 

            7, 9      Mulej:   TM minflok igib “fuqi”.

 

            7, 10    Gherf 1, 6+

 

            7, 12    Ez 34, 6-7+

 

            7, 12    mhallef gust:  Tr. mas-LXX li jzidu “u tqil biex jaghdab”;  imholli barra fit-TM.

 

            7, 13    Jissemma “l-ghadu” bhala suggett biex ikun hemm sens f’dan il-versett li jsegwi fil-hsieb il-v 6.

 

            7, 18    l-Gholi:  Tr. “isem Alla, l-Izjed Gholi”;  TM jgib “Jahwe` l-Izjed Gholi”. - Il-verb ebr. zamar, grg. psallein, li s-soltu jigi tradott bhala “salla” (hawnhekk “nghanni”), sewsew ifisser “daqq strument (tal-kordi)” jew “ghanna ghad-daqq tal-muzika”.

 

8  Il-qawwa ta’ l-isem divin

 

            8, 1      “Il-Gittit”: x’aktarx l-arpa jew melodija ta’ origni filistina.

 

            8, 2      Li tlissen l-isem divin jippermetti lill-fidil li jippartecipa fil-glorja ta’ Jahwe` (ara v 6).  Mafghmul fi xbihet Alla, il-bniedem huwa msieheb mas-sovranita` tieghu (ara 20, 2;  54, 3.8;  Is 63, 17). X’aktarx li din it-tema tat lok ghat-tqarrib mas-salm ta’ qabel. - Int qeghedt... ’l fuq:          Tr. “itenni (tinnah) s-sebh tieghek s-smewwiet”;  TM jgib “irid jaghti (tenah)”.

 

            8, 3      Kristu silet u lissen dawn il-kliem dwar dawk it-tfal li kienu qed jifirhu bil-palm f’idejhom.  Il-liturgija tuzah biex ticcelebra ix-xhieda ta’ l-Innocenti qaddisin (ara Mt 2, 16;  21, 16). - bnejt sur:  bhal fi Prov 18, 10, ecc, l-isem divin ihawwad kull idolatrija billi jirrivela lil Alla wahdieni, Jahwe` (ara Ez 3, 14). 

 

            8, 6      Ftit inqas mill-allat: Tr. ftit inqas “mill-angli” u “minn xi alla”.  L-awtur jahseb fil-hlejjaq misterjuzi li jaghmlu l-qorti ta’ Jahwe` (29, 1+), l-“angli” tas-LXX u vulg. (ara 45, 7+;  Tob 5, 4+).

 

9-10  Alla jirbah lill-hziena u jsalva lill-umli

 

9   (9A)

 

            9-10     Is-salmi 9 u 10 kienu fil-bidu jaghmlu poema wahda (hekk insibuhom fis-LXX u vulg.):  il-kelliemi tal-”fqajrin” (ara Sof 2, 3+) jiddeskrivi f’innu u jitkarrab f’talba l-migja tal-gudizzju divin fuq il-hziena.  Is-salm hu wiehed “alfabetiku” (ara Prov 31, 10+), izda x’uhud mill-ittri m’ghandhomx l-istrofi korrispondenti fit-test ewlieni li jinsab mgharraq hafna.

 

            9, 1      “Mut-labben”:  sens xejn cert.  Litt. TM jghid “fuq (ton ta’) li tmut ghall-iben”. 

 

            9, 5      Il-gudizzju divin jitqies bhala miksub,il-”jum ta’ Jahwe`” se johorgu ghad-dawl.  Din it-tema reskatologika ta’ spiss niltaqghu maghha fis-salmi.

 

            9, 8      Imma:            fi tmiem il-v 7, TM jgib hemmah we, “huma u”;  tr. hinneh, “hekk hu”.

 

            9, 12    S 7, 18+

 

            9, 13    Gob 16, 18+

 

            9, 14    ara n-niket tieghi: wara dal-kliem insibu wkoll “hidma ta’ l-ghadu tieghi”, mat-TM li jfgib “tort ta’ dawk li joboghduni”.

 

            9, 16    S 7, 16+

 

10  (9B)

 

            10, 3-4   Iz-zewg vv xejn m’huma certi u x’aktarx mimsusin ghal ragunijiet teologici (jishet, litt. “ibierek” li hu eufemismu bhal fl-1 Slat 21, 10.13 u Gob 1, 5.11;  2, 5.9).  Il-verzjonijiet joffru siltiet li jvarjaw.  -  Meta jichad l-azzjoni tal-Providenza, il-hazin jasal biex jichad lil Alla.

 

            10, 8    hitan tas-sejjieh:  ebr. hasserim, “cnut” jew “irhula”;   tr. hassirim, “qasab”;  ara Is 35, 7.  -  ifittxu:  ebr.  “jistahbew”;  tr. “huwa jispija”.

 

            10, 10  Tr. terga’ “huwa jispija” biex terga’ tiddahhal l-ittra ssadhe`, mhollija barra fit-TM. - jitbaxxa... jinxtehet:  Tr. “jonsob f’sabta lill-maghkus”;  litt. “jinsahaq” skond qere` u LXX;  ketib igib “mishuq”.

 

            10, 12  Erfa’ idek:  biex issalva (138, 7) u biex isawwat (Is 11, 15;  Ezek 36, 7;  Mik 5, 8).

 

            10, 14  It-test ta’ dan il-v mhu xejn cert.

 

11  (10)  Il-fiducja tal-gust

 

            11, 1    Il-fidil imfittex jitqabbel ma’ ghasfur (55, 7;  91, 3;  124, 7).  L-gholja hu l-post fejn jistkenn (121, 1;  Gen 19, 17;  Ezek 7, 16;  Mt 24, 16).

 

            11, 4    fuq il-bnedmin:  Tr. “fuq id-dinja”;  TM ihalli barra. 

 

            11, 6    gamar:  skond Simmacus;  TM jgib “insib”.  -  is-sehem:  Tr. “ix-xorti” u litt. “sehem il-bieqja taghhom”.  Din il-metafora (il-bieqja x’aktarx kienet isservi ghat-tlugh tax-xorti) tfisser id-destin, ix-xorti tajba (16, 5;  23, 5) jew iktar ta’ spiss dik hazina (75, 9;  Mt 20, 22;  Apk 14, 10;  16, 19);   il-bieqja tar-rabja divina hija tema profetika (Ger 25, 15;  Hab 2, 16;  Ezek 23, 31w;  Is 51, 17+;  Lam 4, 21). 

