Salmi

L-Ewwel Ktieb

It-Tieni Ktieb (hawn)

It-Tielet Ktieb

Ir-Raba’ Ktieb

Il-Hames Ktieb

 

 

IT-TIENI KTIEB

 

42  (41)  Ilment ta’ levita eziljat

 

            42        L-ezilju, tip tad-dieqa tal-fidil li “jghix ’il boghod mill-Mulej” (2 Kor 5, 6-8), hu hawn il-boghod li jifred lis-salmista mis-santwarju, fejn Alla joqghod, u mill-festi li hemmhekk ilaqqghu lill-poplu tieghu;   is-salmi 42 u 43 qishom jaghmlu salm wiehed.

           

            42, 2    Gw 4, 1+

 

            42, 2    ghazziela:  skond LXX;   TM jgib “ghazziel” fil-maskil, izda l-verb xorta jibqa’ “tixxennaq”. 

 

            42, 3    u nara:  skond mss., sirjak u Targum;  TM (imharbat minn skriba mdiehex minn dawn il-kliem, ara Ez 33, 20+) igib: “nidher quddiem”. “Li tara wicc Alla” hawn ifisser li zzur is-santwarju tieghu, it-tempju ta’ Gerusalemm (ara Dt 31, 11;  S 27, 8+).

 

            42, 5    kont nimxi:  x’uhud igibu wkoll “... fost dawk ta’ quddiem”;  tr. “kont nimxi taht is-saqaf tal-wisq Kbir”:  fejn “wisq Kbir”, litt. hi “ta’ dak li hu ta’ min jighaxxaq bih” (plural ta’ maesta`) skond LXX u sirjak;  TM ma jiftiehemx.  “Is-saqaf”, litt. “l-gharix”, hu t-tempju fejn Alla joqghod u li kull lhudi devot kien izur ta’ kull sena (Ez 23, 14-17).

 

            42, 6    S 6, 5+

 

            42, 7    l-ghajnuna tieghi:  Tr. “l-ghajnuna ta’ wicci” fil-mss. ebr., grg., sirjak;  l-istess jghodd ghal v 12;  TM jgib “l-ghajnuna ta’ wiccu”. - fik niftakar:  “fik” hija riferenza ghal Alla. - muntanja ta’ Misghar jew “muntanja umli” skond ebr.;  din tista’ tkun Zaorah, qrib l-ghejjun tal-Gordan, li x’aktarx kienet waqfa fit-triq lejn l-ezilju. Tr. “fik, umli muntanja”, b’riferenza ghall-muntanja Sijon.”  

 

            42, 10  S 18, 3+

 

43  (42)  Tnehida ghall-helsien

 

            43, 4    ferh:  skond ms. ebr.;  TM jgib “l-hena (tal-ferh tieghi)”. LXX fehem: “Alla l-ferh ta’ zghoziti”.

 

44  (43)  Ilment nazzjonali

 

            44        Dan is-salm, li jikkuntrasta t-trijonfi tal-imghoddi ma’ l-umiljazzjonijiet t’issa, jista’ jkun li qed jirreferi (bhal 74;  79;  80) ghar-rovina ta’ Gerusalemm fil-587.  Il-vv 18-23 zdiedu wara biex is-salm jigi adattat ghall-persekuzzjonijiet ta’ zmien il-Makkabin.

 

            44, 4    Dt 8, 17w+      Hos 1, 7+        S 4, 7+

 

            44, 5    u Alla tieghi, li tajt:  skond TM:  “o Alla, aghti (aqta’)”.

 

            44, 20  f’art:  Sew l-art meqruda (Is 34, 13;  Ger 9, 10), sew id-dezert, kenn ghal-lhud ippersegwitati (1 Mak 2, 29;  9, 33).

 

            44, 21  ftahna jdejna:  Il-gest tat-talb (28, 2;  141, 2;  Is 1, 15).

 

            44, 23  Riferenza verosimili ghall-persekuzzjonijiet ta’ Antijoku Epifani.

 

45  (44)  Ghanja rjali

 

            45        Skond x’uhud, dan is-salm kien kant profan ghat-tieg ta’ sultan lhudi, Salamun, Gerobogham II jew Ahab (li zzewweg principessa minn Tir, 1 Slat 16, 31).  Izda t-tradizzjoni gudajka u nisranija tinterpretah bhala t-tieg tas-Sultan-Messija ma’ Izrael, figura tal-Knisja (ara Ezek 16, 8-13;  Is 62, 5;  Ghanj 3, 11;  ecc), u min-naha taghha l-liturgija twessa’ l-allegorija billi tapplikah ghal Marija u ghall-vergni qaddisin. Il-poeta l-ewwel idur lejn is-Sultan-Messija (vv 3-10) billi jaghti lilu l-attributi li soltu jinghataw lil Jahwe` (145, 4-7.12w;  ecc) u lill-Ghimmanu-el (Is 9, 5w), u mbaghad lis-sultana (vv 11-17).

 

            45, 1    “Il-Gilji”:  din zgur interpretazzjoni tal-Makkabin fid-dawl tal-Ghanja. Ir-rubrika originali tista’ tiftiehem skond LXX: “Dawk li jalternaw (il-karta = il-ligi, il-precett)”, ara 60, 1;  69, 1;  80, 1;  riferenza ghal-lhud apostati.

 

            45, 5    turik... l-ghageb!  Xi test igib qabel: “Zomm idek fuq il-korda tal-qaws”, wehadrek jitreka;  TM jgib “il-gmiel tieghek... u jghallmek”, wehadareka (fil-bidu tal-v) wetoreka.

 

            45, 7    It-tron tieghek, Alla:  skond LXX li jara l-kelma ’elohim indirizzata lejn is-sultan;  dan it-titlu protokollari jigi fil-fatt applikat ghall-Messija (Is 9, 5) hekk kif ukoll ghall-kapijiet u ghal-lhud (Ez 22, 6;  S 82, 6), ghal Mose` (Ez 4, 16;  7, 1) u ghal dar David (Zak 12, 8);  tr. “it-tron tieghek hu ta’ Alla”.

 

            45, 10  Bniet is-slaten:  il-gnus pagani, li kkonvertew lejn Alla veru (Ghanj 1, 3;  6, 8;  Is 60, 3w;  61, 5) u ddahlu fil-qadi tieghu wara Izrael (vv 15-16).

 

            45, 11  Bhal Abraham l-antenat tieghu, Izrael irid jinfatam minn kull rabta li ghandu mad-dinja pagana, u se jircievi “ulied” (v 17) minflok il-“missirijiet” hekk maqtughin.

