Salmi

L-Ewwel Ktieb

It-Tieni Ktieb

It-Tielet Ktieb

Ir-Raba’ Ktieb

Il-Hames Ktieb (hawn)

 

IL-HAMES KTIEB

 

107 (106)  Alla jsalva ’l bniedem minn kull saram

 

            107                  Innu ta’ radd il-hajr, imnebbah mit-tieni taqsima ta’ Isaija;  ifakkar fil-beneficcji tal-Providenza: l-ezodu (vv 4-9), il-migja lura mill-ezilju (vv 10-16), l-ghajnuniet divini lil dawk li jbatu (vv 17-22) u lil dawk li jinsabu jterrqu l-ibhra (vv 23-32).  L-epilogu (vv 33-43) jizviluppa t-tema tal-Kotba ta’ l-Gherf tal-qlib ta’ fuq taht tal-kundizzjonijiet.  Ritornell imtenni fil-vv 6 u 8;  13 u 15;  19 u 21;  28 u 31.

 

            107, 1              S 100, 5+

 

            107, 3              n-nofsinhar:  jamin;   TM jgib: “bahar”,  jam. - Dan il-preludju jistieden ghat-tifhir lil dawk li gew lura mill-ezilju.

 

            107, 7              Sijon, li jippersonifika l-art imweghda kollha kemm hi.  L-ezodu u l-migja lura fl-art imweghda kienu diga` ghal Is 40w, ix-xbieha tar-ritorn mill-ezilju.

 

            107, 20            mit-telfien:  TM jgib: “mill-oqbra taghhom”;  mixxehitotam;  tr. bhala x’aktarx “mill-qabar hatfilhom hajjithom”,  mixxahat hajjatam.

 

            107, 29            S 89, 10+

 

            107, 30            S 65, 8+

 

            107, 35            Is 41, 18+

 

108 (107)  Innu ta’ filghodu u talba ta’ gens

 

            108                  Gabra flimkien ta’ taqsimiet ta’ salmi ohra li saret iktar tard u wara t-tiswir tal-gabra elohista.  Min ifforma l-ktieb qieghed biswit xulxin, b’xi tibdiliet, is-salmi 57, 8-12 u 60, 7-14.  Ara n-noti relattivi.

 

109 (108)  Salm ta’ bniedem kalunnjat

 

            109                  Akkuzat falz u kkalunjat, il-fidil jitlob vendetta divina (ara Ger 11, 20;  18, 19w u S 5, 11+).  Il-litanija ta’ xewqat ta’ deni (vv 6-19) tigbor ukoll, fi stil orjentali, daghwiet esagerati.  Huwa possibbli li l-vv 6-15 jirrapprezentaw il-kliem ta’ mibgheda ta’ l-akkuzatur (ara vv 2-3) u li dak li jigi wara hu t-twegiba tal-fidil, li jsejjah b’qawwa ghal kontra l-avversarju tieghu li tigi applikata l-ligi ta’ tpattija (ghajn b’ghajn, sinna b’sinna) (vv 16-20, ara Ez 21, 25+).

 

            109, 4              imma jiena bqajt nitlob:  Tr. “filwaqt li qed nitlob”:  litt. “u jiena, talb (wahdi)”;  ohrajn igibu “u jien m’jienix hlief talb (wahdi)”.

 

            109, 6              min jixlih:  “xitan”, isem li gie mbaghad moghti lix-xitan (ara Gob 1, 6+).  Bhall-avukat (v 31), huwa joqghod fuq il-lemin ta’ l-akkuzat (Zak 3, 1;  Gob 30, 12).

 

            109, 10            jitkeccew:  skond LXX;  TM jgib: “huma jfittxu”.

 

            109, 17            Sahta w barka hawn jigu personifikati.

 

            109, 18            Riferenza li tabilhaqq tista’ tkun wahda ghar-ritwal qadim ta’ l-ilma morr, deskritt f’Num 5, 11-31.

 

            109, 19            S 76, 11+

 

            109, 21            S 103, 8+

 

110 (109)  Is-sacerdozju tal-Messija

 

            110                  Il-prerogattivi tal-Messija, regalita` u sacerdozju (ara 2 Sam 7, 1+;  Zak 6, 12w), ma jitnisslux minn xi ghoti ta’ dinjita` gejja mid-dinja;  l-istess nistghu nghidu ghall-prerogattivi tal-misterjuz Melkisedek (Gen 14, 18+).  Kristu jgib fis-sehh ghalkollox din it-tehbira (ara Mt 22, 44p;  27, 11;  28, 18;  Atti 2, 34w;  Lhud 1, 13;  Apk 19, 11.16).

 

            110, 1              Atti 2, 33-35+

 

            110, 1              Oqghod fuq leminti:  Kristu mqajjem mill-mewt joqghod fuq il-lemin tal-Missier (Rum 8, 34;  Lhud 10, 12;  1 Pt 3, 22). Ghax-xbieha ta’ l-ghedewwa uzati bhala mirfes, ara Goz 10, 24;  Dan 7, 14.

 

            110, 3              Vers difficli. TM jgib: “Il-poplu tieghek hu ghoti bla qies fil-jum tal-qawwa tieghek (vokalizzazzjoni zbaljata), f’qima qaddisa minn guf is-sebh (kelma mhux certa), lilek in-nida ta’ zghozitek”.  LXX jgib:  “Tieghek is-setgha... mill-guf, mis-sebh jiena nissiltek” (ara 2, 7).  Tr. “Tieghek is-setgha sa minn jum twelidek... mis-sebh ta’ zghozitek”. - fuq l-gholjiet imqaddsa:  skond 83 mss, Glormu u Simmacus;  tr. “kull gmiel qaddis”.