 

            11, 7    wiccu... sewwa:  Tr. “il-bnedmin sewwa jarawlu wiccu”;   it-taghlima tat-TM (“wiccu se jifli l-qalb sewwa”) x’aktarx tirrifletti skruplu teologiku: il-bniedem ma jistax jara lil Alla (ara Ez 33, 20+).  Madankollu l-espressjoni “jikkontempla” jew “jifli wicc Alla” hi wahda li nsibu ta’ spiss fis-salmi fis-sens li toqoghod fil-prezenza tieghu bhalma joqoghdu l-qaddejja quddiem is-sid twajjeb (15, 1;  ara 16, 11;  17, 15;  24, 6;  27, 8+;  105, 4;  Is 38, 11;  Gen 33, 10;  Gob 33, 26).

 

12  (11)  Kontra d-dinja giddieba

 

            12        Talba fi stil profetiku.  Mal-gideb tal-bnedmin jikkuntrasta s-sewwa tal-kliem u tal-weghdiet divini.

 

            12, 2    ghabu... il-bnedmin:  Tr. “ghabet il-fedelta` minn fost ulied il-bnedmin”;  “ghabet”, ebr. x’aktarx sapu;   passu tat-TM ma tiftiehemx.

 

            12, 7    mghoddija:  litt. “mdewweb mal-bidu tad-dinja”, jigifieri diga` msoffi hekk kif issibu. Il-kelma ta’ Alla hi ghalkollox safja minn kull gideb.

 

            12, 9    aktar ma titgholla d-dnewwa:  Tr. “johorgu l-aghar nies”, “quccata ta’ zeblih”,  u “bhal meta titgholla zeblieha”.  It-Targum jaghmel parafrasi tal-v kollu:  “bhal dudu li jerda’ demm il-bnedmin”. 

 

13  (12)  Sejha fiducjuza

 

            13, 3    kuljum:  Tr. “kull waqt”;  grg. izid “u matul il-lejl”.

 

            13, 6    LXX u vulg. izidu fl-ahhar “u wkoll b’isem il-Mulej l-iktar Gholi” (ara 7, 18);  TM ihalli barra dan il-v.

 

14  (13)  Il-bniedem minghajr Alla

 

            14        Il-bniedem “minghajr Alla” (ara 10, 4+) hu bniedem belhieni. Ghad tigi s-siegha tieghu (ara Ger 5, 12w).

 

            14, 3    Manuskritti grg. u vulg. hawn idahhlu tliet versi, imsemmija f’Rum 3, 10-18;  jinkludu 5, 10;  140, 4;  10, 7;  Prov 1, 16;  Is 59, 7-8;  S 36, 2.

 

            14, 4    Is 9, 11+

 

            14, 4    Xbieha ta’ origni profetika.

 

            14, 5    Biza’ kbir waqa’ fuqhom:  Tr. “hemm se jirtoghdu bil-biza’”, fejn hemm tfisser Sijon, v 7 (ara 48, 3;  76, 4;  87, 4.6;  Ezek 48, 35). Wara biza’ kbir xi siltiet, fosthom LXX u S 53, izidu “bla ma kien hemm ghalfejn jibzghu” (TM ihalli barra): tkexkix misterjuz, minghajr ebda raguni li tidher (ara Lev 26, 36;  Dt 28, 67;  1 Sam 14, 15;  2 Kron 14, 13;  Gob 3, 25).  Jista’ jkun li hawn qed isemmi l-qerda tal-assiri fis-sena 701, midrubin meta ma kellhomx, milli jidher, m’nhiex jibzghu (ara 2 Slat 19, 35;  Is 37, 36).

 

            14, 7    jerga’ jqajjem:  l-espressjoni (ara 85, 2;  126, 1;  Gham 9, 14;  Hos 6, 11;  Ger 29, 14;  Ezek 16, 53;  Dt 30, 3;  Gob 42, 10, ecc)  li l-ewwel nett tindika l-migja lura mill-jasar, spiss ghandha sens iktar generali: twaqqaf mill-gdid, tirristawra, tibdel ix-xorti.

 

15  (14)  Il-mistieden li jghammar mal-Mulej

 

            15        Gabra ta’ morali, ara l-kmandamenti tad-dekalogu, Ez 20, 1+.

 

            15, 1    fid-dar:  Tr. “fit-tinda”.  Is-santwarju ta’ Gerusalemm xi mindaqqiet jassumi l-isem ta’ “tinda”, b’tixbiha mas-santwarju l-qadim fid-dezert, imfakkar ta’ kull sena mill-festa ta’ l-Gherejjex, jew tat-Tabernakli (Ez 23, 14+).

 

            15, 4    lil dawk li jibzghu mill-Mulej:  jigifieri dawk kollha li huma fidili u leali lejh. Din l-espressjoni, li ta’ spiss insibu fis-salmi, hi sinonima ma’: fidil, piju, devot. Aktar tard tindika lil kull min juri simpatija lejn il-gudajizmu (ara Atti 2, 11+;  10, 2+).

 

            15, 5    Ez 22, 24+       Ez 23, 8+

 

16  (15)  Il-Mulej hu s-sehem tieghi li niret

 

            16, 1    Miktam:   Tr. “b’vuci baxxa”. Din ir-rubrika nsibuha fil-bidu ta’ salmi li t-tlissin taghhom fil-pubbliku setghet tqajjem ir-rabja tal-pagani tal-perjodu ellenistiku (grieg), padruni ta’ Gerusalemm.

 

            16, 2-3   It-test tal-vv 2-3, li mhu xejn car, jigi tradott b’sengha li tibdel il-vokalizzazzjoni. L-ebr. jista’ jigi litt. tradott: “Mulej tieghi, int il-hena tieghi, mhux ’il fuq minnek.  Lill-qaddisin, dawk ta’ fuq din l-art, dawk u dawn li jimponu (?), l-ghaxqa kollha tieghi tinsab fihom”. - Dawn il-vv jistghu jkunu indirizzati lejn dawk li jippretendu li jghaqqdu l-qima lil Jahwe` mal-kult ta’ l-allat taghhom, tahlita li ghal hafna zmien kienet l-ikbar tigriba ghal Izrael (ara Is 57, 6;  65, 5;  66, 3w).

 

            16, 4    L-hemm... allat ohra:   Tr. “Jghagglu l-ohrajn biex jibnu l-idoli” fejn “jghagglu” terga’ tr. “jigru ghal warajhom” u ebr. “ihallsu l-prezz tal-barrani”. - allat: jew idoli, litt. “nuqqas ta’ sahha”, eufemizmu.

 

            16, 6    Riferenza ghall-kundizzjoni tal-leviti.  Is-sehem taghhom, imfisser mix-xbieha tradizzjonali tal-bieqja (ara 11, 6+) u tal-habel li jkejlu bih ir-raba’ (Mik 2, 4-5) huwa Jahwe`.  L-isem proprju Hilqijja-hu, “Jahwe` s-sehem tieghi”, insibuh ta’ spiss.

 

            16, 7    qalbi:  litt. “il-gewwieni tieghi”, post il-hsibijiet u s-sentimenti l-iktar mohbija (ara 7, 10;  Prov 23, 16;  Ger 12, 2). 