 

            45, 14  Il-qima tal-gnus pagani, mwieghda ghaz-zminijiet messjanici.  - Kollha gmiel bint is-sultan: TM litt. igib: “bint is-sultan gewwa (l-gawhar)”;  vulg. ggib: gloria... filiae regis ab intus;  tr. “bint is-sultan titwassal gewwa, sa ghand is-sultan”.

 

            45, 15  jinghatawlha:  skond 2 mss;  ara sirjak;   “jinghatawlek” skond TM.

 

46  (45)  Alla qieghed maghna

 

            46        Kantiku ta’ Sijon.  Il-prezenza divina fit-tempju thares lill-belt qaddisa;  ilmijiet qaddisa jsaffuha, jghammluha u jghamlu minnha Gheden gdida.

 

            46, 4    Xbieha ta’ ritorn lejn il-kaos. L-art qeghda tistrieh, permezz ta’ kolonni (ara 75, 4;  104, 5;  Gob 9, 6;  Prov 8, 27), fuq l-ibhra ta’ tahtha (24, 2). Dawn il-kolonni jigu mreghda u l-ilmijiet mifqugha jaslu  sal muntanji.  Wara il-v 4, xi traduzzjonijiet idahhlu r-ritornell, imholli barra mit-TM, skond il-vv 8 u 12.

 

            46, 5    l-ghamara qaddisa:  skond TM, litt. “(l-iktar) qaddisa (fost l-ghamajjar)”;  tr. mas-LXX “qaddes l-ghamara”.

 

            46, 6    Is-siegha tal-grazzji divini (17, 15+). - Riferenza probabbli ghall-irtirata tal-qawwiet armati ta’ Sanherib fis-sena 701 (2 Slat 19, 35;  Is 17, 14).

 

47  (46)  Il-Mulej sultan ta’ Izrael u tad-dinja

 

            47        Innu eskatologiku, l-ewwel mis-”salmi tas-saltna” (ara 93w): jizviluppa l-esklamazzjoni “Jahwe` hu sultan!”.  Is-sultan ta’ Izrael jitla’ fit-tempju b’purcissjoni trijonfali, f’nofs l-ghajjat ta’ ferh li jsir b’rit (33, 3+).  L-imperu tieghu jestendi ghall-popli kollha , li ghad jigu biex jinghaqdu mal-poplu maghzul.

 

            47, 7    Alla:  skond TM;  tr. mis-LXX u ohrajn “Alla taghna”.   

 

            47, 10  L-allejanza ma’ Abraham testendi ghall-umanita` kollha. It-tarki (tr. “qawwijin”) huma s-slaten, difensuri tal-popli taghhom.

 

48  (47)  Sijon, l-gholja ta’ Alla

 

            48        Dan l-innu jfahhar lill-muntanja Sijon, ghamara tas-sultan ta’ Izrael u l-post fejn hemm it-tempju, fil-qalba ta’ Gerusalemm tal-qedem (ara 2 Sam 5, 9+).  X’aktarx ifakkar fil-vv 5-6 meta Ahaz ingieb daru mal-hajt mill-koalizzjoni siro-efrajmita fis-sena 735 u l-irtirata mghaggla ta’ Sanherib fis-sena 701. 

 

            48, 3    fil-qalba tat-tramuntana:  tr. “ghamara divina”.  Is-salmista hekk japplika ghall-muntanja Sijon it-tema letterarja ta’ l-“gholja tat-tramuntana”, li fil-poemi fenici tfisser ghamara divina.

 

            48, 7    Ger 4, 31+

 

            48, 8    l-igfna ta’ Tarsis:  igfna li kienu jiehdu gibdiet fit-tul u li setghu jaslu sa “Tarsis” (ara Is 23, 1+).

 

            48, 12  l-bliet:  il-bliet tar-regjun.

 

            48, 14  Is-salm jista’ jmur lura fiz-zmien sa mill-epoka tar-ristawrazzjoni tal-hitan minn Nehemija (Neh 6, 15;  12, 27).

 

            48, 15  S 23, 3+

 

            48, 15  TM jzid: “fuq (jew kontra) il-mewt”, rubrika mharbta tas-salm li jmiss.

 

49  (48)  L-ghana hu xejn

 

            49        Fuq tema ta’ kliem ghaqli u ironiku (vv 13 u 21), dan is-salm, bhal 37 u 73, jitkellem mill-problema tar-retribuzzjoni u l-hena apparenti li jkollhom il-hziena;   huwa jsolvi dan kollu bit-taghlim tradizzjonali ta’ l-ghorrief.

 

            49, 6    jdur ghalija:  Tr. skond il-hexapla (verzjoni tal-Bibbja f’6 kolonni biswit xulxin): “jigri wara gharqubi bhal kelb”;  TM jgib “ta’ gharqubi”.

 

            49, 9    Rum 3, 24+

 

            49, 11  Sir 11, 18w+

 

            49, 12  Qabarhom: skond verzjonijiet;  TM jgib “gewwieni” (qlib tas’ zewg ittri).

 

            49, 13  ma jibqax fil-gieh:  Tr. “meta jkun ghani ma jifhimx”, fejn “ma jifhimx” hi skond xi verzjonijiet (ara v 21);  TM jgib “jghaddi l-lejl”.

 

            49, 14  Test difficli.  Jigu proposti traduzzjonijiet ohra.  It-tema hija dik tal-fiducja fiergha ta’ l-ghonja ggranfati mal-gid taghhom (v 7).

 

            49, 15  il-mewt:  hawhekk personifikata (ara Gob 18, 13;  28, 22;  Ger 9, 20;  Hos 13, 14). - jintemmu... ta’ xejn:  Tr. “tghib kull xbieha taghhom: l-imwiet ikunu l-ghamara taghhom”, fejn l-ghamara taghhom: litt. “ghamara ghalihom”, zebul lamo, x’aktarx;  TM jgib “minghajr ghamara ghalih”, mizebul lo.  -  Filghodu huwa l-hin ghall-haqq eskatologiku u t-trijonf tal-gusti (17, 15+).