 

            110, 4              Gen 14, 18+

 

            110, 5              Huwa Sidi li se joqghod fuq it-tron biex jaghmel il-gudizzju eskatologiku. - Gesu`, Messija u Bin Alla, rega’ kiseb ghalih dan il-gudizzju (Mt 24, 30;  26, 64;  Gw 5, 22;  ara Atti 7, 56;  10, 42;  17, 31).

 

            110, 7              Il-Messija jixrob minn wied it-tigrib (18, 5+;  32, 6;  66, 12) jew min-nixxiegha tal-grazzji divini (36, 9;  46, 5;  Ezek 47), sens li hjoqghod ahjar f’dan il-kuntest. Jew inkella, qiesu l-gwerrier li, waqt li jkun qed jigri wara l-ghedewwa tieghu, jieqaf biss ghal waqt wiehed biex jixrob mill-ilma gieri (Mh 7, 5;  15, 18;  1 Sam 30, 9). - jerfa’ ’l fuq rasu:  dan it-test jigi applikat ghal Kristu li jbati u glorifikat (ara Fil 2, 7-11).

 

111 (110)  Tifhir ghall-opri ta’ Alla

 

            111                  Salm “alfabetiku”, bhal dak ta’ warajh li ghandu minnu f’dak li hu taghlim, stil u struttura poetika.

 

            111, 4              S 103, 8+

 

            111, 4              Bic-celebrazzjoni tal-festi ta’ kull sena (ara Ez 23, 14+).

 

            111, 5              Riferenza ghall-mirakli tal-manna u tas-summien (Ez 16, 1+).

 

            111, 10            Prov 1, 7+

 

112 (111)  Tifhir ghall-bniedem gust

 

            112                  Espressjonijiet applikati ghal Alla fis-salm ta’ qabel qeghdin hawn jigu applikati ghall-bniedem gust.

 

            112, 3              Fl-istess hin il-virtu` tieghu u l-hena li tinghata b’rikumpens.

 

            112, 4              Ghall-gust jigi hekk applikat dak li jinghad band’ohra dwar Alla (18, 29;  27, 1).  Tr. “Ifegg fid-dlam bhad-dawl ghall-gusti, twajjeb, hanin u gust”. 

 

            112, 9              rasu merfugha bil-gieh: versett spjegattiv tal-versett ta’ qabel, hawn mizjud mieghu, izda wkoll xi kultant migjub wahdu minfloku.

 

113 (112)  Lil Alla glorjuz u kollu hniena

 

            113                  Dan l-innu kien jibda l-Hallel (113-118), li l-lhud kienu jghidu flimkien fl-okkazjoni tal-fest l-kbar u, b’mod specjali fil-bankett ta’ l-Ghid (ara Mt 26, 30p).

 

            113, 9              Bhal Saraj (Gen 16, 1;  17, 15-21;  18, 9-15;  21, 1-7) u Anna (1 Sam 1-2).  Hawn l-enfasi` hu fuq l-unur li qed isir lil dawn in-nisa: mara kienet normalment tibqa’ bilwieqfa biex taqdi lill-ohrajn. - Hallelujah:   skond TM;  LXX jghaqqadha mal-bidu tas-salm li jmiss.

 

114 (113A)  Innu ta’ l-Ghid

 

            114                  Maghqud b’mod zbaljat mas-salm ta’ wara mill-verzjonijiet, dan l-innu jqieghed biswit xulxin (ara 66, 6+) il-moghdija mill-Bahar tal-Qasab u mix-xmara Gordan (Ez 14 u Goz 3).

 

            114, 2              Ez 19, 6+

 

            114, 8              Ez 17, 1-7+

 

115 (113B)  L-uniku Alla veru

 

            115                  Twiddiba ghall-fiducja li tfakkar fil-qawwa ta’ Jahwe` u x-xejn ta’ l-idoli: mregga’ lura mill-ezilju, il-poplu m’ghadx aktar ghandu ghaliex jitlef il-kuragg.

 

            115, 9-11         Nergghu nsibu dawn it-tliet klassijiet f’ 118, 2-4;  “Dawk li jibzghu mill-Mulej” huma l-proseliti (ara 15, 4+). 

 

            115, 17            Is 38, 18-19+

 

            115, 18            ahna li nbierku:  skond TM;  “ahna, il-hajjin, li nbierku” skond LXX. - Hallelujah:  skond TM;  LXX jghaqqadha mal-bidu tas-salm li jmiss.  L-istess haga ghaz-zewg salmi li jmissu.

 

116 (114+115)  Radd il-hajr

 

            116, 2              fil-jum li fih:  skond is-sirjak;   TM jgib “u f’jiemi”.

 

            116, 3              l-irbit:  skond Glormu;   TM jgib: “id-dieqa” u fi tmiem il-v. “jiena nsib”.

 

            116, 5              Ez 34, 6+

 

            116, 8              Ghax mill-mewt helisli ’l hajti: jew hu heles lili”: fejn insibu hu skond verzjonijiet, filwaqt li TM jgib “int (hlist)”;   minflok lili ebr. igib “(lil) ruhi”;  hlief ghal “heles” jew “hlist”, kliem iehor f’dan il-versett x’aktarx mizjud;  ikompli “lil ghajnejja...”.

 

(115 Vulg.)

            116, 10            Hawn jibda S 115 skond LXX u vulg.

 

            116, 13            Rit ta’ radd il-hajr mizmum sew fil-liturgija gudajka sew f’dik nisranija (ara 1 Kor 10, 16).

 

            116, 15            Il-versjonijiet interpretaw dan it-test skond id-domma tal-qawmien mill-imwiet.  Tr. “tiswa (hafna)... il-mewt...”, fis-sens li min joqtol lil hbieb Alla jkun qed jikser kull rabta mieghu (ara 6, 6+).