 

            16, 9    Num 16, 33+

 

            16, 9    ruhi:  litt. “il-glorja tieghi” (ara 7, 6+).

 

            16, 10  Is-salmista ghazel lil Jahwe`.  Ir-realizmu tal-fidi u l-htigiet tal-hajja mistika inisslu fih intimita` li ma jinhallx minn mieghu:  huwa ghaldaqstant mehtieg li jahrab minn dik il-mewt li tifirdu minn Jahwe` (6, 6;  ara 49, 16+). Din hi tama li ghadha mhix daqstant preciza, izda li diga` qeghda twassal ghall-fidi fil-qawmien (ara Dan 12, 2;  2 Mak 7, 9+). L-applikazzjoni messjanika, ammessa mill-gudajizmu, intweriet issehh fil-qawmien ta’ Kristu.

 

17  (16)  Sejha tal-bniedem innocenti

 

            17, 11  Jigu ghal fuqi:  Tr.  “arahom, gejjin ’il quddiem;  TM “il-passi taghna”.

           

            17, 14  mill-bnedmin... sehemhom:  Tr. “li m’ghandhomx aktar sehem f’din il-hajja” fejn m’ghandhomx aktar sehem tista’ daqstant tiftiehem: “bnedmin (li jmutu) li ghandhom b’sehem hajja xejn twila”. Din tista’ tkun ambigwita` apposta. - bil-gid tieghek: litt. “b’dak li int tahbi”.  M’humiex kastigi dak li jrid hawn ifisser, izda l-gid li jghaddi li minfloku l-bniedem fidil jaghzel il-hbiberija divina.  

 

            17, 15  Num 12, 8+

 

            17, 15  Il-qawmien ta’ filghodu huwa l-waqt maghzul minn Alla biex ixerred ir-rizq divin (5, 4;  30, 6;  46, 6;  49, 15;  57, 9;  73, 20;  90, 14;  130, 6;  143, 8).   Huwa wkoll il-waqt meta jsir il-haqq (101, 8+).  Is-sebh u d-dawl huma xbihat ta’ salvazzjoni (Is 8, 20;  9, 1;  33, 2;  58, 10;  Sof  3, 5;  Lam 3, 23;  ara Gw 1, 4-5+;  8, 12+).  L-ghaxija u d-dlam huma min-naha l-ohra xbihat tat-tigrib u d-dwejjaq (17, 3;  Is 17, 14;  50, 10;  S 30, 6;  59, 7;  88, 19;   107, 10).  Il-kelma “nqum” gie li nftehmet bhala riferenza sottili ghall-qawmien mill-imwiet (ara 2 Slat 4, 31;   Is 26, 19;  Dan 12, 2;  S 16, 10+) .

 

18 (17)  Te Deum irjali

 

            18        Dan il- kant trijonfali jghaqqad ma’ talba ta’ radd il-hajr (vv 5-28) ghanja rjali ta’ rebha (vv 32-51) bi tmiem messjaniku.  Ir-recensjoni parallela ta’ 2 Sam 22 taghti lok ghall-korrezzjoni ta’ test ta’ spiss difettuz.

 

            18, 2    Tr. billi jdahhal versett imholli barra fit-TM u mqieghed minn 2 Sam fi tmiem v 3;   hawnhekk jinsab imqieghed mal-v 2 bhala l-uniku v li jindirizza lil Alla fit-tieni persuna (“Nhobbok”). 

 

            18, 3    blata:  Jahwe` jissejjah ta’ spiss fis-salmi “blata ta’ Izrael”: sur ta’ kenn ghal kull min jemmen fih u fuq kollox tan-nisel ta’ David (ara Mt 16, 18+). - qawwa tas-salvazzjoni:  litt. “qarn ta’ salvazzjoni”;   il-qarn huwa simbolu ta’ qawwa u ta’ forza (75, 5;  89, 18;  92, 11;  ecc;  ara Dt 33, 17;  1 Slat 22, 11;  Zak 2, 4), xi mindaqqiet b’xehta messjanika (132, 17;  Ezek 29, 11). 

 

            18, 5    Mwieg:  ma’ 2 Sam, ara v 6;  TM jgib “xbieki”.  L-ilmijiet huma simbolu tal-perikli tal-mewt (ara 32, 6;  40, 3;  42, 8;  66, 12;  69, 2w.15w;  88, 18;  130, 1;  Is 8, 7;  30, 28;  Gob 22, 11;  27, 20;  Gen 2, 6). 

 

            18, 6                Dt 13, 14+       Num 16, 33+

 

            18, 7    Fl-hemm tieghi lill-Mulej sejjaht: TM izid “quddiem wiccu”, imhollija barra minn 2 Sam.

 

            18, 8    Hawn tibda d-deskrizzjoni tat-teofanija rebbihija ta’ Jahwe`, li jigi biex jghin lill-fidil tieghu (vv 8-18;  ara Ez 13, 22+;  19, 16+).

 

            18, 11              S 68, 5+

 

            18, 11  Il-kerubini li jinsabu mtellghin fuq l-arka (Ez 25, 18+) u jispiraw lil Ezekjel bid-dehra tal-karru divin (Ezek 1, 5w+) iservu ta’ trijonf ghal Jahwe` (1 Sam 4, 4;  2 Sam 6, 2;  2 Slat 19, 15).  Wara l-qerda tat-tempju jsiru simbolu ta’ hlejjaq smewwija.

 

            18, 12              Ez 13, 21+

 

            18, 13  shab johrog:  skond TM (mharbat) “dab kull shab”;  litt. “is-shab tieghu ghadda”;  2 Sam “lehh ragg jiddi”.

 

            18, 14   TM hawn itenni il- v 13b (silg u ilsna tan-nar), imholli barra minn LXX u 2 Sam.

 

            18, 16  il-bahar:   skond 2 Sam;  fit-TM “l-ilmijiet”.

 

            18, 25  is-safa ta’ jdejja: skond 2 Sam;  “l-innocenza ta’ jdejja” skond TM biex ikun jixbah il-v 21b.

 

            18, 29  tixghel... il-musbieh tieghi:  TM “dawl ghall-musbieh tieghi”;  izda tr. ma’ 2 Sam “musbieh tieghi”, dettall li jrattab l-antropomorfizmu.

 

            18, 30  neghleb il-qtajja’:  Tr. ebr. “nigri biex neqred” (‘aruss gedud);  tr. ma’ 2 Sam “nahbat ghac-cint” (‘aross geder).

 

            18, 36  l-ghajnuna tieghek kabbritni:  TM jgib “l-umilta` tieghek (jew “il-hsieb tieghek”, sens aramajk, ‘anewateka) tkabbarni”;   Tr. “int ma tieqafx tismaghni”;  litt. “int ittenili twegibtek (‘anoteka)”, skond LXX u 2 Sam;  ara S 20, 7.