 

            49, 16  Biex jahrab mit-tigrig ta’ xeol, l-gharef jistrieh fuq Alla.  Ma jistax jafferma li jara l-possibilta` li jittiehed fis-sema bhal Henok (Gen 5, 24) u Elija (2 Slat 2, 3, ara S 16, 10+), izda jemmen li d-destin ahhari tal-gusti zgur li se jkun xort’ohra minn dak tal-hziena u l-hbiberija ta’ Alla mhi se tieqaf qatt.  Din il-fidi ghamja f’retribuzzjoni (tpattija) li ser issehh fil-gejjieni, thejji t-triq ghar-rivelazzjoni ulterjuri tal-qawmien mill-imwiet u l-hajja ta’ dejjem (2 Mak 7, 9+).

 

            49, 18  Ghall-kuntrarju, Alla se jigglorifika lill-gusti (73, 24;  91, 15).

 

50  (49)  Ghall-kult fl-ispirtu

 

            50        Alla se jigi biex jaghmel haqq min Izrael (vv 1-7) u jlissen akkuza kontra l-formalizmu tas-sagrificcji (vv 8-15) u d-disprezz ghall-kmandamenti (vv 16-23).

 

            50, 8    Gham 5, 21+

 

            50, 11  l-ajru:  skond verzjonijiet;  TM jtenni “l-gholjiet”.

 

            50, 16  Dan il-versett seta’ gie mizjud biex jiskolpa lill-fidili: Alla mhux se jindirizza iktar, f’li jigi wara, lil Izrael kollu minghajr distinzjoni.

 

            50, 22  Is 42, 8+

 

            50, 23  min jimxi bis-sewwa:  wetam derek, litt. “il-bniedem perfett fil-mod kif jimxi”, jew “il-bniedem rett”;   TM jgib wesam derek, “qeghed mixjietu”.

 

51  (50)  Miserere

 

            51        Dan is-salm penitenzjali (ara 6, 1+) ghandu rabta sew mal-kitbiet profetici, fuq kollox dawk ta’ Isaija u Ezekjel.

 

            51, 2    Ezek 18, 23+

 

            51, 6  jingharaf is-sewwa:  ghalkollox safi u integru, Alla juri, meta jkun qed jahfer, il-qawwa fuq il-hazen u r-rebha fuq id-dnub.

 

            51, 7    Gob 14, 4+

 

            51, 7  Kull bniedem jitwieled impur (Gob 14, 4+;  ara Prov 20, 9) u ghaldaqstant moghti ghall-hazen (Gen 8, 21).  Din l-impurita` fondamentali hawn tidher bhal xi haga li ttaffi (ara 1 Slat 8, 46), li Alla jrid iqis.  It-taghlim dwar id-dnub originali johrog sew f’Rum 5, 12-21, f’rabta mar-rivelazzjoni tal-fidwa li jgib Gesu` Kristu.

 

            51, 8  Il-kelma qalb, hawn uzata darbtejn, jista’ jkollha tifsir iktar profond bhal “qiegh ruhi”, litt. “dak li hu mghotti sew” jew “il-gewwieni”, jigifieri dak li hu intimu, sigriet;  ara S 7, 10;  16, 7;  33, 15 ecc.:  Alla jinzel fil-qiegh tal-bniedem u ghandu s-setgha li jibdlu. Nistghu daqstant nifhmu sens figurattiv meta nqabblu dan il-vers ma’ Ezek 13, 10w fuq il-profeti foloz li “jkahhlu bit-tajn” il-hajt tas-sejjieh minflok ma jibnuh mill-gdid (ara wkoll Lev 14, 43 fuq il-mard tal-gebel). Hawn, minflok, ukoll dak li jinsab mghotti u mohbi se jigi msoffi u ristawrat mill-gherf divin.

 

            51, 9    bl-ilma:  Tr. “biz-zuf”:  pjanta uzata ghat-tisfija (Lev 14, 4;  Num 19, 18).

           

            51, 12  Ezek 11, 19+

 

            51, 12  Ohloq:  dan il-verb riservat ghal Alla u jfisser l-att li bih jaghti l-ezistenza lil xi haga gdida u ta’ l-ghageb (Gen 1, 1;  Ez 34, 10w;  Is 48, 7;  65, 17;  Ger 31, 21w).  Il-gustifikazzjoni tal-midneb hija l-ikbar opra divina, u tixbah l-att tal-holqien (ara Ezek 36, 25w kif ukoll Ger 31, 33;  32, 39w).

 

            51, 13  l-ispirtu qaddis jew “spirtu ta’ qdusija”: hekk hu l-bidu, li jinsab gol-bniedem izda li nghatalu minn Alla, tal-hajja morali u religjuza, sew ta’ kull bniedem (143, 10;  Gherf 1, 5;  9, 17), sew ta’ poplu shih (Neh 9, 20;  Is 63, 11;  Hag 2, 5).

 

            51, 16  mill-piena tal-mewt jew “mid-demm”: il-profeta Ezekjel (ara 7, 23;  9, 9;  22, 2;  24, 6)  isejjah lil Gerusalemm “belt id-dmija”. Xi kultant tidher hekk b’riferenza ghall-qtil ta’ Urija minn David (2 Sam 12, 9). Tista’ tiftihem ukoll bhala riferenza ghall-mewt bikrija tal-hazin, b’kastig ghal dnubietu skond it-taghlim tradizzjonali.

 

            51, 18  S 50, 8+

 

            51, 20  Fil-migja lura mill-ezilju, ir-ristawr tal-hitan ta’ Gerusalemm se jkun is-sinjal tal-mahfra ta’ Alla (Is 60-62;  Ger 30, 15-18;  Ezek 36, 33).

 

            51, 21  vittmi mahruqa u mitmuma: dettall liturgiku mizjud wara.  -  F’Gerusalemm ristawrata, jergghu jsibu posthom “is-sagrificcji tar-riparazzjoni”.

 

52  (51)  Kundanna tal-bniedem ciniku

 

            52, 3    hzunitek:  Tr. “infamja”, skond LXX li jaghti lil hesed is-sens aramajk (“infamja” minflok “grazzja”).  TM jista’ jigi tradott: “O tirann, il-grazzja ta’ Alla (hi matul) il-jum kollu”.

 

53  (52)  Il-bniedem minghajr Alla

 

            53        Recensjoni elohista ta’ S 14;  ara hemm in-noti.

 

            53, 6    Riferenza ghal Sanherib u, permezz tieghu, ghall-ghedewwa kollha ta’ Gerusalemm.  It-test ta’ dan il-v jidher inqas imharbat minn fis-S 14.

 

54  (53)  Sejha lil Alla biex jaghmel gustizzja

 

            54, 3    L-isem jidhol minflok il-persuna (ara Ez 3, 14+).