 

            116, 17            Lev 7, 11+

 

            116, 18            Lev 7, 11+

           

117 (116)  Stedina ghat-tifhir

 

            117, 1              Rum 15, 11

 

118 (117)  Liturgija ghall-festa ta’ l-Gherejjex

 

            118                  Dan il-kant jaghlaq il-Hallel (ara 113, 1+).  Hemm invitatorju, jew kliem ta’ stedina (vv1-4) li jinghad qabel l-innu ta’ radd il-hajr billi jigi mqieghed fuq xufftejn il-migemgha personifikata u jintemm bil-gbir tat-twegibiet (vv 19w. 25w), li kienu jinghadu minn diversi gruppi filwaqt li l-purcissjoni kienet diehla lura fit-tempju. Dan kollu x’aktarx li kien jintuza ghall-festa li tinsab imfissra f’Neh 8, 13-18 (ara Esd 3, 4;  Zak 14, 16;  Ez 23, 14+;  ara wkoll Esd 3, 11).

 

            118, 1              S 100, 5+

 

            118, 2             S 115, 9-11+

 

            118, 2              Ha jghidu wlied Izrael:  skond LXX (ara v 3);  TM jgib “Ha jghid Izrael”.

 

            118, 10            irbahthom:  Tr. “nissieltilhom bid-daqqiet ta’ xabla” u “jien se ngieghlhom jaghmlu c-cirkoncizjoni” (Gwanni Ircanus gieghel lil edomin u griegi jaghmlu c-cirkoncizjoni).

 

            118, 12            jheggu:  skond LXX;  TM jgib “intfew”. - L-ahhar versett zgur imtenni.

 

            118, 13            imbuttawni:  skond verzjonijiet;   TM jgib: “int imbuttajtni”. 

 

            118, 23            It-tempju jigi mibni mill-gdid (ara Hag 1, 9;  Zak 1, 16).  Il-“gebla tax-xewka” (jew “hagar ghas-sisien”, ara Ger 51, 26), li tista’ ssir “gebla ta’ tfixkil”, hi tema messjanika (Is 8, 14;  28, 16;  Zak 3, 9;  4, 7;  8, 6) li turi lil Kristu (Mt 21, 42p;  Atti 4, 11;  Rum 9, 33;  1 Pt 2, 4w;  ara Efes 2, 20;  1 Kor 3, 11).

 

            118, 24            Fit-tradizzjoni nisranija dan il-v jigi applikat ghall-jum meta Kristu qam  minn bejn l-imwiet, u jigi uzat fil-liturgija ta’ l-Ghid.

 

            118, 26            Ghall-akklamazzjoni ritwali tal-v 25 (ebr. hoxi’ah na’, “aghti s-salvazzjoni”, mnejn gejja Hosanna), il-qassisin kienu jwiegbu b’din il-barka, li l-migemgha f’Hadd il-palm ghamlet taghha: din wara dahlet fil-Qaddis tal-liturgija nisranija.

 

            118, 27            Tqassmu... :  litt. “aghtu bidu ghac-ceremonja bil-palm”.  Ir-rit ta’  lulab, frieghi tar-rihan jew palm li kienu jixxejru madwar l-artal.

 

119 (118)  Tifhir ghal-Ligi ta’ Alla

 

            119                  Salm “alfabetiku”.  It-tmien versi ta’ kull strofa jibdew b’wahda mit-22 l-ittra tal-alfabet ebrajk, u f’kull v (hlief 122) insibu wahda mill-kelmiet li jfissru l-Ligi: xhieda, precett, rieda, amar, weghda, kelma, gudizzju, triq.  Il-kelma Ligi u kliem li jfissru l-istess haga (sinonimi) hawn iridu jiftehmu fis-sens iktar wiesgha ta’ taghlim rivelat, hekk kif wasluhulna il-profeti.  F’dan is-salm insibu skolpit b’ittri kbar mafkar tal-qima israelita ghar-rivelazzjoni gejja minn Alla.

 

            119, 17            aghtini li nghix:  Tr. “u jkolli l-hajja”.  Il-”hajja” f’dan is-salm tiftiehem fis-sens l-iktar wiesgha:  hena, harsien, tkattir.  Tema li ta’ spiss insibu f”Ezek: 3, 21;  18, 33;  ara Dt 4, 1;  S 133, 3;  ecc.

 

            119, 19            S 39, 13+

 

            119, 21            L-ghedewwa l-kbar ta’ Alla (vv 51.69.78.85.122;  19, 14;  86, 14;  Is 13, 11;  Mal 3, 19).

 

            119, 22            Nehhi:  litt. “rembel ’l boghod minni”.

 

            119, 24            Tr. “Ukoll l-ordnijiet tieghek huma l-ghaxqa tieghi, kunsillieri tieghi l-precetti tieghek”, fejn “precetti” skond LXX huma “kull rieda tieghek”, izda TM hawn ihalli barra.

 

            119, 33            Il-fedelta` lejn il-kmandamenti hi diga` l-hena u r-rikumpens tal-bniedem gust.

 

            119, 34            Fehemni:  Din ix-xewqa, ta’ spiss hawn imtennija, sikwit titlissen ukoll mill-ghorrief.

 

            119, 37            bil-kelma tieghek:  skond mss. u Targum;  “fit-triq tieghek” skond TM.

 

            119, 43            TM jzid “hafna”, kelma li nergghu nsibu fil-v 47 (ara LXX, sirjak).

 

            119, 45            Il-fidil irid li fl-istess hin li jifhem il-Ligi, jaghmel minnha regola ta’ hajtu.  Studju ta’ din l-ghamla qieghed fil-qofol tal-litteratura tal-midrax, kelma li gejja minn darax, “fittex”.