 

            18, 44  minn poplu:  TM jgib “poplu” ;  2 Sam igib “il-poplu tieghi”;  LXX igib “popli” (f’dan is-salm u fit-2 Sam).  It-taghlima ta’ 2 Sam hi wahda ewlenija;  din imbaghad giet generalizzata minhabba fit-tkomplija tal-v kif ukoll x’aktarx biex tigi eliminata r-riferenza xejn favorevoli ghal Izrael.

 

            18, 50              S 7, 18+

 

19  (18)  Il-Mulej xemx tal-gustizzja

 

            19        L-innu jiccelebra lil Jahwe` il-hallieq tas-sema, specjalment tax-xemx, vv 5b-7, u l-awtur tal-Ligi:  in-natura u l-Ligi juru juru kull perfezzjoni divina.  Fil-Lvant tal-qedem ix-xemx kienet is-simbolu tal-gustizzja (ara Mal 3, 20;  Gherf 5, 6);  hekk tiftiehem ir-rabta flimkien taz-zewg taqsimiet tas-salm.  Dan jigi applikat mil-liturgija tal-milied ghall-Kelma ta’ Alla, xemx ta’ gustizzja (Mal 3, 20;  Gw 1, 9;  Lq 1, 78).  Il-v 5 jigi applikat ghall-appostli (ara Rum 10, 18).

 

            19, 2-3             Rum 1, 20+

 

            19, 4    ma hemmx lehen li ma jinstemax:  Tr. “li ma tismax hosshom”;   il-verzjonijiet fehmu dan il-versett b’dan il-mod,izda dak li jigi wara jalludi ghat-tema assiro-babiloniza tal-kwiekeb, “il-kitba siekta tas-smewwiet.

 

            19, 5    lehenhom:  Tr. “il-passi taghhom”.  Is-salmista, filwaqt li jitkellem dwar ix-xemx bhala hlejqa ta’ Jahwe`, juza espressjonijiet li jinsabu fil-mitologija babiloniza.

 

            19, 11  l-aktar fin, ohla: Tr. “l-aktar fin, imfawwar kliemu ohla”, fejn “kliemu” x’aktarx gejja minn debarajw (ara S 119, 103.127) u “imfawwar” minn rab, skond TM .

 

            19, 14  mill-kburija: litt. “mill-kburin” jew “mill-hwejjeg kburin”;  skond LXX “mill- (allat) barranin”;   119 jikkuntrasta l-hin kollu l-kburija mal-prattika tal-Ligi.

           

            19, 15  Mulej:  Tr. mas-LXX  “Bla ma qatt tieqaf, Mulej”;  imholli barra fit-TM. - feddej: ebr. go’el;  il-kelma, li tindika lil min jithallas minn demm il-mejjet (Num 35, 19+) u lil min ikollu d-dritt tal-fidwa (Lev 25, 25.47-49), tigi applikata (minn Gob 19, 25;  S 19, 15;  78, 35;  Ger 50, 34 u ta’ sikwit fit-Tieni Parti ta’ Isaija: 41, 14;  43, 14;  44, 6. 24;  49, 7;  59, 20;  ecc) lil Jahwe` li jithallas, isalva u jaqla’ bil-qawwa mill-mewt lil dawk li jemmnu fih u lill-poplu tieghu.

 

20  (19)  Talba ghas-sultan

 

            20        Talba ghas-sultan tielaq ghall-gwerra (ara 1 Slat 8, 44;  2 Kron 20, 18w);  maghmul minn zewg taqsimiet, li wara kull wahda hemm antifona korali.

 

            20, 7    il-midluk tieghu: il-”konsagrat” tieghu, il-“Kristu” tieghu (ara Ez 30, 22+;  1 Sam 9, 26+): is-sultan ta’ Izrael.

 

            20, 8    Hos 1, 7+

 

            20, 10  wegibna: Tr. “int twegibna”.

 

21  (20)  Rit ta’ tqeghid il-kuruna

 

            21        Dan is-salm, f’zewg taqsimiet li warajhom hemm antifona korali (vv 8 u 14), ghandu accent messjaniku u eskatologiku li wassal biex jigi applikat ghal Kristu sultan.

 

            21, 10  Malli int tidher:  Tr. “Fil-jum meta int tidher”, u litt. “F’jum il-wicc tieghek”, jigifieri meta int se tidher biex taghmel haqq.  il-vv 9-13 huma indirizzati lis-sultan.  Izda l-espressjoni “f’jum il-wicc tieghek” u t-tismija tan-nar gejjin mill-istil eskatologiku.  Din is-silta fit-test primittiv (ara mss. grg.) setghet kienet indirizzata lil Jahwe`.

 

22  (21)  Tbatijiet u tamiet tal-gust

 

            22        Ilment u talba ta’ bniedem innocenti li jinsab persegwitat iwasslu ghal radd il-hajr ghall-helsien mistenni (vv 23-27), u dawn jigu adatti ghal-liturgija ta’ Israel permezz tal-v 24 u tat-tmiem universalista tas-salm (vv 28-32),  fejn il-migja tas-saltna ta’ Alla fuq l-art kollha jidher bhala dak li johrog mill-prova li jkun garrab il-qaddej fidil. Dan is-salm hu simili hafna ghall-poema tal-qaddej li jbati (Is 52,13-53,12), u Kristu lissen il-bidu tieghu fuq is-salib (Mt 27, 46), filwaqt li l-evangelisti raw fih bil-quddiem xi grajjiet tal-passjoni, u hu ghaldaqstant salm messjaniku ghallinqas f’sens tipiku.

 

            22, 1    “Ic-cerva tas-sebh”:  forsi l-bidu ta’ xi ghanja mhux maghrufa, skond TM;  tr. “ghall-wens ta’ filghodu”.

 

            22, 4    Lev 17, 1+       Is 6, 3+

 

            22, 4    Tr. “int li tghammar fil-maqdes, int it-tifhir ta’ Izrael” ara LXX;  “int il-qaddis li tghammar fit-tifhir ta’ Izrael” ara TM.

 

            22, 6    Mh 2, 11-19+

 

            22, 9    intelaq:  TM jgib : “intelaq int”.

 

            22, 16  Halqi:  ebr. hikki, jew kohi “il-qawwa tieghi”.

 

            22, 17  Taqqbuli:  skond vulg.;  tr. “bhal qishom hanxru”;  Glormu u Simmacus;  “jorbtu”;   TM jgib “bhal iljun”, ma jiftiehemx;   LXX “haffru”;  sirjak minflok: “darbu”. Is-silta tfakkar f’Is 53, 5, izda l-evangelisti ma ghamlux uzu minnha fir-rakkont tal-passjoni.