 

            54, 5    nies kburin:  skond mss. ebr. u Targum;  tr. “arroganti”;  TM jgib “nies barranin” li juri fehmien gdid, fl-epoka tal-Makkabin, b’xehta ta’ biza’ minn dak kollu li hu barrani.

 

55  (54)  Talba tal-bniedem kalunnjat

 

            55        Ilment individwali mnebbah minn Geremija (ara Ger 4, 19;  9, 1w;  18, 19;  23, 9;  ecc). It-test ma tantx jinsab fi stat tajjeb.

 

            55, 4    ghajat:  Tr. “storbju” jew “frattarija”, za‘aqat jew ssa‘aqah;  TM (‘aqat) ma jiftiehemx.

 

            55, 10  Eqridhom:  Tr. “xerridhom”;  “li jibla’”, ebr. bela‘ ;   TM jgib “ibla’”, balla‘.  ­-  hawwdilhom:  Tr. “it-tidwib” (sens derivat), peleg, sirjak;  TM jgib “aqsam”  pallag.

                                   

            55, 13  li kien hekk:  (ghal darbtejn) skond LXX;  TM jgib in-negattiv.

 

            55, 15  haga wahda konna nkunu:  skond TM “konna mmorru”;  tr. “konna nimxu qisna f’festa” u “jmorru b’hafna ghagha”.

 

            55, 16  Num 16, 33+

 

            55, 16  Il-mewt sobtu u bikrija hi l-kastig tal-hazin (73, 19;  102, 25;  Gob 15, 32;  Is 38, 10;  Ger 17, 11).

 

            55, 18  Fil-ghaxija... nofsinhar:  Dawn huma s-sighat tat-talb (ara Dan 6, 11).

 

            55, 19  hafna: skond TM berabbim;  tr. “fi processi”, beribim.

 

            55, 22  S 28, 3+

 

            55, 23  Dan il-v jista’ jiftiehem sew bhala l-kliem ironiku li jlissnu l-ahwa qarrieqa (v 22), sew bhala l-inkoraggiment li l-ippersegwitat jghid lilu nnifsu.  -  xortik: Tr. “ansjeta`” skond il-kuntest u l-verzjoinijiet,  kif ukoll “toqol”: kelma hapax, jigifieri li tidher darba biss.

 

56  (55)  Il-fidil mhux se joghtor

 

            56, 1    “Il-hamiema tal-ballut imbieghed”:  Ebr. “Gonat elem rehoqim”  fejn “gonat elem” jigi tr. “it-tghakkis tal-princpijiet imbeghda”.  Dwar “princpijiet” jew “allat” ara 45, 7;  58, 2 (“hlejqiet divini”).  -  Il-kelma “tghakkis” hi l-istess bl-ebr. bhal “hamiema” u xi mindaqqiet tigi tradotta bhala hekk;   hawn id-diskors hu dwar tghakkis. 

 

            56, 3    jehduha mieghi:  LXX izid “hemm fuq”;  TM jgib “mieghi, gholjiet”.  Riferenza ghall-gholjiet li jdawru Gerusalemm ( ara 2 Slat 19, 22).  Tista’ wkoll tkun riferenza ghall-assedju tas-sena 701, bhal fis-S 76 (ara vv 11-12), li mieghu din is-silta ghandha rabtiet evidenti.  Izda tista’ wkoll tiftiehem: “b’arroganza”, “bi kburija”. 

 

            56, 5    Il-kelma ta’ Alla, hawnhekk bhal fil-v 11, hi l-weghda tieghu;  il-fidil iserrah hajtu fuqha (ara 106, 12;  119, 42.65;  130, 5). 

 

            56, 7    Jingemghu flimkien:  “jirvellaw” skond Targum u Glormu;  TM jgib “ihebbu”.

 

            56, 9    Hawnhekk tidher riferenza ghad-dmugh ta’ Hezekija (2 Slat 20, 5;   Is 38, 3-5).  Kull demgha tal-gust ghad ikollha rikumpens eskatologiku (Is 25, 8;  ara Apk 7, 17). - It-test izid tifsira qasira fuq din it-tema: “M’huwiex dan fil-ktieb tieghek?” (ara 139, 16;  Gob 19, 23;  Mal 3, 16).

 

            56, 14  ’l rigli mill-waqgha:  Litt. “Forsi ‘lil rigli mill-waqgha’?”. Xi mss. grg. jgibu “lil ghajnejja mid-dmugh”, li jiddeducu minn 116, 8 fuq suggeriment tal-v 9.

 

57  (56)  Qalb l-“iljuni”

 

            57, 2    S 17, 8+

 

            57, 6    Num 14, 21+

 

            57, 6    Il-fidil jinsab imxennaq ghad-dehra tas-saltna ta’ Alla li se tehkles lill-imghakksin u teqred lill-hziena.

 

            57, 7    S 7, 16+

 

            57, 9    S 6, 5+

 

            57, 9    Is-sebh jigi personifikat bhal f’Gob 3, 9;  38, 12;  41, 10 (ara S 17, 15+).

 

58  (57)  L-imhallef tal-imhallfin tad-dinja

 

            58  Bhall-profeti tal-qedem il-poeta bi kliem haj icanfar lill-imhallfin ingusti, u jitlob li tasal is-siegha tal-haqq divin.

 

            58, 2    Intom, kbarat:  Tr. “hlejqiet divini”, litt. “allat”, ’elim;  TM jgib ’elem, “fis-skiet”. - Kliem li jhaddan fih sew imhallfin sew mexxejja (ara 45, 7;  82;  Ez 21, 6;   22, 7;   Dt 19, 17;  2 Sam 14, 17).

 

            58, 8    S 37, 2+

 

            58, 8    bhal haxix jintrifsu:  fejn “haxix” ebr. hassir;  TM jgib “irfes il-vlegeg taghhom (hissajw) bhal”.

 

            58, 10  ma tinhass is-shana tax-xewk taqbad:  TM (litt. “il-kaldaruni taghkom jifirdu l-ghollieq”) qasam hazin u qaleb ma’ xulxin zewg konsonanti.  Tr. “jispuntaw f’xewk” skond Simmacus u Glormu.  

 

59  (58)  Kontra l-hziena

 

            59        Dan is-salm, li fih jitnisgu xewqat ta’ deni mat-tifhir, ghandu zewg ritornelli (vv 7 u 15, u vv 10 u 18). L-awtur jista’ jkun lhudi tad-diaspora (tixrid il-lhud ’l hinn mil-Lhudija) imkidd bil-mibgheda tal-pagani, jew inkella fidil li jghix f’Gerusalemm nofsha pagana.