 

            119, 82            Tr. “Filwaqt li nghid (skond TM) ruhi se tinqered... ghajnejja se jinqerdu (litt.) jistennew...  ecc”.

 

            119, 109          Jigifieri: jiena lest nirriskja hajti kull waqt.

 

            119, 119          Bhal skart ghalik: skond 3 mss, vulg, Aquila u Simmacus;   TM jgib “inti twaqqaf”.

 

            119, 126          Mulej:  skond ms. 1, Glormu;   TM jgib: “ghal Jahwe`”.

 

            119, 128          Ghalhekk jien nimxi dritt:  Tr. “ghalhekk inqis gheziez” u “hekk jien nirregola ruhi”, skond LXX u Glormu;  TM mharbat;   litt. “jiena nistqarr dritt kull precett minn kollox”.

 

            119, 135           S 4, 7+

 

            119, 139          l-hegga tieghi:  skond TM;  “il-hegga ghal darek” jew “il-hegga ghalik” skond  LXX (ara 69, 10).

 

            119, 150          dawk li jfittxu l-hazen:  skond TM, sewwasew “dawk li jimxu wara (l-hazen)”;   skond 12 mss. u verzjonijiet, “il-persekuturi tieghi”.

 

            119, 176          It-tema profetika tan-naghag il-mitluf (Ezek 34, 1+) hawnhekk jigi applikat ghall-individwu.

 

120 (119)  L-ghedewwa tas-sliem

 

            120                  L-“ghanjiet tat-telghat” (120-134) x’aktarx li kienu jitkantaw mill-pellegrini fi triqthom lejn Gerusalemm (ara 84, 7+;  Is 30, 39).  Hlief ghal 132, dawn l-ghanjiet jintghamlu minn versi ta’ elegija (poezija ta’ niket), b’versetti mhux indaqs, b’uzu ta’ spiss tar-”ritmu gradwali”:  l-istess kliem jew frazijiet jidwu minn vers ghall-iehor (ara hawn vv. 2.3.5.6.7).

 

            120, 3              Din hi l-formula tas-soltu tal-halfa ta’ xewqa ta’ deni (ara 1 Sam 3, 17;  14, 44;  20, 13;  25, 22;  Rt 1, 17+).

 

            120, 5              Art ta’ Mesek jew Mosok, tribu` tal-Kawkazja (Gen 10, 2;  Ezek 27, 13), fejn se jsaltan Gog (Ezek 38, 2).  L-gharab ta’ Kedar kienu tribu` fid-dezert tas-Sirja. Il-poeta juza lil Mesek u Kedar bhala sinonimi ta’ “barbari”.

 

121 (120)  L-ghassies ta’ Izrael

 

            121                  Dan is-salm, li jfakkar lill-fidili li Alla qed iharishom, kien jinghad ghal dawk il-pellegrini li kienu jitilghu lejn Gerusalemm minn moghdijiet imharbta.  Joqghod sew ukoll ghan-nisrani f’mixjietu lejn Gerusalemm tas-sema.

 

122 (121)  Tislima lil Gerusalemm

 

            122                  Weqfin f’bibien il-belt qaddisa, il-pellegrini jsellmulha: xalom (“sliem”), billi jirreferu ghall-etimologija (nisel il-kliem) popolari ta’ Gerusalemm, “belt is-sliem” (ara 76, 3).  Is-sliem mixtieq kien jaghmel sehem mit-tamiet messjanici (ara Is 11, 6+;  Hos 2, 20+).  L-imhabba ghal Sijon il-qaddisa (2 Sam 5, 9+) hi karatteristika tal-qima tal-lhud (ara 48;  84;  87;  133;  137). 

 

            122, 3              Gerusalemm, galadarba ristawrata biex tkun haga wahda (ara Neh 2, 17w), issir is-simbolu tal-ghaqda tal-poplu l-maghzul (verzjonijiet: “fejn il-migemgha hi wahda shiha”) hija figura ta’ l-ghaqda tal-Knisja.

 

            122, 4              biex, skond il-ligi ta’ Izrael, ifahhru:  litt. “xhieda ghal Izrael, biex irodd hajr”:  il-belt qaddisa hi s-sinjal li jidher ta’ kull benficcju divin, ir-rahan tal-weghdiet messjanici.

 

            122, 6              dawk kollha li jhobbuk:  ’ohabajk tat-TM;  tr. “jistriehu l-gherejjex tieghek kollha” skond ms. 1, ’ohalajk.

 

123 (122)  Talba tal-bniedem imnikket

 

            123                  Dan is-salm x’aktarx imur lura ghaz-zminijiet li gew wara l-migja lura mill-ezilju jew mill-epoka ta’ Nehemija, meta l-migemgha li kienet qeghda titwieled mill-gdid kienet tinsab taht hakma ta’ zeblih u l-attakki tal-pagani (ara Neh 2, 19;  3, 36). 

 

            123, 4              bit-taghjir tal-kburin:  Zjieda ta’ zmien il-makkabin, x’aktarx taht il-persekuzzjoni ta’ Antijoku Epifani.  It-test xejn mhu car.  Qere` jgib: “it-taghjir (l-ghajb) hu ghall-griegi kburin”;  izda fit-test bil-konsonanti biss u fil-verzjonijiet, il-kelma “grieg” tghaqqdet mal-kelma ta’ qabel (u hekk tat forma possibbli tal-kelma “kburin”), biex jitghatta t-tmaqdir ghal dak li hu barrani.

 

124 (123)  Is-salvatur ta’ Izrael

 

            124                  Radd il-hajr ghal tigrib meghlub, kif imfisser bix-xbiehat tradizzjonali: bhejjem feroci, dilluvji, imbuskati.