 

            22, 22  TM fl-ahhar izid ‘anitani, “int wegibtni”.  -  lili msejken:  ‘anijjati: “(ir-ruh) il-fqajra tieghi”.   

 

            22, 27  Riferenza ghall-bankett messjaniku (Is 55, 1w, ecc) iktar milli ghall-ikla ritwali li tigi wara s-sagrificcju tas-sliem (Lev 3, 1+).

 

            22, 28  quddiemu: TM “quddiemek”.

 

            22, 30  Lilu jqimu:  Tr. “Lilu wahdu”, ebr. ’ak lo;   TM jgib ’aklu, “kielu”.

 

            22, 30  U ghalih tghix ruhi... :  skond certi manuskritti u LXX;  test difficli;  tr. “ghal min ma jghix iktar, nislu se jaqdih”.  It-test tas-LXX jidher mimsus minhabba fit-twemmin fil-qawmien. Tista’ tigi tr.: “Huwa (il-hazin) mhux se jghix, izda nisel se jaqdih”.

 

23  (22)  Ir-raghaj it-tajjeb

 

            23        Il-hegga divina ghall-gusti, taht ix-xbieha mtennija tar-raghaj (vv1-4) u ta’ l-ospiti li jilqa’ ghall-bankett messjaniku (vv 5-6).  Dan is-salm jigi tradizzjonalment applikat ghall-hajja sagramentali, specjalment ghall-maghmudija u ghall-ewkaristija.

 

            23, 1    Ezek 34, 1+

 

            23, 2    Gw 4, 1+

 

            23, 4    ghax inti mieghi:  zjieda li x’aktarx saret biex tigi taqbel ma’ 1 Sam 22, 23 u hekk tishaq fuq ir-riferenza ghall-grajjiet David.  Is-test primittiv igib: “Hdejja, il-hatar tieghek, l-ghaslug tieghek qeghdin hemm...”.

 

            23, 5    Ez 16, 1+         S 22, 27+         S 16, 5+

 

            23, 5    Skond id-drawwa ta’ l-ospitalita` orjentali (92, 11;  133, 2;  Koh 9, 8;  Gham 6, 6;  Lq 7, 46). 

 

            23, 6    U nghammar:  Tr. “Il-post fejn noqghod”;  TM “nerga’ lura” (tiswija hafifa fil-vokali). 

 

24  (23)  Liturgija ta’ dhul fis-santwarju

 

            24        Il-vv. 7-10 jistghu jirreferu ghall-garr ta’ l-arka taht David (2 Sam 6, 12-16, ara S 68, 25w;  132).  Il-bidu (vv 1-6) jidher qiesu gej minn qabel (ara S 15):  il-hallieq ta’ l-univers hu wkoll il-habib li jilqa’ lill-gust.

 

            24, 2    L-art tintwera bhallikieku qeghda sserrah fuq l-ilmijiet tal-bahar taht l-art ( ara Ez 20, 4).

 

            24, 6    ’l wiccek, Alla ta’ Gakobb:  skond 2 mss. ebr., sirjak;  TM jgib “wiccek, Gakobb”;   LXX igib “wicc l-Alla ta’ Gakobb”.

 

            24, 10  1 Sam 1, 3+     Ez 24, 16+

 

25  (24)  Talba ghal waqt il-periklu

 

            25, 7    S 106, 4+

 

            25, 7    fil-htijiet:  zjieda fit-TM, tennija mhollija barra fis-sirjak.  - inti tajjeb, Mulej:  versett imqieghed ukoll fi tmiem v 5. 

 

            25, 9    lill-fqajrin:  skond TM izda li jtenni “imsejkna”;   ohrajn u sirjak igibu “dawk bla hena”.

 

            25, 13  Mal-konvinzjoni mwassla b’wirt mill-ghorrief ta’ Izrael, li hemm tpattija sa minn fuq din l-art ghall-gust, hawnhekk tizdied it-tama tal-lhud, gejjin lura mill-ezilju, fit-tgawdija shiha ta’ art missirijiethom.

 

            25, 14  Iktar mill-misteru divin (Gherf 2, 22) irridu hawn nifhmu l-intimita` ma’ Alla (73, 28;  Prov 3, 32;  Gob 29, 5;  Ez 33, 20+), marbuta ma’ l-gharfien ta’ dak kollu li hu divin (Ger 16, 21;  31, 34;  Hos 6, 6).

 

            25, 17  Serrahli:  Tr. “Haffifli”;   TM “haffuli”.

 

            25, 21  Xi siltiet ohra u LXX izidu “Jahwe`” fi tmiem il-v;  imholli barra fit-TM.

 

            25, 22  Dan il-v, li qieghed hemm b’zjieda fis-serje alfabetika, jista’ jkun antifona liturgika ta’ wara l-ezilju (ara 34, 23).

 

26  (25)  Talba tal-bniedem innocenti

 

            26        Bhal fis-salmi 7 u 17, il-fidil jitniehed li hu innocenti.

 

            26, 8    Ez 25, 8+         Ez 24, 16+

 

            26, 8    id-dar ta’ l-ghamara tieghek:  skond TM (qlib hafif ta’ zewg konsonanti);   tr. ma’ LXX:  “is-sbuhija ta’ darek”.

 

            26, 10  Ez 23, 8+

 

            26, 12  Mulej, lilek inbierek:  skond LXX;  TM jgib “se nbierek lill-Mulej”.

 

27  (26)  Ma’ Alla m’hemm ebda biza’

 

            27, 5    Gharix (tr. “post”) u dar (tr. “tinda”) ifissru s-santwarju ta’ Gerusalemm.

 

            27, 8    “Fittex ’il wiccu”:  Tr. “fittxu ’l wiccu”;  TM jgib “fittxuli ’l wicci”.  L-espressjoni (ara Gham 5, 4+), li fil-bidu kienet tfisser “tmur tithaddet ma’ Jahwe`” fis-santwarju tieghu (2 Sam 21, 1), kisbet sens iktar generali: li tfittex li tkun tafu, li tghix fil-prezenza tieghu. “Tfittex il-Mulej” (Dt 4, 29;  S 40, 17;  69, 7;  105, 3;  Gham 5, 4+;  ecc) tfisser li taqdih b’kull lealta`. 

 

            27, 13  Nemmen li ghad nara:  tista’ tiftiehem ukoll: “Ah! li ma kellix jien nara”.  Fl-epoka tal-Makkabin, dan il-hsieb kien jigi interpretat fil-qjies tal-fidi li kellhom f’hajja fiz-zmien li gej.

 

28  (27)  Supplika u radd il-hajr

 

            28, 1    S 18, 3+

 

            28, 2    jdejja: xi testi hawn u fil-v 4 izidu “Jahwe`”, li ma nsibux fit-TM.