 

            59, 6  Stil eskatologiku (ara Is 26, 21)

.

            59, 7  Xbieha (ara vv. 15-16) li tfakkar f’salt klieb gerrejja li soltu jkunu fl-irhula tal-lvant.

 

            59, 8  “Min se jismaghna?”  Tr. “hemm xi hadd qieghed jismaghna?”, kliem ta’ dagha (ara 10, 4;  14, 1;  64, 6;  94, 7).

 

            59, 11  Alla tieghi, mhabba tieghi:  Tr. “il-grazzja ta’ Alla tieghi” u “Alla ta’ mhabbti”;  mss. u verzjonijiet igibu “qawwa tieghi”,  “mhabba tieghi” (ara v 18);  TM jgib “qawwa tieghu”, “mhabba tieghu”.

 

            59, 12  Bhal Kajjin (Gen 4, 14-15), il-pagani jinzammu hajjin biex jixhdu ghall-haqq divin.

 

            59, 16  jinbhu:           skond verzjonijiet;   TM (bidla hafifa fil-vokali): “jghaddu l-lejl”.

 

            59, 17  S. 17, 15+

 

            59, 18  L-ahhar antifona tidher mhux mitmuma  (ara v 11).

 

60  (59)  Talba nazzjonali wara t-telfa

 

            60        Dan is-salm ghandu l-istess sitwazzjoni storika bhal dik ta’ 44 u 80. Il-v 7 jintroduci profezija ta’ tama, imtennija f’108, 7-14, bit-tbassir tat-twaqqif mill-gdid ta’ saltna mkabbra u maghquda bhal fil-bidu tal-monarkija, u d-dominju fuq Edom, Efrajm u Gilghad (ara Is 11, 13w;  Ghabd).

 

            60, 4    It-telfa titfisser f’termini apokalittici.

 

            60, 6  waqqaft stendard:  Il-bandiera, jew stendard li madwaru jingabru t-truppi, jissemmew ta’ spiss (Ez 17, 15;  Ghanj 2, 4;  Is 5, 26;  11, 10;  49, 22;  62, 10). Izda f’dan il-kaz, huwa sinjal ghall-irtirata (ara v. 12).

 

            60, 8  fis-santwarju tieghu:  Jew “f’isem qdusitu”, li zzomm il-weghdiet tieghu. -  Sikem:  Art kontra s-Samarija (ara Neh 3, 33w).  Il-fatt li qed jissemmew flimkien Sikem u Sukkot (ara Gen 33, 17w) x’aktarx jalludi ghar-rebha ta’ l-art mweghda, li titfakkar b’soghba izda wkoll b’tama.

           

            60, 10  Dt 2, 5+

           

            60, 10  inqieghed il-qorq:  Drawwa tal-qedem (ara Dt 25, 9;  Rut 4, 7+) li minn dan il-gest kienet tohrog tifsira ta’ tehid b’pussess. - nifrah rebbieh:  Canfira ironika bhal f’108, 10;  tr. “nghanni r-rebha”.

 

            60, 12  Tnehida  ta’ nostalgija tas-salmista li, f’art maqsuma u meqruda ghalkollox minn dawk ta’  madwarha, joqghod jhewden fuq iz-zmien sabih tal-gwerra qaddisa, ir-rebha u s-saltna ta’ David.

 

61  (60)  Talba ta’ wiehed eziljat

 

            61        Ma’ l-ilment tal-levita, eziljat ’il boghod mill-gholja ta’ Sijon (vv 2-6), qeghda hawn tizdied talba ghas-sultan (vv 7-8).

 

            61, 3  il-fortizza fuq l-gholja:  Tr. “blata ta’ kenn tieghi”.  Din hi l-blata jew “sur” tat-tempju li s-salmista jixxennaq ghalihom.  Dan is-salm jista’ jmur lura ghal zmien l-ewwel deportazzjoni (598;  ara 2 Slat 24, 14w), meta t-Tempju kien ghadu ma ggarrafx.

           

            61, 5  S 17, 8+

           

            61, 7  S 21, 5+

 

            61, 8   it-tjieba u l-fedelta`:  Dawn l-attributi divini personifikati se jsiehbu lis-Sultan-Messija ( 85, 11w;  89, 15.25) l-istess bhal ma jharsu lis-sultan (Prov 20, 28) jew lil-levita fidil (40, 12). Il-vv 7-8 jistghu jkunu talba ta’ l-imghoddi ghas-sultan, izda l-insistenza taghhom fuq saltna mtawla b’mod indefinit tfakkarna fil-profezija ta’ Natan (2 Sam 7, 16;  1 Kron 17, 14) u r-rabta taghhom mill-qrib mas-siltiet messjanici ta’ 72 u 89 taghmilhom japplikaw ukoll ghas-Sultan-Messija.

 

62  (61)  Alla l-unika tama

 

            62        Salm ta’ taghlim: il-hjiena tal-bniedem, ix-xejn ta’ kull ma hu mahluq, il-frugha ta’ l-ghana, l-imparzjalita` ta’ l-imhallef tas-sema.  It-tema tar-ritornell (vv 2-3;  6-7) hi l-istess bhal tas-salm li jmiss.

 

            62, 5   S 28, 3+

 

            62, 5    Hsiebhom biss:  Tr. “frodi”, maxxu’ot;  TM jgib misse’eto, “mill-gholi tieghu”.

 

            62, 10  l-bnedmin u wlied il-bniedem ifissru bhal f’49, 3 in-nies komuni u dawk ta’ pozizzjoni.

 

            62, 12  Dan il-mod letterarju ta’ “proverbji bin-numru” jerga’ jinsab f’Gob 40,5;  Prov 6,16;  30,15;  Gham1, 3w.

 

            62, 13  Din hija d-duttrina tar-retribuzzjoni (hlas lura) personali mghallma mill-profeti, fuq kulhadd minn Ezekjel (ara Ezek 14, 12+), mill-ghorrief u mis-salmisti (ara 37, 1+) u mit-TG (Mt 16, 27;  Rum 2, 6;  Apk 2, 23).

 

63  (62)  Ix-xewqa ghal Alla

 

            63        Dan is-salm  japplikawh ghal David li ghal xi zmien ghex jiggerra fid-dezert;  x’aktarx li ntmess xi ftit fid-dawl ta’ dan il-fehmien.

 

            63, 2    lilek herqan infittex:  xi verzjonijiet igibu “mat-tbexbix lilek infittex”.