 

            124, 1              - ha jghid hekk Izrael - :  Il-migemgha hawn tigi mistiedna ttenni l-ewwel versett fl-ghamla ta’ antifona.

 

            124, 4              S 18, 5+

 

125 (124)  Alla jhares lil tieghu

 

            `125, 4             Ez 21, 25+

 

126 (125)  Ghanja fil-migja lura

 

            126                  Ghal dawk li regghu lura f’art Guda, li qeghdin fiz-zmien difficli tar-ristawrazzjoni, (ara Neh 5;  ecc), il-migja lura mill-ezilju fil-Babilonja huwa xbieha bil-quddiem tal-migja ta’ l-era messjanika.

 

            126, 4              Kwazi dejjem niexfa (ara Gob 6, 15), il-widien tan-Negeb fix-xitwa jergghu jitfawwru bil-kbir u jaghmlu l-madwar kollu ghammiel.

 

127 (126)  Meta tintelaq fil-Providenza

 

            127                  Hidmet il-bniedem tixxejjen ghalkollox jekk ma jkunx Alla li jghammielha;   il-hobza ta’ kuljum u tkattir in-nisel huma ghotja ta’ Alla.

 

            127, 2              Koh 2, 24+

 

            127, 2              fl-irqad:  litt. (kelma bl-aramajk x’aktarx mizjuda).  Il-verzjonijiet igibu: “meta jghabbi bin-naghas lill-maghzulin tieghu”;   tr. “il-maghzul tieghu li jorqod”.  - It-titlu ebr. ra fil-”maghzul” lil Salamun (2 Sam 12, 25) u x’aktarx fl-“irqad” il-holma ta’ Gibghon (1 Slat 3, 5). 

 

            127, 5              bieb il-belt:  il-post fejn isir il-kummerc (ara Dt 21, 19;  22, 15;  Rt 4, 1, ecc).

 

128 (127)  Barka ghall-bniedem fidil

 

            128                  Dan is-salm jiccelebra l-hena li Alla jaghti lill-gust f’daru, skond it-taghlim ta’ l-ghorrief dwar ir-retribuzzjoni personali.

 

129 (128)  Kontra l-ghedewwa ta’ Sijon

 

            129, 1              Zmien il-qaghda fl-Egittu u d-dhul f’Kanghan.

 

            129, 6              li jinxef qabel ma jikber:  Traduzzjoni xejn certa;  qabel hi kelma hapax, jigifieri li tidher darba biss. Xi kultant tigi proposta tiswija skond Targum, sirjak u Is 37, 27, biex il-versett jiftiehem: “li rih il-lvant jaghmel hamrani”.  

 

130 (129)  De profundis

 

            130                  Salm penitenzjali (ara 6, 1), izda wisq iktar salm ta’ tama.  Il-liturgija nisranija tal-mejtin taghmel uzu sew minnu, mhux bhallikieku xi lment izda bhala talba li fiha titlissen it-tama f’Alla feddej.

 

            130, 4              inqimuk fil-biza’ tieghek:  Tr. “u jkollna l-biza’ tieghek” u “biex jibqa’ l-biza’ tieghek”;   litt. “ghax minnek ta’ min jibza’ ”;   LXX igib: “minhabba fil-Ligi tieghek”, skond fehmien guridiku.

 

            130, 5-7           Jien lill-Mulej nistenna... jistenna Izrael lill-Mulej!:  TM mharbat jista’ litt. jigi tr. “Jiena nittama f”Jahwe`, ruhi tittama u f’kelmtu stennejt. Ruhi ghall-Mulej aktar milli l-ghassiesa s-sebh, l-ghassiesa s-sebh. Izrael jistenna lil Jahwe`”.  LXX igib: “Jiena nittama, Jahwe`;  tittama ruhi f’kelmtek;  ruhi tistenna lill-Mulej aktar milli l-ghassiesa s-sebh;  aktar milli l-ghassiesa s-sebh, Izrael jistenna lil Jahwe`”.

 

            130, 7              S 100, 5+

 

131 (130)  L-ispirtu tat-tfulija

 

            131                  Ir-ruh ta’ min ikun fis-sliem tintelaq f’Alla bla ebda inkwiet lanqas ambizzjoni.  L-istess fiducja bhal ta’ l-ulied qeghda hawn tintalab (v 3) mill-poplu ta’ Alla kollu.

 

132 (131)  Ta’ kull sena mill-garr ta’ l-arka f’Sijon

 

            132                  Salm messjaniku (ara b’mod specjali vv 17-18).  Il-weghdiet maghmulin minn Alla (2 Sam 7, 1+) jigu pprezentati bhala t-twegiba divina ghal gurament li ghamel David.  Il-vv 6-7, bhallikieku waqt purcissjoni, jfakkru fis-sejbien u l-garr ta’ l-arka (1 Sam 6, 13w;  2 Sam 6).

 

            132, 6              Gaghar:  isem ta’ post bi qrubija ghal Kirjat-JearimI, “belt il-foresti”, li bhal Betlehem tinsab fid-distrett ta’ Efrata.

 

            132, 7              fl-ghamara tieghu:  jigifieri, fejn joqghod Jahwe`.

 

            132, 10            Ez 30, 22+       1 Sam 9, 26+

 

            132, 10            il-midluk:  l-ikkonsagrat, il-Messija jew il-midluk ta’ Jahwe`, min-nisel David u mistenni minn Izrael.  Huwa se jaqsam is-setgha mal-qassisin (ara 110, 3;  Zak 4, 14;  6, 13).