 

            28, 7    ferhet qalbi;  nroddlu hajr bil-ghana tieghi:  skond TM;  ohrajn u LXX igibu “gismi rega’ ha r-ruh;  b’qalbi kollha nizzi hajr”.

 

            28, 8    il-midluk:  Tr. “konsagrat”;  litt. “Messija”.  Skond il-parallelizmu, il-“Messija” (“midluk”) jidher li hawn hu l-poplu ta’ Alla, ikkonsagrat ghas-servizz tieghu (ara Ez 19, 3+;  S 105, 15;  Hab 3, 13), u mhux il-princep (20, 7) jew il-qassis il-kbir (84, 10).

 

29  (28)  Innu lil Sid it-tempesti

 

            29        It-tempesta (ara Ez 13, 22+ u 19, 16+) tfakkar fil-qawwa u l-glorja divina li jgarrfu l-ghedewwa ta’ Izrael u jizguraw il-paci ghall-poplu ta’ Alla.

 

            29, 1    Ez 19, 16+

 

            29, 1    ulied Alla: litt. “ulied l-allat” (ara 82, 1;  89, 7;  Gob 1, 6+), identifikati mal-angli li jaghmlu l-qorti divina.  Is-silta tigi xi kultant applikata ghal Izrael , “bin Alla” (Ez 4, 22;  Dt 14, 1;  Hos 11, 1).  -  LXX u vulg. minflok ghandhom: “gibu mtaten lill-Mulej”.

 

            29, 2    fl-ghamara mqaddsa tieghu:  skond LXX u sirjak;  tr. “b’tizjin qaddis” u “fl-imkien ta’ qdusija”;  ghaldaqstant hawn qed nitkellmu mis-sema, xbieha li ma tidhirx tat-tempju ta’ Gerusalemm (11, 4;  78, 69). 

 

            29, 6    is-Sirjon, isem moghti lill-Hermon mis-Sidonin (Dt 3, 9).

 

            29, 7    Alla jaqta’ l-vlegeg biex jinfed lill-ghedewwa tieghu (ara 18, 15;  Dt 32, 23. 42;  Hab 3, 11;  Zak 9, 14).

 

            29, 9    jobrom il-ballut:  Tr. bl-ebr. “iwelled ic-criev”, ’ajjalot, filwaqt li ’elot ifisser “ballut” (kwistjoni ta’ vokalizzazzjoni). Is-sigar il-kbar, hawn u fil-v 5, jistghu jkunu simbolu tal-ghedewwa kburin ta’ Alla u tal-poplu tieghu (ara Is 2, 13;  10, 18.33;  32, 19;  Ger 21, 14;  46, 23;  Ezek 21, 2;  Zak 11, 2).    

 

            29, 9    fit-tempju... Glorja! Sew fis-sema (v 2), sew fit-tempju ta’ Gerusalemm, li l-liturgija li ssir gewwa fih tidwi t-tifhir tas-sema, sew ukoll fl-art imqaddsa, ikkonsagrata lil Jahwe` (114, 2) u dar tieghu (Ger 12, 7;  Zak 9, 8).

 

            29, 10  L-ewwel wirja tal-gustizzja divina.

 

30  (29)  Radd il-hajr wara periklu tal-mewt 

 

            30, 4    Num 16, 33+

 

            30, 5    S 7, 18 +

 

            30, 6    S 17, 15+

 

            30, 6    Fil-ghaxija jidhol il-biki: litt. “fil-ghaxija, id-dmugh jghaddu l-lejl”.

 

            30, 8    TM jgib: “bil-pjacir tieghek, qeghedt fuq il-muntanja tieghi (forma mhux normali) qawwa”.

 

            30, 9    lil Sidi:  skond TM;   LXX jghid “lil Alla tieghi”.

 

            30, 10  Is 38, 18+

            30, 10 inkun mejjet: litt. “minn demmi”;  fid-demm hemm il-hajja (Gen 9,6+;  Lev 1, 5+;  S 72, 14;  116, 15).

            30, 13 ruhi:  TM kabod, “il-glorja”;  Tr. “qalbi”, fis-LXX kebedi, litt. “fwiedi” jew “il-glorja tieghi” (ara 7, 6).

 

31  (30)  Talba ghal waqt it-tigrib

 

            31        Din it-talba titnebbah mill-istqarrijiet ta’ Geremija;  Gona 2 ftit jew wisq joqrob lejha.

 

            31, 3    fittex ehlisni:  skond TM;  ohrajn u mss. grg. jgibuh ’il quddiem ghall-v 2.

 

            31, 7    Int tobghod:  skond TM “jien nobghod”.

 

            31, 11  bl-ghali:  Tr. “fit-tbatija”;  TM “fi hzuniti”.

 

            31, 12  haga ta’ min ikasbarha:  xi siltiet jzidu wkoll “l-istmellija”,  ma’os, izda TM jgib me’od,  “hafna”.

 

            31, 17  S 4, 7+

 

            31, 20  Mulej:  skond 3 mss. ebr. u ohrajn;  kelma mhollija barra fit-TM.

 

            31, 21  It-tmaqdir, il-kalunnji, ix-xhieda falza (ara 55, 10;  109, 3;  120, 2w;  1 Slat 21, 10.13;  Gob 5, 21;  Is 54, 17;  Ger 18, 18).

 

            31, 23  maqtugh:  kif jerga’ jigi moqri t-test ewlieni;  fil-kelma ebr. inbidlu ma’ xulxin zewg ittri biex itaffu espressjoni pessimista ghall-ahhar.

 

32  (31)  L-istqarrija hielsa tad-dnub

 

            32        Poema ta’ taghlim, b’zewg taqsimiet (vv 1-7 u 8-11) ta’ ritmu divers izda li jikkorrispondu ma’ xulxin.  Huwa salm penitenzjali.

 

            32, 1    htijietu mahfura: litt. “dnubu mghotti” (ara 65, 4+;  85, 3;  Gob 31, 33).

 

            32, 4    sahhti nfniet: Tr. “nixfet hilti”, “qalbi nbidlet f’qasbija”;  “qalbi” skond ms.;  imhollija barra fit-TM;    il-kelma “qasbija”, litt. “ghalqa”, lesadaj, x’aktarx;   TM jgib “l-ilma gewwieni tieghi”, lexaddi.

 

            32, 5    int hfirtli:  salahta, x’aktarx;  imhollija barra mit-TM, jista’ jkun li tnehhiet fl-ikkupjar ghax hasbuha selah (“waqfa”).

 

            32, 6    S 18, 5+

 

            32, 6    in-niket:  massor jew massoq;   ebr. igib “li jsib unikament”, messo’ raq;  fejn raq (“unikament”) x’aktarx gejja mit-tqeghdi biswit xulxin ta’ l-ahhar konsonanti taz-zewg varjanti.