 

            63, 8    S 17,8+

 

            63, 10  S 5, 11+

 

            63, 12  min jahlef bih: ghall-Mulej (ara Dt 6, 13;  Ger 12, 16) jew ghas-sultan:  test ambigwu.

 

64  (63)  Kastig ghal min jikkalunnja

 

            64        Skond il-ligi ta’ tpattija (ghajn b’ghajn, sinna b’sinna) il-vlegga ta’ Alla (v 8) twiegeb ghall-vlegga tal-kelma iebsa (v 4).

 

            64, 7    Ger 11, 20+

 

            64, 7    Tr. “u jifli s-sigrieti taghna? Huwa se jiflihom, hu li jifli l-gewwieni tal-bniedem, il-qiegh tal-qalb”.  Test korrett li jaqleb ma’ xulxin zewg konsonanti u jaqsam il-kliem b’mod iehor milli jaqsamhom TM;  ebr. mharbat;  litt. “jiflu (inassu) delitti, ahna lesti (mss. “jahbu”), habi mohbi, u l-qiegh”.

 

            64, 9    isiru herba:  Tr. “waqqajthom minhabba (ilsienhom)”;   TM jgib (ittri maqlubin):  “hemm ghamilthom jaqghu;  kontrihom (u lsienhom)”.

 

65  (64)  Innu ta’ radd il-hajr

 

            65        Wara sena fertili u xita abbundanti, il-poplu jrodd hajr lil Alla. L-ewwel taqsima (vv 2-9) tfakkar f’Isaija li jhares bil-quddiem lejn il-gejjieni tal-holqien.  It-tieni taqsima (vv 10-14) hija deskrizzjoni entuzjazmanti tar-rebbiegha fil-Lhudija.

 

            65, 2    jisthoqq:  skond verzjonijiet;  TM (mod iehor hafif ta’ vokalizzazzjoni) igib: “is-skiet (hu t-tifhir)”.

 

            65, 4 tahfirhomlna: Tr. “thassar”;  litt. “tghatti l-htija”, li hi, fi stil sacerdotali, il-wirja tal-mahfra divina, li tinkiseb b’mod specjali f’jum l-espjazzjoni (Lev 1, 4+;  16, 1+;  ara S 78, 38;  79, 9).

 

            65, 6    ibhra:  skond TM, x’aktarx wara rtokk antiuniversalista;  tr. “gzejjer” skond it-Targum;  il-gzejjer jirrapprezentaw il-gnus pagani.

 

            65, 8    u t-tixwix tal-popli:  Tr. “il-popli qed jaghmlu frattarija” skond LXX;  TM jgib “u l-ghagha (tal-popli)”.

 

            65, 9    Il-lvant u l-punent: Tr. “bibien il-lvant u l-punent”, ghax kienu jemmnu li x-xemx kienet tghaddi ta’ kuljum minn dawn il-“bibien”, li jfissru l-pajjizi l-iktar mbieghda.

 

            65, 10  Il-wied ta’ Alla:  Tr. “ix-xmara ta’ Alla”.  Il-poeta jfakkar li l-ilma tax-xita kien jinzamm f’gibjuni kbar fis-sema (104, 3;  Gen 1, 7;  7, 11;  Gob 38, 25), iktar milli x-xmara simbolika ta’ Sijon (46, 5+).

 

            65, 12  Il-mirkeb tal-Mulej (68, 5.18;  Is 66, 15) jigri fuq wicc l-art ixerred gid ghammieli.

 

            65, 14  jghajjtu lkoll u jghannu bil-ferh: litt. “in-nisa jghajjtu, anki n-nisa jghannu”.

 

66  (65)  Radd il-hajr pubbliku

 

            66        Din il-liturgija ta’ radd il-hajr ghall-migemgha (li l-kap jew kelliemi taghha jibda jitkellem minn v 13 ’il quddiem) tfakkar, minhabba fl-istil u l-perspettiva universalista taghha, fit-Tieni Parti ta’ Isaija.

 

            66, 6  Il-moghdija mill-Bahar tal-Qasab (Ez 14-15) u mix-xmara Gordan (Goz 3): zewg fatti “tipici” kbar ta’ l-istorja ta’ Izrael, daqstant imsemmija wkoll f’74, 13-15;  114.

 

            66, 9    Minn hawn gej it-titlu “salm tal-qawmien” li l-mss. grg. u vulg. jaghtu lil dan is-salm.

 

            66, 12  hrigtna fil-wisa’:  Tr. “farragtna”, “hjejtna” skond verzjonijiet, “xebbajtna” skond TM.  Tista’ tigi tr. (bl-istess tiswija) “hrigtna ’l barra lejn il-helsien”.

 

67  (66)  Talba tal-migemgha wara l-hsad

 

            67        X’aktarx kien jitkanta ghall-festa li taghlaq zmien il-hsad (ara Ez 23, 14+).

 

            67, 2    S 4,7+

 

            67, 4    Dan ir-ritornell ifakkar fl-universalizmu tat-Tieni Parti ta’ Isaija: il-gnus pagani huma mistiedna wkoll, mill-ezempju tal-poplu maghzul u mit-taghlim ta’ grajjietu, biex jaqdu lil Alla wahdieni.

 

            67, 5    Izidu wkoll “triegi d-dinja bis-sewwa” skond il-kodici sinajtiku (ara 9,9;  96, 13;  98, 9);  TM ihalli barra.  

 

68  (67)  L-istorja glorjuza ta’ Izrael

 

            68        Dan l-innu ta’ radd il-hajr ifakkar it-tapep fl-istorja tal-poplu ta’ Alla bhallikieku xi purcissjoni trijonfali ta’ Jahwe`: il-hrug mill-Egittu, il-mixja fid-dezert, ir-rebha fi zmien l-Imhallfin (Debora, Gidghon), it-tqeghid fuq it-tron f’Sijon (David, Salamun), il-grajja ta’ Elija u ta’ Elizew, ix-xorti tragika tal-familja ta’ Ahab, l-Ghid solenni ta’ Ezekija, u fl-ahhar il-prospettivi universalisti ta’ tmiem il-Ktieb ta’ Isaija. Bejn il-ftuh (vv 2-7) u t-tmiem (vv 33-36) hemm sitt gruppi ta’ strofi marbuta flimkien b’nisga ta’ hsieb wiehed. Incident grafiku harbat l-istrofi VI u VII.

 

            68, 5    Tghaxxqu fil-Mulej:  Tr. “ “Mulej” hu l-isem tieghu”, skond TM, xemo;  tr. “ifirhu”, simhu.