           

            132, 11            2 Sam 7, 1+

 

            132, 13            2 Sam 5, 9+

 

            132, 17            qawwa:  litt. “qarn” (ara 18, 3+).  mnara:  ara 1 Slat 11, 36;  15, 4;  2 Slat 8, 19;  2 Kron 21, 7.  Fuq l-imnara li tintefa, ara Gob 18, 5;  Ger 25, 10.  Il-Messija (tr. “l-ikkonsagrat”) se jkun id-dawl tal-gnus (Is 42, 6;  49, 6;  Lq 3, 32).  

 

            132, 18            kuruna:  Tr. “dijadema”;  insinji rjali (ara 89, 40;  2 Sam 1, 10;  2 Slat 11, 12), izda wkoll sacerdotali (Ez 28, 36;  39, 30);  il-Messija Davidiku huwa fl-istess hin sacerdot u sultan (ara 110, 4).

 

133 (132)  Il-hajja ta’ l-ahwa

 

            133                  Dan is-salm jitkellem mir-rabtiet fraterni li jghaqqdu, sew fit-tempju sew fil-belt imqaddsa, lill-qassisin u l-leviti.

 

            133, 1              jghammru:  Tr. “jghixu” jew “joqoghdu bilqeghda”, x’aktarx ghal xi ikla ta’ komunjoni bejnithom li kienet ittemm il-pellegrinagg tal-festa ta’ l-Gherejjex.

 

            133, 2              li jinzel mal-lehja: ghal darbtejn, izda tr. “li jinzel mal-lehja, mal-lehja ta’ Aron”.  TM jgib “il-lehja li tinzel”.

 

134 (133)  Ghall-festa ta’ billejl

 

            134                  Stedina ghat-talb jew djalogu liturgiku bejn il-ministri tat-tempju u l-pellegrini, x’aktarx matul xi ceremonja ta’ billejl li tniedi l-festa ta’ l-Gherejjex (Ez 23, 14+).

 

            134, 1              f’dar il-Mulej:  tr. biz-zjieda ta’ “fil-btiehi ta’ dar Alla taghna” skond LXX u ara 135, 2;  TM ihalli barra dan il-versett, u minflok izid “fil-ljieli” ta’ v 2.  

 

            134, 3              Din il-barka liturgika (ara Num 6, 23w) taghlaq is-salterju tat-“telghat” (120, 1+).   

 

135 (134)  Innu ta’ tifhir

 

            135                  Dan l-innu ta’ tifhir hu ghalkollox mimli tifkiriet, jew kwotazzjonijiet minn salmi jew testi ohra.

 

            135, 2              S 7, 18+

 

            135, 4              Dt 7, 6+

 

            135, 21            Antifona liturgika li sservi ta’ tmiem ghall-innu kollu. - Hallelujah: hawn skond TM;   LXX izidha mas-salm ta’ wara.

 

136 (135)  Litanija twila ta’ radd il-hajr

 

            136                  Din il-litanija (ara Dan 5, 52-90) tissejjah mil-lhud “il-Hallel il-kbira”;   din kienet tinghad fl-Ghid wara “l-Hallel iz-zghar” (113-118). 

 

            136, 1              LXX hawn izid “Hallelujah”;   TM izidha mas-salm ta’ qabel.

 

            136, 4              kbar:  skond TM, kelma emfatika.

 

            136, 15            fil-Bahar tal-Qasab:  xi testi jhallu barra ghax tennija tal-v 13.  

 

137 (136)  Ghanja tal-bniedem fl-ezilju

 

            137                  Dan is-salm isejjah it-tifkiera tal-waqa’ ta’ Gerusalemm fis-sena 587 u fl-ezilju fil-Babilonja.

 

            137, 3              dawk li jassruna:  xolelenu, “dawk li hatfuna”, skond Targum;   TM jgib tolalenu, ma tiftiehemx.

 

            137, 5              Tibbiesli jew “tinxifli”, tikhax;  TM (li zgur fittex li jrattab apposta din is-sahta) jgib tixkah, “insa (lil)”.

 

            137, 6              S 122, 1+

 

            137, 7              Ezek 25, 12-14+

 

            137, 7              f’jum il-waqgha ta’ Gerusalemm:  id-disa’ jum tar-raba’ xahar (Gunju-Lulju 587), meta l-kaldin sfrundaw il-hitan ta’ Gerusalemm (Ger 39, 2;  52, 7) jew l-ghaxar jum tar-hames xahar, meta t-tempju safa mahruq  (Ger 52, 13;  ara Zak 7, 5;  8, 19).  L-edomin (Num 20, 23+) dak iz-zmien kienu jappoggaw lill-assedjanti. Diversi tehbiriet profetici jsejhu ghalhekk il-vendetta ta’ Jahwe` ghal fuq l-edomin (Is 34, 5w;  Ger 49, 17;  Goel 4, 19;  Mal 1, 3w).

 

138 (137)  Innu ta’ radd il-hajr

 

            138, 1              ghaliex int smajt kliem fommi: skond LXX;  TM jhalli dan il-versett barra.  - ­ l-allat:  dawn huma l-idoli li s-salmista jisfida;  xi kultant tradotta “l-angli” (skond LXX, vulg, ara 8, 6);   sirjak igib “slaten” (ara 45, 7) u Targum “mhallfin” (ara 58, 2);  TM jgib ’elohim, jigifieri “Alla” jew “allat”.

 

            138, 2              ghax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox: jew litt. “ghamilt il-weghda tieghek ikbar minn kull fama”;  test xejn cert.

 

            138, 3              kattarli: Tr. mis-sirjak “kattartli”;   TM jgib “int qajjimtli”.