 

            32, 7    tferrahni:  Tr. iddawwarni “b’ferh” jew “b’ghanjiet”;  kelma dubbjuza, jista’ jkun dittografija ta’ tmiem il-verb ta’ qabel.

 

            32, 9    trazzanhom:  Tr. “trazzan l-ardir taghhom”;   TM ‘edjo, “il-hrara taghhom”;   tr. “timxi ’l quddiem”, litt. “wara li tkun imxejt ’il quddiem”, ‘aduj.

 

33  (32)  Innu lill-Provvidenza

 

            33, 3    b’lehen qawwi:  Tr. “aghjtu”: din il-kelma kienet fl-origni taghha tfisser l-ghajta ghall-gwerra (“Ghalihom!”) li kienet tigi qabel l-attakk (Ez 32, 17;  Goz 6, 5;  Mh 7, 20w;  1 Sam 17, 20.52;  Gham 1, 14;  Hos 5, 8;  Ger 4, 19;  49, 2): sellmet lil Jahwe` bhala sultan u kap militari (Num 23, 21;  Sof 1, 14;  ara 1 Sam 10, 24) u lill-arka l-fortifikazzjoni tieghu (1 Sam 4, 5;  2 Sam 6, 15).  Wara l-ezilju, dan l-evviva ritwali jassumi sens kultwali u liturgiku;  jgholli lil Jahwe`, sultan ta’ Izrael u tal-pagani (47, 2.6;  89, 16;  95, 1;  98, 4.6), salvatur (Is 44, 23) u mhallef (Goel 2, 1), hekk ukoll kif il-Messija tieghu (Zak 9, 9).  Jinghajtu ghanjiet fil-jiem ta’ festa (Esd 3, 11;  ara Gob 38, 7), fis-sagrificcji ta’ radd il-hajr (27, 6;  65, 14;  100, 1;  Gob 33, 26) u fil-purcissjonijiet liturgici (95, 1w;  100, 1w;  ara Num 10, 5+). 

 

            33, 6    Gw 1, 1+

 

            33, 7    garra:  Tr. “bahar” minn traduzzjonijiet li ma jaccettawx verzjonijiet li jikkorregu l-vokalizzazzjoni biex taqra’ “bhal f’garra”, ghax il-vokabolu “bahar” jista’ jkollu riferenza ghall-miraklu tal-bahar f”Ez 15, 8 (ara wkoll S 18, 13).

 

            33, 12  Ez 19, 6+         Dt 7, 6+

 

            33, 16  Hos 1, 7+

 

34  (33)  Tifhir lill-gustizzja divina

 

            34        Salm sapjenzali “alfabetiku” (ara Prov 31, 10+), izda l-ordni ta’ l-istrofi hu mharbat:  radd il-hajr (vv 2-11) u taghlim, fl-istil tal-Proverbji, fuq id-destin tal-gusti u tal-hziena (vv 12-23). 

 

            34, 8    Ez 14, 19+

 

            34, 11  Is-setghana:  Tr. b’mod hieles mis-LXX “l-ghonja”;  u ohrajn u TM “bhejjem tax-xaghri”, kliem li bihom ta’ sikwit jitfissru l-hziena (3, 8;  22, 22;  Gob 4, 9w;  Ezek 38, 13;  Zak 11, 3).

 

35  (34)  Talba ta’ bniedem gust ippersegwitat

 

            35        Ilment qawwi ta’ imprekazzjoni (xewqa ta’ deni), li jqarreb lejn 22;  55;  59;  69;  70;  109.

 

            35, 3    is-sejf:  wesagar, x’aktarx hekk skond test ta’ Qumran;  TM jgib usegor, “u ghalaq”. 

 

            35, 7    Vers korrett skond is-sirjak;  TM mharbat;  litt. “nasbuli hofra, ix-xibka taghhom, imhaffra bla ghan”.

 

            35, 8    S 7, 16+

 

            35, 8    fil-hofra li haffru:  skond verzjonijiet u sirjak;  Tr. “fit-tempesta” u “fil-qerda” skond TM, dittografija.

 

            35, 10  S 86, 8+

 

            35, 10  l-imsejken u l-fqajjar:  Verzjoni ttenni ghal darbtejn bi kliem divers “iz-zghir” tat-TM;  verzjoni ohra ttenni ghal darba biss.

 

            35, 15  jahbtu ghalija:  skond TM nekim;  Tr. bhala x’aktarx “barranin”, nokrim.

 

            35, 16  Mal-hziena jkasbruni:  versett imharbat;  il-kliem jinqasmu b’mod divers mill-ebr. u tigi korretta l-vokalizzazzjoni;  it-taghlima tas-LXX (“igarrbuni, izebilhuni bit-tmeghir”) toffri tifsira sodisfacenti, izda tissoponi bil-quddiem korrezzjoni iktar importanti.

 

            35, 17  qerda:  Tr. “vjolenza”, izda hekk is-sens ma jkun xejn cert.

 

            35, 21  Jakkuzawh falsament b’xi delitt.

 

36  (35)  Il-hazen tal-midneb u t-tjieba ta’ Alla

 

            36        Iz-zewg taqsimiet tas-salm (vv 2-5 u 6-13) setghu qaghdu mifrudin minn xulxin.

 

            36, 2    Lehen id-dnub, hawn personifikat, jidhol minflok il-kelma li Alla jaghti.

 

            36, 3    Test xejn cert;  jista’ wkoll jiftiehem:  “Tabilhaqq, hu (id-dnub) jfahhru z-zejjed f’ghajnejh, ghax ma jaqbillux li huwa jaghraf il-htija tieghu”.

 

            36, 7    M’oghla s-smewwiet:  Tr. “bhall-oghla muntanji” jew litt. “bhall-muntanji ta’ Alla” (ara 68, 16;  80, 11).

 

            36, 8    S 17, 8+

 

            36, 10  Ger 2, 13+

 

            36, 10  l-ghajn tal-hajja:  Il-“hajja” timplika prosperita`, sliem u hena (ara 133, 3).  “L-ghajn tal-hajja” fil-Proverbji tfisser l-gherf (Prov 13, 14;  16, 22;  18, 4) u l-biza’ ta’ Alla (14, 27).  Is-silta tigi applikata ghal Kristu, hajja u dawl ghall-bnedmin (ara Gw passim).  -  Fid-dawl tieghek,  jigifieri “ta’ wicc Alla” (27, 1;  89, 16;  Gob 29, 3), espressjoni tat-tjieba tieghu (S 4, 7+), il-bniedem isib id-dawl tal-hena.

 

37  (36)  Ix-xorti tal-gust u tal-hazin         

 

            37        Dan is-salm alfabetiku, il-“mera tal-Provvidenza” skond Tertulljanu, igib kontra l-ghadab ta’ dawk skandalizzati bil-hena tal-hziena, it-taghlim tal-ghorrief fuq ir-retribuzzjoni li ssir fuq din l-art sew lill-gusti sew lill-hziena.  Id-diskors jitkompla f’Ekklezjasti (ara Koh  8, 11-14) kif ukoll f’Gob.