 

            68, 6    Ez 22, 21w+

 

            68, 9    tas-Sinaj:  zjieda ta’ tifsir bhal fi Mh 5,5. - L-istrofa tfakkar f’Jahwe` tielaq ghall-gwerra: il-hrug mill-Egittu fis-shaba (Ez 13, 21;  Num 14, 14) u t-teofanija fis-Sinaj (Ez 19, 16+).

 

            68, 10  Ez 16, 1+

 

            68, 11  Tifkira tal-mirakli ta’ l-ezodu, il-manna u s-summien, u tad-dhul fl-art mweghda.

 

            68, 12  hafna huma n-nisa li jaghtu l-bxara:  Tr. “ordni, hi t-thabbira”;   TM jgib “l-ordni ta’ dawk (in-nisa) li jhabbru”.

 

            68, 13  Riferenza ghar-rebhiet ta’ l-ghelbien. - In-nisa tad-dar:  (litt. “is-sbejha tad-dar”). Din is-“sbejha” x’aktarx li hi Gaghel (Mh 5, 24) jew il-gemgha tan-nisa tal-irgiel rebbieha (ara Mh 5, 30;11, 34;  1 Sam 18, 6). 

 

            68, 14  qalb l-imriehel: Tr. “zewgt icnut”, fejn kienu jghammru  l-imriehel. - Il-hamiema hi s-simbolu ta’ Izrael (ara 74, 19;  Hos 7, 11;  ecc) li tizzejjen bil-priza miksuba fil-glied (ara Goz 22, 8;  Mh 8, 24w).

 

            68, 15  Gen 17, 1+

 

            68, 15  Salmon:  Tr. “il-Muntanja-Mudlama”, x’aktarx l-gholja-bosk qrib Sikem (Mh 9, 48w);  Abimelek xerred il-melh bi bjuda bhal dik tas-silg (ara Sir 43, 18w) fuq it-tigrif ta’ din il-belt (Mh 9, 45). - Din is-silta xejn mhi cara, izda tista’ tiftiehem bhallikieku l-poeta, f’xebh ma’ Mh 5, 16w, qieghed jinterpella lill-gruppi li nqatghu ghalihom infushom u ma hadux sehem fit-taqbid, biex jaghtihom il-priza ghanja li jkunu qed jaqsmu bejnithom in-nisa ta’ Izrael, u li tkun qeghda tlellex fuq il-gilda samranija taghhom bhar-rix tal-hamiema.

 

            68, 18  L-imriekeb tal-Mulej:  minflok il-karrijiet ta’ Salamun (1 Slat 10, 26), il-karrijiet divini li jara Elizew (2 Slat 6, 17;  ara 7, 6;  Is 66, 15).  Li jigi wara jfakkar fir-rebhiet ta’ zmien is-slaten.  bihom gie Sidi mis-Sinaj ghas-santwarju:  fi zmien it-tieni tempju, intmiss it-test ebr. ta’ dan il-v (bi bdil fil-qsim tal-kliem);  tista’ tittraduci wkoll litt. “Il-Mulej jinsab go fihom (l-imriekeb), is-Sinaj gos-santwarju”.  Is-Sinaj kien hekk identifikat ma’ Sijon, minn fejn tigi l-Ligi (Is 2, 3). Dan hu l-ewwel hjiel ta’ mod gdid kif jiftiehem dan is-salm fid-dawl tal-festa liturgika ta’ Pentekoste, meta jigi celebrat l-ghoti tal-Ligi fuq is-Sinaj (ara nota ta’ tifsir ghall-v 9).

 

            68, 19  fl-gholi:  jigifieri f’Sijon.

 

            68, 24  Riferenza ghall-mewt ta’ Ahab (1 Slat 21, 19;  22, 38), ta’ Goram (2 Slat 8, 29;  9, 15) u ta’ Gezabel (2 Slat 9, 36).

 

            68, 27  Antifona liturgika. 

 

            68, 28  il-kapijiet ta’ Guda bi hgarhom:  Tr. “(imexxi) l-princpijiet ta’ Guda imlibbsin bi drapp imbrukkat (riqmatam)”;  TM jgib rigmatam, “f’folla”. - Il-vv 25-28 ifakkruna fl-Ghid ta’ Ezekija (2 Kron 30), li fih kienu jiehdu sehem it-tribujiet tat-tramuntana.

 

            68, 29  Ibghat, o Alla, il-qawwa tieghek:  Tr. “Amar, O Alla tieghi, skond il-qawwa tieghek”;  v korrett skond il-verzjonijiet;  TM jgib:  “wiccek O Alla amar il-qawwa tieghek”. - It-test u r-ritmu taz-zewg strofi ta’ wara xejn m’huma certi.

 

            68, 31  Riferenza insolenti ghall-Egittu, ghall-kapijiet tieghu u ghall-poplu tieghu. Bilfors li dan kollu gara fi zmien id-deportazzjoni l-kbira tal-lhud fl-Egittu, taht is-saltna ta’ Tolomeo Sotere, ghal habta tas-sena 320.

 

            68, 32  l-kbarat:  litt. “(nies) ta’ statura”, haxxemenim jew mixmannim, skond LXX;  TM jgib “oggetti tal-bronz” (?) haxmannim. - tiftah:  jitross, x’aktarx;  TM jgib “ghad igerri”, tariss.

 

            68, 33  S 68, 5+

 

            68, 33  lil Sidi l-Mulej:  skond TM li jzid “waqfa”;  tr. billi dal-kliem jithalla barra u jissemma’ biss f’nota.

 

            68, 36  fis-santwarju tieghu: skond vulg.;  TM jgib “fis-santwarji tieghek”.

 

69  (68)  Ilment

 

            69        Dan is-salm jghaqqad flimkien zewg ilmenti, b’ritmu differenti;  kull taqsima hi maghmula minn ilment b’talba li tigi minnufih wara. Ta’ l-ewwel (vv 2-7 u 14-16) tizviluppa t-tema ta’ l-ilmijiet tal-mewt (S 18, 5+) u dik ta’ l-ghedewwa (S 35 ecc). Tat-tieni (vv 8-13 u 17w) hu ghajta ta’ dieqa u tbatija tal-fidil li waqa’ vittma taz-zelu li kellu (ara S 22;   Is 53, 10;  Ger 15, 15w). Is-salm kollu ghandu tmiem fl-ghamla ta’ innu (vv 31w) ta’ xehta patrijottika (ara 22, 28w u 102, 14w).  Ix-xorta messjanika tas-salm tidher sew mill-ghadd ta’ riferenzi li ta’ sikwit isiru fit-TG.