 

            138, 8              S 100, 5+

 

139 (138)  Qima lil Min jaf kull haga fuq il-bniedem

 

            139                  Ta’ min iqabbel ma’ din il-meditazzjoni fuq l-gherf kbir divin, dik li jaghmel Gob meta jesprimi l-biza’ tal-bniedem taht il-harsa ta’ Alla (Gob 7, 17-20+).

 

            139, 11            ha jkunli d-dawl lejl madwari:  TM jgib “ha jkun bhad-dawl (’or) il-lejl”;   skond test iehor, “ha jkun bhal hziem (’ezor) il-lejl”.

 

            139, 12            id-dlam bhad-dawl ghalik:  Nota ta’ tifsir fl-aramajk, ukoll fit-TM;  ohrajn ihallu barra.

 

            139, 14            inti tafha:  skond TM, “huwa jafha”;  tr. “lil ruhi inti kont tafha tajjeb”.

 

            139, 16            ebda wiehed ma kien... hemm:  skond TM;  tr. “... ma kien jezisti” .  - Test difficli.  Is-salmista jimmedita fuq l-gherf kbir divin:  Alla jaf lill-bniedem u d-destin tieghu sa minn qabel twelidu (ara 22, 11;  71, 16) filwaqt li ghall-bniedem, il-misteru hu wiehed li ma tistax tidhol fih.

 

            139, 18            xhin nasal fl-ahhar:  “temmejt”, haqissoti, skond 3 mss;  TM jgib heqissoti, “inqum”.

 

            139, 20            kontrik:  x’aktarx ‘aleka minflok ‘areka, “blietek” tat-TM;   tr. bhala x’aktarx “hsibijietek”, re‘eka (ara vv 2.17).  V shih xejn cert.

 

            139, 22            S 5, 11+

 

140 (139)  Kontra l-hziena

           

            140, 6              firxuli l-hbula bhal xibka:  LXX izid “taht saqajja”;  TM ihalli barra. Versett li xi kultant jidher bhala l-ewwel wiehed.

 

            140, 9 w          thallihomx jilhqu... li jdawwruni: fejn skond it-test grg. “jerfghu rashom”.  TM, li mhux maqsum u vokalizzat sew, ma jiftiehemx;  litt. “(Taghmilx li jmurlu sew il-) kumplott tieghu, huma qamu.  Waqfa.  [10]  Ras dawk li attakkawni...”. 

 

            140, 11            Ixhet fuqhom:  Tr. “(Ixhet fuqhom) xita”, jamter;  qere` u verzjonijiet igibu “ha jitreghdu”, jimmotu;  ketib igib “ha jitharrek”, jamituI.  -  jaqbad jew “tan-nar” skond LXX;  TM jgib “fin-nar”.    

 

            140, 12            in-nies ta’ lsien hazin:  litt. “il-bniedem (li ghandu) lsien”.

 

141 (140)  Kontra l-gibda tal-hazen

 

            141, 2              Din l-ghotja (oblazzjoni) kienet xi haga li ssir ta’ kuljum. Id-devozzjoni tal-lhud kienet mas-sagrificcji hekk tqabbel it-talb (ara 51, 18. Ara wkoll Apk 5, 8;  8, 4).

 

            141, 5              il-midneb:  raxa‘ skond LXX, sirjak;  TM jgib ro’x, “eccellenti”.  - jien nibqa’ nitlob kontra hzunithom:  Tr. “F’nofs hzunithom kompli it-talba tieghi” skond TM;  izda tr. “ghax jien se naghmel kompromess ma’ l-izbalji taghhom”.  It-test xejn mhu car. Jiftiehem li s-salmista qed jibza’ minn insib il-hziena li jistghu jisseducuh.

 

            141, 6              Fuq il-blat jitwaddbu l-kapijiet taghhom:  Tr. “intefghu fis-setgha tal-blata (= Jahwe`), l-imhallef taghhom” (plural maestuz bhal fi 58, 12).  Dwar Jahwe`, blata ta’ Izrael, ara 18, 3;  19, 15;  42, 10 ecc.

 

            141, 7              Bhall-frak u l-laqx ma’ l-art imxerred:  Tr. “hekk kif tinferaq u tinfetah l-art”;   TM litt. igib poleh uboqe‘a, “waqt li tithaffer u tinferaq”;  skond LXX u sirjak, “bhal gebla tat-thin mfarrka”, pelah jebuqqa‘.  

 

142 (141)  Talba ta’ bniedem imhabbat

 

            142                  Ilment individwali li jigi applikat ghal Kristu li jbati.

 

            142, 5              fuq il-lemin:  il-lemin hu l-post fejn joqghod min jiddefendi (ara 109, 31;  Is 63, 12).

 

            142, 6              f’art il-hajjin:  hawn isfel (ara 27, 13;  52, 7;   qabbel 16, 5;  46, 2;  91, 2).  

 

            142, 8              Madwari jduru l-gusti:  Tr. “il-gusti se jaghmluli kuruna”;  LXX u sirjak igibu: “il-gusti jittamaw”.  -  Il-hbieb kollha ta’ Alla huma haga wahda flimkien, jissiehbu fir-radd il-hajr mal-fidil salvat minn Alla (ara 64, 11;  107, 42).

 

143 (142)  Supplika umli

 

            143, 1              Ta’ David:  LXX izid id-dettall: “meta ibnu (Absalom) kien qed jigri warajh” (ara 3, 1;  2 Sam 15, 13w).

 

            143, 2              Ara 51, 7;  130, 3.  San Pawl jutilizza din is-silta pjuttost liberament (Rum 3, 20;  Gal 2, 16).

 

            143, 8              S 17, 15+

 

            143, 9              ghax inti l-kenn tieghi:  skond vulg.  Tr. “fik jien nintelaq”;   TM jgib “kennejt (fik)”;   LXX igib “hrabt”.