 

            37, 3    fl-art:  l-art mqaddsa (ara 25, 13;  Dt 16, 20). - tghix b’mohhok mistrieh: Tr. “tghix bil-fidi”, litt. “tirgha b’mohhok kwiet” (ara Is 14, 30).  Dawn il-weghdiet se nergghu nsibuhom f’sens spiritwali fil-beatitudnijiet (Mt 5, 3-4;  ara Rum 4, 13).             

 

            37, 16  Fil-verzjonijiet;  TM “mix-xorti ta’ hafna hziena”.

 

            37, 22  Fis-LXX  “dawk li jbierkuh... dawk li jishtuh”.

 

            37, 28  wlied il-hziena jeqridhom:  fis-LXX;  dan jirrestitwixxi l-ittra ghajn, li ma ssibx fit-test ebr., u jippermetti li tinzamm l-istess struttura poetika tal-bqija tas-salm. TM jista’ jigi tradott: “Huma (hbiebu) se jibqghu mizmuma ghal dejjem”. 

 

            37, 35  qisu cedru tal-Libanu: skond LXX;  tr. “bhal cedru kburi”;  TM jghid “inezza lilu nnifsu, filwaqt li jien niddi, hadrani (?)” (ara 92, 15).

 

            37, 36  Rgajt ghaddejt: skond verzjonijiet;  TM jgib “ghadda”.

 

38  (37)  Talba waqt id-djieqa

 

            38        Ilment ta’ fidil li jinsab marid u meqjus hati (vv 4w.6b.19).  Salm penitenzjali li xi siltitet minnu jfakkruna f’Gob u fil-kant tal-qaddej li jbati f’Is 53. 

 

            38, 3    taghfas:  Tr. “nizlet” skond TM;  litt. “waqghet”;  tr. mas-sirjak u Targum: “issawwatni”. 

 

            38, 20  Tqawwew:  Tr. “huma hajjin u qawwija”, fejn “hajjin” skond TM hi “hajjim”;   tr. bhala x’aktarx “bla skop”, hinnam. 

 

            38, 21  Xi mss. grg. u verzjonijiet izidu: “cahduni, lili l-maghzul fuq kulhadd, bhal katavru wahxi” (ara Is 14, 19 LXX), riferenza ghal Kristu msallab kif wisq iktar tippreciza l-verzjoni kopta: “sammruli ’l gismi”.

 

39  (38)  Il-bniedem hu xejn hdejn Alla

 

            39        Is-salmista (ara 88) jistqarr it-turment tieghu meta jara l-hena tal-hziena u l-qosor tal-hajja (vv 2-7);  jafda ruhu f’idejn Alla u jitolbu l-hniena.

 

            39, 3    S 37, 1+

 

            39, 3    l-ugigh tieghi:            Tr. qabel dan il-kliem “minhabba xortih... ”, mittobo;  TM jgib mittob u, “minghajr xorti u... ” (maqsum hazin).

 

            39, 7    jahzen il-gid:  hamon, gid;  TM jgib jehemajun, “huma jitqanqlu”.

 

            39, 13  Ez 12, 48+

 

            39, 14  biex niehu n-nifs:  litt. “biex ikolli wicc sew” (ara Gob 9, 27;  10, 20).

 

40  (39)  Radd il-hajr.  Sejha ghall-ghajnuna.

 

            40        Wara l-innu ta’ radd il-hajr (vv 2-12) tigi tnehida ta’ dieqa (vv 14-18) li ssir S 70.  Fis-salm attwali, l-ewwel taqsima tidher bhal ritorn ghall-imghoddi, oppost ghall-mizerji taz-zmien ta’ issa li jiggustifikaw is-sejha lil Jahwe`. 

 

            40, 7    ftahtli:  litt. “haffirtli”.  Alla jfiehem lill-fidil tieghu x’inhi r-rieda tieghu (ara Is 50, 5).  Varjazzjoni wahda tas-LXX (“int ghamiltli gisem”) kienet tigi interpretata f’sens messjaniku u applikata ghal Kristu (Lhud 10, 5w).       

 

            40, 8    Gham 5, 21+

 

            40, 9    L-ubbidjenza tiswa wisq aktar mis-sagrificcju (1 Sam 15, 22).  Il-profeti ta’ sikwit wissew lil Izrael kontra dawk id-drawwiet li ma kienux gejjin mill-qalb (Gham 5, 21+;  ara Gen 8, 21+) jew kontra fiducja pruzuntuza fil-prezenza ta’ Alla fit-tempju tieghu (ara Ger 7, 3w+).  Fil-gudajizmu ta’ wara l-ezilju, kienet x’kienet l-importanza tat-tempju bhala sinjal ta’ salvazzjoni (Zak 1, 16), il-kult interjuri kien dejjem izjed jirfina meta l-istess dispozizzjonijiet tal-qalb, it-talb, l-ubbidjenza, l-imhabba, bdew jitqiesu bhala kult (50;  51, 19;  69, 31w;  141, 2;  Prov 21, 3;  ara wkoll Sir 34, 18-35, 10;  Tob 4, 11).  Din l-evoluzzjoni kienet thejji s-sopravivenza tal-gudajizmu wara l-qerda tat-tempju u kienet tkompli fit-TG (Rum 1, 9+;  12, 1+).

 

            40, 10  Mulej:  kelma mcaqilqa biex jinzamm ir-ritmu tal-bqija tas-salm.

 

41  (40)  Talba ta’ bniedem marid u abbandunat

 

            41, 2    fil-fqir u d-dghajjef:  skond LXX u Targum;  skond TM “fid-dghajjef”.

 

            41, 4    fuq is-sodda tal-mard:  Tr. “fil-mard tieghu”.

 

            41, 8    It-tigrib li jgib mieghu l-mard jitqies bhallikieku kastig ghal xi dnub (ara Gob;  S 38, 4;  107, 17).

 

            41, 9    Marda mill-aghar:  litt. “haga ta’ Belijaghal” (ara Dt 13, 14+).

 

            41, 10  ntrefa’ kontrija:  litt. “jerfa’ gharqubu kontrija”. - habibi, li fih kont nafda:  (litt. “il-bniedem ta’ sliem tieghi”) xi mindaqqiet identifikat ma’ Ahitofel, kunsillier ta’ David (2 Sam 15, 12;  17, 23;  ara 12, 19).  Gesu` applika dawn il-kliem ghal Guda  (Gw 13, 18).

 

            41, 14  Din id-dossologija (innu ta’ tifhir) ittemm l-ewwel ktieb tas-salterju (ara 72, 18;  106, 48).

 

NisgaSalmi 58 sa 74Aktar fuq is-Salmi