 

            69, 2    S 18, 5+

           

            69, 2    sa grizmejja:  jew sa ruhi.

 

            69, 7    Mulej ta’ l-ezercti:  Tm izid “Alla” wara “Mulej”.

 

            69, 11  Ghakkist (bis-sawm) lili nnifsi:  skond LXX, sirjak;   TM jgib “nibki (bis-sawm)”.

 

            69, 20-21  Suppozizzjoni;   l-ordni tal-kliem u tal-versetti f’vv 20-21 jidher imharbat, izda ma tigi imposta ebda restituzzjoni.  

 

            69, 27  jxandru:  Tr. “izidu” skond LXX, sirjak;  TM jgib “jithaddtu fit-tul fuq” (?). - Fil-v 27 l-ebr. jaghti l-plural biex jadatta ruhu mal-liturgija nazzjonali.

 

            69, 32  S 50, 8+

70  (69)  Karba ta’ djieqa

 

            70        Ripetizzjoni ghalkollox tas-S 40, 14 - 18;  ara n-noti f’dak is-salm.

 

71  (70)  Talba ta’ bniedem xih

 

            71, 3    kenn:  Tr. “sptar” skond mss. u verzjonijiet;   TM jgib “ghamara”. - Iz-zewg versetti ta’ wara xejn m’huma certi;  LXX igib: “sur ta’ fortifikazzjoni ghas-salvazzjoni tieghi”.

 

            71, 6    inti hadtni:  Tr. “l-irfid tieghi” skond verzjonijiet;  tr. “sehmi”, sens xejn cert.

 

            71, 7     Ghat-tigrib li ghadda minnu.  Tistaghgeb tara bniedem gust ibati (ara Gob).

 

            71, 12  S 22, 12+

 

            71, 15  ghalkemm jien... nghoddhom:  xi traduzzjonijiet ihallu barra;  TM jgib: “jien ma fhimtx il-kitba”, x’aktarx nota ta’ tifsir ta’ xi skriba  imdiehex bil-kelma li tigi wara.

 

            71, 16  Nersaq... Mulej Sidi:  litt. “nersaq fil-qawwa (qawwiet) ta’ (l-Mulej) Jahwe”;  tr. “se nitkellem minn ghegubijiet il-Mulej”.  Jekk tissewwa l-ewwel ittra, tinqara: “Se nxandar (l-ghemejjel kbar ta’ Jahwe`)”.

 

            71, 18  S 22, 31+

 

            71, 18  Din is-silta setghet tapplika ghal Izrael, li l-profeti kienu jfakkru iz-zghozija u x-xjuhija tieghu. - il-qawwa tieghek:  litt. “id-driegh tieghek”: xbieha profetika (Is 51, 9;  53, 1) li kienet tfakkar il-mirakli ta’ l-Ezodu.

 

            71, 19  S 86, 8+

 

            71, 22  Is 6, 3+

 

            71, 23  S 7, 18+

 

72  (71)  Is-sultan li gej

 

            72        Dedikat lil Salamun, sultan gust u kollu sliem, ghani u mimli glorja (1 Slat 3, 9.12.28;  4, 20;  10, 1-29;  I Kron 22, 9), dan is-salm ihares ’il quddiem lejn is-sultan ideali tal-gejjieni. It-tradizzjoni lhudija u dik nisranija raw fih minn qabel ix-xbieha tas-Sultan-Messija mhabbar minn Isaija (9, 5;  11, 1-5) u Zakkarija (9, 9w).

 

            72, 3    Tr. “muntanji, gibu, u intom, gholjiet, is-sliem lill-poplu”, skond LXX ghall-qsim fil-vers. Test mhux daqstant cert.

           

            72, 4    Sof 2, 3+

 

            72, 5    Ha jdum:  skond LXX;  TM jgib “minnek jibzghu”.

 

            72, 6    ir-raba’ mahsud:  Tr. “haxix”;  verzjonijiet igibu “gezza suf” (ara Mh 6, 37w).

 

            72, 7  l-gustizzja:  skond mss. u verzjonijiet;  TM (fil-perspettiva messjanika) jgib: “il-gust” (ara Ger 23, 5;  Zak 9, 9). - L-era messjanika se ttul sa tmiem kull zmien.  

 

            72, 8  It-trufijiet ta’ kif il-Palestina tista’ tkun l-ahjar (ara Mh 20, 1+).

 

            72, 9  ghedewwa:  Tr. “dawk li jghammru fid-dezert”;  u “bhejjem tax-xaghri”:  kliem     li jfissru l-annimali jew id-demonji li jiggerrew fid-dezert (Is 13, 21;  34, 14;  Ger 50, 39;  Ezek 34, 28), u li jfakkruna fil-gnus pagani meghlubin (ara Is 27, 1;  Dan 7, 3;  Apk 13, 1, ecc).

 

            72, 10  1 Slat 10, 1+

 

            72, 15  jinghata lilu:  skond verzjonijiet;  TM jgib: “ha jaghti”. -  jitolbu ghalih:  test xejn car;  il-verb m’ghandux suggett.  Jiftiehem li Izrael jitlob ghas-success tal-missjoni salvatrici tal-Messija.  Izda jista’ jigi interpretat ukoll: “Huwa (il-Messija) se jintercedi ghalih (il-fqajjar) u se jbierku”.

 

            72, 16  ihaddru l-ucuh: TM jgib “jizhar”;   tr. “il-hsad tieghu”, “u l-ward tieghu”.

           

            72, 17  Gen 12, 3+

 

            72, 17  idum:  jikkon, skond verzjonijiet;  TM jgib “ikattar” (“jkun ghammiel”), jinnon. - Fl-istat attwali tat-test, jista’ jigi tradott: “Ismu jkun dejjem quddiem ix-xemx. Minnu tinbet Rimja (ikattar) huwa ismu”, verzjoni li tista’ tiftiehem bhala riferenza ghall-fergha ta’ Gesse (Is 11, 1) u ghall isem messjaniku “Rimja” (Is 4, 2;  Ger 23, 5;  33, 15;  Zak 6, 12). - jitbierku l-gnus kollha ta’ l-art:  skond LXX;  TM jhalli barra.

 

            72, 19  Dossologija (innu ta’ tifhir).

 

NisgaSalmi 58 sa 74Aktar fuq is-Salmi