 

144 (143)  Innu fil-gwerra u fir-rebha

 

            144                  L-ewwel taqsima (vv 1-11), gabra ta’ liturgija regali, titnebbah minn S 18 u minn salmi ohra.  It-tieni taqsima (vv 12-15), originali, tiddeskrivi l-prosperita` messjanika.

 

            144, 2              il-popli:  skond mss. u verzjonijiet;  TM u LXX igibu “il-poplu tieghi”;  tiswija maghmula bil-hsieb biex tirreferi ghal David.

 

            144, 10            David, il-qaddej tieghek:  “il-qaddej tieghi David” sar titlu messjaniku (Ger 33, 21;  Ezek 34, 23w;  37, 24).

 

            144, 12            kolonni minquxa:  Tr. “kolonni fir-rokna” jew “figuri fir-rokna”, kelma rarament uzata li tfakkar fil-karjatidi (figuri minquxa, nisa, uzati flok kolonni biex izommu xi gwarnicun).

 

145 (144) Tifhir lill-Mulej sultan

 

            145                  Salm alfabetiku, li jislet hsibijiet minn bosta salmi ohrajn.

 

            145, 8              S 103, 8+

 

            145, 12            tas-saltna tieghek:  verzjonijiet igibu: “ta’ l-ghegubijiet tieghek”;   TM igib: “tieghek... tieghu”.

 

            145, 13            Ta’ kelmtu... li ghamel:  Zewg versetti (l-ittra nun f’dan is-salm alfabetiku) li jgibu l-verzjonijiet, izda li TM jhalli barra.

 

146 (145)  Innu lil Alla li jghin

 

            146                  Dan is-salm iniedi t-tielet Hallel (146-150) li kien jinghad filghodu mil-lhud (ara 113-118 u 136).

 

            146, 2              S 7, 18+

 

            146, 10            S 145, 13+

 

147 (146+147)  Innu lil Alla li jista’ kollox

 

            147                  Dan is-salm jinqasam fi tnejn mal-v 12 f’bosta verzjonijiet, fosthom il-vulg, izda fih unita` shiha.  F’Jahwe`, il-poeta jara l-hellies ta’ Izrael, il-hallieq, il-habib tal- “fqajrin”.

 

            147, 1              Hallelujah:  skond LXX;  mghaqqad mas-salm ta’ qabel skond TM. - helu:  femminil fis-LXX, maskil fit-TM;   ghaldaqstant il-versett jista’ jigi tr. “nghannu dwar Alla taghna ghax hu helu” (ara 135, 3).

 

            147, 4              Is 40, 26+

 

            147, 8              LXX izid: “u l-pjanti biex jaqdu l-bniedem” (ara 104, 14);  TM jhalli dan il-versett barra.

 

(147 Vulg.)

 

            147, 12            Il-Patres applikaw din it-tieni taqsima tas-salm ghal Gerusalemm il-gdida , militanti jew trijonfanti.

 

            147, 15            Il-kelma divina tigi hawn prezentata bhal xi habbar, bhallikieku kienet persuna (ara 107, 20;  Is 55, 11;  Gw 1, 14+). 

 

            147, 20            Hallelujah:  skond TM;  LXX ihalli barra. L-istess fiz-zewg salmi li jmiss.

 

148  Tifhir kozmiku

 

            148                  Is-sema, l-art u l-holqien kollu huma imsejha biex jiccelebraw lil Jahwe`, ristawratur tal-poplu maghzul.  Dan is-salm jinghad ta’ kull filghodu mil-lhud.

 

            148, 5              Vulg. u LXX (ukoll sirjak) igibu:  ipse dixit et facta sunt;  ipse mandavit et creata sunt.  (Ara 33, 9.)

 

            148, 14            Dt 7, 6+                                  

 

            148, 14            qawwa jew “sahha”:  litt. “qarn”.  - ulied Izrael: kaz uniku, ma’ 103, 7, fejn is-salmi juzaw il-kliem “ulied Izrael” li, madankollu, nsibuhom aktar ta’ spiss wara l-ezilju fil-kitbiet dewteronomici u sacerdotali.

 

149  Ghanja trijonfali

 

            149                  Dan l-innu nazzjonali, ta’ epoka ellenistika (griega), u li ghandu qrib tieghu hafna lil Neh 4, 11.18;  1 Mak 2, 42 u 2 Mak 15, 27, jikkunsidra l-gejjieni eskatologiku (ara Is 61, 2w) u jaghmel minn Izrael l-istrument tal-gustizzja divina (ara Zak 9, 13-16).

 

            149, 5              fuq friexhom:  traduzzjoni litt;  jigifieri l-post fejn jimteddu (ara 95, 6;  Gdt 6, 18;  Sir 50, 17.21), sakemm dawn il-kliem ma jiftehmux:  tifhirhom ma jieqaf qatt, lanqas billejl (ara 4, 5;  63, 7;  Hos 7, 14).

 

            149, 9              Riferenza ghat-tehbiriet kontra l-gnus, li nsibu fil-kotba profetici.

 

150  Dossologija ta’ l-gheluq

 

            150                  Din hi l-iktar dossologija (innu ta’ tifhir) zviluppata minn dawk li jtemmu l-erba’ kotba ewlenin tas-salterju (41, 14;  72, 18-20;  89, 52;  106, 48), u tistieden lill-istrumenti muzikali kollha u lill-hlejjaq hajjin kollha biex ifahhru lil Jahwe`. 

 

            150, 5              bid-damdim tac-cimbali:  litt. “cimbali jzarzru” (ara Num 10, 5;  S 33, 3+).

 

NisgaSalmi 58 sa 74Aktar fuq is-Salmi